European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/331

21.4.2026

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/331

tat-13 ta’ Frar 2026

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2024/3110 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jiddetermina klassijiet ta’ prestazzjoni fir-rigward tal-karatteristika essenzjali tar-reazzjoni għan-nar

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2024/3110 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2024 li jistabbilixxi regoli armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(5), it-tielet subparagrafu tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex il-manifatturi jkunu jistgħu jiddikjaraw klassijiet dettaljati biżżejjed ta’ prestazzjoni tal-prodotti fiż-żona armonizzata stabbilita skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2024/3110, jeħtieġ li jiġu stabbiliti klassijiet ta’ prestazzjoni li jkunu allinjati mal-aħħar żviluppi teknoloġiċi u tas-suq.

(2)

Il-klassijiet ta’ prestazzjoni b’rabta mal-karatteristika essenzjali tar-reazzjoni għan-nar ġew stabbiliti bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/364 (2) abbażi tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Madankollu, dawk il-klassijiet ta’ prestazzjoni mhumiex applikabbli skont ir-Regolament (UE) 2024/3110. Għalhekk, sabiex tinżamm il-kontinwità tas-sistema, il-Grupp ta’ Esperti tal-Acquis CPR ta parir lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi l-istess klassijiet ta’ prestazzjoni stabbiliti mir-Regolament Delegat (UE) 2016/364.

(3)

Jenħtieġ għalhekk li l-Kummissjoni tiddetermina l-klassijiet ta’ prestazzjoni li għandhom jintużaw għad-dikjarazzjoni tal-karatteristika essenzjali tar-reazzjoni għan-nar,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-klassijiet ta’ prestazzjoni fir-rigward tal-karatteristika essenzjali tar-reazzjoni għan-nar tal-prodotti għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Frar 2026.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L, 2024/3110, 18.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/3110/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/364 tal-1 ta’ Lulju 2015 dwar il-klassifikazzjoni tal-prestazzjoni tar-reazzjoni għan-nar tal-prodotti għall-bini skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 68, 15.3.2016, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2016/364/oj).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/305/oj).


ANNESS

A.   SIMBOLI

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, għandhom japplikaw is-simboli li ġejjin:

Għall-klassijiet kollha

ΔΤ

żieda fit-temperatura

Δm

telf tal-massa

tf

tul ta’ ħin tal-fjamma

PCS

valur kalorifiku gross (PCS, pouvoir calorifique supérieur)

LFS

tixrid laterali tal-fjamma (LFS, lateral flame spread)

SMOGRA

rata tat-tixrid tad-duħħan (SMOGRA, smoke growth rate)

Għall-klassijiet kollha ħlief għall-klassijiet relatati mal-kejbils tal-elettriku

FIGRA

rata tat-tixrid tan-nar (FIGRA, fire growth rate)

THR

total tas-sħana li toħroġ (THR, total heat release)

TSP

produzzjoni totali tad-duħħan (TSP, total smoke production)

Fs

tixrid tal-fjamma (Fs, flame spread)

Għall-klassijiet relatati mal-kejbils tal-elettriku biss

HRRsm30, kW

rata tas-sħana li toħroġ permezz ta’ medja sliding ta’ 30-s

SPRsm60, m2/s

rata tal-produzzjoni tad-duħħan permezz ta’ medja sliding ta’ 60-s

L-ogħla HRR, kW

massimu ta’ HRRsm30 bejn il-bidu u t-tmiem tat-test, minbarra l-kontribut mis-sors tat-tqabbid

L-ogħla SPR, m2/s

massimu ta’ SPRsm60 bejn il-bidu u t-tmiem tat-test

THR1200, MJ

total tas-sħana li toħroġ (HRRsm30) mill-bidu sat-tmiem tat-test, minbarra l-kontribut tas-sors tat-tqabbid

TSP1200, m2

produzzjoni totali tad-duħħan (HRRsm60) mill-bidu sat-tmiem tat-test

FIGRA, W/s

indiċi tar-rata tat-tixrid tan-nar iddefinit bħala l-ogħla valur tal-kwozjent bejn HRRsm30 minbarra l-kontribut tas-sors tat-tqabbid u l-ħin. Valuri tal-livelli limitu HRRsm30 = 3 kW u THR = 0,4 MJ

FS

tixrid tal-fjamma (it-tul li ġarrab ħsara)

H

tixrid tal-fjamma (Fs, flame spread)

