|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1739 |
18.8.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1739
tal-14 ta’ Awwissu 2025
li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq importazzjonijiet ta’ Reżini ta’ Akrilonitril-Butadien-Stiren li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u mit-Tajwan
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Wara li kkonsultat l-Istati Membri,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. L-istadju inizjali
|
(1) |
Fid-19 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet tar-Reżini ta’ Akrilonitril-Butadien-Stiren li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea (“RtK” jew “il-Korea”) u mit-Tajwan (“il-pajjiżi kkonċernati”) abbażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika ta’ Bidu”). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara lment ippreżentat fl-4 ta’ Novembru 2024 minn INEOS Styrolution Switzerland SA, Versalis SpA, u Trinseo Europe GmbH (“l-ilmentaturi”). L-ilment sar mill-industrija tal-Unjoni tar-Reżini tal-Akrilonitril-Butadien-Stiren fis-sens tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. L-ilment kien fih evidenza ta’ dumping u tad-dannu materjali li jirriżulta li kienet biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni. |
1.2. Reġistrazzjoni
|
(3) |
Il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat soġġetti għar-reġistrazzjoni permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/412 (3) (“ir-Regolament dwar ir-reġistrazzjoni”). |
1.3. Partijiet interessati
|
(4) |
Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni speċifikament infurmat lill-ilmentaturi, lil produtturi magħrufa oħrajn tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa u lill-awtoritajiet Tajwaniżi u Koreani, lill-importaturi u lill-utenti magħrufa dwar il-bidu tal-investigazzjoni u stednithom jipparteċipaw. |
|
(5) |
Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-ftuħ tal-investigazzjoni u li jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali. |
1.4. Kummenti dwar il-bidu
|
(6) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar il-bidu mill-Gvern tal-Korea (“GtK”) u LG Chem. |
|
(7) |
Fil-kummenti tagħha dwar il-bidu (4), LG Chem sostniet li l-livell ta’ kunfidenzjalità mogħti lill-ilmentaturi fl-ilment kien inkonsistenti mal-Artikolu 6.5.1 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Anti-dumping (“WTO ADA”) u l-ġurisprudenza korrispondenti. Il-kumpanija speċifikat li r-redazzjoni sħiħa tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq ħieles tal-Unjoni kisret id-drittijiet tad-difiża tal-kumpanija peress li ma kienx possibbli li dawk il-prezzijiet jitqabblu mal-prezzijiet Koreani u b’hekk twieġeb b’mod adegwat għall-allegazzjonijiet ta’ dannu. |
|
(8) |
Wara l-kummenti ta’ LG Chem, il-Kummissjoni talbet lill-industrija tal-Unjoni tissupplimenta l-informazzjoni nieqsa fil-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-ilment. L-industrija tal-Unjoni pprovdiet l-informazzjoni mitluba. |
|
(9) |
LG Chem ma qablitx mal-allegazzjonijiet ta’ dumping li saru fl-Ilment, bl-argument li l-affermazzjonijiet ta’ bejgħ mhux profittabbli tar-reżini ta’ Akrilonitril-Butadien-Stiren (“ABS”) fis-suq domestiku Korean kienu bbażati fuq informazzjoni finanzjarja mhux preċiża u ma kinux jirriflettu l-profitti operatorji u netti pożittivi tal-kumpanija. LG Chem sostniet ukoll li l-kalkolu tal-Ilment tal-kostijiet u l-marġnijiet tal-profitt kien difettuż ukoll, peress li kien jiddependi fuq data minn kumpaniji u prodotti mhux relatati u naqas milli jqis id-differenzi fl-istruttura tal-kostijiet u fil-prezz bejn il-prodotti ABS standard u primjum. LG Chem argumentat li d-data tal-Ilment dwar il-prezzijiet tal-materja prima ma kinitx affidabbli, peress li ma kinitx tirrifletti l-kwalità u l-kost reali tal-materja prima użata mill-produtturi Koreani tal-ABS. Il-produtturi esportaturi naqsu milli jipprovdu evidenza li tqajjem dubji dwar il-preċiżjoni tal-informazzjoni pprovduta mill-ilmentatur. Il-Kummissjoni ma sabet l-ebda raġuni biex tinjoraha bħala suffiċjenti biex tiġġustifika l-bidu ta’ investigazzjoni. Għalhekk, ġew miċħuda l-pretensjonijiet. |
|
(10) |
LG Chem argumentat li l-ilment ma pprovdiex evidenza tal-eżistenza ta’ dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni, għar-raġunijiet li ġejjin:
|
|
(11) |
Il-Kummissjoni fakkret li sejba prima facie ta’ dannu materjali teħtieġ eżami, fost l-oħrajn, tal-fatturi rilevanti kif deskritti fl-Artikolu 5(2)(d) tar-Regolament bażiku. Mhuwiex speċifikament meħtieġ fl-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku li l-fatturi ta’ ħsara kollha msemmija fl-Artikolu 3(5) juru deterjorament sabiex jiġi stabbilit dannu materjali. Fil-fatt, il-formulazzjoni tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament bażiku tiddikjara li l-ilment għandu jkun fih informazzjoni dwar il-bidliet fil-volum ta’ importazzjonijiet li allegatament kienu oġġett ta’ dumping, l-effett ta’ dawk l-importazzjonijiet fuq il-prezzijiet tal-prodott simili fis-suq tal-Unjoni u l-impatt konsegwenti tal-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni, kif muri minn fatturi u indiċijiet rilevanti (mhux neċessarjament kollha) li jaffettwaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni, bħal dawk elenkati fl-Artikoli 3(3) u 3(5). |
|
(12) |
Għalhekk, mhux il-fatturi kollha jridu juru deterjorament sabiex tiġi stabbilita ħsara materjali. Barra minn hekk, l-eżistenza ta’ fatturi oħra li jista’ jkollhom impatt fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, ma timplikax neċessarjament li l-effett tal-importazzjonijiet li jkunu oġġett ta’ dumping fuq din l-industrija ma huwiex materjali. |
|
(13) |
Il-Kummissjoni qieset li l-ilment ipprovda biżżejjed evidenza tal-eżistenza ta’ dannu materjali, meta wera li f’sitwazzjoni ta’ tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu f’termini assoluti u relattivi, u għall-kuntrarju, il-volum tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, kif ukoll il-profittabbiltà tagħha naqsu matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(14) |
Barra minn hekk, il-GtK u LG Chem sostnew li ż-żieda fl-importazzjonijiet tal-ABS mill-Korea kienet ikkawżata mill-kwalità tal-prodott, mhux mid-dumping. F’dan ir-rigward, il-GtK sostna li l-importazzjonijiet tal-ABS mill-Korea żdiedu wkoll minħabba n-nuqqas fis-suq tal-Unjoni kkawżat mill-avvenimenti ta’ force majeure fl-2021. Barra minn hekk, iż-żewġ partijiet sostnew li d-dannu allegat kien ikkawżat minn żieda fil-prezzijiet tal-enerġija fl-Unjoni. |
|
(15) |
Il-Kummissjoni qieset li l-partijiet ma pprovdew l-ebda evidenza biex jappoġġaw l-affermazzjonijiet li ż-żieda fl-importazzjonijiet tal-ABS mill-Korea kienet ikkawżata mill-kwalità tal-prodott u minn avvenimenti ta’ force majeure għal żmien qasir fl-2021. Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li l-ilment indirizza biżżejjed il-kwistjoni taż-żieda fil-kost tal-enerġija fl-istadju tal-ilment. |
|
(16) |
Konsegwentement, l-affermazzjonijiet dwar l-analiżi tad-dannu u tal-kawżalità inklużi fl-ilment kif ippreżentati fil-premessi (10) u (14) ġew miċħuda. |
1.5. Kampjunar
|
(17) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija jaf tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
Il-kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni
|
(18) |
Fin-Notifika tal-Bidu tagħha, il-Kummissjoni ddikjarat li hija kienet għażlet b’mod proviżorju kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun fuq il-bażi tal-bejgħ u t-taħlita tal-prodott. Dan il-kampjun kien jikkonsisti minn żewġ produtturi tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw [38–48]% tal-volum tal-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jagħtu l-kummenti tagħhom fuq dan il-kampjun provviżorju. Ma wasal l-ebda kummenti f’dan ir-rigward. Il-kampjun huwa rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. |
Kampjunar tal-importaturi mhux relatati
|
(19) |
Biex tiddeċiedi jekk kienx meħtieġ li jittieħed kampjun u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni staqsiet lil importaturi mhux relatati sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu. |
|
(20) |
Sitt importaturi mhux relatati kkuntattjaw lill-Kummissjoni fir-rigward tal-kampjunar. Madankollu, erbgħa biss minnhom ipprovdew l-informazzjoni mitluba. Huma qablu wkoll li jiġu inklużi fil-kampjun. Minħabba l-għadd żgħir ta’ tweġibiet, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx meħtieġ. |
Teħid ta’ kampjuni ta’ produtturi esportaturi mir-RtK
|
(21) |
Sabiex tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni huwiex meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fir-Repubblika tal-Korea jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Korea għall-Unjoni Ewropea tidentifika u/jew tagħmel kuntatt ma’ produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni. |
|
(22) |
Tliet produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Korea pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Dawn il-produtturi esportaturi rrappreżentaw f’tunnellati aktar minn 90 % tal-importazzjonijiet Koreani matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. F’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ tnejn abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li seta’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Dawn il-kumpaniji jirrappreżentaw f’tunnellati [75–85]% tal-volum totali tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni mir-RtK fil-perjodu ta’ investigazzjoni. L-ebda parti interessata ma pprovdiet kummenti dwar il-kampjunar. |
Teħid ta’ kampjuni ta’ produtturi esportaturi mit-Tajwan
|
(23) |
Biex tiddeċiedi jekk hux meħtieġ kampjunar u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni staqsiet lill-produtturi esportaturi kollha fit-Tajwan sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Uffiċċju Rappreżentattiv ta’ Taipei fl-Unjoni Ewropea biex jidentifika u/jew jikkuntattja produtturi esportaturi oħra, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni. |
|
(24) |
Tliet produtturi esportaturi Tajwaniżi fit-Tajwan ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Dawn il-partijiet irrappreżentaw 100 % tal-importazzjonijiet Tajwaniżi matul l-investigazzjoni. Il-Kummissjoni qieset li tnejn mit-tliet produtturi esportaturi kienu relatati u huma parti mill-istess grupp. Il-Kummissjoni ddeċidiet li tinvestiga dan il-grupp (il-grupp Chimei Corporation/Grand Pacific Petrochemical Corporation) u l-produttur esportatur addizzjonali, li jkopru 100 % tal-importazzjonijiet mit-Tajwan. |
|
(25) |
Il-produtturi esportaturi Tajwaniżi Chimei Corporation u Grand Pacific Petrochemical Corporation ikkontestaw id-deċiżjoni sa fejn qieset iż-żewġ partijiet bħala relatati. Chimei Corporation u Grand Pacific Petrochemical Corporation sostnew li huma partijiet indipendenti fir-rigward tal-prodott li qed jiġi investigat manifatturat fit-Tajwan ibbażat fuq in-nuqqas ta’ parteċipazzjoni azzjonarja reċiproka jew membri komuni tal-bord, maniġers jew impjegati. |
|
(26) |
Il-Kummissjoni ma qablitx li l-partijiet jistgħu jitqiesu bħala mhux relatati għall-fini ta’ din l-investigazzjoni. Kif rikonoxxut minn Chimei Corporation u Grand Pacific Petrochemical Corporation innifishom, dawn il-kumpaniji għandhom impriża konġunta komuni fiċ-Ċina, u għalhekk huma partijiet relatati fid-dawl tal-Artikolu 127(1)(g) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (5). Il-fatt li l-impriża konġunta tagħhom tinsab fiċ-Ċina jew li l-kumpanija tal-impriża konġunta ma biegħitx il-prodott investigat lill-Unjoni huwa irrilevanti għall-fini tal-Artikolu 127(1)(g). Għalhekk, il-Kummissjoni kkonfermat id-deċiżjoni inizjali tagħha. |
|
(27) |
Minkejja dan ta’ hawn fuq, minħabba l-isproporzjon ta’ Chimei Corporation versus Grand Pacific Petrochemical Corporation f’termini ta’ volumi tal-prodott investigat esportat lejn l-UE fil-PI, fuq talba minn Grand Pacific Petrochemical Corporation, il-Kummissjoni eżentat lil Grand Pacific Petrochemical Corporation milli tissottometti tweġiba għall-kwestjonarju u infurmat lill-parti li l-marġni tad-dumping ikkalkulat għal Chimei Corporation jiġi applikat ukoll għal Grand Pacific Petrochemical Corporation. Grand Pacific Petrochemical Corporation qablet ma’ din il-proposta. |
1.6. Eżami individwali
|
(28) |
Produttur esportatur wieħed fil-Korea talab eżami individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku. F’dan l-istadju tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni ma ħadet l-ebda deċiżjoni dwar it-talba għal eżami individwali. Il-Kummissjoni se tiddeċiedi jekk tagħmilx eżami individwali fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni. |
1.7. It-tweġibiet għall-kwestjonarju u ż-żjarat ta' verifika
|
(29) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, lill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, u lill-importaturi mhux relatati kollha li kkooperaw. L-istess kwestjonarji, inklużi kwestjonarji għall-utenti, saru disponibbli online (6) fil-jum tal-bidu. Il-Kummissjoni bagħtet ukoll kwestjonarju fejn talbet il-makroindikaturi tal-industrija tal-Unjoni lill-ilmentaturi. |
|
(30) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li hija qieset meħtieġa għal determinazzjoni provviżorja ta’ dumping, id-dannu li jirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku twettqu fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:
|
1.8. Il-perjodu tal-investigazzjoni u l-perjodu kkunsidrat
|
(31) |
L-investigazzjoni tad-dumping u tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2023 sat-30 ta’ Settembru 2024 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sat-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”). |
2. PRODOTT TAĦT INVESTIGAZZJONI, PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
2.1. Prodott taħt investigazzjoni
|
(32) |
