|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/780 |
10.4.2026 |
LINJA GWIDA (UE) 2026/780 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-20 ta’ Marzu 2026
li temenda l-Linja Gwida BĊE/2013/7 dwar statistika fuq investimenti f’titoli (BĊE/2026/9)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikoli 5.1, 12.1 u 14.3 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (1),
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1011/2012 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta’ Ottubru 2012 dwar statistika fuq investimenti f’titoli (BĊE/2012/24) (2),
Filwaqt li:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) jipprovdi għall-ġbir ta’ dejta titolu b’titolu fuq investimenti f’titoli. Tali tagħrif statistiku huwa meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tal-Eurosistema u s-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ), inkluż għad-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika monetarja u biex jikkontribwixxi għat-tmexxija bla xkiel tal-politiki segwiti mill-awtoritajiet kompetenti relatati mas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. Dan jippermetti lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u lill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) iżommu monitoraġġ u janalizzaw is-swieq finanzjarji u l-attivitajiet finanzjarji, inkluż il-mekkaniżmu ta’ trażmissjoni tal-politika monetarja fiż-żona tal-euro, għal dawn il-finijiet. |
|
(2) |
Filwaqt li dejta titolu b’titolu bħalissa qed tiġi rrapportata mill-BĊNi lill-BĊE f’livell aggregat skont il-Linja Gwida BĊE/2013/7 tal-Bank Ċentrali Ewropew (3), il-BĊE jeħtieġ tali dejta f’livell aktar granulari. B’mod partikolari, diversi avvenimenti tal-passat, bħall-kriżi finanzjarja globali, issottolinjaw l-importanza li jkun hemm informazzjoni preċiża dwar l-investimenti f’titoli f’livell diżaggregat, peress li d-dejta aggregata ma tippermettix l-identifikazzjoni ta’ riskji għall-istabbiltà finanzjarja li jirriżultaw minn mekkaniżmi ta’ kontaġju f’livell ta’ istituzzjonijiet finanzjarji individwali u klassijiet speċifiċi ta’ titoli. Din il-ħtieġa ġiet enfasizzata aktar matul il-pandemija tal-coronavirus fejn detenturi tal-istess settur irreaġġixxew b’mod differenti għall-kriżi, li ma kenitx possibbli li tiġi analizzata abbażi ta’ dejta aggregata. Dan wera wkoll l-importanza kbira tad-disponibbiltà f’waqtha tad-dejta bħala l-bażi sottostanti għat-teħid tad-deċiżjonijiet, peress li l-informazzjoni f’waqtha tippermetti lill-BĊE jżomm monitoraġġ kif xieraq tat-trażmissjoni tar-riskji mis-swieq finanzjarji li qed jinbidlu malajr għall-ekonomija reali. Barra minn hekk, dejta granulari f’livell ta’ investitur hija wkoll meħtieġa għal kompiti oħra tas-SEBĊ. B’mod partikolari, din id-dejta tiffaċilita monitoraġġ aktar preċiż tal-mekkaniżmu ta’ trażmissjoni tal-politika monetarja u l-bidliet fl-imġiba tal-investitur fil-kuntest tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja, b’kont meħud tar-reazzjonijiet eteroġenji tal-parteċipanti tas-suq għad-deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja osservati fi snin reċenti. Barra minn hekk, dejta individwali f’livell ta’ investitur hija kruċjali biex jinkiseb għarfien iddettaljat fl-iskoperturi għar-riskju u interkonnettività ta’ istituzzjonijiet finanzjarji, li tippermetti lill-BĊE biex jikkontribwixxi b’mod effettiv għat-tmexxija bla xkiel tal-politiki segwiti fil-qasam tas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu. |
|
(3) |