B.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“materjal” tfisser sustanza bażika unika jew taħlita mifruxa uniformement ta’ sustanzi;

(2)

“prodott omoġenju” tfisser prodott magħmul minn materjal wieħed ta’ densità u kompożizzjoni uniformi fil-prodott kollu kemm hu;

(3)

“prodott mhux omoġenju” tfisser prodott li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ prodott omoġenju u li hu kompost minn komponent wieħed jew aktar li jkun sostanzjali u/jew mhux sostanzjali;

(4)

“komponent sostanzjali” tfisser materjal li jikkostitwixxi parti sinifikanti ta’ prodott mhux omoġenju. Saff b’massa għal kull żona tal-unità ≥ 1,0 kg/m2 jew ħxuna ≥ 1,0 mm huwa meqjus li hu komponent sostanzjali;

(5)

“komponent mhux sostanzjali” tfisser materjal li ma jikkostitwixxix parti sinifikanti ta’ prodott mhux omoġenju. Saff b’massa għal kull żona tal-unità < 1,0 kg/m2 u ħxuna < 1,0 mm huwa meqjus li hu komponent mhux sostanzjali. Żewġ saffi jew aktar li mhumiex sostanzjali wieħed maġenb l-ieħor, fejn ma jkunx hemm komponenti sostanzjali bejn is-saffi, huma meqjusa bħala komponent wieħed mhux sostanzjali, u huma kklassifikati f’konformità mal-kriterji ta’ saff li jkun komponent mhux sostanzjali;

(6)

“komponent intern mhux sostanzjali” tfisser komponent mhux sostanzjali li jkun miksi miż-żewġ naħat b’mill-inqas komponent wieħed sostanzjali;

(7)

“komponent estern mhux sostanzjali” tfisser komponent mhux sostanzjali li minn naħa waħda ma jkunx miksi minn komponent sostanzjali.

C.   KLASSIJIET TAL-PRESTAZZJONI FIR-RIGWARD TAL-KARATTERISTIKA ESSENZJALI TAR-REAZZJONI GĦAN-NAR TAL-PRODOTTI

Ġenerali

Id-definizzjonijiet, it-testijiet u l-kriterji tal-prestazzjoni rilevanti huma deskritti jew referenzjati bis-sħiħ fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati rilevanti, fid-dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni, fl-istandards Ewropej ta’ klassifikazzjoni tar-reazzjoni għan-nar u fl-istandards Ewropej tal-ittestjar.

1.   Prodotti għajr pavimenti, prodotti ta’ iżolazzjoni termali tal-pajpijiet lineari, u kejbils tal-elettriku

Tabella 1

Klassi

Metodu/metodi ta’ ttestjar

Kriterji ta’ klassifikazzjoni

Klassifikazzjoni ulterjuri

A1

Test tan-non-kombustibbiltà (1);

kif ukoll

ΔΤ ≤ 30 °C;

kif ukoll

Δm ≤ 50 %;

kif ukoll

tf = 0 (jiġifieri l-fjamma ma ddumx taqbad).

 

Test tas-sħana tal-kombustjoni

PCS ≤ 2,0 MJkg-1  (1);

kif ukoll

PCS ≤ 2,0 MJkg-1  (2)  (3);

kif ukoll

PCS ≤ 1,4 MJm-2  (4);

kif ukoll

PCS ≤ 2,0 MJkg-1  (5).

 

A2

Test tan-non-kombustibbiltà (1);

jew

ΔΤ ≤ 50 °C;

kif ukoll

Δm ≤ 50 %;

kif ukoll

tf ≤ 20 s.

 

Test tas-sħana tal-kombustjoni;

kif ukoll

PCS ≤ 3,0 MJkg-1  (1);

kif ukoll

PCS ≤ 4,0 MJm-2  (2);

kif ukoll

PCS ≤ 4,0 MJm-2  (4);

kif ukoll

PCS ≤ 3,0 MJkg-1  (5).

 

Test ta’ oġġett wieħed li jinħaraq).

FIGRA0,2MJ ≤ 120 Ws-1;

kif ukoll

LFS < tarf tal-kampjun;

kif ukoll

THR600s ≤ 7,5 MJ.

Produzzjoni tad-duħħan (6);

kif ukoll

Qtar/partikoli li jaqbdu (7).

B

Test ta’ oġġett wieħed li jinħaraq;

kif ukoll

FIGRA0,2MJ ≤ 120 Ws-1;

kif ukoll

LFS < tarf tal-kampjun;

kif ukoll

THR600s ≤ 7,5 MJ.

