|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1495 |
19.7.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2025/1495
tas-18 ta’ Lulju 2025
li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-31 ta' Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/512/PESK (1). |
|
(2) |
L-Unjoni tibqa' soda fl-appoġġ tagħha għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna. |
|
(3) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tad-19 ta' Diċembru 2024, il-Kunsill Ewropew tenna l-kundanna qawwija tiegħu tal-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, li tikkostitwixxi ksur ċar tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, u afferma mill-ġdid l-impenn sod tal-Unjoni li tkompli tipprovdi appoġġ politiku, finanzjarju, ekonomiku, umanitarju, militari u diplomatiku lill-Ukrajna u lill-poplu tagħha. |
|
(4) |
Sakemm l-azzjonijiet illegali mill-Federazzjoni Russa jkomplu jiksru r-regoli fundamentali tad-dritt internazzjonali, inkluż, b'mod partikolari, il-projbizzjoni fuq l-użu tal-forza minquxa fl-Artikolu 2(4) tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, jew tad-dritt umanitarju internazzjonali, huwa xieraq li jinżammu fis-seħħ il-miżuri kollha imposti mill-Unjoni u li jittieħdu miżuri addizzjonali, jekk ikun meħtieġ. |
|
(5) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, huwa xieraq li jiġu adottati aktar miżuri restrittivi. |
|
(6) |
B'mod partikolari, jenħtieġ li 26 entità jiżdiedu mal-lista ta' persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li tinsab fl-Anness IV tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK, jiġifieri l-lista ta' persuni, entitajiet u korpi li jappoġġaw il-kumpless militari u industrijali tar-Russja fil-gwerra ta' aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna, li fuqhom huma imposti restrizzjonijiet aktar stretti fuq l-esportazzjoni ta' oġġetti u teknoloġija b'użu doppju, kif ukoll oġġetti u teknoloġija li jistgħu jikkontribwixxu għat-tisħiħ teknoloġiku tas-setturi tad-difiża u tas-sigurtà tar-Russja. Dawk l-entitajiet jinkludu ċerti entitajiet f'pajjiżi terzi għajr ir-Russja li jikkontribwixxu indirettament għat-titjib militari u teknoloġiku tar-Russja u b'hekk jippermettu ċ-ċirkomvenzjoni tar-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni, inkluż fuq vetturi tal-ajru mingħajr bdot abbord. |
|
(7) |
Huwa xieraq li tiġi estiża l-lista ta' oġġetti li jikkontribwixxu għat-titjib militari u teknoloġiku tar-Russja jew għall-iżvilupp tas-settur tad-difiża u s-sigurtà tagħha billi telenka oġġetti li ntużaw mir-Russja fil-gwerra ta' aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna u oġġetti li jikkontribwixxu għall-iżvilupp jew il-produzzjoni tas-sistemi militari tagħha, inkluż magni bl-użu ta' kontroll numeriku kompjuterizzat addizzjonali u komposti kimiċi għall-propellanti. |
|
(8) |
Sabiex tissaħħaħ l-effettività tal-miżuri restrittivi imposti b'reazzjoni għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, jeħtieġ li jiġi indirizzat ir-riskju ta' ċirkomvenzjoni ta' dawk il-miżuri permezz tal-esportazzjoni indiretta via pajjiżi terzi. L-oġġetti u t-teknoloġija elenkati fl-Anness VII tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 (2) jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib militari u teknoloġiku tar-Russja jew għall-iżvilupp tas-settur tad-difiża u s-sigurtà tagħha, inkluż meta jiġu esportati bil-pretest li huma maħsuba għal użu aħħari ċivili. Il-projbizzjoni fuq l-esportazzjoni indiretta tkopri l-esportazzjoni ta’ oġġetti li huma elenkati fl-Annessi tar-Regolament (UE) Nru 833/2014, inkluż via pajjiż terz. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jieħdu azzjoni preventiva f'waqtha fejn ikun hemm riskju kredibbli li tali oġġetti esportati lejn pajjiżi terzi fl-aħħar mill-aħħar jistgħu jiġu ddevjati lejn ir-Russja. Għalhekk, huwa xieraq li jiddaħħal mekkaniżmu amministrattiv fakultattiv li jippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jirrikjedu awtorizzazzjoni minn qabel għall-esportazzjoni ta' oġġetti elenkati fl-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 833/2014 lejn kwalunkwe pajjiż terz, fejn l-esportatur ikun ġie infurmat li hemm raġuni suffiċjenti biex jiġi ssuspettat li d-destinazzjoni finali tal-oġġett jista' jkun fir-Russja jew li l-użu aħħari tal-oġġetti jista’ jkun għal entitajiet Russi. Dik il-miżura mhijiex maħsuba biex timponi restrizzjoni ġenerali ġdida iżda biex tgħammar lill-Istati Membri b'għodda effettiva u proporzjonata biex jinvestigaw u jipprevjenu ċ-ċirkomvenzjoni possibbli tal-miżuri restrittivi, filwaqt li tiġi żgurata interpretazzjoni armonizzata u ċarezza legali għall-esportaturi. Il-kamp ta' applikazzjoni tal-klawżola ta' projbizzjoni tal-esportazzjoni indiretta jenħtieġ li ma jkunx affettwat minn dik il-miżura. Huwa fid-diskrezzjoni tal-Istati Membri li jiddeċiedu jekk dik il-miżura jew il-klawżola ta' projbizzjoni tal-esportazzjoni indiretta għandhiex tiġi applikata bħala mekkaniżmu ta’ infurzar f’każijiet li fihom id-destinazzjoni finali tal-oġġetti tista’ tkun fir-Russja jew l-użu aħħari tal-oġġetti jista’ jkun għal entitajiet Russi. |