In-Notifika ta’ Bidu ddefinixxiet il-prodott li qed jiġi investigat bħala Reżini ta’ Akrilonitril-Butadien-Stiren, kopolimeru termoplastiku li jikkonsisti f’akrilonitril, butadien, u stiren fi proporzjonijiet differenti, irrispettivament mill-kulur jew minn kwalunkwe karatteristika fiżika jew mekkanika oħra, kemm jekk ipproċessata jew trattata aktar kif ukoll jekk le biex tagħti proprjetajiet fiżiċi addizzjonali speċifiċi, bin-numru tas-Servizz tal-Astratti Kimiċi (CAS) 9003–56–9. |
|
(33) |
ABS jistgħu jiġu prodotti permezz ta’ żewġ proċessi ta’ polimerizzazzjoni: il-proċess ta’ emulsjoni u l-proċess tal-produzzjoni tal-massa. Il-proċessi jvarjaw fil-materja prima u t-teknoloġiji użati. Il-prodott finali normalment ikollu l-forma ta’ pellets u, mingħajr żieda ta’ pigmenti, ikun ta’ kulur abjad maħmuġ/safrani. |
|
(34) |
Il-proċess ta’ emulsjoni juża stiren, akrilonitril u butadien bħala materja prima. Il-butadien l-ewwel jiġi polimerizzat fl-ilma. Dan jifforma latex tal-gomma, jiġifieri partikoli tal-gomma maħlula fl-ilma. Fit-tieni stadju, l-istiren u l-akrilonitril huma polimerizzati fis-soluzzjoni tal-latex tal-gomma. Il-prodott miksub f’dan l-istadju ma jitqiesx bħala prodott lest minħabba l-kontenut għoli tiegħu ta’ butadien, li jagħmlu mhux xieraq għall-użu industrijali. Fil-forma solida tiegħu, huwa deskritt bħala trab niexef, trab tal-gomma jew konċentrat tal-gomma mlaqqma. B’mod parallel mal-produzzjoni tat-trab niexef, l-istiren u l-akrilonitril huma polimerizzati biex jipproduċu kopolimeru akrilonitril tal-istiren (“SAN”). Biex jinkiseb ABS (prodott lest), it-trab niexef u l-kopolimeru tal-akrilonitril tal-istiren huma komposti. F’dan l-aħħar każ, it-taħlit, l-iskala, il-pigmenti, l-addittivi jew (ko)polimeri oħra jistgħu jiżdiedu mat-taħlita biex jiġu adattati l-proprjetajiet tagħha. Il-kompost li jirriżulta fl-aħħar jitnixxef u jsir pellets. |
|
(35) |
Il-proċess tal-produzzjoni tal-massa huwa aktar reċenti u jippermetti produzzjoni kontinwa tal-massa tal-ABS. Dan juża l-istirene, l-akrilonitril, u l-gomma tal-polibutadien bħala materja prima. Il-gomma tal-polibutadien l-ewwel tiġi mitħuna f’mitħna u mbagħad tiddewweb fl-istiren. Wara tkompli titħallat ma’ sustanzi kimiċi u akrilonitril. Ir-reazzjoni ta’ polimerizzazzjoni tal-massa titwettaq fil-preżenza ta’ solvent. Fi tmiem il-katina ta’ reazzjoni, il-monomeri, li ma ppolimerawx, u l-komposti li jagħlu f’temperatura baxxa jitneħħew mill-polimeru. Jistgħu jitħalltu pigmenti, addittivi jew (ko)polimeri oħra qabel ma tintbagħat l-ABS għall-pelletizzazzjoni. |
|
(36) |
L-ABS tintuża f’varjetà wiesgħa ta’ applikazzjonijiet, eż. vetturi (bumpers tal-vetturi, elementi dekorattivi eċċ.), apparat domestiku (magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ, magni tal-ħasil tal-platti eċċ.), elettronika (tastieri tal-kompjuter, maws, kontrolli mill-bogħod, kaxex tat-telefown, eċċ.), għamara, kostruzzjoni (pajpijiet u tubi tal-kostruzzjoni), apparat mediku, ġugarelli (briks LEGO eċċ.). |
|
(37) |
Skont l-applikazzjoni u l-proċess użat għall-manifattura ta’ prodotti downstream, l-utenti jista’ jkollhom preferenza għall-ABS prodotti permezz ta’ proċess ta’ emulsjoni jew produzzjoni tal-massa. L-ABS prodotti permezz tal-proċess ta’ emulsjoni jipprovdu għal wiċċ aktar ileqq tal-prodotti downstream. L-ABS prodott bħala riżultat ta’ proċess ta’ produzzjoni tal-massa fih partiċelli akbar ta’ gomma u b’hekk jirriżulta f’wiċċ matt. Il-prodotti downstream normalment jiġu prodotti jew permezz tal-estrużjoni jew permezz tal-iffurmar bl-injezzjoni. Fil-proċess tal-estrużjoni, id-dawl tal-wiċċ jiddependi fuq il-proċess użat għall-produzzjoni tal-ABS, jiġifieri l-wiċċ li jleqq għall-ABS tal-emulsjoni u l-wiċċ matt għall-ABS prodott bil-massa. Taħt l-iffurmar bl-injezzjoni, il-wiċċ jiddependi fuq il-forma, jiġifieri l-massa tal-ABS prodotta tista’ tirriżulta wkoll f’wiċċ li jleqq. |
|
(38) |
Matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni osservat prattiki differenti mill-produtturi, kemm fl-Unjoni kif ukoll fil-pajjiżi kkonċernati, rigward l-użu tan-numru tar-Reġistru CAS (7). Fejn l-ABS ġie prodott bħala kompost ta’ trab niexef u SAN, xi produtturi ppreżentawh taħt numru CAS wieħed, jiġifieri 9003–56–9, filwaqt li oħrajn użaw żewġ numri CAS, jiġifieri 9003–56–9 għat-trab niexef u 9003–54–7 għal SAN. Sabiex jiġi evitat kwalunkwe nuqqas ta’ ftehim potenzjali li jirriżulta minn prattiki diverġenti bħal dawn, il-Kummissjoni ddeċidiet li tneħħi r-referenza għal numru CAS mid-definizzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat. |
|
(39) |
Konsegwentement, il-prodott li qed jiġi investigat huwa bħala Reżini ta’ Akrilonitril-Butadien-Stiren, kopolimeru termoplastiku li jikkonsisti f’akrilonitril, butadien, u stiren fi proporzjonijiet differenti, irrispettivament mill-kulur jew kwalunkwe karatteristika fiżika jew mekkanika oħra, kemm jekk ipproċessat jew ittrattat ulterjorment kif ukoll jekk le biex jagħti proprjetajiet fiżiċi addizzjonali speċifiċi (“il-prodott li qed jiġi investigat” jew “ABS”). |
2.2. Il-prodott ikkonċernat
|
(40) |
Il-prodott ikkonċernat huwa l-prodott li qed jiġi investigat li joriġina mir-Repubblika tal-Korea u mit-Tajwan, li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi NM 3903 30 00 (“il-prodott ikkonċernat”). |
2.3. Il-prodott simili
|
(41) |
L-investigazzjoni wriet li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiki fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:
|
|
(42) |
F’dan l-istadju, il-Kummissjoni ddeċidiet li dawn il-prodotti huma għalhekk prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
2.4. Affermazzjonijiet rigward l-ambitu tal-prodott
2.4.1. Kjarifika tal-ambitu tal-prodott
|
(43) |
Diversi produtturi esportaturi talbu kjarifika dwar jekk il-prodotti li ġejjin jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din l-investigazzjoni:
|
|
(44) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tixtieq tiċċara li l-kopolimeri jew il-komposti li jikkonsistu biss f’akrilonitril, butadien u stiren jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din l-investigazzjoni dment li l-istiren tkun predominanti f’tali kopolimeru jew taħlita. Tali kopolimeri jew komposti għandhom jissejħu ABS fl-investigazzjoni preżenti. |
|
(45) |
Kif spjegat fil-premessa (34), it-trab niexef huwa prodott nofsu lest. Għalkemm diġà fih it-tliet komonomeri kollha, il-butadien huwa predominanti u għalhekk ma jissodisfax il-kundizzjoni tal-kontenut tal-istiren imsemmi fil-premessa (44). Konsegwentement, it-trab niexef ma jaqax fl-ambitu ta’ din l-investigazzjoni. |
|
(46) |
Barra minn hekk, il-komposti ABS (kif definiti fil-premessa (44)) ma’ (ko)polimeri u/jew addittivi oħra, bħal iżda mhux limitati għal pigmenti, aġenti antistatiċi, stabbilizzaturi UV, sustanzi ritardanti tal-fjammi, fibri tal-ħġieġ, jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament sakemm l-ABS tkun predominanti fil-kompost. |
|
(47) |
Għalhekk, l-ABS ritardanti tal-fjammi u l-ABS rinfurzati tal-ħġieġ huma koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din l-investigazzjoni peress li dawk it-tipi ta’ prodotti huma prodotti bħala komposti fejn il-kontenut tal-ABS huwa predominanti. Min-naħa l-oħra, ABS trasparenti mhux kopert minn din l-investigazzjoni. ABS trasparenti huwa prodott bħala kompost ta’ ABS u metilmetakrilat, l-hekk imsejjaħ MABS. L-ABS mhux predominanti f’dak il-kompost u għalhekk ma jaqax fl-ambitu tal-prodott ta’ din l-investigazzjoni. |
|
(48) |
Fl-aħħar nett, il-kopolimeri li jikkonsistu f’akrilonitril, butadien, stiren u komonomeri oħra jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din l-investigazzjoni sakemm l-akrilonitril, il-butadien u l-istiren huma predominanti fil-kopolimeru. |
2.4.2. Talbiet għal esklużjoni mill-ambitu tal-prodott
|
(49) |
Fit-tweġiba tagħha għall-kwestjonarju, Chimei talbet li ritardanti tal-fjammi ABS jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din l-investigazzjoni peress li allegatament ma kinux prodotti fl-Unjoni. |
|
(50) |
Għall-kuntrarju tal-allegazzjonijiet tal-kumpanija, l-ABS ritardanti tal-fjammi huma prodotti mill-produtturi tal-Unjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni. |
|
(51) |
Chimei u LEGO sostnew li l-ABS b’kontenut ibbilanċjat bil-massa għandhom jiġu esklużi. Il-partijiet jargumentaw li ABS ibbilanċjata bil-massa hija konsiderevolment aktar għalja minħabba l-primjum ekoloġiku mħallas mill-klijent. Bħala alternattiva, LEGO ssuġġeriet li d-dazji anti-dumping ma għandhomx jiġu imposti biss fuq il-kontenut ibbilanċjat bil-massa jew tal-anqas, l-ABS ibbilanċjata bil-massa għandha tiġi rikonoxxuta għall-fini ta’ tqabbil ġust. |
|
(52) |
ABS ibbilanċjati bil-massa huma ABS prodotti minn inputs ċirkolari (riċiklati mekkanikament jew kimikament) jew minn materja prima bijoloġika, eż. żejt tat-tisjir użat. Huwa tabilħaqq aktar għali mill-ABS prodotti minn inputs mhux ċirkolari jew ibbażati fuq il-fossili. Il-primjum ekoloġiku jista’ jilħaq sa 100 % tal-prezz tal-ABS mhux ċirkolari jew ibbażati fuq il-fossili. L-ABS ibbilanċjati bil-massa madankollu għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi bħall-ABS prodotti minn inputs mhux ċirkolari jew ibbażati fuq il-fossili u għalhekk jikkompetu mal-ABS standard. La Chimei u lanqas Lego ma pprovdew evidenza kuntrarja. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet it-talba għall-esklużjoni. |
|
(53) |
L-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping fuq il-kontenut tal-ABS ta’ oriġini mhux ċirkolari jew fossili ma tistax tiġi implimentata fil-prattika. Il-primjum ekoloġiku jiġi nnegozjat bejn il-produttur tal-ABS u l-klijent tiegħu, u jiġi inkluż direttament fil-prezz. Dan ma jistax jiġi identifikat fuq il-fattura jew dokumenti oħra li jakkumpanjaw it-tranżazzjoni ta’ importazzjoni u għalhekk, il-valur tal-primjum ekoloġiku ma jistax jiġi ddeterminat għall-finijiet ta’ valutazzjoni doganali. Konsegwentement, il-Kummissjoni ċaħdet it-talba ta’ LEGO li d-dazji antidumping jiġu imposti fuq il-kontenut mhux ċirkolari jew fuq il-kontenut ta’ fossili ta’ ABS biss. |
|
(54) |
Madankollu, il-Kummissjoni qieset kif xieraq il-fatt li ċerti tipi ta’ prodotti fihom ABS ibbilanċjati mal-massa għall-fini ta’ tqabbil ġust fid-determinazzjoni tal-marġnijiet tad-dumping u tad-dannu. |
3. DUMPING
3.1. Ir-Repubblika tal-Korea
3.1.1. Il-valur normali
|
(55) |
Il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali ta’ bejgħ domestiku ta’ kull produttur esportatur li kkoopera inkluż fil-kampjun kienx rappreżentattiv, f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku huwa rappreżentattiv jekk it-total tal-volum ta’ bejgħ domestiku tal-prodott simili lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull produttur esportatur ikun irrappreżenta mill-inqas 5 % tat-total tal-volum tiegħu tal-bejgħ għall-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Fuq din il-bażi, il-bejgħ totali minn kull produttur esportatur inkluż fil-kampjun tal-prodott simili fis-suq domestiku kien rappreżentattiv. |
|
(56) |
Il-Kummissjoni sussegwentement identifikat it-tipi ta’ prodotti mibjugħa domestikament li kienu identiċi jew komparabbli mat-tipi ta’ prodotti mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni għall-produtturi esportaturi b’bejgħ domestiku rappreżentattiv. |
|
(57) |
Il-Kummissjoni mbagħad eżaminat jekk il-bejgħ domestiku ta’ kull produttur esportatur inkluż fil-kampjun fis-suq domestiku tiegħu għal kull tip ta’ prodott li huwa identiku jew komparabbli ma’ tip ta’ prodott mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni kienx rappreżentattiv, f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta’ tip ta’ prodott huwa rappreżentattiv jekk it-totali tal-volum ta’ bejgħ domestiku ta’ dak it-tip ta’ prodott lil klijenti indipendenti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni jirrappreżenta mill-inqas 5 % tat-total tal-volum ta’ bejgħ għall-esportazzjoni tat-tip ta’ prodott identiku jew komparabbli lejn l-Unjoni. Il-Kummissjoni stabbiliet li mhux aktar minn terz tat-tipi ta’ prodotti ma kinux rappreżentattivi għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. |
|
(58) |
Il-Kummissjoni mbagħad iddefiniet il-proporzjon tal-bejgħ profittabbli lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull tip ta’ prodott matul il-perjodu ta’ investigazzjoni sabiex tiddeċiedi jekk tużax il-bejgħ domestiku effettiv għall-kalkolu tal-valur normali, f’konformità mal-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(59) |
Il-valur normali huwa bbażat fuq il-prezz domestiku effettiv għal kull tip ta’ prodott, irrispettivament minn jekk dak il-bejgħ huwiex profittabbli jew le, jekk:
|
|
(60) |
F’dan il-każ, il-valur normali huwa l-medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta’ dak it-tip ta’ prodott matul il-PI. |
|
(61) |
Il-valur normali huwa l-prezz domestiku reali għal kull tip ta’ prodott tal-bejgħ domestiku bi profitt tat-tipi ta’ prodotti biss matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, jekk:
|
|
(62) |
L-analiżi tal-bejgħ domestiku wriet li aktar minn 64 % tal-bejgħ domestiku ħalla profitt u li l-prezz tal-bejgħ medju ponderat kien ogħla mill-kost tal-produzzjoni. Għaldaqstant, il-valur normali ġie kkalkulat għall-maġġoranza tat-tranżazzjonijiet bħala medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu matul il-PI u għal xi parti bħala medja ponderata tal-bejgħ bi profitt biss. |
|
(63) |
F’xi każijiet fejn ma kienx hemm biżżejjed bejgħ ta’ tip ta’ prodott tal-prodott simili fl-andament normali tal-kummerċ jew fejn tip ta’ prodott ma nbiegħx fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali. F’każijiet oħra fejn ma kien hemm l-ebda bejgħ ta’ tip ta’ prodott tal-prodott simili fl-andament normali tal-kummerċ, il-Kummissjoni fittxet sorsi alternattivi għall-prezzijiet fl-andament normali tal-kummerċ. Peress li ma kien hemm l-ebda bejgħ domestiku ta’ produttur ieħor inkluż fil-kampjun jew il-prezz tal-bejgħ domestiku ta’ produttur ieħor fil-kampjun għal dak it-tip ta’ prodott ma setax jiġi żvelat b’mod sinifikanti mingħajr ma tinkiser il-kunfidenzjalità ta’ dak il-produttur, u ma kien hemm l-ebda sors ieħor ta’ prezzijiet disponibbli għat-tipi ta’ prodotti partikolari, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għat-tipi ta’ prodotti rilevanti f’konformità mal-Artikolu 2(3) u (6) tar-Regolament bażiku. |
