|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2165 |
27.10.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/2165
tal-20 ta’ Ottubru 2025
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill tal-Kummerċ stabbilit mill-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì, fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tal-Kunsill tal-Kummerċ u r-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat għall-Kummerċ
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì (il-“Ftehim”) (1) ġie konkluż mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/3016 (2) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2025. |
|
(2) |
L-Artikolu 33.1(1) tal-Ftehim jistabbilixxi Kunsill tal-Kummerċ, li, skont l-Artikolu 33.1(5) tal-Ftehim, għandu jistabbilixxi, fl-ewwel laqgħa tiegħu, ir-regoli ta’ proċedura tiegħu stess u r-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat għall-Kummerċ. |
|
(3) |
Il-Kunsill tal-Kummerċ, fl-ewwel laqgħa tiegħu ggħandu jadotta deċiżjoni dwar ir-regoli ta’ proċedura tiegħu u deċiżjoni dwar ir-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat tal-Kummerċ. |
|
(4) |
Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kunsill tal-Kummerċ, peress li d-deċiżjoni se tkun vinkolanti fuq l-Unjoni. |
|
(5) |
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni jenħtieġ li tissejjes fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Kummerċ mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fl-ewwel laqgħa tal-Kunsill tal-Kummerċ stabbilit mill-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar ir-regoli ta’ proċedura tal-Kunsill tal-Kummerċ għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Kummerċ mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fl-ewwel laqgħa tal-Kunsill tal-Kummerċ stabbilit mill-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar ir-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat għall-Kummerċ għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Kummerċ mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta’ Ottubru 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
K. KALLAS
(1) ĠU L, 2024/2953, 20.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2024/2953/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/3016 tat-18 ta’ Marzu 2024 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì (ĠU L, 2024/3016, 20.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/3016/oj).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL TAL-KUMMERĊ STABBILIT PERMEZZ TAL-FTEHIM INTERIM DWAR IL-KUMMERĊ BEJN L-UNJONI EWROPEA U R-REPUBBLIKA TAĊ-ĊILÌ
dwar l-adozzjoni tar-Regoli ta' Proċedura għall-Kunsill tal-Kummerċ u l-Kumitat għall-Kummerċ
IL-KUNSILL TAL-KUMMERĊ,
Wara li kkunsidra l-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì, u b'mod partikolari l-Artikolu 33.1(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Frar 2025. |
|
(2) |
L-Artikolu 33.1(1) tal-Ftehim jistabbilixxi l-Kunsill tal-Kummerċ. |
|
(3) |
L-Artikolu 33.2(1) tal-Ftehim jistabbilixxi l-Kumitat għall-Kummerċ. |
|
(4) |
Sabiex jiġi żgurat it-tħaddim tal-Kunsill tal-Kummerċ u tal-Kumitat għall-Kummerċ, jenħtieġ li jiġu stabbiliti r-Regoli ta' Proċedura ta' dawn il-korpi. |
|
(5) |
L-Artikolu 33.1(5) tal-Ftehim jipprevedi li “[I]l-Kunsill tal-Kummerċ għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu stess u r-regoli ta' proċedura tal-Kumitat għall-Kummerċ fl-ewwel laqgħa tiegħu”, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-atti legali segwenti huma b'dan adottati:
|
(a) |
Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill tal-Kummerċ li jinsabu fl-Anness 1 ta' din id-Deċiżjoni; |
|
(b) |
Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat għall-Kummerċ li jinsabu fl-Anness 2 ta' din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
1. Din id-Deċiżjoni tfasslet f'kopja duplikata bil-lingwa Ingliża. Kull Parti tista' tittraduċi t-test ta' din id-Deċiżjoni bil-lingwi meħtieġa għall-proċeduri interni tagħha jew għall-informazzjoni tal-pubbliku.
2. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Għall-Kunsill tal-Kummerċ,
Il-President
Is-Segretarji
ANNESS 1
REGOLI TA' PROĊEDURA TAL-KUNSILL TAL-KUMMERĊ
Regola 1
Rwol tal-Kunsill tal-Kummerċ
Il-Kunsill tal-Kummerċ stabbilit skont l-Artikolu 33.1 tal-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u ċ-Ċilì (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”) huwa responsabbli għall-materji jew il-kwistjonijiet kollha msemmija f'dak l-Artikolu.