Produzzjoni tad-duħħan (6);

kif ukoll

Qtar/partikoli li jaqbdu (7).

Test tal-fjammabbiltà (8):

Esponiment = 30 s.

Fs ≤ 150 mm f’60 s.

C

Test ta’ oġġett wieħed li jinħaraq;

kif ukoll

FIGRA0,4MJ ≤ 250 Ws-1;

kif ukoll

LFS < tarf tal-kampjun;

kif ukoll

THR600s ≤ 15 MJ.

Produzzjoni tad-duħħan (6);

kif ukoll

Qtar/partikoli li jaqbdu (7).

Test tal-fjammabbiltà (8):

Esponiment = 30 s.

Fs ≤ 150 mm f’60 s.

D

Test ta’ oġġett wieħed li jinħaraq;

kif ukoll

FIGRA0,4MJ ≤ 750 Ws-1.

Produzzjoni tad-duħħan (6);

kif ukoll

Qtar/partikoli li jaqbdu (7).

Test tal-fjammabbiltà (8):

Esponiment = 30 s.

Fs ≤ 150 mm f’60 s.

E

Test tal-fjammabbiltà (8):

Esponiment = 15 s.

Fs ≤ 150 mm f’20 s.

Qtar/partikoli li jaqbdu (9)

F

Test tal-fjammabbiltà (8):

Esponiment = 15 s.

Fs > 150 mm f’20 s.

 

(1)  Għal prodotti omoġenji u komponenti sostanzjali ta’ prodotti mhux omoġenji.

(2)  Għal kull komponent estern mhux sostanzjali ta’ prodotti mhux omoġenji.

(3)  Jew inkella, kwalunkwe komponent estern mhux sostanzjali li jkollu PCS ≤ 2,0 MJm-2, dment li l-prodott jissodisfa l-kriterji li gejjin ta’ Test ta’ oġġett wieħed li jinħaraq: FIGRA ≤ 20 Ws-1; u

LFS < tarf tal-kampjun; u

THR600s ≤ 4,0 MJ; u

s1; u

d0.

(4)  Għal kull komponent intern mhux sostanzjali ta’ prodotti mhux omoġenji.

(5)  Għall-prodott kollu kemm hu.

(6)  s1 = SMOGRA ≤ 30 m2s-2 u TSP600s ≤ 50 m2;

s2 = SMOGRA ≤ 180 m2s-2 u TSP600s ≤ 200 m2;

s3 = mhux s1 jew s2.

(7)  d0 = mingħajr qtar/partikoli li jaqbdu f’test b’oġġett wieħed li jinħaraq fi żmien 600 s;

d1 = mingħajr qtar/partikoli li jippersistu għal aktar minn 10 s f’test b’oġġett wieħed li jinħaraq fi żmien 600 s;

d2 = mhux d0 jew d1;

It-tqabbid tal-karta fir-riżultati tat-test tal-fjammabbiltà fil-klassifikazzjoni d2.

(8)  F’kundizzjonijiet meta l-fjammi jaqbdu mal-wiċċ u, fejn rilevanti għall-użu maħsub tal-prodott, meta l-fjammi jaqbdu max-xifer.

(9)  Il-karta ma taqbadx = m’hemmx klassifikazzjoni addizzjonali;

It-tqabbid tal-karta = klassifikazzjoni d2.

2.   pavimenti

Tabella 2

Klassi

Metodu/metodi ta’ ttestjar

Kriterji ta’ klassifikazzjoni

Klassifikazzjoni ulterjuri

A1FL

Test tan-non-kombustibbiltà (10);

kif ukoll

ΔΤ ≤ 30 °C;

kif ukoll

Δm ≤ 50 %;

kif ukoll

tf = 0 (jiġifieri l-fjamma ma ddumx taqbad).

 

Test tas-sħana tal-kombustjoni.

PCS ≤ 2,0 MJkg-1  (10);

kif ukoll

PCS ≤ 2,0 MJkg-1  (11);

kif ukoll

PCS ≤ 1,4 MJm-2  (12);

kif ukoll

PCS ≤ 2,0 MJkg-1  (13).

 

A2FL

Test tan-non-kombustibbiltà (10);

jew

ΔΤ ≤ 50 °C;

kif ukoll

Δm ≤ 50 %;

kif ukoll

tf ≤ 20 s.

