|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1467 |
21.7.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1467
tat-18 ta’ Lulju 2025
li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2024/1938 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-Pjattaforma tal-UE dwar is-SoHO għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar is-sustanzi ta’ oriġini umana maħsubin għall-applikazzjoni umana
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2024/1938 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar l-istandards ta’ kwalità u ta’ sikurezza għas-sustanzi ta’ oriġini umana maħsubin għall-applikazzjoni umana u li jħassar id-Direttivi 2002/98/KE u 2004/23/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 74(4), l-ewwel subparagrafu, tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2024/1938 jirrikjedi li l-Kummissjoni tistabbilixxi, tiġġestixxi u żżomm pjattaforma diġitali biex tiffaċilita l-iskambju effiċjenti u effettiv ta’ informazzjoni f’dak li jikkonċerna l-attivitajiet tas-sustanzi ta’ oriġini umana (SoHO, substances of human origin) fl-Unjoni (il-“Pjattaforma tal-UE dwar is-SoHO”). |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2024/1938 jipprevedi l-ipproċessar ta’ data personali, inkluża d-data dwar is-saħħa, skambjata permezz tal-Pjattaforma tal-UE dwar is-SoHO, fejn meħtieġ, fl-interess tas-saħħa pubblika u għall-finijiet li tgħin fl-identifikazzjoni, l-evalwazzjoni u l-ġestjoni tar-riskji assoċjati ma’ donazzjoni tas-SoHO jew ma’ donatur tas-SoHO partikolari, inkluż l-identifikazzjoni psewdonimizzata tad-donatur fil-każ ta’ twissijiet rapidi, u għall-ipproċessar tal-informazzjoni rilevanti dwar il-monitoraġġ ta’ eżitu kliniku, inkluża d-data klinika psewdonimizzata pprovduta b’appoġġ għall-awtorizzazzjonijiet tal-preparat tas-SoHO. |
|
(3) |
Peress li data personali sensittiva, inkluża d-data dwar is-saħħa, tista’ tiġi skambjata permezz tal-Pjattaforma tal-UE dwar is-SoHO, jenħtieġ li l-Pjattaforma tipprovdi mezz sigur għall-iskambju ristrett tal-informazzjoni u d-data. |
|
(4) |
Id-data personali jenħtieġ li tinħażen fil-Pjattaforma tal-UE dwar is-SoHO għal perjodu limitat. Peress li xi mard jista’ jkollu żmien ta’ inkubazzjoni twil u jista’ jikkawża xi sintomi wara 25 sa 30 sena (eż. il-marda ta’ Creutzfeldt-Jakob), huwa neċessarju li jiġi applikat perjodu ta’ żamma ta’ 30 sena wara d-donazzjoni jew l-applikazzjoni umana għad-data personali relatata mas-sikurezza, il-kwalità u l-effettività tas-SoHO. |
|
(5) |
Bl-għan li jiġu żgurati amministrazzjoni tajba u trasparenza suffiċjenti tal-attivitajiet superviżorji tas-SoHO u tal-attivitajiet tas-SoHO, jenħtieġ li d-data personali tal-atturi awtorizzati tinżamm sa 5 snin mid-data li fiha ma jibqgħux joperaw bħala atturi awtorizzati. |
|
(6) |
Biex tiġi żgurata l-kapaċità li jiġi vverifikat jekk il-Bord ta’ Koordinazzjoni tas-SoHO aġixxiex b’mod indipendenti u imparzjali, inkluż fil-każ ta’ lmenti jew litigazzjoni, jenħtieġ li d-data personali tal-membri u tas-supplenti tal-Bord ta’ Koordinazzjoni tas-SoHO tinżamm sa 15-il sena mid-data li fiha l-membru jew is-supplenti ma jibqax jipparteċipa fil-Bord ta’ Koordinazzjoni tas-SoHO. |
|
(7) |
