|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2338 |
21.11.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2338
tal-20 ta’ Novembru 2025
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/100 li jistabbilixxi l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-proċess ta’ deċiżjoni konġunta fir-rigward tal-applikazzjoni għal ċerti permessi prudenzjali skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20(8), it-tielet subparagrafu, tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2024/1623 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) issostitwixxa t-Titolu III tal-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li bħala konsegwenza kellu s-sostituzzjoni tal-approċċi eżistenti kollha għall-istima tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju operazzjonali tal-istituzzjonijiet, inkluż l-Approċċ Avvanzat ta’ Kejl, b’metodu uniku mhux ibbażat fuq mudell, jiġifieri l-approċċ standardizzat il-ġdid għar-riskju operazzjonali. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/100 (3) jispeċifika l-proċess ta’ deċiżjoni konġunta fir-rigward tal-applikazzjoni għal ċerti permessi prudenzjali, inkluż l-Approċċ Avvanzat ta’ Kejl. Minħabba l-emendi għat-Titolu III tal-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u b’mod partikolari s-sostituzzjoni tal-Approċċ ta’ Kejl Avvanzat bl-approċċ standardizzat il-ġdid għar-riskju operazzjonali, jeħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/100 jiġi emendat biex jitqiesu dawk l-emendi. |
|
(3) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/1496 (4) daħħal fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 Artikolu 520a ġdid, li taħtu l-istituzzjonijiet huma obbligati jkomplu japplikaw il-Parti Tlieta, it-Titolu IV, u r-rekwiżiti tar-riskju tas-suq tal-Artikoli 430, 430b, 445 u 455 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fil-verżjoni fis-seħħ fit-8 ta’ Lulju 2024 sal-1 ta’ Jannar 2027. Minn dan isegwi li r-referenza għall-Artikolu 363 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-permess biex jintużaw mudelli interni għall-fini tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq jenħtieġ li tinżamm f’dan ir-Regolament. |
|
(4) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni ppreżentat lill-Kummissjoni mill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA). |
|
(5) |
L-EBA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implementazzjoni li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/100 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 1 Suġġett Dan ir-Regolament jispeċifika l-proċess ta’ deċiżjoni konġunta msemmi fl-Artikolu 20(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-permessi msemmija fl-Artikolu 143(1), fl-Artikolu 151(9), fl-Artikolu 283, fl-Artikolu 325az, jew fl-Artikolu 363 fil-verżjoni fis-seħħ fit-8 ta’ Lulju 2024, ta’ dak ir-Regolament biex jiġu ffaċilitati d-deċiżjonijiet konġunti.” |
|
(2) |
fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Is-superviżur konsolidanti jista’ jiddeċiedi li jinvolvi awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi li jieħdu sehem fil-kulleġġ tas-superviżuri skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/791 (*1) fil-valutazzjoni ta’ applikazzjonijiet imressqin skont l-Artikolu 20(1), il-punt (a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 meta l-applikant jopera f’dak il-pajjiż terz u biħsiebu japplika l-metodoloġiji kkonċernati għall-iskoperturi f’dak il-pajjiż terz. F’dak il-każ, kemm is-superviżur konsolidanti kif ukoll l-awtoritajiet superviżorji tal-pajjiż terz għandhom jaqblu dwar l-ambitu tal-involviment ta’ dawk l-awtoritajiet għall-finijiet li ġejjin:
(*1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/791 tat-23 ta’ April 2025 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/ UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet ġenerali għall-funzjonament tal-kulleġġi superviżorji u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/98 (ĠU L, 2025/791, 8.8.2025 ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/791/oj).”;" |
|
(3) |
L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
fl-Artikolu 5(3), il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(5) |
fl-Artikolu 6, il-paragrafu 3 huwa emendat skont kif ġej:
|
|
(6) |
Fl-Artikolu 7(3), il-punt (i) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(7) |
fl-Artikolu 13, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Meta applikazzjoni għal permess tkun relatata ma’ estensjonijiet jew bidliet materjali tal-mudell kif imsemmi fl-Artikolu 143(3), fl-Artikolu 151(9), fl-Artikolu 283, u fl-Artikolu 325az, jew fl-Artikolu 363 fil-verżjoni fis-seħħ fit-8 ta’ Lulju 2024, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, is-superviżur konsolidanti u l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet li huma affettwati minn dawn l-estensjonijiet jew bidliet materjali tal-mudell għandhom jaħdmu flimkien, f’konsultazzjoni sħiħa, biex jiddeċiedu jekk jagħtux il-permess mitlub f’konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, skont il-proċess stabbilit fl-Artikoli 3 sa 9 ta’ dan ir-Regolament.” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament ikun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Novembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/575/oj.
(2) Ir-Regolament (UE) 2024/1623 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2024 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti għar-riskju ta’ kreditu, għar-riskju ta’ aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu, għar-riskju operazzjonali, għar-riskju tas-suq u għall-minimu tal-output (ĠU L, 2024/1623, 19.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1623/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/100 tas-16 ta’ Ottubru 2015 li jistabbilixxi l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-proċess ta’ deċiżjoni konġunta fir-rigward tal-applikazzjoni għal ċerti permessi prudenzjali skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 21, 28.1.2016, p. 45, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/100/oj).)
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/1496 tat-12 ta’ Ġunju 2025 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-data ta’ applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq (ĠU L, 2025/1496, 19.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/1496/oj).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1093/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2338/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)