|
(9) |
Huwa pertinenti li jiġu imposti restrizzjonijiet ulterjuri fuq l-esportazzjonijiet ta' oġġetti li jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib tal-kapaċitajiet industrijali Russi, bħal makkinarju, sustanzi kimiċi, xi metalli u plastiks. Biex jiġi minimizzat ir-riskju ta' ċirkomvenzjoni tal-miżuri restrittivi, huwa xieraq ukoll li tiġi estiża aktar il-lista ta' oġġetti u t-teknoloġija soġġetti għall-projbizzjoni fuq it-tranżitu minn ġewwa t-territorju tar-Russja. |
|
(10) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/884 (3) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/879 (4) jipprevedu li l-Istati Membri jridu jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiksbu provvisti li jkunu alternattivi għall-importazzjonijiet ta' żejt mhux maħdum permezz ta’ pipeline mir-Russja, biex dawk l-importazzjonijiet isiru soġġetti għall-projbizzjonijiet malajr kemm jista' jkun. F'konformità ma' dak l-objettiv, jenħtieġ li tintemm id-deroga temporanja mogħtija liċ-Ċekja għall-provvista ta' żejt mhux maħdum permezz ta' pipeline mir-Russja. |
|
(11) |
Huwa xieraq li tiġi imposta projbizzjoni fuq ix-xiri, l-importazzjoni, jew it-trasferiment, direttament jew indirettament fl-Unjoni, ta' prodotti petrolifiċi miksuba f'pajjiż terz miż-żejt grezz Russu, kif ukoll fuq il-provvista ta’ assistenza teknika jew finanzjarja relatata. Huwa xieraq ukoll li tiġi introdotta lista ta' pajjiżi sħab li għandhom sett ta' miżuri restrittivi li huma sostanzjalment ekwivalenti għal dawk imposti mill-Unjoni fuq l-importazzjonijiet ta' żejt u prodotti petrolifiċi Russi. Jenħtieġ li l-prodotti petrolifiċi importati minn esportaturi netti taż-żejt grezz jitqiesu li nkisbu minn żejt grezz domestiku u mhux minn żejt grezz li joriġina mir-Russja. Il-Kummissjoni jenħtieġ li toħroġ gwida dwar l-implimentazzjoni ta' din il-projbizzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-evidenza li jenħtieġ li tiġi pprovduta mill-operaturi involuti fl-importazzjoni ta' prodotti petrolifiċi raffinati. |
|
(12) |
Huwa pprojbit li l-LNG Russu jiġi importat permezz ta' terminals tal-LNG tal-Unjoni li mhumiex konnessi mas-sistema interkonnessa tal-gass naturali. Huwa xieraq li tiġi introdotta deroga mill-projbizzjoni li tista' tingħata minn Stat Membru li mhuwiex konness direttament mas-sistema interkonnessa ta’ gass naturali ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor u li jirċievi l-ewwel provvista kummerċjali tal-ewwel kuntratt ta' provvista ta' gass naturali fit-tul tiegħu wara it-20 ta’ Lulju 2025 sabiex tiġi żgurata l-provvista tal-enerġija tiegħu. Dan huwa mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura leġiżlattiva li għandha impatt fuq l-importazzjoni tal-enerġija lejn l-Unjoni mir-Russja. |
|
(13) |
Minħabba l-importanza tal-projbizzjoni fuq it-tranżazzjonijiet fl-Artikolu 1aa(1) ta’, u l-persuni ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi elenkati fl-Anness X tad-Deċiżjoni 2014/512 PESK, jeħtieġ li jiġu applikati kriterji stretti meta tiġi imposta kurazija pubblika jew miżura ta' firewall simili. Sabiex tiġi żgurata l-kontinwazzjoni tal-funzjonament ta’, u l-konformità mal-miżuri restrittivi minn, is-sussidjarji li jaġixxu f'isem jew taħt id-direzzjoni tal-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1aa(1), il-punt (a) jew (b), tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK, huwa xieraq li tiġi introdotta eżenzjoni mill-projbizzjoni fuq it-tranżazzjonijiet, dment li awtorità kompetenti tkun imponiet kurazija pubblika jew miżura ta' firewall pubblika simili jew l-awtorità kompetenti tkun awtorizzat miżura simili ta' firewall. Dan jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għal miżuri restrittivi oħra. |
|
(14) |
Sabiex jiġu ċċarati ċerti dispożizzjonijiet, huwa xieraq li tiġi prevista eżenzjoni mill-projbizzjoni fuq it-tranżazzjonijiet f'ċerti portijiet għall-faħam tal-Każakistan abbażi tal-impenn tal-Unjoni li tipprevjeni impatti negattivi fuq is-sigurtà tal-enerġija ta' pajjiżi terzi madwar id-dinja. Barra minn hekk, huwa xieraq li tiġi prevista eżenzjoni mill-projbizzjoni fuq it-tranżazzjonijiet f'ċerti ajruporti fir-rigward tal-kapaċitajiet u l-faċilitajiet nukleari ċivili. |
|
(15) |