|
(64) |
Il-valur normali nħadem billi żdied dan li ġej mal-kost medju tal-produzzjoni tal-prodott simili tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun li kkooperaw matul il-perjodu ta’ investigazzjoni:
|
|
(65) |
Għat-tipi ta’ prodotti mhux mibjugħa fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku, żdiedu l-kostijiet SG&A medji u l-profitt tat-tranżazzjonijiet magħmula fil-perkors normali tan-negozju fis-suq domestiku għal dawk it-tipi. Għat-tipi ta’ prodotti mhux mibjugħa b’xi mod fis-suq domestiku, żdiedu l-kostijiet SG&A medji ponderati u l-profitt tat-tranżazzjonijiet kollha magħmula fil-perkors normali tan-negozju fis-suq domestiku. |
3.1.2. Il-prezz tal-esportazzjoni
|
(66) |
Il-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun esportaw lejn l-Unjoni jew direttament lil klijenti indipendenti jew permezz ta’ kumpaniji relatati li jaġixxu bħala importaturi. |
|
(67) |
Għall-produtturi esportaturi li esportaw il-prodott ikkonċernat direttament lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz li effettivament tħallas jew dak pagabbli għall-prodott ikkonċernat meta nbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
|
(68) |
Għall-produtturi esportaturi li esportaw il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni permezz ta’ kumpaniji relatati li jaġixxu bħala importatur, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit abbażi tal-prezz li bih il-prodott importat reġa’ nbiegħ għall-ewwel darba lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. F’dan il-każ, saru aġġustamenti fil-prezz għall-kostijiet kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, inklużi l-ispejjeż SG&A u l-profitt (ta’ [9–12]%), li nkiseb minn żewġ importaturi mhux relatati li kkooperaw li pprovdew l-informazzjoni meħtieġa. |
3.1.3. Tqabbil
|
(69) |
L-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku jirrikjedi li l-Kummissjoni tagħmel paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fl-istess livell ta’ kummerċ u tagħmel konċessjoni għad-differenzi fil-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet. Fil-każ preżenti, il-Kummissjoni għażlet li tqabbel il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fil-livell tal-kummerċ mill-fabbrika. Kif spjegat aktar hawn taħt, fejn xieraq, il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni ġew aġġustati sabiex: (i) jiġu nnettjati lura għal-livell mill-fabbrika; u (ii) jagħmlu adattamenti għal differenzi fil-fatturi li ġew iddikjarati, u murija, li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet. |
3.1.3.1. Aġġustamenti magħmula fil-valur normali
|
(70) |
Għall-bejgħ ta’ tipi ta’ prodotti li għalihom inħadem il-valur normali, kif spjegat fil-premessa (64), il-valur normali ġie stabbilit fil-livell tal-kummerċ mill-fabbrika billi ntużaw il-kostijiet tal-produzzjoni flimkien mal-ammonti għall-SG&A u għall-profitt, li tqiesu bħala raġonevoli għal dak il-livell ta’ kummerċ. Għalhekk, ma kien meħtieġ l-ebda aġġustament biex il-valur normali jinnettja lura għal-livell mill-fabbrika. |
|
(71) |
Għall-bejgħ ta’ tipi ta’ prodotti li għalihom kien hemm bejgħ fl-andament normali tal-kummerċ, sabiex il-valur normali jiġi nnettjat lura għal-livell ta’ kummerċ mill-fabbrika, saru aġġustamenti minħabba l-ispejjeż tat-trasport u tal-ippakkjar. Barra minn hekk, saru provvedimenti minħabba l-kostijiet tal-kreditu. Il-Kummissjoni ma sabet l-ebda raġuni biex tagħmel xi kwoti oħra għall-valur normali. |
|
(72) |
LG Chem talbet aġġustament rigward il-proċess tal-produzzjoni u d-differenzi fil-karatteristiċi tal-prodott. Barra minn hekk, LG Chem talbet aġġustament għall-assistenza teknika. Il-Kummissjoni ċaħdet l-aġġustamenti ddikjarati ta’ LG Chem. Fir-rigward tal-aġġustament għad-differenzi fil-proċess tal-produzzjoni, il-kumpanija ma pprovdietx evidenza li d-differenza fil-proċess tal-produzzjoni kellha xi impatt fuq il-prezzijiet jew il-komparabbiltà tagħhom. Wara l-emenda tan-numru ta’ kontroll tal-prodott (“PCN, product control number”), kwalunkwe differenza b’impatt sinifikanti fuq il-prezz hija riflessa fil-PCN emendat; għalhekk, l-aġġustamenti għad-differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi saru irrilevanti peress li dawk id-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tagħhom ġew riflessi fil-PCN. Fl-aħħar nett, l-aġġustamenti għas-servizzi ta’ assistenza teknika ġew miċħuda, peress li l-kumpanija ma pprovdietx evidenza li tali servizzi huma kkuntrattati u inklużi fil-prezz tal-bejgħ. |
|
(73) |
Lotte talbet aġġustament fuq ir-rifużjoni tad-dazju, madankollu, il-kumpanija ma setgħetx talloka kwantitajiet speċifiċi tal-materja prima importata għall-prodott li qed jiġi investigat, u għalhekk din it-talba ġiet miċħuda. |
3.1.3.2. Aġġustamenti magħmula fil-prezz tal-esportazzjoni
|
(74) |
Sabiex il-prezz tal-esportazzjoni jiġi lura nett għal-livell tal-kummerċ ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, saru aġġustamenti minħabba: spejjeż ta’ merkanzija, assigurazzjoni, tqandil tat-tagħbija u spejjeż anċillari. |
|
(75) |
Saru adattamenti għall-fatturi li ġejjin li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet: kost tal-kreditu, imposti bankarji. |
|
(76) |
Produttur esportatur wieħed talab aġġustament għall-bejgħ li sar permezz ta’ importatur relatat li ġie kkonsenjat direttament mill-Korea lill-klijent indipendenti fl-Unjoni, minħabba li d-dipartiment tal-bejgħ fil-Korea jwettaq il-funzjonijiet kollha tal-bejgħ. Għal dawn ir-raġunijiet, il-kumpanija sostniet li l-importatur relatat ma jġarrabx dawn il-kostijiet, u l-prezz għandu jiġi aġġustat skont dan. L-affermazzjoni ma kienet appoġġata minn ebda evidenza u għalhekk ġiet miċħuda. |
|
(77) |
Porzjon żgħir tal-esportazzjonijiet ta’ produttur esportatur inbiegħ lil utent relatat fl-Unjoni biex jipproduċi oġġetti oħra li fihom il-prodott ikkonċernat jikkostitwixxi parti żgħira mill-kost tal-produzzjoni. Għal dawn il-kwantitajiet ikun impossibbli li jiġi stabbilit prezz tal-esportazzjoni affidabbli bbażat fuq il-bejgħ tal-prodott finali lill-ewwel xerrej indipendenti. Għalhekk, dawn il-kwantitajiet ġew ikkunsidrati fil-kalkoli bl-użu tal-prezz tal-esportazzjoni stabbilit għall-bejgħ dirett tat-tipi ta’ prodotti simili. |
|
(78) |
Produttur esportatur jesporta l-prodott li qed jiġi investigat lill-kumpanija relatata tiegħu fl-Unjoni li tkompli tipproċessah biex tbigħu lill-klijenti indipendenti. Għal dan il-bejgħ, tnaqqset konċessjoni addizzjonali mill-prezz għall-ewwel klijent mhux relatat. Il-Kummissjoni naqqset il-kostijiet tal-ipproċessar/tal-kompożizzjoni tal-ABS importati li seħħew fil-faċilitajiet tal-kumpanija fl-Unjoni. Dan il-prezz aġġustat intuża għat-tqabbil mal-prodotti simili għall-input ABS importat mill-Korea mill-kumpanija relatata. |
3.1.4. Marġinijiet tad-dumping
|
(79) |
Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip tal-prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
|
(80) |
Abbażi ta’ dan, il-marġnijiet tad-dumping medji ponderati proviżorji espressi bħala persentaġġ tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
|
(81) |
Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw li ma humiex inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni kkalkolat il-marġni tad-dumping medju ponderat, f’konformità mal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant, dak il-marġni ġie stabbilit abbażi tal-marġnijiet tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. |
|
(82) |
Fuq din il-bażi, il-marġini tad-dumping proviżorju tal-produtturi esportaturi li kkooperaw u li ma kinux inklużi fil-kampjun kien ta’ 4,3 %. |
|
(83) |
Għall-produtturi esportaturi l-oħra kollha fil-Korea, il-Kummissjoni stabbiliet il-marġni tad-dumping abbażi tal-fatti disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni ddeterminat il-livell ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi. Il-livell ta’ kooperazzjoni huwa l-volum tal-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw lejn l-Unjoni espress bħala proporzjon tal-importazzjonijiet totali mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni fil-PI, li ġew stabbiliti abbażi tad-data tal-importazzjoni fl-Eurostat. |
|
(84) |
Il-livell ta’ kooperazzjoni f’dan il-każ huwa għoli minħabba li l-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jikkostitwixxu madwar [75–85]% tal-importazzjonijiet totali matul il-PI. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni sabet li kien xieraq li tistabbilixxi l-marġni tad-dumping għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx fil-livell tal-kumpanija li kkooperat inkluża fil-kampjun eżaminata fuq bażi individwali bl-ogħla marġni tad-dumping. |
|
(85) |
Il-marġnijiet tad-dumping proviżorji, espressi bħala persentaġġ tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
3.2. It-Tajwan
3.2.1. Il-valur normali
|
(86) |
Il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali ta’ bejgħ domestiku ta’ kull produttur esportatur li kkoopera kienx rappreżentattiv, f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku huwa rappreżentattiv jekk it-total tal-volum ta’ bejgħ domestiku tal-prodott simili lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull produttur esportatur ikun irrappreżenta mill-inqas 5 % tat-total tal-volum tiegħu tal-bejgħ għall-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Abbażi ta’ dan, il-bejgħ totali minn kull produttur esportatur li kkoopera tal-prodott simili fis-suq domestiku, kien rappreżentattiv. |
|
(87) |
Sussegwentement, il-Kummissjoni identifikat it-tipi ta’ prodotti mibjugħa domestikament li kienu identiċi jew komparabbli mat-tipi ta’ prodotti mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. |
|
(88) |
Il-Kummissjoni mbagħad eżaminat jekk il-bejgħ domestiku ta’ kull produttur esportatur li kkoopera fis-suq domestiku tiegħu għal kull tip ta’ prodott li huwa identiku jew komparabbli ma’ tip ta’ prodott mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni kienx rappreżentattiv, f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta’ tip ta’ prodott huwa rappreżentattiv jekk it-totali tal-volum ta’ bejgħ domestiku ta’ dak it-tip ta’ prodott lil klijenti indipendenti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni jirrappreżenta mill-inqas 5 % tat-total tal-volum ta’ bejgħ għall-esportazzjoni tat-tip ta’ prodott identiku jew komparabbli lejn l-Unjoni. Il-Kummissjoni stabbiliet li l-bejgħ domestiku ta’ ftit tipi ta’ prodotti ma kienx rappreżentattiv għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. |
|
(89) |
Il-Kummissjoni mbagħad iddefiniet il-proporzjon tal-bejgħ profittabbli lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull tip ta’ prodott matul il-perjodu ta’ investigazzjoni sabiex tiddeċiedi jekk tużax il-bejgħ domestiku effettiv għall-kalkolu tal-valur normali, f’konformità mal-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(90) |
Il-valur normali huwa bbażat fuq il-prezz domestiku effettiv għal kull tip ta’ prodott, irrispettivament minn jekk dak il-bejgħ huwiex profittabbli jew le, jekk:
|
|
(91) |
F’dan il-każ, il-valur normali huwa l-medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta’ dak it-tip ta’ prodott matul il-PI. |
|
(92) |
Il-valur normali huwa l-prezz domestiku reali għal kull tip ta’ prodott tal-bejgħ domestiku bi profitt tat-tipi ta’ prodotti biss matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, jekk:
|
|
(93) |
L-analiżi tal-bejgħ domestiku wriet li aktar minn 99 % tal-bejgħ domestiku ħalla profitt u li l-prezz tal-bejgħ medju ponderat kien ogħla mill-kost tal-produzzjoni. Għaldaqstant, il-valur normali ġie kkalkulat bħala medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu matul il-PI (b’mod ġenerali) jew medja ponderata tal-bejgħ bi profitt biss (fi ftit każijiet). |
|
(94) |
Il-metodoloġija spjegata fil-premessa hawn fuq ġiet applikata wkoll għall-bejgħ domestiku magħmul mill-produttur esportatur li kkoopera li kellu ftit bejgħ permezz ta’ entità tal-ipproċessar relatata. |
|
(95) |
Fejn ma kien hemm l-ebda bejgħ jew ma kienx hemm biżżejjed bejgħ tat-tip ta’ prodott simili fil-perkors normali tan-negozju, jew fejn tip ta’ prodott ma nbiegħx fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali skont l-Artikoli 2(3) u (6) tar-Regolament bażiku. Fejn ma kien hemm l-ebda bejgħ domestiku ta’ tip ta’ prodott tal-prodott simili, il-Kummissjoni fittxet sorsi alternattivi għall-prezzijiet fl-andament normali tal-kummerċ. Fl-aħħar mill-aħħar, il-valur normali nħadem minħabba li l-prezz tal-bejgħ domestiku ta’ produttur ieħor fil-kampjun għal dak it-tip ta’ prodott ma setax jiġi żvelat b’mod sinifikanti mingħajr ma tinkiser il-kunfidenzjalità ta’ dak il-produttur. Il-Kummissjoni ma kienet konxja tal-ebda sors potenzjali ieħor għall-prezzijiet tat-tipi ta’ prodotti rilevanti fl-andament normali tal-kummerċ. |
|
(96) |
Il-valur normali tfassal billi żdied dan li ġej mal-kost medju tal-produzzjoni tal-prodott simili tal-produtturi esportaturi li kkooperaw matul il-perjodu ta’ investigazzjoni:
|
|
(97) |
Għat-tipi ta’ prodotti pproċessati u mibjugħa domestikament minn parti relatata ma’ wieħed mill-produtturi esportaturi li kkooperaw, il-kors ordinarju tal-kummerċ għal kull tip ta’ test qies il-kost tal-produzzjoni, l-SG&A u l-profitt tal-entità relatata. |
|
(98) |
Għat-tipi ta’ prodotti mhux mibjugħa fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku, żdiedu l-kostijiet SG&A medji u l-profitt tat-tranżazzjonijiet magħmula fil-perkors normali tan-negozju fis-suq domestiku għal dawk it-tipi. Għat-tipi ta’ prodotti mhux mibjugħa b’xi mod fis-suq domestiku, żdiedu l-kostijiet SG&A medji ponderati u l-profitt tat-tranżazzjonijiet kollha magħmula fil-perkors normali tan-negozju fis-suq domestiku. |
3.2.2. Il-prezz tal-esportazzjoni
|
(99) |