Regola 2
Kompożizzjoni u president
|
1. |
Il-kompożizzjoni u l-president tal-Kunsill tal-Kummerċ huma stabbiliti fl-Artikolu 33.1(3). |
|
2. |
Qabel l-ewwel laqgħa tal-Kunsill tal-Kummerċ, kull Parti għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra l-isem, il-kariga u d-dettalji ta' kuntatt tal-uffiċjal maħtur li jkun inkarigat mill-kopresidenza tal-Kunsill tal-Kummerċ għal dik il-Parti. L-uffiċjal maħtur jitqies li jkollu l-awtorizzazzjoni li jirrappreżenta lil dik il-Parti sa dakinhar li l-Parti tinnotifika lill-Parti l-oħra b'uffiċjal maħtur ġdid. |
Regola 3
Koordinaturi
Qabel l-ewwel laqgħa tal-Kunsill tal-Kummerċ, kull Parti għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra l-isem, il-kariga u d-dettalji ta' kuntatt tal-uffiċjal appuntat bħala koordinatur għal dik il-Parti, skont l-Artikolu 33.3(1) tal-Ftehim. L-uffiċjal jitqies li jibqa' jaġixxi bħala koordinatur għall-Parti sa dakinhar li dik il-Parti tinnotifika lill-Parti l-oħra b'uffiċjal ġdid.
Regola 4
Tlaqqigħ tal-laqgħat
Il-laqgħat tal-Kunsill tal-Kummerċ skont l-Artikolu 33.1(2) tal-Ftehim għandhom jitlaqqgħu mill-kopresident tal-Parti li tkun qiegħda tospita l-laqgħa.
Regola 5
Delegazzjonijiet
Minn tal-inqas ġimagħtejn qabel ma ssir laqgħa, il-koordinaturi għandhom jinfurmaw lil xulxin bil-kompożizzjoni prevista tad-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea u ċ-Ċilì, rispettivament, u jispeċifikaw l-isem u l-kariga ta' kull membru tad-delegazzjoni.
Regola 6
Aġenda tal-laqgħat
|
1. |
Minn tal-inqas 21 jum qabel ma ssir laqgħa, jew 14-il jum qabel f'każ ta' laqgħat urġenti, il-koordinatur tal-Parti li tospita l-laqgħa għandu jibgħat proposta għal aġenda proviżorja lill-Parti l-oħra, bi skadenza sa meta jridu jiġu pprovduti l-kummenti. Minn tal-inqas 14-il jum qabel ma ssir laqgħa, jew 10 ijiem qabel f'każ ta' laqgħat urġenti, il-koordinaturi għandhom ifasslu aġenda proviżorja, filwaqt li jqisu l-kummenti. |
|
2. |
Il-Kunsill tal-Kummerċ għandu jadotta l-aġenda fil-bidu tal-laqgħa. Il-punti li ma jkunux jidhru fuq l-aġenda proviżorja jistgħu jitqiegħdu fuq l-aġenda bi ftehim reċiproku bejn il-kopresidenti. |
Regola 7
Stedina ta' esperti
Il-kopresidenti tal-Kunsill tal-Kummerċ jistgħu, bi ftehim reċiproku, jistiednu esperti, b'mod partikolari persuni li ma jkunux uffiċjali tal-gvern, jattendu laqgħat tal-Kunsill tal-Kummerċ sabiex jipprovdu informazzjoni dwar suġġetti speċifiċi u biss għall-partijiet tal-laqgħa li fihom jiġu diskussi tali suġġetti speċifiċi.