Il-pipelines Nord Stream u Nord Stream 2 ġew iddisinjati biex jittrażmettu gass naturali mir-Russja lejn l-Unjoni. Huma kkontrollati mill-Gvern Russu permezz ta' intrapriżi tal-istat. Iż-żewġ pipelines saritilhom ħsara f'Settembru 2022 u bħalissa mhumiex jaħdmu. Nord Stream kien forna gass naturali Russu lill-Ewropa, filwaqt li Nord Stream 2 qatt ma beda jopera. Ir-Russja ripetutament, unilateralment u, sal-aħħar ta' Awwissu 2022, fixklet kompletament il-provvisti tal-gass naturali, permezz ta' Nord Stream, sabiex titfa' pressjoni fuq l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha u ddgħajjef l-appoġġ tagħhom għall-Ukrajna. Barra minn hekk, il-forniment tal-gass naturali permezz ta' dawk il-pipelines fil-futur jista' jiġġenera dħul għar-Russja, u b'hekk jippermetti l-kontinwazzjoni tal-gwerra ta' aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna. Sabiex tipprevjeni t-tkomplija jew l-istabbiliment ta' provvisti tal-gass naturali permezz ta' dawk il-pipelines, huwa xieraq li jiġu introdotti miżuri restrittivi li jipprojbixxu kwalunkwe tranżazzjoni li tkun direttament jew indirettament konnessa mal-pipelines tal-gass naturali Nord Stream u Nord Stream 2 u li tikkonċerna t-tlestija, it-tħaddim, il-manutenzjoni jew l-użu tal-pipelines jew partijiet mill-pipelines. Il-projbizzjoni fuq it-tranżazzjonijiet jenħtieġ li tkopri wkoll ix-xiri ta' gass naturali ttrasportat permezz ta' kwalunkwe wieħed mill-pipelines. Jenħtieġ li japplikaw eżenzjonijiet u derogi mmirati biex jiġi żgurat li l-mekkaniżmi ta' kontroll eżistenti fuq il-pipelines permezz ta' mekkaniżmi ta' ristrutturar, b'mod partikolari b'rabta ma' Nord Stream AG u Nord Stream 2 AG, jibqgħu fis-seħħ, sabiex jiġi żgurat li l-pipelines ma jintużawx. |
|
(16) |
Huwa xieraq ukoll li jiġu emendati l-kundizzjonijiet li jimponu projbizzjoni fuq it-tranżizzjonijiet fuq persuni, entitajiet jew korpi stabbiliti barra mir-Russja li jużaw is-Sistema għar-Trasferiment ta' Messaġġi Finanzjarji (SPFS) tal-Bank Ċentrali tar-Russja jew servizzi ta' messaġġi finanzjarji speċjalizzati ekwivalenti stabbiliti mill-Bank Ċentrali tar-Russja. Dan huwa dovut għall-fatt li l-SPFS ġiet stabbilita mir-Russja bħala alternattiva għal servizz ta' messaġġi finanzjarji speċjalizzati stabbilit fl-Unjoni u biex tipproteġi lill-banek tagħha mill-impatt tal-miżuri restrittivi li l-Unjoni u l-alleati tagħha adottaw mill-2014 b'reazzjoni għall-azzjoni Russa biex iddgħajjef l-integrità territorjali tal-Ukrajna. Il-Kunsill tikkunsidra li, billi tespandi l-użu tal-SPFS barra mit-territorju tagħha, ir-Russja tfittex li tkompli ssegwi dik l-istrateġija u li tipproteġi l-kummerċ internazzjonali tagħha mill-impatt tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni, u b'hekk iżżid ir-reżiljenza finanzjarja tagħha u tipprovdi opportunitajiet biex tiffaċilita ċ-ċirkomvenzjoni tal-projbizzjonijiet fid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2014/512/PESK u 2014/145/PESK (5), u fir-Regolamenti tal-Kunsill(UE) Nru 833/2014 u (UE) Nru 269/2014 (6). |
|
(17) |
Huwa pertinenti li tiġi estiża l-projbizzjoni fuq it-tranżazzjonijiet ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji ta' pajjiżi terzi u fornituri ta' servizzi tal-kriptoassi biex tinkludi entitajiet li qed ifixklu b'mod sinifikanti l-iskop tal-projbizzjonijiet fid-Deċiżjonijiet 2014/512/PESK u 2014/145/PESK, u fir-Regolamenti (UE) Nru 833/2014 u (UE) Nru 269/2014. L-espansjoni tal-projbizzjoni fuq it-tranżazzjonijiet tinkludi wkoll dawk l-istituzzjonijiet finanzjarji ta' pajjiżi terzi u l-fornituri ta' servizzi tal-kriptoassi li jappoġġaw il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, inkluż billi jipproċessaw tranżazzjonijiet jew jipprovdu finanzjament għall-esportazzjoni għal operazzjonijiet kummerċjali li jfixklu l-finijiet tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK u r-Regolament (UE) Nru 833/2014. Il-Kunsill iqis li jenħtieġ li żewġ entitajiet jiżdiedu mal-lista ta' istituzzjonijiet finanzjarji ta' pajjiżi terzi soġġetti għal dik il-projbizzjoni. Fl-aħħar nett, il-projbizzjoni fuq it-tranżazzjonijiet tkopri wkoll kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp ta' pajjiż terz li mhumiex istituzzjoni ta' kreditu jew finanzjarja jew entità li tipprovdi servizzi tal-kriptoassi, inklużi negozjanti taż-żejt, li qed ifixklu b'mod sinifikanti l-iskop tal-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 4o, 4p u 4x tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK. |
|
(18) |