Il-produtturi esportaturi fil-kampjun esportaw lejn l-Unjoni direttament lil klijenti indipendenti fl-Unjoni. Il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-prodott ikkonċernat meta mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
3.2.3. Tqabbil
|
(100) |
L-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku jirrikjedi li l-Kummissjoni tagħmel paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fl-istess livell ta’ kummerċ u tagħmel konċessjoni għad-differenzi fil-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet. Fil-każ preżenti, il-Kummissjoni għażlet li tqabbel il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fil-livell tal-kummerċ mill-fabbrika. Kif spjegat aktar hawn taħt, fejn xieraq, il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni ġew aġġustati sabiex: (i) jiġu nnettjati lura għal-livell mill-fabbrika; u (ii) jagħmlu adattamenti għal differenzi fil-fatturi li ġew iddikjarati, u murija, li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet. |
3.2.3.1. Aġġustamenti magħmula fil-valur normali
|
(101) |
Sabiex il-valur normali jiġi nnettjat lura għal-livell ta’ kummerċ mill-fabbrika, meta ddikjarat u ġġustifikat mill-produtturi esportaturi fil-kampjun, saru aġġustamenti minħabba l-ispejjeż tat-trasport u/jew tal-ippakkjar. |
|
(102) |
Meta l-valur normali ġie stabbilit abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni flimkien mal-ammonti għall-SG&A u għall-profitt raġonevoli għal dak il-livell ta’ kummerċ, ma kien meħtieġ l-ebda aġġustament biex il-valur normali jiġi nnettjat lura għal-livell mill-fabbrika. |
|
(103) |
Wieħed mill-produtturi esportaturi li kkooperaw li kellu ftit bejgħ domestiku permezz ta’ parti relatata talab aġġustament għall-SG&A u profitt għal dik il-parti relatata u t-tranżazzjonijiet tagħha. Madankollu, fid-dawl tal-informazzjoni fil-fajl, il-toller/negozjant Tajwaniż relatat mal-produttur esportatur li kkoopera ma setax jitqies li qed iwettaq funzjonijiet simili għal dawk ta’ aġent li jaġixxi fuq bażi ta’ kummissjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, il-pretensjoni hija miċħuda. |
3.2.3.2. Aġġustamenti magħmula fil-prezz tal-esportazzjoni
|
(104) |
Sabiex il-prezz tal-esportazzjoni jiġi nnettjat lura għal-livell ta’ kummerċ mill-fabbrika, meta ddikjarat u ġġustifikat mill-produtturi esportaturi fil-kampjun, saru aġġustamenti minħabba l-ispejjeż tat-trasport, l-assigurazzjoni, l-imballaġġ, l-immaniġġjar u t-tagħbija. |
|
(105) |
Saru adattamenti għall-fatturi li ġejjin li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet: il-kost tal-kreditu u t-tariffi bankarji. |
3.2.4. Marġinijiet tad-dumping
|
(106) |
Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip tal-prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
|
(107) |
Abbażi ta’ dan, il-marġnijiet tad-dumping medji ponderati proviżorji espressi bħala persentaġġ tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
|
(108) |
Peress li l-kooperazzjoni kienet ta’ 100 %, ma kienx meħtieġ li jiġi kkalkulat marġni tad-dumping medju ponderat li normalment jiġi applikat għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun. |
|
(109) |
Għall-produtturi esportaturi l-oħra kollha fit-Tajwan, il-Kummissjoni stabbiliet il-marġni tad-dumping abbażi tal-fatti disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni ddeterminat il-livell ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi. |
|
(110) |
Il-livell ta’ kooperazzjoni f’dan il-każ huwa għoli minħabba li l-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi fil-kampjun koprew it-totalità tal-importazzjonijiet totali matul il-PI. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni sabet li kien xieraq li tistabbilixxi l-marġni tad-dumping għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx fil-livell tal-kumpanija eżaminata individwalment bl-ogħla marġni tad-dumping.
|
4. ĦSARA
4.1. Id-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(111) |
Il-prodott simili ġie mmanifatturat minn erba’ produtturi fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Barra minn hekk, matul l-investigazzjoni, ħames produtturi ta’ ABS riċiklati ppreżentaw ruħhom permezz tal-assoċjazzjoni tagħhom Plastics Recyclers Europe. Dawn jikkostitwixxu “l-industrija tal-Unjoni” fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(112) |
L-informazzjoni pprovduta mill-produtturi tal-ABS riċiklati kienet limitata għall-volumi tal-produzzjoni fl-2022, fl-2023 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Meta jitqies is-sehem insinifikanti tagħhom fuq il-produzzjoni totali tal-ABS fl-Unjoni (madwar 1,5 %), il-Kummissjoni qieset li n-nuqqas ta’ informazzjoni kompluta mir-riċiklaturi ma affettwax is-sejbiet dwar id-dannu. |
|
(113) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kienet stabbilita għal madwar 500 000 tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-industrija tal-Unjoni, bħall-volumi tal-produzzjoni vverifikati tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, il-volumi tal-produzzjoni vverifikati tal-produtturi tal-Unjoni mhux inklużi fil-kampjun, u l-volumi tal-produzzjoni tar-riċiklaturi. Kif indikat fil-premessa (18), il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw [38–48]% tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili. |
|
(114) |
Minbarra l-produtturi u r-riċiklaturi tal-ABS, l-ilment kompla janalizza r-rwol tal-kompotaturi, li akkwistaw prodotti minn produtturi fl-Unjoni u fil-pajjiżi kkonċernati u jew ħalltuhom ma’ addittivi biex itejbu ċerti proprjetajiet tal-ABS jew ittrasformawhom fi prodotti li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din l-investigazzjoni. |
|
(115) |
Il-Kummissjoni kkuntattjat lill-kompotaturi magħrufa kollha qabel il-bidu. Madankollu, l-ebda wieħed mill-kompotaturi magħrufa ma wieġeb għall-mistoqsijiet tal-Kummissjoni. Fi stadju aktar tard tal-investigazzjoni, kompotatur wieħed, Romira GmbH, irreġistra bħala parti interessata fl-investigazzjoni. Il-kumpanija ddikjarat li kienet produttur tal-ABS u pprovdiet xi spjegazzjonijiet inizjali. Madankollu, hija ma għamlitx aktar rappreżentazzjonijiet, u lanqas ma pprovdiet xi data li tippermetti lill-Kummissjoni tikkonkludi dwar in-natura tal-attivitajiet ta’ Romira fir-rigward ta’ din l-investigazzjoni. |
|
(116) |
Il-Kummissjoni sabet li mil-lat kimiku u tekniku, l-aħħar pass ewlieni fil-produzzjoni tal-ABS huwa t-tlestija tal-proċess ta’ polimerizzazzjoni. Barra minn hekk, il-valur miżjud mill-istadju ta’ taħlit għandu t-tendenza li jkun pjuttost limitat u jirrappreżenta 7-10 % tal-kost tal-produzzjoni. Għalhekk, f’dan l-istadju, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kompotaturi ma jiffurmawx parti mill-industrija tal-Unjoni. |
4.2. Il-konsum tal-Unjoni
|
(117) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni abbażi ta’
|
|
(118) |
Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 1 Konsum tal-Unjoni (tunnellati)
|
||||||||||||||||||||||||||
|
(119) |
Il-konsum tal-Unjoni żdied temporanjament fl-2021 iżda wara kompla jonqos fil-bqija tal-perjodu kkunsidrat. Sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni, dan kien 16 % inqas milli fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat. |
4.3. Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati
4.3.1. Valutazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati
|
(120) |
Il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet ta’ prodott li joriġina mill-pajjiżi kkonċernati jenħtieġx li jiġu vvalutati b’mod kumulattiv, f’konformità mal-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(121) |
Il-marġni tad-dumping stabbilit fir-rigward tal-importazzjonijiet mill-Korea u t-Tajwan kien ogħla mil-limitu de minimis stabbilit fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku. Il-volum tal-importazzjonijiet minn kull wieħed mill-pajjiżi kkonċernati ma kienx negliġibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 5(7) tar-Regolament bażiku. L-ishma mis-suq fil-perjodu ta’ investigazzjoni kienu 25,2 % u 5,9 % rispettivament. |
|
(122) |
Il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Korea u t-Tajwan u bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati u l-prodott simili kienu simili. B’mod aktar speċifiku, il-prodotti importati kienu f’kompetizzjoni ma’ xulxin u mal-ABS prodotti fl-Unjoni minħabba li jinbiegħu permezz tal-istess kanali tal-bejgħ u lil kategoriji simili ta’ klijenti. |
|
(123) |
Għalhekk, il-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku ġew issodisfati u l-importazzjonijiet mill-Korea u mit-Tajwan ġew eżaminati b’mod kumulattiv għall-finijiet tad-determinazzjoni tad-dannu. |
4.3.2. Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati
|
(124) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tad-data rreġistrata fil-bażi tad-data Comext tal-Eurostat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit billi tqabblu l-volumi tal-importazzjonijiet mal-konsum tal-Unjoni kif iddeterminat fit-taqsima 4.2. |
|
(125) |
Importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-pajjiżi kkonċernati żviluppaw kif ġej: Tabella 2 Il-volum tal-importazzjoni (tunnellati) u s-sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(126) |
L-importazzjonijiet kumulattivi mill-pajjiżi rreġistraw tkabbir qawwi kontinwu minn 124 000 tunnellata għal kważi 190 000 tunnellata matul il-perjodu kkunsidrat. Għalkemm laħqu l-quċċata ta’ 200 000 tunnellata fl-2022, kienu għadhom 53 % ogħla fi tmiem il-perjodu kkunsidrat meta mqabbla mal-bidu tiegħu. |
|
(127) |
Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żdied b’mod stabbli minn 19 % għal 31 % matul il-perjodu kkunsidrat. Huma kisbu 12 pp jew 63 % tas-sehem mis-suq bejn l-2020 u l-perjodu ta’ investigazzjoni. |
4.4. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati: twaqqigħ tal-prezz u soppressjoni tal-prezzijiet
|
(128) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet fuq il-bażi tad-data tal-Eurostat. It-twaqqigħ tal-prezz tal-importazzjonijiet ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ informazzjoni vverifikata pprovduta mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fil-pajjiżi kkonċernati u l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. |
|
(129) |
Il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati lejn l-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 3 Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(130) |
Il-prezzijiet tal-importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu b’medja ta’ 28 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan kien prinċipalment xprunat miż-żieda fil-prezzijiet tal-importazzjonijiet Koreani (+ 31 %), filwaqt li l-prezz tal-importazzjonijiet mit-Tajwan żdied biss b’14 %. Iż-żieda eċċezzjonalment qawwija fil-prezzijiet fl-2021 u fl-2022 kienet ikkawżata minn avvenimenti fl-ekonomija globali. L-irkupru ekonomiku ta’ wara l-pandemija tal-2021 ra rkupru tal-flussi kummerċjali globali u b’hekk domanda dejjem akbar għat-trasport marittimu, li wasslu għal żieda fil-kost tat-trasport tal-merkanzija bil-baħar. Din is-sitwazzjoni kompliet fil-bidu tal-2022. (8) Lejn l-aħħar tal-2021 u matul l-2022, l-effetti taż-żieda fil-kost tat-tbaħħir ġew raggruppati mal-kriżi globali tal-enerġija kkawżata mid-domanda dejjem tikber għall-fjuwil wara l-irkupru ekonomiku ta’ wara l-pandemija, iżda prinċipalment mill-konsegwenzi tal-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna li bdiet bl-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja fi Frar 2022 (9). |
|
(131) |
Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni billi qabblet:
|
|
(132) |
Dan it-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta’ tip b’tip għal tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, debitament aġġustati fejn meħtieġ, u wara t-tnaqqis tar-rifużjonijiet u l-iskontijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil kien espress bħala persentaġġ tal-fatturat teoretiku tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(133) |
It-tqabbil ta’ hawn fuq wera marġni medju ponderat ta’ twaqqigħ tal-prezz fis-suq tal-Unjoni ta’ bejn 30,4 % u 30,9 % għall-Korea, u bejn 20,9 % u 29,9 % għat-Tajwan. |
|
(134) |
Barra minn hekk u irrispettivament mis-sejbiet ta’ twaqqigħ tal-prezz konsiderevoli, il-Kummissjoni sabet li minħabba s-soppressjoni tal-prezzijiet ikkawżata mill-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Korea u mit-Tajwan, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tagħha għal livell li jiġġenera profitti raġonevoli. Mill-2022 u matul il-bqija tal-perjodu kkunsidrat, il-prezz medju tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati kien taħt il-kost tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun (ara t-Tabella 7). |
|
(135) |
Is-soppressjoni tal-prezzijiet li nstabet fil-livell makro kompliet tiġi kkonfermata fil-livell tal-kumpanija. Il-livelli ta’ eliminazzjoni tad-dannu ġew iddeterminati għal kull tip ta’ prodott u b’hekk tqieset kwalunkwe differenza potenzjali bejn it-taħlita ta’ prodotti tal-importazzjonijiet u l-bejgħ domestiku tal-industrija tal-Unjoni. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni, l-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun b’ 62,9 % sa 66,6 % għall-Korea, u b’51,7 % sa 67,8 % għat-Tajwan (għad-dettalji ara t-taqsima 6.1). |
4.5. Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.5.1. Kummenti ġenerali
|
(136) |
Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkonċernat. |
|
(137) |
Kif imsemmi fil-premessa (18), intuża l-kampjunar għad-determinazzjoni tad-dannu possibbli mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(138) |
Għad-determinazzjoni tad-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi ta' ħsarat makroekonomiċi u mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data li tinsab fit-tweġibiet għall-kwestjonarju makroekonomiku ppreżentati mill-erba’ produtturi tal-Unjoni tal-ABS, minn naħa waħda, u minn Plastics Recyclers Europe f’isem il-produtturi tal-Unjoni ta’ ABS riċiklati, min-naħa l-oħra. Id-data kienet relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi fuq il-bażi tad-data inkluża fit-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Id-data kienet relatata mal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta' data nstabu li jirrappreżentaw is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(139) |