 

Test tas-sħana tal-kombustjoni;

kif ukoll

PCS ≤ 3,0 MJkg-1  (10);

kif ukoll

PCS ≤ 4,0 MJm-2  (11);

kif ukoll

PCS ≤ 4,0 MJm-2  (12);

kif ukoll

PCS ≤ 3,0 MJkg-1  (13).

 

Determinazzjoni tal-imġiba tal-ħruq bl-użu ta’ test tas-sors tas-sħana radjanti (14).

Fluss kritiku (15) ≥ 8,0 kWm-2.

Produzzjoni tad-duħħan (16).

BFL

Determinazzjoni tal-imġiba tal-ħruq bl-użu ta’ test tas-sors tas-sħana radjanti (14);

kif ukoll

Fluss kritiku (15) ≥ 8,0 kWm-2.

Produzzjoni tad-duħħan (16).

Test tal-fjammabbiltà (17):

Esponiment = 15 s.

Fs ≤ 150 mm f’20 s.

CFL

Determinazzjoni tal-imġiba tal-ħruq bl-użu ta’ test tas-sors tas-sħana radjanti (14);

kif ukoll

Fluss kritiku (15) ≥ 4,5 kWm-2.

Produzzjoni tad-duħħan (16).

Test tal-fjammabbiltà (17):

Esponiment = 15 s.

Fs ≤ 150 mm f’20 s.

DFL

Determinazzjoni tal-imġiba tal-ħruq bl-użu ta’ test tas-sors tas-sħana radjanti (14);

kif ukoll

Fluss kritiku (15) ≥ 3,0 kWm-2.

Produzzjoni tad-duħħan (16).

Test tal-fjammabbiltà (17):

Esponiment = 15 s.

Fs ≤ 150 mm f’20 s.

EFL

Test tal-fjammabbiltà (17):

Esponiment = 15 s.

Fs ≤ 150 mm f’20 s.

 

FFL

Test tal-fjammabbiltà (17):

Esponiment = 15 s.

Fs > 150 mm f’20 s.

 

(10)  Għal prodotti omoġenji u komponenti sostanzjali ta’ prodotti mhux omoġenji.

(11)  Għal kull komponent estern mhux sostanzjali ta’ prodotti mhux omoġenji.

(12)  Għal kull komponent intern mhux sostanzjali ta’ prodotti mhux omoġenji.

(13)  Għall-prodott kollu kemm hu.

(14)  Tul ta’ ħin tat-test = 30 minuta.

(15)  Il-fluss kritiku huwa ddefinit bħala l-fluss radjanti li fih il-fjamma tintefa jew il-fluss radjanti wara perjodu ta’ test ta’ 30 minuta, liema minnhom ikun l-aktar baxx (jiġifieri l-fluss korrispondenti mal-limitu l-aktar ’il-bogħod tat-tixrid tal-fjamma).

(16)  s1 = duħħan ≤ 750 %.min;

s2 = mhux s1.

(17)  F’kundizzjonijiet meta l-fjammi jaqbdu mal-wiċċ u, fejn rilevanti għall-użu maħsub tal-prodott, meta l-fjammi jaqbdu max-xifer.

3.   Prodotti ta’ iżolazzjoni tal-pajpijiet lineari

Tabella 3

Klassi

Metodu/metodi ta’ ttestjar

Kriterji ta’ klassifikazzjoni

Klassifikazzjoni ulterjuri

A1L

Test tan-non-kombustibbiltà (18);

kif ukoll

ΔΤ ≤ 30 °C;

kif ukoll

Δm ≤ 50 %;

kif ukoll

tf = 0 (jiġifieri l-fjamma ma ddumx taqbad).

 

Test tas-sħana tal-kombustjoni.

PCS ≤ 2,0 MJkg-1  (18);

kif ukoll

PCS ≤ 2,0 MJkg-1  (19);

kif ukoll

PCS ≤ 1,4 MJm-2  (20);

kif ukoll

PCS ≤ 2,0 MJkg-1  (21).

 

A2L

Test tan-non-kombustibbiltà (18);

jew

ΔΤ ≤ 50 °C;

kif ukoll

Δm ≤ 50 %;

kif ukoll

tf ≤ 20 s.

 

Test tas-sħana tal-kombustjoni;

kif ukoll

PCS ≤ 3,0 MJkg-1  (18);

kif ukoll

PCS ≤ 4,0 MJm-2  (19);

kif ukoll

PCS ≤ 4,0 MJm-2  (20);

kif ukoll

PCS ≤ 3,0 MJkg-1  (21).

 

Test ta’ oġġett wieħed li jinħaraq.