Regola 8
Minuti
|
1. |
Il-koordinatur tal-Parti li tospita l-laqgħa għandu jħejji abbozz tal-minuti ta' kull laqgħa fi żmien 15-il jum wara li tintemm il-laqgħa, sakemm ma jkunx ġie deċiż mod ieħor mill-kopresidenti. L-abbozz tal-minuti għandu jiġi trażmess għall-kummenti lill-koordinatur tal-Parti l-oħra. |
|
2. |
Il-minuti għandhom, bħala regola ġenerali, jiġbru fil-qosor kull punt fuq l-aġenda, u jispeċifikaw meta applikabbli:
|
|
3. |
Il-minuti għandhom jinkludu f'anness:
|
|
4. |
Il-koordinaturi għandhom jaġġustaw l-abbozz tal-minuti abbażi tal-kummenti riċevuti. L-abbozz tal-minuti, kif rivedut, għandu jiġi approvat permezz ta' ftehim bejn il-kopresidenti fi żmien 30 jum wara d-data tal-laqgħa, jew sa kwalunkwe data oħra maqbula bejn il-kopresidenti. Malli jiġi approvat, il-koordinatur tal-Parti li tospita l-laqgħa għandu joħroġ żewġ kopji oriġinali tal-minuti u jittrażmetti waħda lil kull Parti. |
Regola 9
Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1. |
Il-Kunsill tal-Kummerċ jista' jadotta deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet fir-rigward tal-materji kollha fejn dan ikun previst mill-Ftehim. |
|
2. |
Fil-perjodu ta' bejn il-laqgħat, il-Kunsill tal-Kummerċ jista' jadotta deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet permezz tal-proċedura bil-miktub. F'tali każijiet, il-kopresident tal-Kunsill tal-Kummerċ għandu jibgħat it-test propost ta' abbozz ta' deċiżjoni jew rakkomandazzjoni lill-kopresident l-ieħor bil-lingwa operattiva tal-Kunsill tal-Kummerċ, b'perjodu ta' żmien għar-rispons ta' mill-inqas xahar. Jekk il-kopresident l-ieħor ma jaqbilx jew ma jirrispondix, id-deċiżjoni jew ir-rakkomandazzjoni proposta għandha tiġi diskussa u tista' tiġi adottata fil-laqgħa tal-Kunsill tal-Kummerċ li jkun imiss. L-abbozz ta' deċiżjoni jew rakkomandazzjoni għandu jitqies li ġie adottat dakinhar li l-kopresident tal-Parti l-oħra jaqbel u għandu jiġi rreġistrat fil-minuti tal-laqgħa tal-Kunsill skont ir-Regola 8(4). |
|
3. |
Meta l-Kunsill tal-Kummerċ jingħata s-setgħa skont il-Ftehim li jadotta deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet, tali atti għandhom ikunu intitolati rispettivament “Deċiżjoni” jew “Rakkomandazzjoni”. Il-koordinaturi għandhom jipprovdu numru tas-serje progressiv u d-data tal-adozzjoni għal kull deċiżjoni jew rakkomandazzjoni. Kull deċiżjoni u rakkomandazzjoni għandha tipprevedi d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha. |
|
4. |
Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Kunsill tal-Kummerċ għandhom jiġu stabbiliti f'kopja duplikata, jiġu awtentikati mill-kopresidenti u trażmessi waħda lil kull Parti. |
Regola 10
Trasparenza
|
1. |
Il-Kunsill tal-Kummerċ jista' jiltaqa' fil-pubbliku, jekk il-kopresidenti jaqblu. |
|
2. |
Kull Parti tista' tiddeċiedi li tippubblika d-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-Kummerċ fil-pubblikazzjoni uffiċjali rispettiva tagħha jew online. |
|
3. |
Għall-preżentazzjoni tad-dokumenti lill-Kunsill tal-Kummerċ, japplika l-Artikolu 32.4(2). |
|
4. |
Il-koordinaturi għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku:
|
|
5. |