L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum ta’ bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, il-kobor tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat. |
|
(140) |
L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet unitarji medji, il-kost unitarju, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-flussi tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital. |
4.5.2. Indikaturi makroekonomiċi
4.5.2.1. Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
|
(141) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kif ġej: Tabella 4 Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(142) |
Il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdied b’14 % fl-2021. Imbagħad naqas bejn l-2021 u l-2023, qabel ma rkupra ftit fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Sa tmiem il-perjodu kkunsidrat, il-volumi tal-produzzjoni kienu naqsu b’16 % taħt il-livell tal-2020. |
|
(143) |
Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdiedet bi ftit fl-2021 u fl-2022 wara t-tlestija tal-proġetti ta’ investiment mibdija ferm qabel il-perjodu kkunsidrat. B’mod ġenerali, il-kapaċità tal-produzzjoni żdiedet b’ 9 % fil-perjodu kkunsidrat. |
|
(144) |
Fid-dawl tal-kapaċitajiet addizzjonali u t-tnaqqis fil-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità naqas ukoll minn 65 % fl-2020 għal 50 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni b’żieda temporanja għal 71 % fl-2021. |
4.5.2.2. Kwantità tal-bejgħ u sehem mis-suq
|
(145) |
Il-kwantità tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 5 Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(146) |
Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdied b’16 % fl-2021. Wara, madankollu, naqas kontinwament u sa tmiem il-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni kienet tilfet 19 % tal-volum tal-bejgħ tagħha tal-2020. |
|
(147) |
Il-volum tal-bejgħ naqas b’mod aktar qawwi mill-konsum (19 % vs. 6 %) u, konsegwentement, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas minn 72 % fl-2020 għal inqas minn 63 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
4.5.2.3. It-tkabbir
|
(148) |
Is-sena 2021 kienet ikkaratterizzata minn irkupru ekonomiku globali ta’ wara l-pandemija. Dan kien rifless ukoll fis-suq tal-Unjoni fejn il-konsum tal-ABS żdied temporanjament, li ppermetta lill-industrija tal-Unjoni tikber f’termini ta’ produzzjoni u bejgħ. Iżda sussegwentement, is-sitwazzjoni treġġgħet lura. |
|
(149) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-konsum naqas b’mod qawwi. Madankollu, l-industrija tal-Unjoni tilfet aktar mid-doppju tal-volumi tal-bejgħ meta mqabbla mat-tnaqqis fil-konsum. Dan irriżulta f’telf tas-sehem mis-suq bi kważi 10 punti perċentwali. |
4.5.2.4. L-impjiegi u l-produttività
|
(150) |
L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 6 Impjiegi u produttività
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(151) |
L-impjiegi fl-industrija tal-ABS fl-Unjoni baqgħu pjuttost stabbli matul il-perjodu kkunsidrat b’żieda żgħira biss ta’ 2 % fl-2021 u 4 % fl-2022. Dan it-tkabbir fl-impjiegi jista’ jiġi attribwit għall-iskjerament ta’ kapaċitajiet ta’ produzzjoni addizzjonali fl-2021 u l-2022. |
|
(152) |
Iż-żieda temporanja fil-volumi tal-produzzjoni fl-2021 kienet riflessa fil-produttività li żdiedet bi 12 % fl-istess perjodu. Il-volumi tal-produzzjoni, madankollu, bdew jonqsu wara l-2021, li ssarrfu fi tnaqqis fil-produttività mill-2022 sa tmiem il-perjodu kkunsidrat meta niżlet 18 % taħt il-livell tal-2020. |
|
(153) |
Fid-dawl tas-suq li sejjer lura, l-industrija tal-Unjoni bdiet tnaqqas l-impjiegi mill-2023. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni, l-impjiegi kienu kemxejn ogħla (+ 1 %) milli fl-2020. |
4.5.2.5. Daqs tal-marġini ta’ dumping u l-irkupru minn dumping preċedenti
|
(154) |
Il-marġnijiet kollha tad-dumping kienu ogħla mil-livell de minimis. L-impatt tad-daqs tal-marġnijiet effettivi tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni ma kienx negliġibbli, minħabba l-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati. |
|
(155) |
Din hija l-ewwel investigazzjoni anti-dumping dwar il-prodott ikkonċernat. Għaldaqstant, ma kienx hemm data disponibbli biex jiġu vvalutati l-effetti ta’ dumping possibbli fil-passat. |
4.5.3. Indikaturi mikroekonomiċi
4.5.3.1. Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet
|
(156) |
Il-prezzijiet medji peżati tal-bejgħ ta' unità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun lill-klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 7 Il-prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(157) |
Bejn l-2020 u l-2022, il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdiedu bi 92 %. Sussegwentement, il-prezzijiet tal-bejgħ naqsu. Madankollu, fil-perjodu ta’ investigazzjoni, il-prezz medju tal-bejgħ ta’ unità kien għadu kważi 50 % ogħla milli fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat. |
|
(158) |
Il-kost tal-produzzjoni segwa xejra simili. Dan żdied b’ 90 % bejn l-2020 u l-2022 u wara naqas — iżda inqas mill-prezz medju tal-bejgħ ta’ unità. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni, il-kost tal-produzzjoni kien 60 % ogħla milli fl-2020. |
|
(159) |
Fl-2021, il-prezz tal-bejgħ tal-ABS tal-industrija tal-Unjoni żdied ħafna aktar mill-kost. Id-differenza bejn il-prezz tal-bejgħ u l-kost tal-produzzjoni laħqet kważi EUR 550/tonne f’dak il-perjodu. Wara, il-kost tal-produzzjoni żdied b’mod esponenzjali u fil-perjodu ta’ investigazzjoni, il-prezz medju tal-bejgħ qabeż il-kost medju b’madwar EUR 50/tunnellata biss. |
4.5.3.2. Kostijiet lavorattivi
|
(160) |
Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 8 Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat
|
||||||||||||||||||||||||||
|
(161) |
Il-kost lavorattiv medju għal kull impjegat żdied temporanjament fl-2021 u fl-2022 bi 11 % u 10 % rispettivament. Madankollu, dan baqa’ stabbli matul il-bqija tal-perjodu kkunsidrat bi tnaqqis żgħir fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
4.5.3.3. Inventarji
|
(162) |
Livelli tal-istokk tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 9 Inventarji
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(163) |
Il-volum tal-istokk tal-għeluq segwa x-xejra tal-produzzjoni. Dan żdied fl-2021 iżda naqas fil-bqija tal-perjodu kkunsidrat. |
|
(164) |
L-industrija tal-Unjoni rreaġixxiet għat-tnaqqis fil-volum tal-bejgħ billi naqqset il-volum tal-produzzjoni tagħha. Għalhekk, is-sehem tal-istokkijiet tal-għeluq fuq il-volum tal-produzzjoni baqa’ pjuttost stabbli (7,5-9 %) matul il-perjodu kollu kkunsidrat. |
4.5.3.4. Il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-abbiltà li jiġi ġġenerat il-kapital
|
(165) |
Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 10 Profittabilità, fluss ta’ flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(166) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-profittabilità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun billi l-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat ta' dak il-bejgħ. Il-profittabbiltà żdiedet fl-2021, meta ċ-ċirkostanzi ekonomiċi għas-settur, fl-Unjoni, kienu eċċezzjonalment favorevoli. B’domanda għolja u prezzijiet tal-importazzjoni affettwati mill-prezzijiet għoljin tal-merkanzija bil-baħar fl-2021 (ara l-premessa (131)), l-industrija tal-Unjoni setgħet iżżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha stess fis-suq tal-Unjoni u tiġġenera profitt ta’ [21,4–23,7]%. Għalkemm iż-żieda fil-kost tat-trasport tal-merkanzija bil-baħar kompliet fl-ewwel nofs tal-2022, din kienet akkumpanjata minn żieda fil-kost tal-enerġija, inkluż il-kost taż-żejt u tal-gass (ara l-premessa (131)), li huma l-materja prima aħħarija għall-produzzjoni tal-monomeri li minnhom tikkonsisti l-ABS. Għalhekk, fl-2022 il-profittabbiltà naqset b’aktar min-nofs meta mqabbla mal-2021, għalkemm il-prezz tal-bejgħ baqa’ pjuttost għoli. Sussegwentement, il-profittabbiltà kompliet tonqos b’mod sinifikanti, u laħqet [3,2–3,5]% fl-2023 u [2,0–2,2]% fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(167) |
Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom stess. Ix-xejra fil-fluss tal-flus nett segwiet ix-xejra tal-profittabbiltà. Il-fluss tal-flus nett żdied temporanjament fl-2021. Fil-bqija tal-perjodu kkunsidrat dan naqas u fil-perjodu ta’ investigazzjoni, il-fluss tal-flus nett laħaq biss 14 % tal-livell tiegħu tal-2020. |
|
(168) |
L-investimenti tal-industrija tal-Unjoni varjaw bejn EUR 4,4 miljun u EUR 5,9 miljun fl-2020, fl-2023 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Dawn żdiedu b’mod sinifikanti fl-2022 (aktar minn EUR [6,6–7,3] miljun) u b’mod partikolari fl-2022 (EUR [11–12,2] miljun). |
|
(169) |
Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt fil-perċentwal tal-valur nett skont il-kotba tal-investimenti. It-tnaqqis sinifikanti fil-profittabbiltà kien rifless ukoll fit-tnaqqis fir-redditu fuq l-investimenti. Dan żdied temporanjament fl-2021 għal-livell ta’ 92 %. Madankollu, fil-perjodu ta’ investigazzjoni, hija laħqet biss il-livell ta’ 4 %. |
|
(170) |
Minn dan ta’ hawn fuq jirriżulta li l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun li jiġbru l-kapital kienet affettwata b’mod negattiv mit-tnaqqis fil-profittabbiltà u fil-fluss tal-flus nett. |
4.6. Konklużjoni dwar id-dannu
|
(171) |
Is-suq tal-Unjoni gawda minn żieda qawwija fl-irkupru wara l-covid fl-2021, iżda kien qed jiċkien b’mod qawwi mill-2022. Madankollu, matul il-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni tilfet il-bejgħ b’rata li kienet ferm ogħla mit-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni. Dan wassal għal tnaqqis sinifikanti fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni minn 72,4 % għal 62,8 %. Il-volumi tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni (-16 %) naqsu f’konformità mal-volumi tal-bejgħ tagħha (-19 %). |
|
(172) |
Minbarra d-dannu tal-volum, il-Kummissjoni stabbiliet ukoll id-dannu fil-prezz. Filwaqt li l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi tikseb profitti b’saħħithom fl-ewwel tliet snin matul il-perjodu kkunsidrat, dan ma kienx il-każ aktar fl-2023 u l-perjodu ta’ investigazzjoni, meta l-profittabbiltà tagħha kienet naqset għal livelli baxxi ħafna. Ix-xejra tal-indikaturi finanzjarji l-oħra (il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti) kienet negattiva bl-istess mod mill-2022 jew mill-2023. |
|
(173) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni f’dan l-istadju kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. |
5. KAWŻALITÀ
|
(174) |
F’konformità mal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati kkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufa oħrajn setgħux fl-istess ħin ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kwalunkwe dannu possibbli kkawżat minn fatturi oħra barra mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati ma kienx attribwit lill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Dawn il-fatturi huma: l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-konsum, il-kost tal-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, in-nuqqas ta’ provvista fis-suq tal-Unjoni, u l-preferenzi tal-utenti, il-kwalità tal-prodott u s-servizzi ta’ wara l-bejgħ. |
5.1. Effetti tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping
|
(175) |
Il-volumi akkumulati tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu bi 53 % (ara t-tabella 2) filwaqt li l-konsum fl-Unjoni naqas b’ 6 % (ara t-tabella 1). Dan irriżulta f’żieda fis-sehem mis-suq tal-pajjiżi kkonċernati bi 12-il punt perċentwali minn 19 % għal 31 %. Fl-istess ħin, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas bi kważi 10 punti perċentwali minn 72 % għal 63 %. |
|
(176) |
Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mill-Korea u mit-Tajwan kienu aktar baxxi mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kollu kkunsidrat. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni, huma waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’20,9 % sa 30,9 %. Dawn il-prezzijiet tal-importazzjoni rriżultaw f’soppressjoni tal-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni, u b’riżultat ta’ dan l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tagħmel profitti b’saħħithom. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni, il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kienu biss marġinalment ogħla mill-kost tal-produzzjoni tagħha. |
|
(177) |
Lotte affermat li l-importazzjonijiet tal-ABS mill-Korea żdiedu biss minħabba li l-2020, sena affettwata mill-pandemija tal-COVID-19, intużat bħala sena bażi għall-evalwazzjoni tax-xejriet. Il-kumpanija argumentat li fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-importazzjonijiet mill-Korea sempliċiment irkupraw għal-livell ta’ qabel il-pandemija. |
|
(178) |
Bl-istess mod, LEGO argumentat li ż-żieda fl-importazzjonijiet mit-Tajwan tista’ tiġi osservata biss minħabba li l-perjodu kkunsidrat jibda fl-2020, sena affettwata mit-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku relatat mal-pandemija. Il-parti insistiet li l-2021 kellha tintuża bħala l-bidu tal-perjodu kkunsidrat. |
|
(179) |