Bl-għan li jiġu żgurati s-sikurezza u s-sigurtà tad-data personali pproċessata permezz tal-Pjattaforma tal-UE dwar is-SoHO, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi u żżomm aġġornati miżuri tekniċi u organizzattivi tal-ogħla livell, inkluż il-kontroll tal-aċċess għad-data. |
|
(8) |
Sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju effiċjenti u effettiv ta’ informazzjoni dwar l-attivitajiet tas-SoHO fl-Unjoni permezz tal-Pjattaforma tal-UE dwar is-SoHO, jenħtieġ li l-interfaċċa tal-utent tagħha tiġi pprovduta bl-Ingliż bħala l-lingwa li tinftiehem b’mod komuni fil-qasam tas-SoHO. Jenħtieġ li l-entitajiet tas-SoHO, l-awtoritajiet kompetenti tas-SoHO, l-Istati Membri, il-Bord ta’ Koordinazzjoni tas-SoHO u l-Kummissjoni jiskambjaw l-informazzjoni ta’ interess transfruntier permezz tal-Pjattaforma tal-UE dwar is-SoHO b’dik il-lingwa li tinftiehem b’mod komuni fil-qasam tas-SoHO. |
|
(9) |
Peress li r-Regolament (UE) 2024/1938 japplika mis-7 ta’ Awwissu 2027, l-applikazzjoni ta’ dan l-att jenħtieġ li tibda fl-istess data. |
|
(10) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u ta opinjoni fit-3 ta’ Ġunju 2025. |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 79(1) tar-Regolament (UE) 2024/1938, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“attur” tfisser persuna fiżika li tirreġistra entità tas-SoHO fil-Pjattaforma tal-UE dwar is-SoHO wara l-awtentikazzjoni; |
|
(2) |
“attur awtorizzat” tfisser persuna fiżika li, wara l-awtentikazzjoni, tkun ingħatat aċċess għall-Pjattaforma tal-UE dwar is-SoHO biex twettaq azzjonijiet f’konformità mad-drittijiet ta’ aċċess assenjati lill-profil tal-persuna u li taġixxi f’isem Stat Membru, awtorità nazzjonali tas-SoHO, awtorità kompetenti tas-SoHO, il-Bord ta’ Koordinazzjoni tas-SoHO, entità tas-SoHO, il-Kummissjoni, iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC, European Centre for Disease Prevention and Control) jew id-Direttorat Ewropew għall-Kwalità tal-Mediċini u l-Kura tas-Saħħa (EDQM, European Directorate for the Quality of Medicines & HealthCare); |
|
(3) |
“amministratur lokali” tfisser attur awtorizzat li għandu d-dritt li jagħti aċċess għall-Pjattaforma tal-UE dwar is-SoHO lil atturi jew atturi awtorizzati oħra fl-istess Stat Membru, awtorità nazzjonali tas-SoHO, awtorità kompetenti tas-SoHO jew entità tas-SoHO. |
Artikolu 2
Manutenzjoni u użu tal-Pjattaforma tal-UE dwar is-SoHO
1. Il-Kummissjoni għandha żżomm u tottimizza l-Pjattaforma tal-UE dwar is-SoHO biex twettaq il-kompiti msemmija fl-Artikolu 73 tar-Regolament (UE) 2024/1938.
2. L-atturi u l-atturi awtorizzati għandhom jużaw il-pjattaforma biex jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 4(2), 5(5), 9(4), 16, 17(2), (5) sa (7), 19(1), (3) u (10), 21(4) u (5), 25(1), (2) u (6), 27(7), 31 sa 35, 37(2), 41(2) u (4), 54(3), 56(4), 63(3) il-punt (e), 64(3), 65(3), 68(3) u (4), 69(1), 71 sa 74, 76, 81, 82 u 86 tar-Regolament (UE) 2024/1938.
Artikolu 3
Aċċessibbiltà, moduli u funzjonalitajiet tal-Pjattaforma tal-UE dwar is-SoHO
1. Il-pjattaforma tal-UE dwar is-SoHO għandha tkun aċċessibbli permezz ta’ sit web apposta.
2. Il-pjattaforma tal-UE dwar is-SoHO għandha tipprovdi mill-inqas il-moduli u l-funzjonalitajiet elenkati fl-Anness I.
Artikolu 4
Aċċess tal-atturi, atturi awtorizzati u amministraturi lokali
1. L-aċċess tal-atturi għall-Pjattaforma tal-UE dwar is-SoHO għandu jiġi kkontrollat permezz ta’ għodda tal-awtentikazzjoni.