Fid-dawl ta’ dawn it-tagħlimiet meħuda matul l-aħħar snin, il-BĊE jeħtieġ mhux biss dejta titolu b’titolu, iżda wkoll dejta individwali tal-investituri bi frekwenza ogħla u tempestività iqsar. Dan se jippermetti parir politiku aktar f’waqtu u se jtejjeb il-kwalità tal-analiżi meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti rilevanti tas-SEBĊ, pereżempju billi jtejjeb l-identifikazzjoni tal-avvenimenti u l-kawżalità fl-ekonomija u fis-swieq finanzjarji. Barra minn hekk, l-iskadenzi iqsar tar-rapportar se jiffaċilitaw b’mod sinifikanti l-allinjament tal-iskeda tal-pubblikazzjoni tad-dejta tal-Istatistika dwar l-Investimenti f’Titoli (SHS) mal-iskeda ta’ żmien preparatorja għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE. |
|
(4) |
Dejta individwali f’livell ta’ investituri diġà tinġabar mill-BĊNi skont ir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) fuq investimenti f’titoli għal kull aġent li jirrapporta dejta settorjali, ħlief kustodji — jiġifieri għal istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (MFIs), fondi ta’ investiment (FI), korporazzjonijiet ta’ vetturi finanzjarji involuti fi tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni (FVCs) u korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (ICs). Din l-informazzjoni bħalissa hija pprovduta biss lill-BĊE f’livell li huwa aggregat għas-settur rilevanti li għalih jappartjeni l-aġent li jirrapporta. Ir-rekwiżiti ta’ rapportar għall-BĊNi biex jirrapportaw lill-BĊE għandhom għalhekk jiġu emendati biex il-BĊE jkun jista’ jirċievi d-dejta f’livell ta’ investitur individwali għal kull aġent li jirrapporta dejta settorjali, ħlief kustodji, għat-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ. Peress li d-dejta fiha tagħrif dwar investimenti f’titoli minn aġenti għar-rapportar settorjali, li kollha huma persuni ġuridiċi, l-ebda persuna naturali ma tista tiġi identifikata direttament jew indirettament mid-dejta. Għaldaqstant dawn ir-rekwiżiti ta’ rapportar ma jippermettux għall-ġbir ta’ kwalunkwe dejta personali relatata mal-investimenti f’titoli għal kull aġent għar-rapportar ta’ dejta settorjali. |
|
(5) |
Dejta individwali f’livell ta’ investitur tista’ tinġabar ukoll mill-BĊNi fir-rigward ta’ titoli miżmuma f’kustodja minn kustodji fuq il-bażi tal-liġi nazzjonali. Il-BĊNi għandhom għalhekk jirrapportaw dan it-tagħrif lill-BĊE fl-istess livell, fejn possibbli, jew ikomplu jirrapportaw f’livell aggregat, għat-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ. Dan it-tagħrif statistiku jidentifika investituri individwali fir-rigward tat-titoli miżmuma f’kustodja għas-setturi kollha għajr unitajiet domestiċi. Il-Linja Gwida ma tippermettix il-ġbir ta’ kwalunkwe tagħrif relatat ma’ persuna fiżika identifikata jew identifikabbli li tgħix f’unità domestika, b’mod partikolari minħabba li mhuwiex possibbli għall-BĊNi li jirrapportaw lill-BĊE l-attribut li jiddentifika b’mod uniku d-detentur tat-titoli għal unitajiet domestiċi. Fir-rigward tal-investimenti f’titoli miżmuma f’kustodja għal entitajiet għajr unitajiet domestiċi, il-BĊNi jistgħu jirrapportaw lill-BĊE attribut li jiddentifika lid-detentur ta’ titolu u li jikkostitwixxi punt ta’ dejta ta’ referenza rreġistrat u miżmum fir-Reġistru tad-Data tal-Istituzzjonijiet u l-Affiljati (RIAD) skont il-Linja Gwida (UE) 2018/876 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2018/16) (4). F’każijiet fejn tali tagħrif ikun fih dejta personali, il-BĊNi għandhom jeskludu tagħrif rilevanti mit-tagħrif statistiku rrapportat lill-BĊE u, fi kwalunkwe każ, ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta stabbiliti fil-Linja Gwida (UE) 2018/876 (BĊE/2018/16), b’mod partikolari l-Artikolu 4(6), japplikaw. |
|
(6) |