Tabilħaqq, is-sena 2020 kienet ikkaratterizzata minn tnaqqis ġenerali fl-attività ekonomika minħabba l-pandemija tal-COVID-19, li affettwat mhux biss l-industrija tal-Unjoni iżda wkoll l-importazzjonijiet. Min-naħa l-oħra, is-sena 2021 lanqas ma tista titqies rappreżentattiva tal-attività ekonomika normali fis-suq tal-Unjoni tal-ABS minħabba l-irkupru ekonomiku sinifikanti ta’ wara l-pandemija. F’dan il-kuntest, anki jekk iż-żieda assoluta tal-importazzjonijiet kellha tiġi injorata, l-evoluzzjoni tas-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati turi b’mod ċar li dawn żdiedu b’mod sproporzjonat relattivament għad-daqs tas-suq tal-Unjoni. Barra minn hekk, diversi indikaturi tad-dannu (il-volumi tal-produzzjoni u tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, ir-redditu fuq l-investimenti) juru xejra negattiva fil-perjodu ta’ investigazzjoni anki meta mqabbla mas-sena tal-pandemija tal-2020. Dan jikkonferma biss l-impatt dannuż taż-żieda fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Korea u t-Tajwan. Għalhekk, l-affermazzjoni li l-2020 mhijiex xierqa biex tintuża bħala sena bażi tal-perjodu ta’ analiżi ġiet miċħuda. |
|
(180) |
LG Chem argumentat li d-dannu tal-industrija tal-Unjoni ma kienx ikkawżat mill-importazzjonijiet mill-Korea abbażi tar-raġunijiet li ġejjin:
|
|
(181) |
Ta’ min jinnota li s-sejbiet tal-Kummissjoni rigward id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni huma bbażati fuq l-analiżi tax-xejriet li jistgħu jiġu osservati matul il-perjodu kollu kkunsidrat. Il-bidliet individwali tal-indikaturi ekonomiċi bejn is-snin individwali ma jipprovdux stampa rappreżentattiva biżżejjed tal-effetti tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni ma tikkontestax li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, il-livelli tagħhom kienu dejjem u dejjem aktar taħt il-livelli tal-prezzijiet li l-industrija tal-Unjoni kisbet fis-suq tal-Unjoni. Dawn il-prezzijiet baxxi, flimkien mal-volumi għoljin ta’ importazzjoni mill-Korea u mit-Tajwan, rażżnu l-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u ma baqgħux jippermettu lill-industrija tal-Unjoni tikseb profitti b’saħħithom fl-2023 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Fir-rigward tal-volumi tal-produzzjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni, il-Kummissjoni sabet li għall-kuntrarju tad-data għall-perjodu ta’ investigazzjoni tal-ilment, il-volumi tal-produzzjoni naqsu ftit. Għalhekk, l-affermazzjoni ta’ LG Chem ġiet miċħuda. |
|
(182) |
Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet miċ-Ċina kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. Tali dannu kellu effetti kemm fuq il-volum kif ukoll fuq il-prezz. |
5.2. Effetti ta’ fatturi oħra
5.2.1. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
(183) |
Il-kwantità tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppat kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 11 Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(184) |
L-importazzjonijiet mill-Istati Uniti u mill-Arabja Sawdija baqgħu pjuttost stabbli għall-biċċa l-kbira tal-perjodu kkunsidrat b’sehem mis-suq li jvarja minn 1,0 % sa 1,9 % għall-Istati Uniti u minn 0,6 % sa 1,0 % għall-Arabja Sawdija, iżda mingħajr varjazzjoni sinifikanti bejn iż-żewġ tmiem tal-perjodu kkunsidrat. L-importazzjonijiet miċ-Ċina żdiedu b’mod sinifikanti fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni minn 0,1 għal 1,2 % tas-sehem mis-suq. Il-prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċina naqsu bi 15 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, u laħqu EUR 1 893/tunellata matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(185) |
L-importazzjonijiet totali minn pajjiżi terzi (inklużi dawk imsemmija hawn fuq individwalment) madankollu naqsu bi kważi 20 000 tunnellata, li wassal għal tnaqqis fis-sehem mis-suq tagħhom bi 2,5 punti perċentwali minn 8,6 % fl-2020 għal 6,1 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(186) |
Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li filwaqt li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra ma kkawżawx dannu lill-industrija tal-Unjoni, minħabba l-volumi u l-prezzijiet tagħha, l-importazzjonijiet Ċiniżi setgħu kkontribwew għal dannu sa ċertu punt. Madankollu, dawn ma naqqsux ir-rabta kawżali bejn id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati. |
5.2.2. Il-prestazzjoni tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni
|
(187) |
Il-volum tal-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni żviluppa kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 12 Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(188) |
Il-volumi tal-bejgħ tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni varjaw matul il-perjodu kkunsidrat iżda kienu f’livelli simili fil-perjodu ta’ investigazzjoni meta mqabbla mal-ewwel sena tal-perjodu kkunsidrat. Il-volumi tal-bejgħ għall-esportazzjoni kienu fl-aktar livell baxx tagħhom fl-2023, meta kienu 25 % taħt il-volumi tal-bejgħ għall-esportazzjoni tal-2020 u l-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(189) |
F’termini relattivi, madankollu, il-bejgħ għall-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdied. Filwaqt li l-volumi tal-bejgħ għall-esportazzjoni kienu jirrappreżentaw mhux aktar minn kwart tal-volumi tal-bejgħ tal-Unjoni fl-2020, dawn kienu qrib terz tal-volum tal-bejgħ tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(190) |
Barra minn hekk, il-prezzijiet medji tal-bejgħ għall-esportazzjoni kienu simili ħafna u fil-biċċa l-kbira tas-snin ftit ogħla mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(191) |
Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ma naqqsitx ir-rabta kawżali bejn id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati. |
5.2.3. Konsum
|
(192) |
Il-konsum fis-suq tal-Unjoni naqas matul il-perjodu kkunsidrat, ħlief għall-2021, is-sena tal-irkupru ekonomiku ta’ wara l-Covid. Madankollu, filwaqt li l-konsum naqas b’40 000 tunnellata matul il-perjodu kkunsidrat, il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni naqas bid-doppju ta’ dak. Fl-istess ħin, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu b’65 000 tunnellata, anke f’suq li qed jiċkien. |
|
(193) |
Għalhekk, it-tnaqqis fil-konsum seta’ kkontribwixxa għad-dannu iżda sa ċertu punt biss, peress li l-volumi tal-bejgħ mitlufa lill-pajjiżi kkonċernati huma ogħla mit-tnaqqis fil-konsum, u l-prezzijiet ta’ dawk l-importazzjonijiet addizzjonali rażżnu l-prezzijiet li l-industrija tal-Unjoni setgħet tikseb. |
5.2.4. Il-kostijiet tal-produzzjoni
|
(194) |
Il-GtK, LG Chem u Lotte argumentaw li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni jenħtieġ li jiġi attribwit għaż-żieda fil-kost tal-produzzjoni b’mod partikolari għall-kost għoli tal-enerġija fis-suq tal-Unjoni. Barra minn hekk, Lotte sostniet li ż-żieda fil-kost tal-produzzjoni kienet ikkawżata wkoll mill-kost għoli mhux tas-soltu tat-trasport tal-merkanzija bil-baħar li l-industrija tal-Unjoni kellha ġġarrab meta timporta l-materja prima. |
|
(195) |
Tabilħaqq, il-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdied b’mod ġenerali matul il-perjodu kkunsidrat filwaqt li laħaq il-massimu tagħhom fl-2022, li huwa allinjat mal-kriżi globali tal-enerġija kkawżata mill-irkupru ekonomiku ta’ wara l-pandemija u l-konsegwenzi tal-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna (10). Iż-żieda globali fil-kost tal-enerġija u fil-kost taż-żejt u tal-gass naturali, li huma l-materja prima aħħarija użata għall-produzzjoni tal-monomeri tal-akrilonitril, tal-butadien u tal-istiren, madankollu ma affettwatx biss lill-produtturi tal-Unjoni iżda wkoll lill-produtturi fil-pajjiżi kkonċernati. |
|
(196) |
Tabilħaqq, il-bidliet fit-taħlita tal-provvista tal-enerġija wara s-sanzjonijiet ekonomiċi kontra r-Russja setgħu amplifikaw iż-żieda fil-kost tal-enerġija għall-produtturi tal-Unjoni u b’hekk ikkontribwew għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Madankollu, f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta, il-produtturi tal-Unjoni kienu jkunu jistgħu jirriflettu ż-żieda fil-kost fil-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom. Madankollu dan ma kienx possibbli minħabba l-pressjoni fuq il-prezzijiet minn importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati. |
|
(197) |
Il-kost tat-trasport tal-merkanzija bil-baħar mill-Asja kien għoli b’mod mhux tas-soltu biss fl-2021 u fl-2022 (11). Madankollu dan affettwa mhux biss il-prezzijiet tal-materja prima importata iżda wkoll il-prezzijiet tal-importazzjonijiet tal-ABS mill-pajjiżi kkonċernati. Barra minn hekk, għall-kuntrarju ta’ dak li sostniet il-parti (Lotte), il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun akkwistaw il-maġġoranza tal-materja prima ewlenija fl-Ewropa, jiġifieri ma kinux affettwati mill-kost tat-trasport tal-merkanzija bil-baħar mill-Asja. |
|
(198) |
Meta jitqies li (a) il-kriżi tal-enerġija tal-2022 affettwat il-kost tal-enerġija globalment, (b) iż-żieda fil-kost tat-trasport tal-merkanzija bil-baħar fl-2021 u fl-2022 setgħet influwenzat il-kost tal-materja prima użata mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun marġinalment biss, u (c) fin-nuqqas ta’ kompetizzjoni inġusta, l-industrija tal-Unjoni tkun tista’ tirkupra l-kost tal-produzzjoni tagħha u tikseb profitti raġonevoli, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-effett taż-żieda fil-kost tal-produzzjoni ma kienx ta’ tali natura li jnaqqas ir-rabta kawżali bejn id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati. |
5.2.5. Żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni
|
(199) |
LG Chem argumentat li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien ikkawżat mill-ineffiċjenzi tagħha. B’mod partikolari, il-parti nnotat li l-produtturi tal-Unjoni żiedu l-kapaċità tal-produzzjoni tagħhom minkejja t-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni. |
|
(200) |
Iż-żieda fil-kapaċità ta’ 9 % fl-2021 u fl-2022 kienet riżultat ta’ proġetti li kienu għaddejjin ħafna qabel ma seħħ it-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni. Dawn il-proġetti ma twettqux mill-kumpaniji fil-kampjun, jiġifieri l-mikroindikaturi rilevanti (il-kost tal-produzzjoni, il-profittabbiltà, ir-redditu fuq l-investimenti) ma kinux affettwati miż-żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni. L-uniku indikatur tad-dannu affettwat huwa l-użu tal-kapaċità, li naqas minn 65 % fl-2020 għal 50 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni (b’żieda temporanja għal 71 % fl-2021). L-użu tal-kapaċità kien jonqos anki b’kapaċità ta’ produzzjoni li ma nbidlitx (livell tal-2020). Minflok ma laħaq biss 50 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni, kien jonqos għal 54 % (b’żieda temporanja għal 75 % fl-2021). |
|
(201) |
Għalhekk, is-sejbiet tad-dannu kif ippreżentati fit-taqsima 4 fil-fatt ma kinux affettwati miż-żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li ż-żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni ma naqqsitx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
5.2.6. Nuqqas ta’ provvista fis-suq tal-Unjoni
|
(202) |
Il-GtK, LG Chem u Lotte argumentaw li ż-żieda fl-importazzjonijiet mill-Korea ma kkawżatx dannu lill-industrija tal-Unjoni. Dan seħħ pjuttost bħala rispons għan-nuqqas ta’ provvista fis-suq tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, il-partijiet enfasizzaw li żewġ produtturi tal-Unjoni ddikjaraw force majeure fl-2021. |
|
(203) |
Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li żewġ produtturi tal-Unjoni ddikjaraw avvenimenti ta’ force majeure fl-2021. Fi Frar 2021, Ineos (l-entità fil-kampjun fil-Ġermanja) esperjenzat nuqqas ta’ provvista ta’ akrilonitril (12). F’Settembru 2021, Versalis sofriet diżaggregazzjoni ta’ forn (13). B’konsegwenza ta’ dan, il-kumpaniji naqqsu l-produzzjoni tagħhom għad-durata tal-force majeure, li fiż-żewġ każijiet damet għal perjodu ta’ 2-5 xhur. |
|
(204) |
Dawn l-avvenimenti seta’ kellhom effett negattiv fuq il-volumi tal-produzzjoni u tal-bejgħ, potenzjalment ukoll il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni affettwati mit-tfixkil. Madankollu, dawn seħħew biss f’żewġ impjanti u mhux simultanjament, u għalhekk ippreżentaw opportunità għall-produtturi tal-Unjoni mhux affettwati mit-tfixkil biex iżidu l-produzzjoni u l-bejgħ tagħhom. Peress li l-perjodi rilevanti (2021, potenzjalment il-bidu tal-2022) juru sitwazzjoni ekonomika eċċezzjonalment pożittiva tal-industrija tal-Unjoni, l-avvenimenti ta’ force majeure x’aktarx li ma jaffettwawx b’mod negattiv il-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi. Fl-aħħar nett, meta titqies in-natura tagħhom fuq terminu qasir, l-avvenimenti ta’ force majeure ma setgħux jispjegaw ix-xejra fit-tul ta’ importazzjonijiet li qed jiżdiedu mill-pajjiżi kkonċernati. |
|
(205) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-avvenimenti ta’ force majeure ma naqqsux ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
5.2.7. Il-preferenzi tal-utenti, il-kwalità tal-prodott u s-servizzi ta’ wara l-bejgħ
|
(206) |
Il-GtK, LG Chem u Lotte sostnew li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien ikkawżat min-nuqqas ta’ kapaċità tagħha li tissodisfa l-preferenzi u l-ħtiġijiet tal-utenti għal gradi ABS speċifiċi, bħal ABS ta’ emulsjoni, ABS ritardanti tal-fjammi, kwalità insuffiċjenti tal-prodott u servizzi inadegwati ta’ wara l-bejgħ, b’mod partikolari fir-rigward tal-ABS ta’ emulsjoni, fejn il-kwalità tal-prodott u s-servizzi ta’ wara l-bejgħ jirrappreżentaw fatturi deċiżivi aktar milli l-prezz. |
|
(207) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-ABS tal-emulsjoni, kif ukoll l-ABS ritardanti tal-fjammi, huma prodotti mill-industrija tal-Unjoni, għalkemm il-gradi ta’ ritardant tal-fjammi fi kwantitajiet iżgħar. |
|
(208) |
Il-partijiet li jallegaw li l-industrija tal-Unjoni ma kellhiex biżżejjed kwalità tal-prodott u pprovdew servizzi inadegwati ta’ wara l-bejgħ ma ressqu l-ebda evidenza li ssostni l-affermazzjonijiet tagħhom. Għall-kuntrarju, il-Kummissjoni sabet li l-industrija tal-Unjoni baqgħet il-fornitur ewlieni tal-ABS għall-utenti tal-ABS ta’ emulsjoni b’rekwiżiti ta’ kwalità għolja. Għalhekk, il-kwalità tal-prodott u s-servizzi ta’ wara l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni ma setgħux ikunu raġuni għat-telf tas-sehem mis-suq. |
|
(209) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-fatturi msemmija fil-premessa (206) ma setgħu b’ebda mod jikkontribwixxu għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