L-aċċess tal-atturi awtorizzati għall-Pjattaforma tal-UE dwar is-SoHO għandu jiġi kkontrollat permezz ta’ għodda tal-awtentikazzjoni u għodda tal-awtorizzazzjoni.
L-għodda tal-awtentikazzjoni u l-għodda tal-awtorizzazzjoni għandhom jiżguraw li l-atturi u l-atturi awtorizzati jkollhom id-drittijiet ta’ aċċess xierqa għall-Pjattaforma tal-UE dwar is-SoHO u l-permessi t-tajba biex iwettqu azzjonijiet fuq il-Pjattaforma tal-UE dwar is-SoHO.
Wara l-awtentikazzjoni, l-atturi għandu jkollhom aċċess għall-modulu tar-reġistrazzjoni tal-Pjattaforma tal-UE dwar is-SoHO għar-reġistrazzjoni ta’ entità tas-SoHO.
2. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-għoti, is-sospensjoni jew ir-revoka tad-drittijiet ta’ aċċess tal-amministraturi lokali għall-Pjattaforma tal-UE dwar is-SoHO.
3. L-amministraturi lokali għandhom jiġġestixxu d-drittijiet ta’ aċċess tal-atturi u tal-atturi awtorizzati għall-Pjattaforma tal-UE dwar is-SoHO billi jagħtu, jissospendu jew jirrevokaw dawk id-drittijiet ta’ aċċess.
4. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-livell xieraq ta’ aċċess tal-atturi awtorizzati li jaġixxu f’isimhom għall-Pjattaforma tal-UE dwar is-SoHO f’konformità mad-dritt nazzjonali.
Artikolu 5
Aċċess tal-pubbliku ġenerali
1. Fuq il-Pjattaforma tal-UE dwar is-SoHO, il-pubbliku ġenerali għandu jkun jista’ jara l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku msemmija fl-Artikolu 71(5), il-punt (d), l-Artikolu 74(3) u, mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 75(5) tar-Regolament (UE) 2024/1938, jekk l-Istat Membru jiddeċiedi hekk.
2. Ma għandha tkun meħtieġa l-ebda reġistrazzjoni, awtentikazzjoni jew awtorizzazzjoni biex tiġi aċċessata l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku msemmija fil-paragrafu 1.
3. Il-pubbliku ġenerali għandu jkun jista’ jwettaq tfittxijiet fuq l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku msemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 6
Responsabbiltajiet għar-reġistrazzjoni u l-verifika tal-akkuratezza tal-informazzjoni skambjata permezz tal-Pjattaforma tal-UE dwar is-SoHO
1. L-atturi u l-atturi awtorizzati għandhom jiżguraw li l-informazzjoni mdaħħla minnhom fil-Pjattaforma tal-UE dwar is-SoHO tkun kompluta u akkurata, u tirrispetta l-format u l-ispeċifikazzjonijiet definiti mill-Bord ta’ Koordinazzjoni tas-SoHO.
2. L-awtoritajiet kompetenti tas-SoHO għandhom ikunu responsabbli għar-reġistrazzjoni u għall-verifika tal-akkuratezza tal-informazzjoni dwar l-istabbilimenti tas-SoHO u l-preparati tas-SoHO awtorizzati. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti tas-SoHO għandu jkollhom ir-responsabbiltà li jżommu din l-informazzjoni aġġornata, u konsistenti mar-reġistru nazzjonali tagħhom tal-entitajiet tas-SoHO meta tali reġistru jkun stabbilit barra mill-Pjattaforma tal-UE dwar is-SoHO.
3. Il-Kummissjoni għandha tissalvagwardja s-sikurezza u s-sigurtà tad-data kollha maħżuna fil-Pjattaforma tal-UE dwar is-SoHO bl-użu ta’ protokolli tas-sigurtà u b’regoli tal-konnettività minn standards miftuħa nonproprjetarji stabbiliti minn korpi jew organizzazzjonijiet internazzjonali tal-istandards.
