|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1571 |
30.7.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1571
tad-29 ta’ Lulju 2025
li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-formati u l-proċeduri tar-rapporti annwali mill-korpi superviżorji
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 46a(7) u l-Artikolu 46b(7) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-korpi superviżorji għall-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali ddeżinjati skont l-Artikolu 46a(1) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 u l-korpi superviżorji għas-servizzi fiduċjarji ddeżinjati skont l-Artikolu 46b(1) ta’ dak ir-Regolament (“korpi superviżorji”) iridu jipprovdu l-informazzjoni rilevanti lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet superviżorji tagħhom skont l-Artikolu 46a(6) u l-Artikolu 46b(6) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Biex jiġi stabbilit sors trasparenti u affidabbli tal-informazzjoni dwar l-attivitajiet superviżorji tal-korpi superviżorji, biex ikun żgurat li l-iskambji tad-data mal-Kummissjoni jkunu siguri u verifikabbli, u biex tonqos il-kumplessità amministrattiva, il-korpi superviżorji jenħtieġ li jissottomettu r-rapporti annwali b’format speċifikat li jinqara minn magna u adattat għall-ipproċessar awtomatizzat. |
|
(3) |
Biex jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-prattiki tajba bejn il-korpi superviżorji u tkun żgurata superviżjoni konsistenti u effiċjenti fl-Istati Membri kollha, hu essenzjali li r-rapporti annwali tal-korpi superviżorji jkun fihom informazzjoni komprensiva u rilevanti. B’mod partikolari, il-korpi superviżorji jenħtieġ li jirrapportaw dwar l-attivitajiet tagħhom li jinvolvu elementi li jistgħu jtejbu l-kooperazzjoni inkluż, fost l-oħrajn, dettalji dwar l-attivitajiet superviżorji mwettqa u maħsuba, l-isfidi identifikati, l-ispezzjonijiet, kwalunkwe notifika sinifikanti ta’ ksur tas-sigurtà jew ta’ telf tal-integrità li jagħmel il-korp superviżorju lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat skont id-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), u l-assistenza fost il-korpi superviżorji skont l-Artikoli 46c u 46d tar-Regolament (UE) Nru 910/2014. Barra minn hekk, billi din l-informazzjoni fir-rapporti annwali trid titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill skont l-Artikoli 46a(6) u 46b(6) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014, l-informazzjoni li trid tingħata għandha taqdi l-iskop tat-trasparenza u l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni. Għalhekk, il-korpi superviżorji kollha jenħtieġ li jissottomettu l-informazzjoni kif stabbilit fl-Annessi I u II ta’ dan ir-Regolament. |
|
(4) |
Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u, meta rilevanti, ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) japplikaw għall-attivitajiet tal-ipproċessar tad-data personali kollha skont dan ir-Regolament. |
|
(5) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u ta l-opinjoni tiegħu nhar it-28 ta’ Mejju 2025. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-kumitat stabbilit bl-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Format u proċeduri tar-rapporti annwali
1. Il-korpi superviżorji għandhom jissottomettu r-rapporti annwali tagħhom imsemmija fl-Artikolu 46a(6) u fl-Artikolu 46b(6) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 lill-Kummissjoni b’kanal elettroniku sigur li tipprovdi l-Kummissjoni.
2. Il-korpi superviżorji għandhom jissottomettu l-informazzjoni fir-rapporti annwali tagħhom darba biss, billi jerġgħu jużaw l-informazzjoni sottomessa qabel meta xieraq.
3. Il-korpi superviżorji għall-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali msemmija fl-Artikolu 46a(1) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 għandhom jiżguraw li r-rapporti annwali tagħhom ikun fihom imqar l-informazzjoni stabbilita fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
4. Il-korpi superviżorji għas-servizzi fiduċjarji msemmija fl-Artikolu 46b(1) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 għandhom jiżguraw li r-rapporti annwali tagħhom ikun fihom imqar l-informazzjoni stabbilita fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Lulju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/910/oj.
(2) Id-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha, li temenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 u d-Direttiva (UE) 2018/1972, u li tħassar id-Direttiva (UE) 2016/1148 (Direttiva NIS 2) (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 80, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2022/2555/oj).
(3) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).
(4) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).
(5) Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/58/oj).
