|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/824 |
15.4.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/824
tal-14 ta’ April 2026
li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/854 fir-rigward tad-definizzjoni tar-residwi għall-fosetil-Al u l-lista tal-prodotti bażiċi li għandhom jiġu analizzati għall-katjoni tat-trimetil-sulfonju
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 29(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/854 (2) għandu l-għan li jiżgura l-konformità mal-livelli massimi ta’ residwi tal-pestiċidi u li jivvaluta l-esponiment tal-konsumatur għar-residwi tal-pestiċidi. Għal dak l-għan, dak ir-Regolament jistabbilixxi programm ta’ kontroll u l-għadd ta’ kampjuni li għandhom jittieħdu għal kull Stat Membru. |
|
(2) |
Il-parti C tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/854 fiha żewġ żbalji li jaffettwaw is-sustanza tad-dispożizzjonijiet ikkonċernati. L-ewwel nett, fir-rigward tal-fosetil-Al, id-definizzjoni l-ġdida tar-residwi għall-infurzar prevista mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2024/2619 (3) ma ġietx ikkunsidrata. It-tieni nett, huwa indikat b’mod żbaljat li l-katjon tat-trimetil-sulfonju għandu jiġi analizzat fil-basal u fuqu fl-2027, minflok fl-2026. |
|
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/854 jiġi kkoreġut kif xieraq. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/854 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ April 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/396/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/854 tas-7 ta’ Mejju 2025 dwar programm koordinat ta’ kontroll pluriennali tal-Unjoni għall-2026, l-2027 u l-2028 biex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta’ residwi tal-pestiċidi, u biex jiġi vvalutat l-esponiment tal-konsumaturi għar-residwi tal-pestiċidi fl-ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali, u fuqu, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/989 (ĠU L, 2025/854, 8.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/854/oj).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2024/2619 tat-8 ta’ Ottubru 2024 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-fosetil, għall-fosfonati tal-potassju u għall-fosfonat tad-disodju f’ċerti prodotti jew fuqhom (ĠU L, 2024/2619, 9.10.2024, ELI:http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2619/oj).
ANNESS
Fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/854, il-Parti C hija emendata kif ġej:
|
(1) |
l-entrata għall-fosetil-Al hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
(2) |
l-entrata għall-katjon trimetil-sulfonju hija sostitwita b’dan li ġej:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/824/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)