Huwa ġustifikat li tiġi estiża għal projbizzjoni fuq it-tranżazzjonijiet il-projbizzjoni eżistenti għall-forniment ta' servizzi ta' messaġġi finanzjarji speċjalizzati lil ċerti istituzzjonijiet ta' kreditu jew entitajiet Russi li jissottoskrivu għal servizzi ta' messaġġi finanzjarji jew sussidjarji Russi ta' istituzzjonijiet ta' kreditu ta' pajjiżi terzi, li huma rilevanti għas-sistema finanzjarja u bankarja Russa, u li huma jew banek reġjonali kbar u importanti, li konsegwentement jiffaċilitaw il-finanzi u n-negozju reġjonali u federali, jew banek li jiffaċilitaw pagamenti transfruntiera sinifikanti, u b'hekk isaħħu l-ekonomija Russa u l-industrija tagħha, banek li jimminaw l-integrità territorjali tal-Ukrajna billi joperaw fit-territorji okkupati, jew banek li diġà huma s-suġġett ta' miżuri restrittivi imposti mill-Unjoni jew minn pajjiżi sħab. Il-Kunsill iqis li jenħtieġ li 22 istituzzjoni ta' kreditu jew finanzjarja u entitajiet oħra jiżdiedu mal-lista ta' persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għal projbizzjoni fuq it-tranżazzjonijiet. Fl-aħħar nett, huwa xieraq li jiżdiedu eżenzjonijiet relatati mal-funzjonament tar-rappreżentanzi diplomatiċi u konsulari tal-Unjoni u tal-Istati Membri jew ta’ pajjiżi sħab fir-Russja u għal tranżazzjonijiet magħmula minn ċittadini ta' Stat Membru li huma residenti fir-Russja. Huwa wkoll pertinenti li tiżdied deroga għal tranżazzjonijiet li huma strettament meħtieġa għall-iżvestiment mir-Russja jew l-istralċ ta' attivitajiet kummerċjali fir-Russja. Huwa mfakkar li l-miżuri restrittivi tal-Unjoni ma għandhomx effett ekstraterritorjali u ma jorbtux lill-operaturi inkorporati skont il-liġijiet ta' pajjiżi terzi, inkluż dawk tar-Russja. Għalhekk, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8a tar-Regolament (UE) Nru 833/2014, tranżazzjonijiet bejn persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi inkorporati jew ikkostitwiti skont il-liġi ta’ Stat Membru u s-sussidjarji tagħhom f’pajjiżi terzi ma jikkwalifikawx bħala ksur ta’ dik il-projbizzjoni, inkluż jekk istituzzjonijiet ta’ kreditu jew finanzjarji soġġetti għall-projbizzjoni jkunu involuti f’tali tranżazzjonijiet. L-eżenzjonijiet u d-deroga fl-Artikolu 1e tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK huma mingħajr preġudizzju għall-projbizzjoni fuq l-operaturi fl-Unjoni li jipprovdu servizzi ta' messaġġi finanzjarji lill-entitajiet elenkatifl-Anness VIII tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK. |
|
(19) |
Sabiex tiżdied l-effettività tal-mekkaniżmu tal-limitu massimu tal-prezz taż-żejt, huwa xieraq li tiġi introdotta proċedura awtomatika għall-modifika tal-limitu massimu tal-prezz għaż-żejt mhux maħdum Russu skont il-prezz medju tas-suq taż-żejt mhux maħdum Russu. Minħabba l-prezzijiet globali attwali taż-żejt, diġà jenħtieġ li jiġi adottat limitu aktar baxx fuq il-prezz taż-żejt mhux maħdum Russu sabiex il-limitu massimu tal-prezz jinġieb eqreb lejn il-kostijiet tal-produzzjoni taż-żejt u b'hekk ikompli jitnaqqas id-dħul tar-Russja mill-esportazzjoni taż-żejt. Kull darba li l-limitu massimu tal-prezz jiġi emendat, jenħtieġ li l-kuntratti preċedenti li jkunu konformi mal-limitu massimu tal-prezz eżistenti jibbenefikaw minn perjodu ta' tranżizzjoni ta' 90 jum għat-trasport marittimu u għall-forniment, b'mod dirett jew indirett, ta' assistenza teknika, servizzi ta' senserija jew finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati mat-trasport marittimu taż-żejt mhux maħdum Russu lejn pajjiżi terzi. Dak il-perjodu ta' tranżizzjoni huwa meħtieġ biex tiġi żgurata implimentazzjoni konsistenti tal-limitu massimu tal-prezz mill-operaturi kollha. Barra minn hekk, il-mekkaniżmu ta' rieżami eżistenti jenħtieġ li jissaħħaħ, u l-funzjonament tal-limitu massimu tal-prezz taż-żejt jenħtieġ li jiġi mmonitorjat u rrappurtat lill-Kunsill kull sitt xhur. Jenħtieġ li l-funzjonament tal-mekkaniżmu tal-limitu massimu tal-prezz, inkluż il-livell tal-limitu massimu tal-prezz kif ukoll il-projbizzjonijiet rilevanti, ikun soġġett għal rieżami regolari mill-Kunsill. |
|
(20) |
Il-Fond Russu ta' Investiment Dirett (RDIF) jibqa' għodda użata mir-Russja biex tidderieġi muniti barranin lejn il-ġuriżdizzjoni tagħha, biex tfittex aċċess għal fondi sabiex issostni l-isforz tal-gwerra u biex iżżid ir-reżiljenza tal-ekonomija tagħha. Il-RDIF tuża strutturi ta' investiment kumplessi biex taħbi l-attivitajiet u l-proġetti kofinanzjati tagħha u tiżolahom mill-konsegwenzi tal-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Għaldaqstant, huwa pertinenti li tiġi introdotta projbizzjoni fuq it-tranżazzjonijiet immirata lejn l-RDIF, is-sussidjarji tagħha, l-investimenti sinifikanti tagħha u kull min jipprovdi lil dawk l-entitajiet b'servizzi ta' investiment jew servizzi finanzjarji oħra. Investiment għandu jitqies bħala “sinifikanti” jekk jidher li jkun sostnut minn politika jew strateġija ekonomika governattiva jew jekk jikkonċerna settur li huwa rilevanti għall-manuvrabbiltà ġeopolitika fit-tul tar-Russja, b'mod partikolari l-finanzi u l-banek, it-trasport, it-telekomunikazzjonijiet, id-difiża, il-manifattura industrijali, it-teknoloġija avvanzata, l-enerġija, jew il-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt, tal-gass u tar-riżorsi minerali, inklużi r-riċerka u l-iżvilupp relatati dwar il-proprjetà intellettwali. Il-Kunsill iqis li jenħtieġ li erba' entitajiet jiżdiedu mal-lista ta' persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi stabbilita fl-Anness IV tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK, li fihom l-RDIF għamel investimenti sinifikanti, li huma soġġetti għall-projbizzjoni fuq it-tranżazzjonijiet. |