ANNESS I
Informazzjoni li trid tiġi inkluża fir-rapporti annwali tal-korpi superviżorji għall-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali
Ir-rapporti annwali tal-korpi superviżorji għall-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali għandu jkun fihom imqar l-informazzjoni li ġejja:
|
(1) |
l-isem, l-indirizz u d-dettalji tal-kuntatt tal-korp superviżorju li jissottometti r-rapport annwali; |
|
(2) |
meta jkun ġie ddeżinjat aktar minn korp superviżorju wieħed f’konformità mal-Artikolu 46a(1) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014, l-ambitu tal-attivitajiet superviżorji tal-korp superviżorju li jissottometti r-rapport annwali; |
|
(3) |
deskrizzjoni tal-organizzazzjoni, l-istruttura, ir-riżorsi u l-kapaċitajiet tal-korp superviżorju; |
|
(4) |
deskrizzjoni tal-attivitajiet superviżorji ex post u ex ante għal kull fornitur tal-kartiera mwettqin tul is-sena kalendarja preċedenti skont l-Artikolu 46a(3), il-punt (a), inkluż il-każijiet ta’ ksur suspettati jew potenzjali tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 u sommarju tal-isfidi ewlenin identifikati; |
|
(5) |
sommarju tal-ispezzjonijiet fuq il-post u tal-attivitajiet tas-superviżjoni mhux fuq il-post li jkun wettaq il-korp superviżorju, inkluż imqar l-informazzjoni li ġejja:
|
|
(6) |
deskrizzjoni tal-attivitajiet superviżorji ex post imwettqin skont l-Artikolu 46a(3), il-punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 u sommarju tal-isfidi ewlenin identifikati; |
|
(7) |
deskrizzjoni ta’ kwalunkwe notifika sinifikanti ta’ ksur tas-sigurtà jew ta’ telf tal-integrità li jagħmel il-korp superviżorju lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat, iddeżinjati jew stabbiliti skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva (UE) 2022/2555, lill-punti uniċi ta’ kuntatt tal-Istat Membru kkonċernat iddeżinjati jew stabbiliti skont l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva (UE) 2022/2555, lill-punti uniċi ta’ kuntatt tal-Istat Membru l-ieħor jew l-Istati Membri l-oħra kkonċernati ddeżinjati skont l-Artikolu 46c(1) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014, jew lill-pubbliku; |
|
(8) |
informazzjoni dwar it-talbiet lill-fornituri tal-kartieri biex isewwu xi nuqqas fl-osservanza tar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 910/2014; |
|
(9) |
deskrizzjoni tal-każijiet meta r-reġistrazzjoni ta’ partijiet dipendenti fil-mekkaniżmu msemmi fl-Artikolu 5b(7) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tkun ġiet ikkanċellata għal raġunijiet ta’ użu illegali jew frawdulenti tal-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali; |
|
(10) |
deskrizzjoni ta’ kwalunkwe kooperazzjoni ma’ korpi superviżorji oħra stabbiliti fi Stati Membri oħra, jew ta’ kull għoti ta’ assistenza lilhom, f’konformità mal-Artikoli 46c u 46e tar-Regolament (UE) Nru 910/2014, u ħarsa ġenerali lejn l-eżiti ta’ din il-kooperazzjoni; |
|
(11) |
il-frekwenza u n-natura tal-kooperazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji kompetenti stabbiliti skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) 2016/679; |
|
(12) |
ħarsa lejn l-attivitajiet u l-prijoritajiet superviżorji li l-korp superviżorju jkun beħsiebu jiffoka fuqhom tul is-sena ta’ wara. |
ANNESS II
Informazzjoni li trid tiġi inkluża fir-rapporti annwali tal-korpi superviżorji tas-servizzi fiduċjarji
Ir-rapporti annwali tal-korpi superviżorji tas-servizzi fiduċjarji għandu jkun fihom imqar l-informazzjoni li ġejja:
|
(1) |
l-isem, l-indirizz u d-dettalji tal-kuntatt tal-korp superviżorju li jissottometti r-rapport annwali; |
|
(2) |
meta jkun ġie ddeżinjat aktar minn korp superviżorju wieħed f’konformità mal-Artikolu 46b(1) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014, l-ambitu tal-attivitajiet superviżorji tal-korp superviżorju li jissottometti r-rapport annwali; |
|
(3) |
deskrizzjoni tal-organizzazzjoni, l-istruttura, ir-riżorsi u l-kapaċitajiet tal-korp superviżorju li jissottometti r-rapport annwali; |
|
(4) |