FIGRA0,2MJ ≤ 270 Ws-1;

kif ukoll

LFS < tarf tal-kampjun;

kif ukoll

THR600s ≤ 7,5 MJ.

Produzzjoni tad-duħħan (22);

kif ukoll

Qtar/partikoli li jaqbdu (23).

BL

Test ta’ oġġett wieħed li jinħaraq;

kif ukoll

FIGRA0,2MJ ≤ 270 Ws-1;

kif ukoll

LFS < tarf tal-kampjun;

kif ukoll

THR600s ≤ 7,5 MJ.

Produzzjoni tad-duħħan (22);

kif ukoll

Qtar/partikoli li jaqbdu (23).

Test tal-fjammabbiltà (24):

Esponiment = 30 s.

Fs ≤ 150 mm f’60 s.

CL

Test ta’ oġġett wieħed li jinħaraq;

kif ukoll

FIGRA0,2MJ ≤ 460 Ws-1;

kif ukoll

LFS < tarf tal-kampjun;

kif ukoll

THR600s ≤ 15 MJ.

Produzzjoni tad-duħħan (22);

kif ukoll

Qtar/partikoli li jaqbdu (23).

Test tal-fjammabbiltà (24):

Esponiment = 30 s.

Fs ≤ 150 mm f’60 s.

DL

Test ta’ oġġett wieħed li jinħaraq;

kif ukoll

FIGRA0,4MJ ≤ 2 100 Ws-1;

kif ukoll

THR600s ≤ 100 MJ.

Produzzjoni tad-duħħan (22);

kif ukoll

Qtar/partikoli li jaqbdu (23).

Test tal-fjammabbiltà (24):

Esponiment = 30 s.

Fs ≤ 150 mm f’60 s.

EL

Test tal-fjammabbiltà (24):

Esponiment = 15 s.

Fs ≤ 150 mm f’20 s.

Qtar/partikoli li jaqbdu (25).

FL

Test tal-fjammabbiltà (24):

Esponiment = 15 s.

Fs > 150 mm f’20 s.

 

(18)  Għal prodotti omoġenji u komponenti sostanzjali ta’ prodotti mhux omoġenji.

(19)  Għal kull komponent estern mhux sostanzjali ta’ prodotti mhux omoġenji.

(20)  Għal kull komponent intern mhux sostanzjali ta’ prodotti mhux omoġenji.

(21)  Għall-prodott kollu kemm hu.

(22)  s1 = SMOGRA ≤ 105 m2s-2 u TSP600s ≤ 250 m2;

s2 = SMOGRA ≤ 580 m2s-2 u TSP600s ≤ 1 600 m2;

s3 = mhux s1 jew s2.

(23)  d0 = mingħajr qtar/partikoli li jaqbdu f’test b’oġġett wieħed li jinħaraq fi żmien 600 s;

d1 = mingħajr qtar/partikoli li jippersistu għal aktar minn 10 s f’test b’oġġett wieħed li jinħaraq fi żmien 600 s;

d2 = mhux d0 jew d1;

It-tqabbid tal-karta fir-riżultati tat-test tal-fjammabbiltà fil-klassifikazzjoni d2.

(24)  F’kundizzjonijiet meta l-fjammi jaqbdu mal-wiċċ u, fejn rilevanti għall-użu maħsub tal-prodott, meta l-fjammi jaqbdu max-xifer.

(25)  Il-karta ma taqbadx = m’hemmx klassifikazzjoni addizzjonali;

It-tqabbid tal-karta = klassifikazzjoni d2.

4.   Kejbils tal-elettriku

Tabella 4

Klassi

Metodu/metodi ta’ ttestjar

Kriterji ta’ klassifikazzjoni

Klassifikazzjoni ulterjuri

Aca

Test tas-sħana tal-kombustjoni.

PCS ≤ 2,0 MJkg-1  (26).

 

B1ca

L-imġiba tal-ħruq u l-produzzjoni tad-duħħan tat-test tal-kejbil f’mazz (sors tal-fjamma ta’ 30 kW);

kif ukoll

FS ≤ 1,75 m;

kif ukoll

THR1200s ≤ 10 MJ

kif ukoll

L-ogħla HRR ≤ 20 kW

kif ukoll

FIGRA ≤ 120 Ws-1.

Produzzjoni tad-duħħan (27)  (28);

kif ukoll

Qtar/partikoli li jaqbdu (29);

kif ukoll

Aċidità (pH u konduttività) (30).