Barra minn hekk, il-frekwenza tar-rapportar u l-tempestività għandhom jittejbu għall-MFIs u l-IFs meta jitqies li r-rapportar ta’ kull xahar b’tempestività iqsar għar-rapportar lill-BĊE huwa diġà meħtieġ għall-FI skont ir-Regolament (UE) 2024/1988 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2024/17) (5) u huwa possibbli għall-MFIs skont ir-Regolament (UE) 2021/379 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2021/2) (6) u r-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24). Fl-istess ħin, meta l-aġenti li jirrapportaw fuq bażi trimestrali skont l-implimentazzjoni nazzjonali tar-rekwiżiti ta’ rapportar skont ir-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2) jew ir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) jew fuq il-bażi ta’ deroga, il-BĊNi għandhom ikomplu jirrapportaw l-informazzjoni rilevanti lill-BĊE fuq dik il-bażi trimestrali. Għall-bqija tal-aġenti għar-rapportar tad-dejta settorjali, jiġifieri l-FVCs, l-ICs u l-kustodji, it-tempestività għandha tittejjeb ukoll, filwaqt li l-frekwenza meħtieġa għandha tibqa’ kull tliet xhur. Din it-tempestività iqsar hija bbażata fuq l-implimentazzjoni nazzjonali għar-rapportar tat-tagħrif statistiku rilevanti meħtieġa skont ir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24), li sseħħ biżżejjed minn qabel biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti mtejba. |
|
(7) |
Għadd ta’ bidliet magħżula huma meħtieġa fir-rigward tar-rapportar kemm tal-valur tas-suq kif ukoll tal-valur nominali tal-azjendi biex jiġi ffaċilitat l-ipproċessar tad-dejta u l-waqfien tar-rapportar ta’ kwalità biennali wara deċiżjonijiet preċedenti ta’ prijoritizzazzjoni mill-ġdid mill-Kumitat tal-Istatistika tas-SEBĊ. Barra minn hekk, minħabba l-implimentazzjoni ta’ rapportar minn investitur għal investitur għall-MFIs, ir-rekwiżit għar-rapportar ta’ investimenti minn MFIs ta’ titoli maħruġa mid-detentur għandu jitneħħa peress li t-tagħrif rispettiv jista’ jiġi derivat abbażi tas-sett ta’ dejta tal-SHS imtejjeb ladarba d-dejta tal-investituri individwali ssir disponibbli. L-istess japplika għal ċerti attributi ta’ kunfidenzjalità li ma għandhomx għalfejn jiġu rrapportati lill-BĊE ladarba jiġi pprovdut tagħrif fil-livell ta’ detentur individwali. |
|
(8) |
Għaldaqstant, il-Linja Gwida BĊE/2013/7 għandha tiġi emendata f’dan is-sens, |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Emendi
Il-Linja Gwida BĊE/2013/7 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 2, qed tiżdied id-definizzjoni li ġejja:
(*1) Ir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea ta’ kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/549/oj).”;" |
|
(2) |
l-Artikolu 3 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 3 Obbligi tal-BĊNi għar-rapportar ta’ investimenti f’titoli b’kodiċi ISIN għal dejta settorjali 1. Il-BĊNi għandhom jiġbru u jirrapportaw lill-BĊE tagħrif statistiku dwar investimenti f’titoli b’kodiċi ISIN miżmuma minn aġenti għar-rapportar tad-dejta, fuq bażi ta’ titolu b’titolu, skont l-iskemi ta’ rapportar fit-Tabelli 1 sa 3, Parti 1, tal-Anness I, u b’mod konformi mal-istandards ta’ rapportar elettroniku li huma stabbiliti separatament, għat-tipi ta’ strumenti li ġejjin: titoli ta’ dejn (F.31 u F.32); ishma elenkati (F.511) u ishma jew unitajiet f’fondi ta’ investiment (F.521 u F.522). L-obbligi ta’ rapportar tal-BĊNi għandhom ikopru l-pożizzjonijiet tal-aħħar tax-xahar u tal-aħħar tat-trimestru (minn hawn ’il quddiem kollettivament imsejħa ‘tmiem il-perjodu’) imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 u waħda minn dawn li ġejjin:
Fejn it-tranżazzjonijet finanzjarji jew id-dejta neċessarja biex jiġu derivati tranżazzjonijiet finanzjarji jiġu rrapportati minn aġenti għar-rapportar tad-dejta settorjali lil BĊNi skont il-Kapitolu 1, il-Parti 1, tal-Anness 1 għar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24), huma għandhom jitkejlu kif stipulat fil-Parti 3 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24). 2. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE t-tagħrif statistiku msemmi fil-paragrafu 1, fir-rigward ta’ investimenti f’titoli minn korporazzjonijiet ta’ vetturi finanzjarji involuti fi tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni (FVCs), korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (ICs) u titoli miżmuma f’kustodja minn kustodji, kif ġej:
Għall-finijiet tal-punti (a) u (b), il-BĊNi jistgħu jirrapportaw fuq bażi trimestrali jew ta’ kull xahar kif ġej:
3. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE t-tagħrif statistiku msemmi fil-paragrafu 1, fir-rigward ta’ investimenti f’titoli minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (MFIs), minbarra BĊNi, u fondi ta’ investiment (FI), fuq bażi ta’ kull xahar sal-għeluq tan-negozju fit-28 jum tax-xogħol wara t-tmiem tax-xahar li għalih tirreferi d-dejta u kif ġej:
4. B’deroga mill-paragrafu 3, l-investimenti tal-MFIs u l-FI rispettivi jistgħu jiġu rrapportati fuq bażi trimestrali fejn tapplika waħda minn dawn li ġejjin:
5. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw it-tagħrif statistiku msemmi fil-paragrafu 1 f’livell ta’ investitur individwali għal MFIs, FI, FVCs u ICs. Meta MFIs, FI, FVCs u ICs ikunu ngħataw deroga skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) li tippermetti li investimenti f’titoli ma jiġux irrapportati f’livell ta’ investitur individwali, il-BĊNi jistgħu jirrapportaw l-investimenti tal-aġenti għar-rapportar rispettivi f’livell aggregat. 6. Għal titoli miżmuma f’kustodja minn kustodji, il-BĊNi għandhom jirrapportaw it-tagħrif statistiku msemmi fil-paragrafu 1 kif ġej:
(*2) Ir-Regolament (UE) 2021/379 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2021 dwar l-entrati tal-karta bilanċjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2021/2) (ĠU L 73, 3.3.2021, p. 16, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/379/oj)." (*3) Ir-Regolament (UE) 2024/1988 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-27 ta’ Ġunju 2024 dwar statistika dwar fondi ta’ investiment u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2015/32 (BĊE/2014/62) (BĊE/2024/17) (BĊE/2024/17) (ĠU L, 2024/1988, 23.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1988/oj).”;" |
|
(3) |
fl-Artikolu 3b, il-paragrafu 2 huwa mibdul b’li ġej: “2. Dan li ġej għandu japplika għar-reviżjoni tad-dejta ta’ kull xahar u trimestrali:
Il-BĊNi għandhom jissottomettu noti spjegattivi lill-BĊE li jfissru r-raġunijiet għal reviżjonijiet sinifikanti. Il-BĊNi jistgħu jissottomettu wkoll noti spjegattivi għal kwalunkwe reviżjoni oħra fuq bażi volontarja.” |
|
(4) |
l-Artikolu 4 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 4 Approċċi ta’ rapportar għal investimenti f’titoli mingħajr kodiċi ISIN għal dejta settorjali 1. Il-BĊNi jistgħu jirrapportaw lill-BĊE tagħrif statistiku li jkopri titoli mingħajr kodiċi ISIN miżmuma minn MFIs, FI, FVCs u ICs soġġetti għar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) jew miżmuma minn kustodji għal: (i) klijenti residenti mhux soġġetti għar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24); (ii) klijenti mhux finanzjarji residenti fi Stati Membri oħrajn taż-żona tal-euro jew (iii) klijenti residenti fi Stati Membri mhux taż-żona tal-euro, kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24), li ma jingħatawx deroga mir-rekwiżiti ta’ rapportar taħt ir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24). 2. Il-BĊNi li jirrapportaw tagħrif statistiku skont il-paragrafu 1 għandhom jagħmlu dan skont l-Artikolu 3(2) sa (6) billi jużaw l-iskemi ta’ rapportar tat-Tabelli 1, 2 u 4, il-Parti 1, tal-Anness I, kif ukoll l-istandards ta’ rapportar elettroniċi stabbiliti separatament. 3. Il-BĊNi għandhom jirrevedu t-tagħrif statistiku msemmi fil-paragrafu 1 skont l-Artikolu 3b(2). 4. Il-BĊNi għandhom jissottomettu noti spjegattivi lill-BĊE li jfissru r-raġunijiet għal reviżjonijiet sinifikanti. Il-BĊNi jistgħu jissottomettu wkoll noti spjegattivi għal kwalunkwe reviżjoni oħra. Barra minn dan, il-BĊNi għandhom jipprovdu informazzjoni dwar riklassifikazzjonijiet sinifikanti fis-setturi tad-detentur jew fil-klassifikazzjoni tal-istrument, meta tkun disponibbli.” |