deskrizzjoni tal-attivitajiet superviżorji mwettqin skont l-Artikolu 46b(3), il-punt (a) u l-punt (b), tul is-sena kalendarja rrapportata fir-rigward tal-fornituri mhux kwalifikati u kwalifikati tas-servizzi fiduċjarji stabbiliti fit-territorju tal-Istat Membru li jiddeżinja u s-servizzi fiduċjarji li dawn jipprovdu, inkluż il-każijiet ta’ ksur suspettati jew potenzjali tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 u sommarju tal-isfidi ewlenin identifikati; |
|
(5) |
sommarju tal-ispezzjonijiet fuq il-post u tal-attivitajiet tas-superviżjoni mhux fuq il-post li jkun wettaq il-korp superviżorju li jissottometti r-rapport annwali, inkluż imqar l-informazzjoni li ġejja:
|
|
(6) |
deskrizzjoni ta’ kwalunkwe azzjoni addizzjonali li jieħu l-korp superviżorju f’konformità mal-Artikolu 46b(3) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014; |
|
(7) |
deskrizzjoni ta’ kwalunkwe notifika sinifikanti ta’ ksur tas-sigurtà jew ta’ telf tal-integrità li jagħmel il-korp superviżorju, li jissottometti r-rapport annwali, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew tal-Istati Membri kkonċernati, iddeżinjati jew stabbiliti skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, lill-punti uniċi ta’ kuntatt tal-Istat Membru jew tal-Istati Membri kkonċernati, iddeżinjati jew stabbiliti skont l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva (UE) 2022/2555, lill-punti uniċi ta’ kuntatt tal-Istati Membri l-oħra kkonċernati ddeżinjati skont l-Artikolu 46c(1) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014, jew lill-pubbliku; |
|
(8) |
deskrizzjoni tal-ambitu tal-kooperazzjoni ma’ korpi superviżorji oħra stabbiliti fi Stati Membri oħra, u deskrizzjoni tal-assistenza mogħtija f’konformità mal-Artikoli 46c u 46e tar-Regolament (UE) Nru 910/2014, u ħarsa ġenerali lejn l-eżiti ta’ din il-kooperazzjoni; |
|
(9) |
deskrizzjoni tal-frekwenza u n-natura tal-kooperazzjoni tal-korpi superviżorji tas-servizzi fiduċjarji mal-awtoritajiet superviżorji kompetenti stabbiliti skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) 2016/679, meta jkun jidher li nkisru xi regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali, u dwar ksur tas-sigurtà li jidhru li jikkostitwixxi ksur tad-data personali fir-rigward tal-fornituri tas-servizzi fiduċjarji u s-servizzi fiduċjarji li jipprovdu; |
|
(10) |
sommarju tar-riżultat tal-verifika tal-eżistenza ta’ dispożizzjonijiet dwar il-pjanijiet tat-terminazzjoni, u tal-verifika tal-applikazzjoni korretta tagħhom meta fornitur kwalifikat tas-servizzi fiduċjarji li tkun qed issirlu superviżjoni jwaqqaf l-attivitajiet tiegħu, inkluż indikazzjoni dwar kif l-informazzjoni tinżamm aċċessibbli f’konformità mal-Artikolu 24(2), il-punt (h), tar-Regolament (UE) Nru 910/2014; |
|
(11) |
deskrizzjoni ta’ kwalunkwe investigazzjoni ta’ pretensjonijiet li jagħmlu l-fornituri tal-browsers tal-web li kienu qed jinvestigaw tul il-perjodu tar-rapportar skont l-Artikolu 45a tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 u dwar kwalunkwe azzjoni konsegwenzjali oħra meħuda f’dak il-kuntest; |
|
(12) |
deskrizzjoni tal-attivitajiet relatati mal-listi ta’ fiduċja msemmija fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014, inkluż aġġornamenti notevoli wara attivitajiet superviżorji, esperjenza rilevanti jew kwistjonijiet ta’ konformità mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1505 (1), b’mod partikolari mar-rekwiżiti tad-disponibbiltà; |
|
(13) |
informazzjoni dwar skemi nazzjonali tal-akkreditazzjoni tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, skemi nazzjonali tal-valutazzjoni tal-konformità jew gwida relatata ma’ skemi tal-valutazzjoni tal-konformità, jew informazzjoni dwar inizjattivi relatati; |
|
(14) |
deskrizzjoni, meta applikabbli, ta’ kwalunkwe infrastruttura fiduċjarja stabbilita, miżmuma u aġġornata minn korp superviżorju wara talba ta’ Stat Membru u f’konformità mal-liġi nazzjonali. |
(1) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1505 tat-8 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet u l-formati tekniċi marbutin mal-listi ta’ fiduċja skont l-Artikolu 22(5) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern (ĠU L 235, 9.9.2015, p. 26, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2015/1505/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1571/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)