|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1013 |
8.5.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1013
tas-7 ta’ Mejju 2026
dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ 6-fitażi prodott minn Aspergillus oryzae DSM 33737 bħala addittiv tal-għalf għall-pollam tal-bajd jew tar-riproduzzjoni, għad-driefeġ tal-ispeċijiet porċini, għall-ispeċijiet porċini tas-simna u għall-ispeċijiet porċini mrobbija għar-riproduzzjoni (detentur tal-awtorizzazzjoni: Novozymes A/S)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ 6-fitażi prodott minn Aspergillus oryzae DSM 33737. Flimkien ma’ dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ 6-fitażi prodott minn Aspergillus oryzae DSM 33737 bħala addittiv tal-għalf għall-pollam kollu, għas-Suidae kollha u għall-ħut bil-pinen kollu, u titlob li dan jiġi kklassifikat fil-kategorija “addittivi żootekniċi” u fil-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà”. |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tal-1 ta’ Frar 2024 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li l-preparat ta’ 6-fitażi prodott minn Aspergillus oryzae DSM 33737 huwa sikur għall-pollam kollu, għas-Suidae kollha u għall-ħut bil-pinen kollu fl-ogħla livell ta’ użu propost ta’ 4 000 FYT/kg ta’ għalf komplet, kif ukoll għall-konsumaturi u għall-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-preparat ta’ 6-fitażi prodott minn Aspergillus oryzae DSM 33737, fil-formulazzjonijiet finali tal-addittiv, mhuwiex irritant tal-ġilda. Iż-żewġ formulazzjonijiet tal-addittiv mhumiex irritanti għall-għajnejn, filwaqt li ż-żewġ formulazzjonijiet solidi huwa meqjusa irritanti għall-għajnejn. L-Awtorità ma setgħetx tikkonkludi dwar is-sensitizzazzjoni tal-ġilda tal-formulazzjoni finali tal-addittiv. Minħabba n-natura proteinaċa tas-sustanza attiva (6-fitażi), l-addittiv jitqies bħala sensitizzatur respiratorju. Madankollu, aktarx li ma jkunx hemm esponiment mill-inalazzjoni. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-preparat ta’ 6-fitażi prodott minn Aspergillus oryzae DSM 33737 għandu potenzjal li jkun effikaċi fil-pollam kollu tas-simna u mrobbi għall-bajd jew għar-riproduzzjoni u fis-Suidae tar-riproduzzjoni kollha fil-livell ta’ użu minimu propost ta’ 200 FYT/kg ta’ għalf komplet u fil-ħut bil-pinen kollu fil-livell ta’ użu minimu propost ta’ 1 000 FYT/kg ta’ għalf komplet u ngħatat awtorizzazzjoni għall-użu fl-għalf għal dawk l-ispeċijiet bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2177 (3). Minħabba nuqqas ta’ data suffiċjenti, l-Awtorità ma setgħetx tikkonkludi dwar l-effikaċja għall-pollam tal-bajd u tar-riproduzzjoni, u għas-Suidae tas-simna jew imrobbija għar-riproduzzjoni. Wara l-valutazzjoni tad-data l-ġdida li tressqet mill-applikant, fl-opinjoni tagħha tat-18 ta’ Settembru 2025 (4), l-Awtorità kkonkludiet li l-addittiv għandu l-potenzjal li jkun effikaċi fl-ispeċijiet kollha tal-pollam u tal-porċini fil-livell tal-użu minimu propost ta’ 200 FYT/kg ta’ għalf komplet. L-Awtorità ma qisitx li hemm il-ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ ta’ wara l-introduzzjoni fis-suq. L-Awtorità vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-preparat ta’ 6-fitażi prodott minn Aspergillus oryzae DSM 33737 jissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta’ dak il-preparat jiġi awtorizzat għall-pollam tal-bajd jew tar-riproduzzjoni, għad-driefeġ tal-ispeċijiet porċini, għall-ispeċijiet porċini tas-simna jew imrobbija għar-riproduzzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex jiġu evitati l-effetti negattivi fuq is-saħħa tal-utenti tal-addittiv. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Il-preparat speċifikat fl-Anness, li jifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jtejbu d-diġestibbiltà”, huwa awtorizzat bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Mejju 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj.
(2) EFSA Journal. 2024;22:e8663. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2024.8663.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2177 tat-2 ta’ Settembru 2024 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ prepazzjoni ta’ 6-fitażi prodotta bl-Aspergillus oryzae DSM 33737 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-pollam tas-simna jew imrobbija għall-bajd jew imrobbija għat-tgħammir, għall-majjaliet tal-ispeċijiet Suidae kollha u għall-ħut bil-pinen kollu (detentur tal-awtorizzazzjoni: Novozymes A/S) (ĠU L, 2024/2177, 3.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2177/oj).
(4) EFSA Journal. 2025;23:e9696. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2025.9696.
ANNESS
|
Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Isem l-addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija ta’ annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||
|
Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà |
|||||||||||||||||
|
4a48 |
Novozymes A/S |
6-fitażi (EC 3.1.3.26) |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparat ta’ 6-fitażi (EC 3.1.3.26) prodott minn Aspergillus oryzae DSM 33737 b’attività minima ta’: forma solida: 10 000 FYT (1) /g. Forma likwida: 20 000 FYT/g. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva 6-fitażi (EC 3.1.3.26) prodotta minn Aspergillus oryzae DSM 33737 Metodu analitiku (2) Għall-kwantifikazzjoni tal-attività tal-fitażi fl-addittiv tal-għalf, fil-premixxeli u fl-għalf kompost:
|
Pollam tal-bajd jew tar-riproduzzjoni |
— |
200 FYT |
— |
|
It-28 ta’ Mejju 2036 |
||||||||
|
Driefeġ tal-ispeċijiet porċini Speċijiet porċini tas-simna Speċijiet porċini mrobbija għar-riproduzzjoni |
200 FYT |
||||||||||||||||
|
(1) Unità waħda ta’ fitażi (FYT) hija l-ammont ta’ enzima li jillibera 1 μmol ta’ fosfat inorganiku kull minuta mill-fitat tas-sodju f’37 °C u pH 5,5. (2) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en?prefLang=mt. |
|||||||||||||||||
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1013/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)