5.3. Konklużjoni dwar il-kawżalità
|
(210) |
Il-Kummissjoni ddistingwiet u sseparat l-effetti tal-fatturi kollha magħrufin fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Il-Kummissjoni sabet li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi (għajr iċ-Ċina), il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-konsum, il-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, in-nuqqas ta’ provvista fis-suq tal-Unjoni, u l-preferenzi tal-utenti, il-kwalità tal-prodott u s-servizzi ta’ wara l-bejgħ ma kkontribwewx għad-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Min-naħa l-oħra, hija sabet li l-effetti tal-importazzjonijiet miċ-Ċina u ż-żieda fil-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni fuq l-iżviluppi negattivi fis-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni, waħedha jew flimkien, setgħu kienu limitati biss. |
|
(211) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet f’dan l-istadju li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni u li l-fatturi l-oħrajn, meqjusin individwalment jew kollettivament, ma naqqsux ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali. Id-dannu huwa ċar, b’mod partikolari fir-rigward tal-produzzjoni u l-volumi tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, u r-redditu fuq l-investimenti. |
6. LIVELL TAL-MIŻURI
|
(212) |
Sabiex tiddetermina l-livell tal-miżuri, il-Kummissjoni eżaminat jekk dazju aktar baxx mill-marġni tad-dumping ikunx biżżejjed sabiex jitneħħa d-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping lill-industrija tal-Unjoni. |
6.1. Marġini tad-dannu
|
(213) |
Id-dannu jitneħħa jekk l-industrija tal-Unjoni tkun tista’ tikseb profitt fil-mira billi tbigħ bi prezz fil-mira fis-sens tal-Artikoli 7(2c) u 7(2d) tar-Regolament bażiku. |
|
(214) |
Skont l-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku, sabiex tistabbilixxi l-profitt fil-mira, il-Kummissjoni qieset il-fatturi li ġejjin: il-livell ta’ profittabbiltà qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, il-livell ta’ profittabbiltà meħtieġ biex ikopri l-kostijiet u l-investimenti kollha, ir-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż) u l-innovazzjoni, u l-livell ta’ profittabbiltà mistenni f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Tali marġni ta’ profitt jenħtieġ li ma jkunx inqas minn 6 %. |
|
(215) |
Bħala l-ewwel pass, il-Kummissjoni stabbiliet profitt bażiku li jkopri l-kostijiet sħaħ f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Iż-żewġ produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun ipprovdew kalkolu tal-profittabbiltà tal-prodott investigat għal għaxar snin qabel il-bidu ta’ din l-investigazzjoni. Il-Kummissjoni vverifikat id-data u ddeterminat il-profitt bażiku bħala profitt medju ponderat miksub mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun qabel iż-żieda tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi investigati, jiġifieri fil-perjodu mill-2017 sal-2019. Dan il-marġni ta’ profitt ġie stabbilit għal [12,0–12,8]%. |
|
(216) |
Produttur tal-Unjoni fil-kampjun ipprovda evidenza li l-livell tiegħu ta’ investimenti, RuŻ u innovazzjoni matul il-perjodu kkunsidrat kien ikun ogħla f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Il-Kummissjoni vverifikat din l-informazzjoni u kkonkludiet li d-dokumentazzjoni u l-komunikazzjonijiet interni pprovduti wrew li l-kumpanija ma wettqitx ċerti investimenti minħabba s-sitwazzjoni fis-suq tal-Unjoni. Biex tirrifletti dan fil-profitt fil-mira, il-Kummissjoni kkalkolat id-differenza bejn l-ispejjeż tal-investimenti, tar-RuŻ u tal-innovazzjoni (“IRI”) f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni kif ipprovduti mill-produttur tal-Unjoni fil-kampjun u vverifikati mill-Kummissjoni bi spejjeż reali tal-IRI matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Tali differenza, espressa bħala perċentwal tal-fatturat, kienet ta’ [0.1–0.5] %. |
|
(217) |
Dak il-perċentwal ġie miżjud mal-profitt bażiku msemmi fil-premessa (216), li wassal għal profitt fil-mira ta’ [12,1–13,3]% għat-tipi ta’ prodotti manifatturati minn dak il-produttur tal-Unjoni inkluż fil-kampjun. |
|
(218) |
F’konformità mal-Artikolu 7(2d) tar-Regolament bażiku, bħala pass finali, il-Kummissjoni vvalutat il-kostijiet futuri li jirriżultaw mill-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali, u l-protokolli tagħhom, li l-Unjoni hija parti minnhom, u tal-Konvenzjonijiet tal-ILO elenkati fl-Anness Ia li l-industrija tal-Unjoni se ġġarrab matul il-perjodu ta’ applikazzjoni tal-miżura skont l-Artikolu 11(2). Produttur tal-Unjoni wieħed biss fil-kampjun ipprovda evidenza li ġarrab kost tal-konformità, bħad-data interna u r-rapport tal-awditjar tal-kost tal-konformità. Abbażi tal-evidenza disponibbli, li kienet appoġġata mill-għodod ta’ rapportar u t-tbassir tal-kumpaniji, il-Kummissjoni stabbiliet kost addizzjonali ta’ [12–15] EUR/tunnellata, li kien rifless fil-prezz mhux dannuż imsemmi fil-premessa (220) għat-tipi ta’ prodotti manifatturati minn dak il-produttur tal-Unjoni inkluż fil-kampjun. |
|
(219) |
Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni kkalkolat prezz mhux dannuż ta’ EUR 2 502/tunnellata għall-prodott simili tal-industrija tal-Unjoni billi applikat il-marġni ta’ profitt fil-mira msemmi hawn fuq (ara l-premessa (218)) għall-kost tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u mbagħad żiedet l-aġġustamenti skont l-Artikolu 7(2d) fuq bażi ta’ tip b’tip. |
|
(220) |
Il-Kummissjoni mbagħad iddeterminat il-livell ta’ marġni tad-dannu fuq il-bażi ta’ tqabbil tal-prezz medju ponderat tal-importazzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw inkluż fil-kampjun fil-pajjiż ikkonċernat, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, mal-prezz medju ponderat mhux dannuż tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil ġiet espressa bħala persentaġġ tal-valur CIF medju ponderat tal-importazzjoni. |
|
(221) |
Il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu għal “kumpaniji oħra li kkooperaw” u għall- “importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat” huwa definit bl-istess mod bħall-marġni tad-dumping għal dawn il-kumpaniji u l-importazzjonijiet (ara l-premessi minn (82) sa (84) għall-Korea, u (109) u (110) għat-Tajwan).
|
6.2. Konklużjoni dwar il-livell tal-miżuri
|
(222) |
Wara l-valutazzjoni ta’ hawn fuq, jenħtieġ li d-dazji anti-dumping proviżorji jiġu stabbiliti kif ġej f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku:
|
7. L-INTERESS TAL-UNJONI
|
(223) |
Wara li ddeċidiet li tapplika l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk setgħetx tikkonkludi b’mod ċar li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri f’dan il-każ, minkejja d-determinazzjoni ta’ dumping dannuż, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi varji kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi, tal-utenti u tal-konsumaturi. |
7.1. L-interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(224) |
L-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali kkawżat mill-volum dejjem jikber ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Korea u mit-Tajwan. Id-dannu mmaterjalizza b’mod partikolari fi tnaqqis qawwi fil-volumi tal-produzzjoni u tal-bejgħ u erożjoni kontinwa tal-marġni ta’ profitt tiegħu, minħabba t-trażżin tal-prezzijiet ikkawżat minn dawn l-importazzjonijiet. Jekk il-miżuri anti-dumping ma jiġux imposti, l-industrija tal-Unjoni ssir telliefa li tkompli tikkomprometti l-vijabbiltà tagħha. Għall-kuntrarju, l-impożizzjoni tal-miżuri se tgħin biex terġa’ tinkiseb il-kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Unjoni u b’hekk tippermetti lill-industrija tal-Unjoni tirkupra. |
|
(225) |
Għalhekk il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impożizzjoni tal-miżuri tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. |
7.2. L-interess tal-importaturi mhux relatati
|
(226) |
Inizjalment, erbgħa mill-20 importatur mhux relatat magħrufa kkooperaw fl-investigazzjoni billi pprovdew tweġiba għall-kwestjonarju. Madankollu, tnejn biss minnhom ipprovdew kooperazzjoni suffiċjenti. It-tnejn l-oħra naqsu milli jipprovdu ċerta informazzjoni mitluba u/jew evidenza ta’ sostenn, jew ma weġbux għal talbiet għal korrezzjonijiet u mistoqsijiet addizzjonali u/jew wieġbu b’dewmien b’mod sinifikanti lil hinn mill-iskadenzi stabbiliti. Għalhekk, id-data tagħhom ġiet ikkunsidrata biss sa tali punt li setgħet titqies affidabbli. |
|
(227) |
Tliet importaturi addizzjonali rreġistraw bħala partijiet interessati u għamlu sottomissjonijiet relatati l-aktar mal-interessi tal-klijenti tagħhom, jiġifieri l-utenti tal-prodott li qed jiġi investigat. Dawn il-kummenti ġew indirizzati fit-taqsima 7.3 hawn taħt. |
|
(228) |
Fl-aħħar nett, diversi importaturi ffurmaw Koalizzjoni ad hoc għal Suq tal-ABS tal-UE Miftuħ u Kompetittiv, li f’isimhom ukoll issottomettew kummenti dwar l-interess tal-Unjoni. Dawk il-kummenti ġew indirizzati fit-taqsimiet xierqa ta’ dan ir-Regolament. |
|
(229) |
L-erba’ importaturi mhux relatati li kkooperaw (parzjalment) ammontaw għal 28 % tal-importazzjonijiet tal-ABS li joriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati. Xi wħud minnhom mhux biss importaw l-ABS mill-pajjiżi kkonċernati iżda kienu wkoll parti mill-kanali tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(230) |
L-importaturi mhux relatati rrapportaw profittabbiltà għolja fuq in-negozjar tagħhom tal-ABS (aktar minn 10 %). Il-kummerċ mal-ABS kien jirrappreżenta sehem żgħir fuq in-negozju globali tagħhom b’inqas minn 10 % tal-fatturat tagħhom li joriġina mill-bejgħ tal-ABS minkejja l-oriġini tiegħu. |
|
(231) |
Barra minn hekk, meta jitqies il-livell tal-miżuri, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati x’aktarx li ma jgħibux għalkollox. Fl-aħħar nett, hemm sorsi oħra ta’ ABS disponibbli fis-suq tal-Unjoni, jiġifieri importazzjonijiet minn pajjiżi terzi bħall-Istati Uniti, iċ-Ċina u l-Arabja Sawdija. |
|
(232) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżuri mhux se jkollhom effett negattiv sproporzjonat fuq l-importaturi u n-negozjanti mhux relatati. |
7.3. Interess tal-utenti u tal-konsumaturi
|
(233) |
L-ABS jintuża f’varjetà wiesgħa ta’ applikazzjonijiet (ara l-premessa (36)). Żewġ utenti biss, madankollu, ikkooperaw fl-investigazzjoni: LEGO, produttur ta’ ġugarelli fid-Danimarka, u Valeo Vision, fornitur ta’ partijiet tal-karozzi li jinsabu fi Franza. Lego hija waħda mill-akbar utenti individwali tal-ABS fis-suq tal-Unjoni li jammonta għal [5–10]% tal-konsum tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(234) |
Iż-żewġ kumpaniji akkwistaw kwantitajiet sostanzjali ta’ ABS mill-industrija tal-Unjoni, issupplimentati b’importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati. Barra minn hekk, is-sehem tal-ABS fil-kost totali tal-prodotti li jużaw l-ABS kien inqas minn 4 %. Fl-aħħar nett, iż-żewġ utenti kisbu profitti b’saħħithom, pereżempju l-profitti globali tal-LEGO qabżu l-25 % fit-tul (14). |
|
(235) |
Meta jitqiesu s-sejbiet ta’ hawn fuq u l-livell tal-miżuri proposti, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping mhux se jkollha effett negattiv sproporzjonat fuq l-utenti. |
|
(236) |
Il-GtK, LG Chem, Lotte, il-Koalizzjoni għal Suq tal-ABS tal-UE Miftuħ u Kompetittiv u ħames importaturi (15) u żewġ utenti (16) għamlu kummenti dwar l-interess tal-utenti fl-Unjoni. Huma argumentaw li l-impożizzjoni ta’ miżuri żżid il-kost tal-produzzjoni tal-utenti, tillimita d-disponibbiltà tal-ABS fis-suq tal-Unjoni b’mod ġenerali, kif ukoll tnaqqas l-aċċess tal-utenti għal gradi speċifiċi tal-ABS (eż. ABS ta’ emulsjoni, ABS ritardanti tal-fjammi) u għal ABS approvati minn qabel li jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifiċi tal-utenti, u fl-aħħar nett jipprevjenu lill-utenti milli jibbenefikaw minn appoġġ tekniku ta’ kwalità għolja u servizzi ta’ wara l-bejgħ. |
|
(237) |
Fir-rigward tal-kost tal-produzzjoni tal-utenti, il-Kummissjoni nnotat li meta jitqiesu s-sejbiet għaż-żewġ utenti li kkooperaw u l-livell tal-miżuri, impatt negattiv sproporzjonat tal-miżuri fuq l-utenti huwa improbabbli ħafna. Il-kapaċità installata tal-produtturi tal-Unjoni bħalissa taqbeż id-domanda fl-Unjoni. Jekk id-domanda tirpilja fil-futur, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi huma disponibbli wkoll għalkemm b’mod limitat. Barra minn hekk, il-produtturi tal-Unjoni joffru firxa wiesgħa ta’ gradi ABS, inklużi ABS ta’ emulsjoni u ABS ritardanti tal-fjammi, u ma hemm l-ebda evidenza fil-fajl li l-kwalità tal-prodotti, l-appoġġ tekniku u s-servizzi ta’ wara l-bejgħ offruti mill-industrija tal-Unjoni jkunu nieqsa b’xi mod. Fl-aħħar nett, l-objettiv tal-miżuri mhuwiex li jipprevjenu l-importazzjonijiet tal-ABS mill-pajjiżi kkonċernati iżda li jirrestawraw il-kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, u meta jitqies il-livell tal-miżuri, huwa improbabbli li d-dazji anti-dumping se jimblukkaw l-aċċess tal-utenti għall-ABS li joriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati. Konsegwentement, il-Kummissjoni ċaħdet l-asserzjonijiet. |
|
(238) |
Meta jitqies is-sehem limitat tal-ABS fuq il-kost totali tal-prodotti finali fl-industriji tal-ġugarelli u tal-karozzi, l-effett fuq il-prezz tal-bejgħ tal-prodotti għall-konsumatur (ġugarelli, karozzi) se jkun negliġibbli. |
7.4. Fatturi oħrajn
|
(239) |
Il-GtK fakkar fl-investimenti tal-produtturi Koreani tal-ABS fl-Unjoni u argumenta li l-miżuri jipperikolaw l-investimenti ta’ aktar minn EUR 80 miljun f’fabbriki u RuŻ (b’aktar investiment taħt kunsiderazzjoni), aktar minn 300 impjieg maħluqa fl-Unjoni, u aktar minn EUR 80 miljun ta’ profitti investiti mill-ġdid fil-faċilitajiet lokali. |
|
(240) |
Għall-kuntrarju ta’ dan, il-Kummissjoni qieset li l-impożizzjoni tal-miżuri tista’ sservi bħala inċentiv għall-produtturi esportaturi b’faċilitajiet fl-Unjoni biex jespandu l-preżenza tagħhom fis-suq tal-Unjoni permezz ta’ sussidjarji lokali. |
|
(241) |