Il-pubblikazzjoni ta' kwalunkwe dokument skont il-paragrafi 2 sa 4 għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli ta' kull Parti dwar il-protezzjoni tad-data jew it-trasparenza. |
Regola 11
Lingwi
|
1. |
Il-lingwa operattiva tal-Kunsill tal-Kummerċ għandha tkun l-Ingliż. |
|
2. |
Il-Kunsill tal-Kummerċ għandu jadotta d-deċiżjonijiet dwar l-emenda jew l-interpretazzjoni tal-Ftehim skont is-subparagrafi (a) u (b) tal-Artikolu 33.1(6) tal-Ftehim, bil-lingwi tat-testi awtentiċi tal-Ftehim. Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet l-oħra kollha tal-Kunsill tal-Kummerċ għandhom jiġu adottati bil-lingwa operattiva. |
|
3. |
Kull Parti għandha tkun responsabbli għat-traduzzjoni tad-deċiżjonijiet u dokumenti oħra bil-lingwa/i uffiċjali tagħha stess, meta rilevanti, u għandha tkopri l-infiq assoċjat ma' tali traduzzjonijiet. |
Regola 12
Spejjeż
|
1. |
Kull Parti għandha tkopri kwalunkwe spiża li ġġarrab kaġun il-parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-Kunsill tal-Kummerċ, b'mod partikolari spejjeż tal-persunal, l-ivvjaġġar u ta' sussistenza kif ukoll spejjeż postali, għat-telekomunikazzjoni jew għall-vidjokonferenzi. |
|
2. |
Il-Parti li tkun qiegħda tospita l-laqgħa għandha ġġarrab kwalunkwe spiża b'rabta mal-organizzazzjoni tal-laqgħat, mar-riproduzzjoni tad-dokumenti u mal-forniment ta' servizzi ta' interpretazzjoni lejn u mil-lingwa operattiva tal-Kunsill tal-Kummerċ. |
ANNESS 2
REGOLI TA' PROĊEDURA TAL-KUMITAT GĦALL-KUMMERĊ
Regola 1
Rwol tal-Kunsill tal-Kummerċ
Il-Kumitat għall-Kummerċ stabbilit skont l-Artikolu 33.2 tal-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u ċ-Ċilì (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”) huwa responsabbli għall-materji jew il-kwistjonijiet kollha msemmija f'dak l-Artikolu.
Regola 2
Kompożizzjoni u president
|
1. |
Il-kompożizzjoni u l-president tal-Kumitat għall-Kummerċ huma stabbiliti fl-Artikolu 33.2(4). |
|
2. |
Qabel l-ewwel laqgħa tal-Kumitat għall-Kummerċ, kull Parti għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra l-isem, il-kariga u d-dettalji ta' kuntatt tal-uffiċjal maħtur li jkun inkarigat mill-kopresidenza tal-Kumitat għall-Kummerċ għal dik il-Parti. L-uffiċjal maħtur jitqies li jkollu l-awtorizzazzjoni li jirrappreżenta lil dik il-Parti sa dakinhar li l-Parti tinnotifika lill-Parti l-oħra b'uffiċjal maħtur ġdid. |
Regola 3
Koordinaturi
Qabel l-ewwel laqgħa tal-Kumitat għall-Kummerċ, kull Parti għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra l-isem, il-kariga u d-dettalji ta' kuntatt tal-uffiċjal appuntat bħala koordinatur għal dik il-Parti, skont l-Artikolu 33.3(1) tal-Ftehim. L-uffiċjal jitqies li jibqa' jaġixxi bħala koordinatur għall-Parti sa dakinhar li l-Parti tinnotifika lill-Parti l-oħra b'uffiċjal ġdid.
Regola 4
Tlaqqigħ tal-laqgħat
Il-laqgħat tal-Kumitat għall-Kummerċ skont l-Artikolu 33.2(3) tal-Ftehim għandhom jitlaqqgħu mill-kopresident tal-Parti li tkun qiegħda tospita l-laqgħa.
Regola 5
Delegazzjonijiet
Minn tal-inqas ġimagħtejn qabel ma ssir laqgħa, il-koordinaturi għandhom jinfurmaw lil xulxin bil-kompożizzjoni prevista tad-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea u ċ-Ċilì, rispettivament, u jispeċifikaw l-isem u l-kariga ta' kull membru tad-delegazzjoni.