|
(21) |
Is-settur bankarju u finanzjarju Russu huwa kruċjali għall-isforz tal-gwerra tar-Russja. Bl-għan li jiġi evitat l-iżvilupp ulterjuri tiegħu, huwa xieraq li tiġi imposta projbizzjoni fuq il-forniment ta' software b'ċerti użi fis-settur bankarju u finanzjarju. |
|
(22) |
Sabiex tkompli tillimita l-attività ta' bastimenti li huma parti mill- “flotta mistura” ta' tankers taż-żejt jew li jikkontribwixxu għad-dħul mill-enerġija tar-Russja, huwa xieraq li jiżdiedu 77 bastiment mal-lista ta' bastimenti li tinsab fl-Anness XVI tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK, li huma pprojbiti mill-portijiet u l-imgħalaq tal-Istati Membri, kif ukoll milli jirċievu firxa wiesgħa ta' servizzi relatati mat-trasport marittimu. |
|
(23) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri, bir-rispett dovut għall-obbligi internazzjonali applikabbli tagħhom, ma jirrikonoxxux jew jinfurzaw l-ebda inġunzjoni, ordni, eżenzjoni, sentenza ta' qorti għajr qorti ta' Stat Membru jew deċiżjoni oħra ta’ qorti, ta' arbitraġġ jew amministrattiva maħruġa fi proċedimenti għajr dawk fl-Istati Membri skont jew derivati minn proċedimenti ta' soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investitur u l-Istat b'rabta ma' miżuri imposti skont id-Deċiżjoni 2014/512/PESK jew 2014/145/PESK, jew ir-Regolament (UE) Nru 833/2014 jew ir-Regolament (UE) Nru 269/2014. Jenħtieġ li l-implimentazzjoni effettiva tal-klawżola ta' esklużjoni ta' pretensjonijiet titqies bħala l-ordni pubbliku tal-Unjoni u tal-Istati Membri għall-finijiet tar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet ta' arbitraġġ jew deċiżjonijiet ġudizzjarji jew amministrattivi. B'riżultat ta' dan, ir-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni mill-Istati Membri ta' inġunzjoni, ordni, eżenzjoni, sentenza ta' qorti għajr qorti ta' Stat Membru jew deċiżjoni oħra ta’ qorti, ta' arbitraġġ jew amministrattiva maħruġa fi proċedimenti għajr dawk fl-Istati Membri skont jew derivati minn proċedimenti ta' soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investitur u l-Istat li jistgħu jwasslu għas-sodisfazzjon ta' kwalunkwe pretensjoni b'rabta mal-miżuri imposti skont id-Deċiżjonijiet 2014/512/PESK u 2014/145/CFSP, u r-Regolamenti (UE) Nru 833/2014 u (UE) Nru 269/2014 jenħtieġ li jitqiesu li jiksru l-ordni pubbliku tal-Unjoni u tal-Istati Membri. Jenħtieġ li dik id-dispożizzjoni tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligu ta' Stat Membru li jipparteċipa u li jiddefendi lilu nnifsu fi proċedimenti mibdija kontrih u li jitlob ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjoni li tagħtih ir-rimborż tal-ispejjeż. |
|
(24) |
Meta l-Istati Membri jkunu kkonfrontati b’deċiżjonijiet ta’ arbitraġġ mogħtija kontrihom fi proċedimenti ta’ soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investitur u l-Istat b’rabta mal-miżuri imposti skont id-Deċiżjoni 2014/512/PESK jew 2014/415/PESK, jew ir-Regolament (UE) Nru 833/2014 jew (UE) Nru 269/2014, jenħtieġ li huma jinvokaw kwalunkwe oġġezzjoni disponibbli għalihom fi proċedimenti domestiċi jew barranin għar-rikonoxximent u l-infurzar ta’ tali deċiżjonijiet. Dan jinkludi li titqajjem l-oġġezzjoni li r-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni jkunu kontra l-ordni pubbliku tal-pajjiż fejn jintalbu r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni, skont il-Konvenzjoni dwar ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta’ Deċiżjonijiet ta’ Arbitraġġ Barranin tal-1958. |
|
(25) |
Fir-rigward tal-proġett Paks II, il-projbizzjonijiet fid-Deċiżjoni 2014/512/PESK ma għandhomx japplikaw għall-attivitajiet imsemmija tagħha jew l-Artikolu 12h tar-Regolament (UE) Nru 833/2014. Il-projbizzjoni fuq it-tranżazzjonijiet fl-Artikolu 1e tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK jew l-Artikolu 5h tar-Regolament (UE) Nru 833/2014 relatata mal-entitajiet elenkati fl-Anness VIII tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK jenħtieġ li tkun waħda mill-projbizzjonijiet li hija koperta minn dik id-dispożizzjoni. |
|
(26) |
Dawk il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għalhekk, b'mod partikolari bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom fl-Istati Membri kollha, hija neċessarja azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni. |
|
(27) |
Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri. |
|
(28) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/512/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2014/512/PESK hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 1aa, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “2f. Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika fir-rigward ta' entitajiet stabbiliti fl-Unjoni u li jaġixxu f'isem jew taħt id-direzzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a) jew (b), dment li:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 1ad, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “2. Għandu jkun ipprojbit l-involviment, direttament jew indirettament, fi kwalunkwe tranżazzjoni ma' persuna ġuridika, entità jew korp stabbiliti barra mir-Russja kif elenkati fl-Anness XVIII. L-Anness XVIII għandu jinkludi l-persuni ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi stabbiliti barra mir-Russja li jużaw l-SPFS tal-Bank Ċentrali tar-Russja jew servizzi ta' messaġġi finanzjarji speċjalizzati ekwivalenti stabbiliti mill-Bank Ċentrali tar-Russja jew mill-Istat Russu.” |
|
(3) |
l-Artikolu 1ae huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 1ae 1. Għandu jkun ipprojbit l-involviment, direttament jew indirettament, fi kwalunkwe tranżazzjoni ma' persuna ġuridika, entità jew korp stabbiliti barra l-Unjoni li:
2. Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 għandha tapplika għal persuna ġuridika, entità jew korp li jaġixxu f'isem jew taħt id-direzzjoni ta' entità msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1. 3. Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal tranżazzjonijiet li huma:
|
|
(4) |
fl-Artikolu 1af(3), jiżdied il-punt li ġej:
; |
|
(5) |
fl-Artikolu 1af(4), jiżdied il-punt li ġej:
; |
|
(6) |
jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin: “Artikolu 1ag 1. Għandu jkun ipprojbit li wieħed jidħol, direttament jew indirettament, fi kwalunkwe tranżazzjoni b'rabta mal-pipelines tal-gass naturali Nord Stream u Nord Stream 2, fir-rigward tat-tlestija, it-tħaddim, il-manutenzjoni jew l-użu tal-pipelines. Barra minn hekk, għandu jkun ipprojbit li wieħed jidħol, direttament jew indirettament, fi kwalunkwe tranżazzjoni b'rabta mal-finanzjament li jikkonċerna t-tlestija, it-tħaddim jew l-użu tal-pipelines. 2. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għal tranżazzjonijiet li jkunu strettament neċessarji għall-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni urġenti ta' avveniment li probabbilment ikollu impatt serju u sinifikanti fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem, it-trasport marittimu jew l-ambjent, jew bħala reazzjoni għal diżastru naturali. 3. B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw tranżazzjonijiet li huma strettament meħtieġa:
Qabel ma joħorġu tali awtorizzazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’abbozz tagħha. Fi żmien 30 jum minn meta tirċievi l-abbozz, il-Kummissjoni tista' toħroġ opinjoni lill-awtoritajiet kompetenti oli tipprovdi t-tranżazzjoni prevista tkun ta' preġudizzju għall-interessi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kunsill b'tali opinjoni. 4. L-operaturi għandhom jinfurmaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn huma inkorporati jew li skont il-liġi tiegħu huma kostitwiti bi kwalunkwe tranżazzjoni konkluża skont il-paragrafu 2, fi żmien ġimagħtejn mill-konklużjoni tagħha. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe informazzjoni li jirċievi skont dan il-paragrafu fi żmien ġimagħtejn minn meta jirċeviha. 5. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 3 fi żmien ġimagħtejn mill-awtorizzazzjoni. Artikolu 1ah 1. Għandu jkun ipprojbit li wieħed jidħol direttament jew indirettament fi kwalunkwe tranżazzjoni ma':
2. B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw tranżazzjonijiet li huma strettament meħtieġa għax-xiri, l-importazzjoni jew it-trasport ta' prodotti farmaċewtiċi u mediċi li l-importazzjoni, ix-xiri u t-trasport tagħhom huma permessi skont din id-Deċiżjoni. 3. B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jawtorizzaw sal-31 ta’ Diċembru 2026, skont dawk il-kundizzjonijiet li jqisu xierqa, tranżazzjonijiet li jkunu strettament meħtieġa għall-iżvestiment u l-irtirar mir-Russja jew l-istralċ tal-attivitajiet kummerċjali fir-Russja. 4. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 2 jew 3 fi żmien ġimagħtejn mill-awtorizzazzjoni.” |
|
(7) |
l-Artikolu 1e huwa emendat kif ġej:
|
|
(8) |
l-Artikolu 1k huwa emendat kif ġej:
|
|
(9) |
l-artikolu 3a huwa emendat kif ġej:
|
|
(10) |
l-Artikolu 4m huwa emendat kif ġej:
|
|
(11) |
fl-Artikolu 4o, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “3b. L-eżenzjoni fil-paragrafu 3, il-punt (d), għandha tieqaf tapplika għaċ-Ċekja sa mill-1 ta' Lulju 2025.” |