|
(5) |
l-Artikolu 4a huwa mħassar; |
|
(6) |
fl-Artikolu 6, il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “2. Il-BĊNi għandhom jivverifikaw regolarment, tal-inqas darba fis-sena, li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbilit fl-Artikoli 4 u 4b tar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) għall-għoti, it-tiġdid jew l-irtirar ta’ kwalunkwe deroga.” |
|
(7) |
fl-Artikolu 11, il-paragrafu 3 huwa mħassar; |
|
(8) |
fl-Artikolu 11, il-paragrafu 6 huwa ssostitwit b’dan li ġej:
(*4) Il-Linja Gwida (UE) 2022/971 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Mejju 2022 dwar il-Bażi ta’ Data Ċentralizzati tat-Titoli u l-produzzjoni ta’ statistika dwar il-ħruġ ta’ titoli u li tħassar il-Linja Gwida BĊE/2012/21 u l-Linja Gwida (UE) 2021/834 (BĊE/2022/25) (ĠU L 166, 22.6.2022, p. 147, ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2022/971/oj).”;" |
|
(9) |
l-Anness I huwa emendat skont l-Anness għal din il-Linja Gwida. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni
(1) Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
(2) Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida mill-1 ta’ April 2027.
(3) Il-BĊNi għandhom l-ewwel jirrapportaw lill-BĊE t-tagħrif statistiku skont din il-Linja Gwida fir-rigward tad-dejta ta’ kull xahar għall-perjodu ta’ referenza April 2027 u fir-rigward tad-dejta trimestrali għall-perjodu ta’ referenza Ġunju 2027 (Q2).
Artikolu 3
Destinatarji
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-20 ta’ Marzu 2026.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1998/2533/oj.
(2) ĠU L 305, 1.11.2012, p. 6, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1011/oj.
(3) Il-Linja Gwida BĊE/2013/7 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Marzu 2013 dwar statistika fuq investimenti f’titoli (ĠU L 125, 7.5.2013, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2013/215/oj).
(4) Il-Linja Gwida (UE) 2018/876 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-1 ta’ Ġunju 2018 dwar id-Database tar-Reġistru tal-Istituzzjonijiet u l-Affiljati (RIAD) (BĊE/2018/16) (ĠU L 154, 18.6.2018, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2018/876/oj).
(5) Ir-Regolament (UE) 2024/1988 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-27 ta’ Ġunju 2024 dwar statistika dwar fondi ta’ investiment u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2015/32 (BĊE/2014/62) (BĊE/2024/17) (ĠU L, 2024/1988, 23.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1988/oj).
(6) Ir-Regolament (UE) 2021/379 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2021 dwar l-entrati tal-karta bilanċjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2021/2) (ĠU L 73, 3.3.2021, p. 16, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/379/oj).
ANNESS
L-Anness I għal-Linja Gwida BĊE/2013/7 huwa emendat kif gej:
|
(1) |
fil-Parti 1, it-Tabella 1 hija mibdula b’dan li ġej: “Tabella 1 Informazzjoni ġenerali u noti spjegattivi
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
fil-Parti 1, it-Tabella 2 hija mibdula b’dan li ġej: “Tabella 2 Tagħrif dwar investimenti f’titoli
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(3) |
fil-Parti 1, it-Tabella 5 hija mħassra; |
|
(4) |
il-Parti 3 hija mħassra. |
(1) L-istandards ta’ rapportar elettroniku huma stabbiliti separatament.
(2) M: attribut obbligatorju; V: attribut volontarju.
(3) Dan ikopri r-rapportar mill-BĊNi ta’ dejta ta’ kull xahar sal-għeluq tan-negozju fit-28 jum tax-xogħol wara t-tmiem tax-xahar li għalih tirreferi d-dejta. Dan jinkludi dejta li trid tiġi rrapportata sa din l-iskadenza, iżda wkoll dejta oħra ta’ kull xahar jekk tiġi inkluża fl-istess rapportar f’waqtu ta’ kull xahar.