Tixrid vertikali tal-fjamma tat-test b’kejbil wieħed.

H ≤ 425 mm.

B2ca

L-imġiba tal-ħruq u l-produzzjoni tad-duħħan tat-test tal-kejbil f’mazz (sors tal-fjamma ta’ 20,5 kW);

kif ukoll

FS ≤ 1,5 m;

kif ukoll

THR1200s ≤ 15 MJ

kif ukoll

L-ogħla HRR ≤ 30 kW

kif ukoll

FIGRA ≤ 150 Ws-1.

Produzzjoni tad-duħħan (27)  (31);

kif ukoll

Qtar/partikoli li jaqbdu (29);

kif ukoll

Aċidità (pH u konduttività) (30).

Tixrid vertikali tal-fjamma tat-test b’kejbil wieħed.

H ≤ 425 mm.

Cca

L-imġiba tal-ħruq u l-produzzjoni tad-duħħan tat-test tal-kejbil f’mazz (sors tal-fjamma ta’ 20,5 kW);

kif ukoll

FS ≤ 2,0 m;

kif ukoll

THR1200s ≤ 30 MJ;

kif ukoll

L-ogħla HRR ≤ 60 kW;

kif ukoll

FIGRA ≤ 300 Ws-1.

Produzzjoni tad-duħħan (27)  (31);

kif ukoll

Qtar/partikoli li jaqbdu (29);

kif ukoll

Aċidità (pH u konduttività) (30).

Tixrid vertikali tal-fjamma tat-test b’kejbil wieħed.

H ≤ 425 mm.

Dca

L-imġiba tal-ħruq u l-produzzjoni tad-duħħan tat-test tal-kejbil f’mazz (sors tal-fjamma ta’ 20,5 kW);

kif ukoll

THR1200s ≤ 70 MJ;

kif ukoll

L-ogħla HRR ≤ 400 kW;

kif ukoll

FIGRA ≤ 1 300 Ws-1.

Produzzjoni tad-duħħan (27)  (31);

kif ukoll

Qtar/partikoli li jaqbdu (29);

kif ukoll

Aċidità (pH u konduttività) (30).

Tixrid vertikali tal-fjamma tat-test b’kejbil wieħed.

H ≤ 425 mm.

Eca

Tixrid vertikali tal-fjamma tat-test b’kejbil wieħed.

H ≤ 425 mm.

 

Fca

Tixrid vertikali tal-fjamma tat-test b’kejbil wieħed.

H > 425 mm.

 

(26)  Għall-prodott kollu kemm hu, għajr materjali metalliċi, u għal kwalunkwe komponent estern (jiġifieri qoxra ta’ barra) tal-prodott.

(27)  s1 = TSP1200 ≤ 50 m2 u l-ogħla SPR ≤ 0,25 m2/s;

s1a = s1 u trażmittanza skont il-produzzjoni tad-duħħan tat-test tal-ħruq tal-kejbil ≥ 80 %;

s1b = s1 u trażmittanza skont il-produzzjoni tad-duħħan tat-test tal-ħruq tal-kejbil ≥ 60 % < 80 %;

s2 = TSP1200 ≤ 400 m2 u l-ogħla SPR ≤ 1,5 m2/s;

s3 = mhux s1 jew s2.

(28)  Il-klassi tad-duħħan iddikjarata għall-kejbils tal-klassi B1ca trid toriġina mill-Imġiba tal-ħruq u mill-produzzjoni tad-duħħan tat-test tal-kejbil f’mazz (sors tal-fjamma ta’ 30 kW).

(29)  d0 = mingħajr qtar/partikoli li jaqbdu f’1 200  s;

d1 = mingħajr qtar/partikoli li jaqbdu għal tul ta’ ħin ta’ aktar minn 10 s f’1 200  s;

d2 = mhux d0 jew d1.

(30)  L-aċidità tal-gassijiet prodotti mit-test tal-ħruq tal-kejbils:

 

a1 = konduttività < 2,5 μS/mm u pH > 4,3;

 

a2 = konduttività < 10 μS/mm u pH > 4,3;

 

a3 = mhux a1 jew a2.

(31)  Il-klassi tad-duħħan iddikjarata għall-kejbils tal-klassi B2ca, Cca, Dca trid toriġina mill-Imġiba tal-ħruq u mill-produzzjoni tad-duħħan tat-test tal-kejbil f’mazz (sors tal-fjamma ta’ 20,5 kW).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2026/331/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)