Regola 6
Aġenda tal-laqgħat
|
1. |
Minn tal-inqas 21 jum qabel ma ssir laqgħa, jew 14-il jum qabel f'każ ta' laqgħat urġenti, il-koordinatur tal-Parti li tospita l-laqgħa għandu jibgħat proposta għal aġenda proviżorja lill-Parti l-oħra, bi skadenza sa meta jridu jiġu pprovduti l-kummenti. Minn tal-inqas 14-il jum qabel ma ssir laqgħa, jew 10 ijiem qabel f'każ ta' laqgħat urġenti, il-koordinaturi għandhom ifasslu aġenda proviżorja, filwaqt li jqisu l-kummenti. |
|
2. |
Il-Kumitat għall-Kummerċ għandu jadotta l-aġenda fil-bidu tal-laqgħa. Il-punti li ma jkunux jidhru fuq l-aġenda proviżorja jistgħu jitqiegħdu fuq l-aġenda bi ftehim reċiproku bejn il-kopresidenti. |
Regola 7
Stedina ta' esperti
Il-kopresidenti tal-Kumitat għall-Kummerċ jistgħu, bi ftehim reċiproku, jistiednu esperti, b'mod partikolari persuni li ma jkunux uffiċjali tal-gvern, jattendu laqgħat tal-Kumitat għall-Kummerċ sabiex jipprovdu informazzjoni dwar suġġetti speċifiċi u biss għall-partijiet tal-laqgħa li fihom jiġu diskussi tali suġġetti speċifiċi.
Regola 8
Minuti
|
1. |
Il-koordinatur tal-Parti li tospita l-laqgħa għandu jħejji abbozz tal-minuti ta' kull laqgħa fi żmien 15-il jum wara li tintemm il-laqgħa, sakemm ma jkunx ġie deċiż mod ieħor mill-kopresidenti. L-abbozz tal-minuti għandu jiġi trażmess għall-kummenti lill-koordinatur tal-Parti l-oħra. |
|
2. |
Il-minuti għandhom, bħala regola ġenerali, jiġbru fil-qosor kull punt fuq l-aġenda, u jispeċifikaw meta applikabbli:
|
|
3. |
Il-minuti għandhom jinkludu f'anness:
|
|
4. |
Il-koordinaturi għandhom jaġġustaw l-abbozz tal-minuti abbażi tal-kummenti riċevuti. L-abbozz tal-minuti, kif rivedut, għandu jiġi approvat permezz ta' ftehim bejn il-kopresidenti fi żmien 30 jum wara d-data tal-laqgħa, jew sa kwalunkwe data oħra maqbula bejn il-kopresidenti. Malli jiġi approvat, il-koordinatur tal-Parti li tospita l-laqgħa għandu joħroġ żewġ kopji oriġinali tal-minuti u jittrażmetti waħda lil kull Parti. |
|
5. |
Meta r-regoli preżenti japplikaw għal-laqgħat tas-Sottokumitati, mutatis mutandis, il-minuti tal-laqgħat tas-Sottokumitati għandhom jitqiegħdu għad-disponibbiltà għal kwalunkwe laqgħa sussegwenti tal-Kumitat għall-Kummerċ. |
Regola 9
Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1. |
Il-Kumitat għall-Kummerċ jista' jadotta deċiżjonijiet fil-każijiet previsti fil-Ftehim, kif ukoll rakkomandazzjonijiet, inkluż meta tali setgħat ikunu ġew delegati lilu mill-Kunsill tal-Kummerċ. |
|
2. |
Fil-perjodu ta' bejn il-laqgħat, il-Kumitat għall-Kummerċ jista' jadotta deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet permezz tal-proċedura bil-miktub. F'tali każijiet, il-kopresident tal-Kumitat għall-Kummerċ għandu jibgħat it-test propost ta' abbozz ta' deċiżjoni jew rakkomandazzjoni lill-kopresident l-ieħor bil-lingwa operattiva tal-Kumitat għall-Kummerċ, b'perjodu ta' żmien għar-rispons ta' mill-inqas xahar. Jekk il-kopresident l-ieħor ma jaqbilx jew ma jirrispondix, id-deċiżjoni jew ir-rakkomandazzjoni proposta għandha tiġi diskussa u tista' tiġi adottata fil-laqgħa tal-Kumitat għall-Kummerċ li jkun imiss. L-abbozz ta' deċiżjoni jew rakkomandazzjoni għandu jitqies li ġie adottat dakinhar li l-kopresident tal-Parti l-oħra jaqbel u għandu jiġi rreġistrat fil-minuti tal-laqgħa tal-Kumitat skont ir-Regola 8(4). |
|
3. |