(4) Dan ikopri r-rapportar mill-BĊNi ta’ dejta ta’ kull xahar sal-għeluq tan-negozju fit-48th/63 jum kalendarju wara t-tmiem tax-xahar li għalih tirreferi d-dejta kif definit fl-Artikolu 3(2). Dan irid jinkludi biss dejta ta’ kull xahar li ma tkunx parti mir-rapportar f’waqtu ta’ kull xahar.”
(5) L-istandards ta’ rapportar elettroniku huma stabbiliti separatament.
(6) M: attribut obbligatorju; V: attribut volontarju.
(7) In-numerazzjoni tal-kategoriji f’din il-Linja Gwida tirrifletti n-numerazzjoni introdotta fir-Regolament (UE) Nru 549/2013 (minn hawn’ il quddiem ‘ESA 2010’).
(8) Intermedjarji finanzjarji oħrajn (S.125) kif ukoll awżiljarji finanzjarji (S.126) flimkien ma’ istituzzjonijet finanzjarji kaptivi u selliefa tal-flus (S.127).
(9) Biss jekk is-setturi S.11, S.13 u S.15 ma jiġux irrapportati separatament.
(10) Għal dejta rrapportata minn BĊNi mhux taż-żona tal-euro, biss għal investimenti ta’ rapportar minn investituri mhux residenti.
(11) Resident tas-settur mhux allokat fil-pajjiż detentur; jiġifieri setturi mhux magħrufin ta’ pajjiżi mhux magħrufin m’għandhomx jiġu rrapportati. Il-BĊNi għandhom jinfurmaw lill-operaturi tal-SHSDB bir-raġuni għas-settur mhux magħruf, fil-każ ta’ valuri rilevanti statistikament.
(12) Biss jekk ma tistax issir distinzjoni bejn ir-rapportar dirett u dak tal-kustodju.
(10) Hija rrakkomandata l-inklużjoni tal-imgħax akkumulat, fuq bażi tal-aħjar sforz.
(11) Jekk BĊN jirrapporta l-istatus ta’ kunfidenzjalità jew id-dejta tiġi rrapportata f’livell ta’ investitur individwali, il-BĊN jista’ jagħżel li ma jirrapportax dan l-attribut. L-ammont jista’ jirreferi għall-ikbar investitur individwali, minflok għall-ikbar żewġ investituri, taħt ir-responsabbiltà tal-BĊN li qed jirrapporta.
(12) Il-BĊNi huma mħeġġa biex jirrapportaw il-valur nominali f’numru ta’ unitajiet meta t-titoli huma kkwotati f’unitajiet fil-Bażi ta’ tad-Data Ċentralizzata tat-Titoli (CSDB).
(13) Jiġu rrapportati biss jekk it-tranżazzjonijiet ma jirriżultawx minn pożizzjonijiet fl-SHSDB.
(14) Jiġu rrapportati biss għal tranżazzjonijiet miġburin minn aġenti għar-rapportar, mhux irrapportat għal tranżazzjonijiet ġejjin minn pożizzjonijiet minn BĊNi.
(15) Għandu jiġi rrapportat jekk l-ammont korrispondenti tal-akbar żewġ investituri għal pożizzjonijiet, tranżazzjonijiet, tibdil ieħor fil-volum, rispettivament, ma jkunx disponibbli/ipprovdut.
(16) Jintuża biss jekk it-tranżazzjonijiet jiġu minn pożizzjonijiet mill-BĊNi. F’dawn il-każijiet l-istatus tal-kunfidenzjalità jiġi mill-SHSDB, jiġifieri jekk il-pożizzjonijiet inizjali u/jew finali ikunu kunfidenzjali, it-tranżazzjoni riżultanti tiġi mmarkata bħala kunfidenzjali.
(17) Attribut obbligatorju għal MFIs, FI, FVCs u ICs. Mhux obbligatorju għal dawk l-MFIs, FI, FVCs u ICs li ngħataw deroga skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) li tippermetti li investimenti f’titoli ma jiġux irrapportati f’livell ta’ investitur individwali. Attribut obbligatorju għal titoli miżmuma f’kustodja minn kustodji għar-rapportar f’livell ta’ investitur individwali. L-attribut ma għandux jiġi rrapportat għall-unitajiet domestiċi jew entitajiet li mhumiex persuni ġuridiċi.
(18) Il-kodiċi tar-Reġistru tad-Data tal-Istituzzjonijiet u l-Affiljati (RIAD) li għandu jintuża.”;
ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2026/780/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)