Artikolu 7
Sottomissjoni tad-data
Id-data għandha titqies li ġiet sottomessa fil-Pjattaforma tal-UE dwar is-SoHO fid-data li fiha din tiġi rreġistrata b’suċċess fil-Pjattaforma tal-UE dwar is-SoHO.
Artikolu 8
Protezzjoni tad-data personali
1. Id-data personali, inkluż id-data dwar is-saħħa, psewdonimizzata fejn meħtieġ, għandha tiġi pproċessata permezz tal-Pjattaforma tal-UE dwar is-SoHO għall-fini tal-konformità mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 76(1) sa (5) tar-Regolament (UE) 2024/1938.
2. Il-kategoriji tad-data personali li għandhom jiġu pproċessati, u l-perjodi ta’ żamma tagħhom, huma elenkati fl-Anness II. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għat-tħassir tad-data personali kollha miġbura fil-Pjattaforma tal-UE dwar is-SoHO meta l-perjodu ta’ żamma jkun skada.
3. L-amministratur lokali għandu jkun responsabbli għall-ġestjoni tad-data personali tal-atturi awtorizzati taħt ir-responsabbiltà tiegħu. L-amministratur lokali għandu, fi kwalunkwe ħin wara li jtella’ d-data personali tal-atturi awtorizzati fil-Pjattaforma tal-UE dwar is-SoHO, jirrettifika jew iħassar id-data personali li ma tkunx akkurata jew li ma tkunx għadha aġġornata.
Artikolu 9
Sikurezza u sigurtà tad-data personali
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi miżuri biex tissalvagwardja s-sikurezza u s-sigurtà tad-data personali, inkluż id-data dwar is-saħħa, ipproċessata permezz tal-Pjattaforma tal-UE dwar is-SoHO. Tali miżuri għandhom jinkludu l-prevenzjoni ta’ aċċess, qari, ikkupjar, modifika jew tħassir mhux awtorizzati tad-data personali, u għandhom jiżguraw li l-atturi awtorizzati jkollhom aċċess biss għad-data koperta mill-awtorizzazzjoni tal-aċċess tagħhom u li jkun possibbli li jiġi vverifikat u stabbilit liema data tkun inħolqot, ġiet modifikata jew tħassret, minn liema attur awtorizzat u f’liema ħin.
Artikolu 10
Appoġġ tekniku u amministrattiv
1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi tim ta’ appoġġ biex jipprovdi assistenza f’waqtha lill-atturi u lill-atturi awtorizzati tal-Pjattaforma tal-UE dwar is-SoHOs, aċċessibbli permezz ta’ indirizz elettroniku funzjonali apposta.
2. Il-Kummissjoni għandha tagħmel manwali speċifiċi disponibbli fuq il-Pjattaforma tal-UE dwar is-SoHO għall-atturi u għall-atturi awtorizzati.
Artikolu 11
Arranġamenti ta’ kontinġenza f’każ ta’ ħsara fit-tul jew nuqqas ta’ disponibbiltà tal-Pjattaforma tal-UE dwar is-SoHO
1. Il-Kummissjoni, f’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tas-SoHO, għandha tiżviluppa arranġamenti ta’ kontinġenza dettaljati li għandhom jiġu applikati f’każijiet ta’ ħsara fit-tul jew ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà tal-Pjattaforma tal-UE dwar is-SoHO jew ta’ kwalunkwe wieħed mill-moduli jew mill-funzjonalitajiet tagħha għal raġunijiet mhux fil-kontroll tal-Kummissjoni.
2. L-arranġamenti dettaljati ta’ kontinġenza għandhom jiddeskrivu l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti biex tkun żgurata l-kontinwità tal-proċessi regolatorji appoġġati mill-Pjattaforma tal-UE dwar is-SoHO bl-użu ta’ mezzi elettroniċi alternattivi xierqa.