Meta l-Kumitat għall-Kummerċ jingħata s-setgħa skont il-Ftehim li jadotta deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet, tali atti għandhom ikunu intitolati rispettivament “Deċiżjoni” jew “Rakkomandazzjoni”. Il-koordinaturi għandhom jipprovdu numru tas-serje progressiv u d-data tal-adozzjoni għal kull deċiżjoni jew rakkomandazzjoni. Kull deċiżjoni u rakkomandazzjoni għandha tipprevedi d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha. |
|
4. |
Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Kumitat għall-Kummerċ għandhom jiġu stabbiliti f'kopja duplikata, jiġu awtentikati mill-kopresidenti u trażmessi waħda lil kull Parti. |
Regola 10
Trasparenza
|
1. |
Il-Kumitat għall-Kummerċ jista' jiltaqa' fil-pubbliku, jekk il-kopresidenti jaqblu. |
|
2. |
Kull Parti tista' tiddeċiedi li tippubblika d-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ fil-pubblikazzjoni uffiċjali rispettiva tagħha jew online. |
|
3. |
Għall-preżentazzjoni tad-dokumenti lill-Kumitat għall-Kummerċ, japplika l-Artikolu 32.4(2). |
|
4. |
Il-koordinaturi għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku:
|
|
5. |
Il-pubblikazzjoni ta' kwalunkwe dokument skont il-paragrafi 2 sa 4 għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli ta' kull Parti dwar il-protezzjoni tad-data jew it-trasparenza. |
Regola 11
Lingwi
|
1. |
Il-lingwa operattiva tal-Kumitat għall-Kummerċ għandha tkun l-Ingliż. |
|
2. |
Il-Kumitat għall-Kummerċ għandu jadotta d-deċiżjonijiet dwar l-emenda jew l-interpretazzjoni tal-Ftehim skont is-subparagrafu (b) tal-Artikolu 33.2(7) tal-Ftehim, bil-lingwi tat-testi awtentiċi tal-Ftehim. Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet l-oħra kollha tal-Kumitat għall-Kummerċ għandhom jiġu adottati bil-lingwa operattiva. |
|
3. |
Kull Parti għandha tkun responsabbli għat-traduzzjoni tad-deċiżjonijiet u dokumenti oħra bil-lingwa/i uffiċjali tagħha stess, meta rilevanti, u għandha tkopri l-infiq assoċjat ma' tali traduzzjonijiet. |
Regola 12
Spejjeż
|
1. |
Kull Parti għandha tkopri kwalunkwe spiża li ġġarrab kaġun il-parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-Kumitat għall-Kummerċ, b'mod partikolari spejjeż tal-persunal, l-ivvjaġġar u ta' sussistenza kif ukoll spejjeż postali, għat-telekomunikazzjoni jew għall-vidjokonferenzi. |
|
2. |
Il-Parti li tkun qiegħda tospita l-laqgħa għandha ġġarrab kwalunkwe spiża b'rabta mal-organizzazzjoni tal-laqgħat, mar-riproduzzjoni tad-dokumenti u mal-forniment ta' servizzi ta' interpretazzjoni lejn u mil-lingwa operattiva tal-Kumitat għall-Kummerċ. |
Regola 13
Kumitati Speċjalizzati u korpi oħra
|
1. |
Skont is-subparagrafu (d) tal-Artikolu 33.2(6) tal-Ftehim, il-Kumitat għall-Kummerċ għandu jissorvelja, jiggwida u jikkoordina l-ħidma tal-Kumitati Speċjalizzati kollha u korpi oħra stabbiliti jew li jistgħu jiġu stabbiliti skont il-Ftehim. |
|
2. |
Il-Kumitat għall-Kummerċ għandu jiġi infurmat bil-miktub bi kwalunkwe punt ta' kuntatt maħtur mill-Kumitati Speċjalizzati jew minn korpi oħrajn stabbiliti skont il-Ftehim. Kull korrispondenza, dokument u komunikazzjoni rilevanti bejn il-punti ta' kuntatt ta' kull Kumitat Speċjalizzat rigward l-implimentazzjoni tal-Ftehim għandha tiġi trażmessa simultanjament lill-koordinaturi. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2165/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)