|
(12) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 4oa 1. Għandu jkun ipprojbit, mid-21 ta’ Jannar 2026, ix-xiri, l-importazzjoni, jew it-trasferiment, direttament jew indirettament fl-Unjoni ta' prodotti petrolifiċi li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2710 miksuba f'pajjiż terz minn żejt grezz li jaqa' taħt il-kodiċi NM 2709 00 li joriġina mir-Russja. Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu, fil-mument tal-importazzjoni, l-importaturi għandhom jipprovdu evidenza tal-pajjiż tal-oriġini taż-żejt grezz użat għar-raffinar tal-prodott f'pajjiż terz sakemm il-prodott ma jkunx importat minn pajjiż sieħeb kif elenkat fl-Anness XXIV. Il-prodotti petrolifiċi importati minn pajjiżi terzi li kienu esportaturi netti ta' żejt grezz fis-sena kalendarja preċedenti għandhom jitqiesu li nkisbu minn żejt grezz domestiku u mhux minn żejt grezz li joriġina mir-Russja, sakemm awtorità kompetenti ma jkollhiex raġunijiet raġonevoli biex temmen li dawn inkisbu minn żejt grezz Russu. 2. Għandu jkun ipprojbit il-forniment, dirett jew indirett, ta' assistenza teknika, servizzi ta' senserija, finanzjament jew assistenza finanzjarja, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, relatati mal-projbizzjoni fil-paragrafu 1.” |
|
(13) |
L-Artikolu 4p huwa emendat kif ġej:
|
|
(14) |
fl-Artikolu 4z, jiżdied il-paragrafu li ġej: “6. B'deroga mill-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 2, l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru li ma tkunx konnessa direttament mas-sistema interkonnessa ta’ gass naturali ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor u li tkun irċeviet l-ewwel provvista kummerċjali tal-ewwel kuntratt ta' provvista tal-gass naturali fit-tul tagħha wara it-20 ta’ Lulju 2025 tista' tawtorizza x-xiri, l-importazzjoni jew it-trasferiment ta' gass naturali likwifikat li jaqa' taħt il-kodiċi NM 2711 11 00 , li joriġina mir-Russja jew esportat mir-Russja, wara li tkun iddeterminat li x-xiri, l-importazzjoni jew it-trasferiment jintuża biex tiġi żgurata l-provvista tal-enerġija tagħha. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni li jagħti skont dan il-paragrafu fi żmien ġimagħtejn mill-awtorizzazzjoni.” |
|
(15) |
fl-Artikolu 7, jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin: “2a. L-ebda inġunzjoni, ordni, ħelsien, sentenza ta' qorti ġudizzjarja għajr qorti ta' Stat Membru jew qorti oħra, deċiżjoni arbitrali jew amministrattiva maħruġa fi proċedimenti għajr dawk fl-Istati Membri skont jew derivata minn proċedimenti ta' soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investitur u l-Istat kontra Stat Membru li jistgħu jwasslu għas-sodisfazzjon ta' kwalunkwe pretensjoni b'rabta ma' miżuri imposti skont din id-Deċiżjoni u d-Deċiżjoni 2014/145/PESK, u r-Regolamenti (UE) Nru 833/2014 u (UE) Nru 269/2014 ma għandha tiġi rikonoxxuta, mogħtija effett jew infurzata fi Stat Membru jekk tiġi invokata minn kwalunkwe persuna, entità jew korp imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a), (b) jew (c), ta’ dan l-Artikolu, jew persuni, entitajiet jew korpi li huma s-sidien jew jikkontrollaw lil dawk il-persuni, entitajiet jew korpi. 2b. L-ebda talba għal assistenza matul investigazzjoni jew proċedimenti oħra, u l-ebda piena jew penali oħra bbażata fuq inġunzjoni, ordni, ħelsien, sentenza ta' qorti għajr qorti ta' Stat Membru jew qorti oħra, deċiżjoni arbitrali jew amministrattiva maħruġa fi proċedimenti għajr dawk fl-Istati Membri skont jew derivata minn proċedimenti ta' soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investitur u l-Istat kontra Stat Membru b'rabta ma' miżuri imposti skont din id-Deċiżjoni u d-Deċiżjoni 2014/145/PESK, u r-Regolamenti (UE) Nru 833/2014 u (UE) Nru 269/2014 ma għandha tiġi rikonoxxuta, mogħtija effett jew infurzata fi Stat Membru jekk tiġi invokata minn kwalunkwe persuna, entità jew korp imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a), (b) jew (c), ta’ dan l-Artikolu, jew minn persuni, entitajiet jew korpi li huma s-sidien ta' dawk il-persuni, entitajiet jew korpi jew jikkontrollawhom.” |
|
(16) |
jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin: “Artikolu 7b Kwalunkwe Stat Membru għandu, fejn applikabbli, jieħu kwalunkwe miżuri xierqa biex jirkupra jew ikun intitolat li jirkupra, fi proċedimenti ġudizzjarji quddiem il-qrati kompetenti ta' Stat Membru, kwalunkwe dannu dirett jew indirett, inkluż spejjeż legali, imġarrba minn dak l-Istat Membru bħala konsegwenza tal-proċedimenti għas-soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investitur u l-Istat kontra Stat Membru b'rabta ma' miżuri imposti skont din id-Deċiżjoni u d-Deċiżjoni 2014/145/PESK, u r-Regolamenti (UE) Nru 833/2014 u (UE) Nru 269/2014. L-Istat Membru għandu, fejn applikabbli, ikun intitolat li jirkupra tali danni minn kwalunkwe persuna, entità jew korp imsemmija fl-Artikolu 7(1), il-punt (a), (b) jew (c), ta’ din id-Deċiżjoni, li bdew, intervjenew jew ipparteċipaw fis-soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investitur u l-Istat jew li jfittxu li jinfurzaw kwalunkwe għotja, deċiżjoni jew sentenza relatata mas-soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investitur u l-Istat u persuni, entitajiet jew korpi li huma s-sidien jew jikkontrollaw kwalunkwe waħda minn dawk il-persuni, entitajiet jew korpi. Fejn applikabbli, l-Unjoni għandha tkun intitolata li tirkupra kwalunkwe dannu mġarrab minnha taħt l-istess kondizzjonijiet. Artikolu 7c L-Istati Membri għandhom iqajmu kwalunkwe oġġezzjoni disponibbli għar-rikonoxximent u l-infurzar ta' deċiżjonijiet ta' arbitraġġ li ngħataw kontrihom fi proċedimenti ta' soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investitur u l-Istat b'rabta mal-miżuri imposti skont din id-Deċiżjoni u d-Deċiżjoni 2014/145/PESK, jew ir-Regolamenti (UE) Nru 833/2014 u (UE) Nru 269/2014.” |
|
(17) |
l-Artikolu 8c huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 8c Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'unanimità abbażi tal-Artikoli 29 u 30 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għandu jemenda l-Annessi I, II, III, IV, V, VI, VIII, IX, X, XI, XIV, XVI, XVII, XVIII, XIX, XX, XXI, XXII, XXIII u XXIV.” |
|
(18) |
l-Annessi tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK huma emendati kif stipulat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-18 ta’ Lulju 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BJERRE
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta' Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/512/oj).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 tal-31 ta' Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/833/oj)
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/884 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 153, 3.6.2022, p. 128, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/884/oj).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/879 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna, (ĠU L 153, 3.6.2022, p. 53, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/879/oj).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas- 17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (OJ L 78, 17.3.2014, p. 16, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/145(1)/oj).
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas- 17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/269/oj).
ANNESS
|
(1) |
Fl-Anness IV tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK, jiżdiedu l-entitajiet li ġejjin:
|
|
(2) |
Fl-Anness VIII tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK, jiżdiedu l-entitajiet li ġejjin:
|
|
(3) |
Fl-Anness XI tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK, it-tabella “Prezz għaż-żejt mhux maħdum” hija mħassra. |
|
(4) |
L-Anness XVI tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
L-Anness XIX tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK huwa sostitwit b'dan li ġej: “ANNESS XIX Lista ta' persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 1ae Parti A- lista ta' istituzzjonijiet u entitajiet ta' kreditu u finanzjarji li jipprovdu servizzi tal-kriptoassi stabbiliti barra mill-Unjoni li qed ifixklu b’mod sinifikanti l-għan tal-projbizzjonijiet f’din id-Deċiżjoni, id-Deċiżjoni 2014/145/PESK, ir-Regolament (UE) Nru 833/2014 u r-Regolament (UE) Nru 269/2014
Parti B- lista ta' istituzzjonijiet u entitajiet ta' kreditu u finanzjarji li jipprovdu servizzi tal-kriptoassi stabbiliti barra mill-Unjoni li jappoġġaw il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna Parti C- lista ta' persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi stabbiliti barra mill-Unjoni li qed ifixklu b’mod sinifikanti l-għan tal-projbizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 4o u 4p ta' din id-Deċiżjoni”. |
|
(6) |
L-Anness li ġej jiżdied mad-Deċiżjoni 2014/512/PESK: “ANNESS XXII Persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 1ah, il-punt (c)
|
|
(7) |
L-Anness li ġej jiżdied mad-Deċiżjoni 2014/512/PESK: “ANNESS XXIII Persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 1ah, il-punt (d)”.
|
|
(8) |
L-Anness li ġej jiżdied mad-Deċiżjoni 2014/512/PESK: “ANNESS XXIV Lista ta' pajjiżi sħab għall-importazzjoni ta' prodotti petrolifiċi kif imsemmi fl-Artikolu 4oa(1) IL-KANADA IN-NORVERĠJA IR-RENJU UNIT L-ISTATI UNITI TAL-AMERKA L-IŻVIZZERA”. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1495/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)