Artikolu 12
Sigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni
1. Meta l-Kummissjoni tissuspetta li jkun hemm inċident tas-sigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni (IT), riskju għas-sigurtà tal-IT jew theddida għas-sigurtà tal-IT, li jidhrilha li huma potenzjalment ta’ ħsara għall-Pjattaforma tal-UE dwar is-SoHO, għad-data tagħha jew għall-kunfidenzjalità tad-data tagħha, il-Kummissjoni tista’ tissospendi l-aċċess kollu għall-Pjattaforma tal-UE dwar is-SoHO u tinforma lill-awtoritajiet nazzjonali tas-SoHO.
2. Attur jew attur awtorizzat li jsir jaf jew jissuspetta li hemm inċident tas-sigurtà tal-IT, riskju għas-sigurtà tal-IT jew theddida għas-sigurtà tal-IT, għandu jinforma minnufih dwar dan lill-Kummissjoni u lill-awtorità nazzjonali tas-SoHO.
Artikolu 13
Rekwiżiti tal-lingwa
1. L-interfaċċa tal-utent tal-Pjattaforma tal-UE dwar is-SoHO għandha tiġi pprovduta bl-Ingliż.
2. L-Istati Membri, l-awtoritajiet kompetenti tas-SoHO, il-Bord ta’ Koordinazzjoni tas-SoHO, il-Kummissjoni u l-entitajiet tas-SoHO għandhom jużaw l-Ingliż, bħala l-lingwa li tinftiehem b’mod komuni fil-qasam tas-SoHO, għall-informazzjoni, għad-data u għad-dokumenti kollha skambjati permezz tal-Pjattaforma tal-UE dwar is-SoHO, meta xieraq.
Artikolu 14
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mis-7 ta’ Awwissu 2027.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Lulju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L, 2024/1938, 17.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1938/oj.
(2) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).
ANNESS I
MODULI U FUNZJONALITAJIET
Il-pjattaforma tal-UE dwar is-SoHO għandha tipprovdi mill-inqas il-moduli u l-funzjonalitajiet li ġejjin:
|
(1) |
modulu dwar ir-reġistrazzjoni tal-entitajiet tas-SoHO u l-awtorizzazzjoni tal-istabbilimenti tas-SoHO li jippermetti:
|
|
(2) |
modulu fuq il-kompendju tal-preparati tas-SoHO awtorizzati u l-kompendju tal-istudji kliniċi approvati fuq il-preparati tas-SoHOs li jippermetti:
|
|
(3) |
modulu dwar is-sħubija tal-Bord ta’ Koordinazzjoni tas-SoHO u kompendju ta’ pariri li:
|
|
(4) |
modulu dwar ir-rappurtar tal-viġilanza u t-twissijiet rapidi li jippermetti:
|
|
(5) |
modulu tad-data tal-attività li jippermetti:
|
|
(6) |
modulu dwar il-linji gwida għall-implimentazzjoni tal-istandards li jippermetti:
|
|
(7) |
modulu ta’ kollaborazzjoni li:
|
|
(8) |
modulu ta’ pubblikazzjoni li jikkonsisti:
|
ANNESS II
KATEGORIJI TAD-DATA PERSONALI LI GĦANDHOM JIĠU PPROĊESSATI U L-PERJODI TA’ ŻAMMA TAGĦHOM
Il-kategoriji tad-data personali li ġejjin għandhom jiġu pproċessati permezz tal-Pjattaforma tal-UE dwar is-SoHO:
|
(1) |
data personali li tidentifika l-atturi awtorizzati u l-persuni responsabbli għall-entitajiet tas-SoHO:
|
|
(2) |
data personali, inkluż id-data dwar is-saħħa, skambjata permezz tal-Pjattaforma tal-UE dwar is-SoHO u meħtieġa għall-applikazzjoni tal-Artikoli 73 u 74 tar-Regolament (UE) 2024/1938, filwaqt li jitqies l-Artikolu 76 tiegħu:
|
|
(3) |
data personali li tidentifika l-membri u s-sostituti tal-Bord ta’ Koordinazzjoni tas-SoHO:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1467/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)