Il-GtK, LG Chem, Lotte, il-Koalizzjoni għal Suq tal-ABS tal-UE Miftuħ u Kompetittiv u tliet importaturi (17) indikaw li l-produtturi esportaturi Koreani investew ħafna fil-produzzjoni ta’ prodotti sostenibbli, jiġifieri ABS ibbilanċjati bil-massa. Il-limitazzjoni tal-aċċess għal dawk il-prodotti tista’ timmotiva lill-utenti biex jaqilbu għal alternattivi b’impronta ogħla tas-CO2, bħall-poliammid jew il-polikarbonat, li fl-aħħar mill-aħħar ifixkel lill-Unjoni milli tilħaq l-għanijiet tagħha tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u mit-tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari. |
|
(242) |
Il-Kummissjoni qablet mal-importanza tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari u l-għanijiet ekoloġiċi. L-ewwel nett, mingħajr aktar dettalji dwar il-kontribut tal-ABS ibbilanċjati bil-massa, u speċifikament ABS ibbilanċjati mal-massa mill-pajjiżi kkonċernati, għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 (inkluż meta mqabbla ma’ prodotti alternattivi), il-Kummissjoni ma setgħetx teżamina l-impatt tal-miżuri fuq l-għanijiet ekoloġiċi tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni investiet ukoll f’soluzzjonijiet sostenibbli u bħalissa toffri firxa ta’ ABS ibbilanċjati bil-massa, kemm jekk joriġinaw minn inputs riċiklati mekkanikament jew kimikament jew bl-użu ta’ materja prima bijoloġika. Fl-aħħar nett, kif imsemmi hawn fuq, l-għan ewlieni tal-miżuri mhuwiex li jipprevjenu l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati għal kollox iżda li jirrestawraw kundizzjonijiet ekwi fis-suq tal-Unjoni. |
|
(243) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżuri mhux se jkollhom effett negattiv sproporzjonat fuq l-investimenti mwettqa mill-produtturi esportaturi fl-Unjoni u l-għanijiet ekoloġiċi tal-Unjoni kif imqajma mill-partijiet u deskritti fil-premessi (240) u (242). |
7.5. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(244) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li timponi miżuri fuq l-importazzjonijiet tal-ABS li joriġinaw mill-Korea u mit-Tajwan f’dan l-istadju tal-investigazzjoni. |
8. MIŻURI PROVVIŻORJI ANTIDUMPING
|
(245) |
Abbażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni fir-rigward tad-dumping, tad-dannu, tal-kawżalità, tal-livell tal-miżuri u tal-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri proviżorji sabiex jiġi evitat dannu ulterjuri lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. |
|
(246) |
Jenħtieġ li jiġu imposti miżuri anti-dumping provviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-ABS li joriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati, f’konformità mar-regola tad-dazju inferjuri fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni qabblet il-marġnijiet tad-dannu u l-marġnijiet tad-dumping il-premessa (222) hawn fuq. L-ammont tad-dazji ġie stabbilit fil-livell l-aktar baxx tal-marġni tad-dumping u l-marġni tad-dannu. |
|
(247) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, jenħtieġ li r-rati tad-dazju anti-dumping proviżorji, espressi fuq il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, ikunu kif ġej:
|
|
(248) |
Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Gћaldaqstant, dawn jirriflettu l-qagħda ta’ dawn il-kumpaniji li nstabet matul din l-investigazzjoni. Dawn ir-rati tad-dazju huma applikabbli esklużivament għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-pajjiżi kkonċernati u magħmul mill-entitajiet legali msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat prodott minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inkluż l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija b’mod speċifiku, għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat”. Dawn jenħtieġ li ma jkunu soġġetti għall-ebda waħda mir-rati tad-dazju anti-dumping individwali. |
|
(249) |
Sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. L-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali hija applikabbli biss mal-preżentazzjoni ta’ fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. Sakemm tiġi ppreżentata tali fattura, l-importazzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat”. |
|
(250) |
Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa biex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, din mhijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anki jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tkun tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jeħtiġilhom iwettqu l-kontrolli normali tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti dwar it-trasport fuq l-ilma, eċċ.), sabiex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u biex jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata tad-dazju aktar baxxa tkun iġġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali. |
|
(251) |
Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpanniji li jibbenefikaw minn rati aktar baxxi tad-dazju individwali jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bћala waħda li tikkostitwixxi fiha nnifisha bidla fix-xejra tal-kummerċ dovuta għall-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. Fit-tali ċirkostanzi u sakemm il-kundizzjonijiet jiġu sodisfatti tista’ tibda investigazzjoni kontra l-evażjoni. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ћtieġa għat-tneћћija tar-rati tad-dazju individwali u għall-impożizzjoni konsegwenti tad-dazju madwar il-pajjiż kollu. |
9. REĠISTRAZZJONI
|
(252) |
Kif imsemmi fil-premessa (3), il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat soġġetti għal reġistrazzjoni. Ir-reġistrazzjoni saret bil-għan li possibbilment jinġabru d-dazji b’mod retroattiv f'konformità mal-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(253) |
Fid-dawl tas-sejbiet fl-istadju proviżorju, ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet ma għandhiex titkompla. |
|
(254) |
F’dan l-istadju tal-proċediment ma ttieħdet ebda deċiżjoni dwar applikazzjoni retroattiva possibbli ta’ miżuri anti-dumping. |
10. INFORMAZZJONI FL-ISTADJU PROVIŻORJU
|
(255) |
F'konformità mal-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati dwar l-impożizzjoni ppjanata ta’ dazji provviżorji. Din l-informazzjoni ġiet magħmula disponibbli wkoll għall-pubbliku ġenerali permezz tas-sit web tad-DĠ TRADE. Il-partijiet interessati ngħataw 3 ijiem ta’ xogħol sabiex jipprovdu kummenti dwar l-akkuratezza tal-kalkoli ddivulgati b’mod speċifiku lilhom. |
|
(256) |
Chimei, LG Chem u Lotte pprovdew kummenti dwar id-divulgazzjoni minn qabel li rreferew għall-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-marġni tad-dumping. Billi dawn il-kummenti ma kinux jikkonċernaw direttament il-preċiżjoni tal-kalkolu, se jiġu indirizzati, fejn xieraq, fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni. |
11. DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
|
(257) |
Fl-interessi ta' amministrazzjoni tajba, il-Kummissjoni se tistieden lill-partijiet interessati sabiex jippreżentaw kummenti bil-miktub u/jew jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċeduri kummerċjali sa żmien prestabbilit. |
|
(258) |
Is-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni ta’ dazji proviżorji huma proviżorji u jistgħu jiġu emendati fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju anti-dumping provviżorju huwa impost fuq l-importazzjonijiet ta’ Reżini ta’ Akrilonitril-Butadien-Stiren, kopolimeru termoplastiku li jikkonsisti f’akrilonitril, butadien, u stiren fi proporzjonijiet differenti, irrispettivament mill-kulur jew kwalunkwe karatteristika fiżika jew mekkanika oħra, kemm jekk ipproċessata jew ittrattata ulterjorment kif ukoll jekk le biex tagħti proprjetajiet fiżiċi addizzjonali speċifiċi, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 3903 30 00 u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u mit-Tajwan.
2. Ir-rati tad-dazju anti-dumping proviżorju applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-punt 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġejjin:
|
Il-pajjiż tal-oriġini |
Kumpanija |
Dazju ta’ anti-dumping proviżorju (%) |
Kodiċi TARIC addizzjonali |
|
Ir-Repubblika tal-Korea |
LG Chem |
3,7 |
89UC |
|
Ir-Repubblika tal-Korea |
Lotte Chemical Corporation |
5,8 |
89UD |
|
Ir-Repubblika tal-Korea |
Kumpaniji oħrajn li kkooperaw elenkati fl-Anness |
4,3 |
Ara l-Anness |
|
Ir-Repubblika tal-Korea |
L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat |
5,8 |
8999 |
|
It-Tajwan |
Chimei Corporation Grand Pacific Petrochemical Corporation |
10,8 |
89UE |
|
It-Tajwan |
Formosa Chemicals & Fibre Corporation |
21,7 |
89UF |
|
It-Tajwan |
L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat |
21,7 |
8999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmijin fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum fl-unità li qed nużaw) ta’ (il-prodott ikkonċernat) mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Jiena niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija kompluta u korretta.” Sakemm tiġi ppreżentata tali fattura, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat.
4. Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-punt 1 għandu jkun soġġett għall-għoti ta’ depożitu ta’ garanzija ekwivalenti għall-ammont tad-dazju proviżorju.
5. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
1. Il-partijiet interessati għandhom jissottomettu l-kummenti tagħhom bil-miktub dwar dan ir-Regolament lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum kalendarju mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-partijiet interessati li jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni għandhom jagħmlu dan fi żmien 5 ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
3. Il-partijiet interessati li jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali huma mistiedna jagħmlu dan fi żmien 5 ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jeżamina t-talbiet li jiġu ppreżentati barra dan il-limitu ta’ żmien u jista’ jiddeċiedi jekk jaċċettax tali talbiet jekk ikun xieraq.
Artikolu 3
1. L-awtoritajiet doganali huma b’dan ordnati li ma jkomplux ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet stabbilita f’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/412.
2. Id-data miġbura rigward prodotti li daħlu fl-Unjoni Ewropea għall-konsum mhux aktar minn 90 jum qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament għandha tinżamm sad-dħul fis-seħħ ta’ miżuri definittivi possibbli, jew it-tmiem ta’ dan il-proċediment.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Awwissu 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1036/oj.
(2) ĠU C, C/2024/7490, 19.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7490/oj.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/412 tat-3 ta’ Marzu 2025 li jagħmel l-importazzjonijiet ta’ Reżini ta’ Akrilonitril-Butadien-Stiren li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u mit-Tajwan li jridu jiġu rreġistrati (ĠU L, 2025/412, 4.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/412/oj).
(4) Save Nru t25.001753.
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558-893, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/2447/oj).
(6) https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-history?caseId=2768).
(7) CAS tirreferi għal Chemical Abstracts Service. Ir-Reġistru CAS huwa bażi ta’ data ta’ sustanzi kimiċi żvelati. Numru CAS huwa identifikatur numeriku uniku assenjat lil sustanzi kimiċi fir-Reġistru CAS li jiffaċilita l-identifikazzjoni preċiża ta’ sustanzi kimiċi, b’mod partikolari għal skopijiet xjentifiċi.
(8) Il-Bank Ċentrali Ewropew. X’qed tixpruna ż-żieda reċenti fl-ispiża tat-tbaħħir? Disponibbli fuq https://www.ecb.europa.eu/press/economic-bulletin/focus/2021/html/ecb.ebbox202103_01~8ecbf2b17c.en.html (ikkonsultat l-aħħar fil-5 ta’ Lulju 2025).
(9) L-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija. Prezzijiet rekord, nuqqas ta’ fjuwil, żieda fil-faqar, ekonomiji li qed jonqsu: l-ewwel kriżi tal-enerġija li hija tassew globali. Disponibbli fuq https://www.iea.org/topics/global-energy-crisis (ikkonsultat l-aħħar fil-5 ta’ Lulju 2025).
(10) L-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija. Prezzijiet rekord, nuqqas ta’ fjuwil, żieda fil-faqar, ekonomiji li qed jonqsu: l-ewwel kriżi tal-enerġija li hija tassew globali. Disponibbli fuq https://www.iea.org/topics/global-energy-crisis (ikkonsultat l-aħħar fil-5 ta’ Lulju 2025).
(11) Il-Bank Ċentrali Ewropew. X’qed tixpruna ż-żieda reċenti fl-ispiża tat-tbaħħir? Disponibbli fuq https://www.ecb.europa.eu/press/economic-bulletin/focus/2021/html/ecb.ebbox202103_01~8ecbf2b17c.en.html (ikkonsultat l-aħħar fil-5 ta’ Lulju 2025).
(12) Intelligence tal-GC. Ineos Styrolution tiddikjara FM fuq ABS. Disponibbli fuq https://gc-intelligence.com/2021/02/22/ineos-styrolution-declares-fm-on-abs/ (ikkonsultat l-aħħar fis-7 ta’ Lulju 2025).
(13) Intelligence tal-GC. Versalis iddikjarat force majeure fuq l-ABS. Disponibbli fuq https://gc-intelligence.com/2021/09/23/versalis-declared-force-majeure-on-abs/ (ikkonsultat l-aħħar fis-7 ta’ Lulju 2025).
(14) Ara l-Marġni operazzjonali fil-“Punti ewlenin finanzjarji tal-Grupp LEGO”. Rapport annwali 2024, p. 18. Disponibbli fuq https://www.lego.com/cdn/cs/aboutus/assets/blt1cdf90a38318ef56/the_LEGO_Group_Annual_Report_2024.pdf (ikkonsultat l-aħħar fil-5 ta’ Lulju 2025). Rapport annwali 2019, p. 10. Disponibbli fuq https://www.lego.com/cdn/cs/aboutus/assets/blt55a9aaa4253b2fa5/Annual_Report_2019_ENG.pdf.pdf (ikkonsultat l-aħħar fil-5 ta’ Lulju 2025).
(15) ALPHA MATIERES PLASTIQUES, Biesterfeld Group, De Monchy International BV, HROMATKA GROUP MANAGEMENT AG, Interpolimeri SpA.
(16) LEGO, BSH Hausgeräte GmbH.
(17) ALPHA MATIERES PLASTIQUES, Biesterfeld Group, HROMATKA GROUP MANAGEMENT AG.
ANNESS
Produtturi esportaturi oħra li kkooperaw li mhumiex fil-kampjun:
|
Pajjiż |
Isem |
Kodiċi TARIC addizzjonali |
|
Il-Korea |
KUMHO PETROCHEMICAL Co., Ltd. |
89UG |
|
INEOS Styrolution Korea Ltd. |
89UH |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1739/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)