|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/968 |
21.5.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/968
tal-20 ta’ Mejju 2025
li jimplimenta r-Regolament (UE) 2024/2642 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/2642 tat-8 ta’ Ottubru 2024 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-8 ta’ Ottubru 2024, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2024/2642. |
|
(2) |
Abbażi ta’ rieżami tad-Deċiżjoni (PESK) 2024/2643 (2), il-Kunsill iqis li l-informazzjoni ta’ identifikazzjoni u d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet fl-entrata għal persuna fiżika waħda fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2024/2643 għandhom jiġu emendati. |
|
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2024/2642 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (UE) 2024/2642 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Mejju 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
K. KALLAS
(1) ĠU L, 2024/2642, 9.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2642/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2643 tat-8 ta’ Ottubru 2024 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja (ĠU L, 2024/2643, 9.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2643/oj)
ANNESS
Fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2024/2642, taħt l-intestatura “A. Persuni fiżiċi”, l-entrata li ġejja hija sostitwita:
|
|
Isem |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Dikjarazzjoni tar-raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
“14. |
Anatolii PRIZENKO |
Negozjant Data tat-twelid: 26.11.1974 Post tat-twelid: Moldovan SSR (issa Republic of Moldova) Nazzjonalità: Moldovana Sess: raġel |
Anatolii Prizenko huwa negozjant fir-Repubblika tal-Moldova. Lejn l-aħħar ta’ Ottubru 2023, huwa kkoordina t-trasport ta’ diversi ċittadini tar-Repubblika tal-Moldova lejn Franza, fejn pittru l-Istilla ta’ David fit-toroq bi skambju għal kumpens finanzjarju. Dik l-operazzjoni ġiet irrappurtata b’mod wiesa’ mill-media u kellha effett destabbilizzanti sinifikanti fil-kuntest tal-kunflitt bejn Iżrael u l-Ħamas wara l-attakki tas-7 ta’ Ottubru 2023.Immaġnijiet ta’ dik l-operazzjoni l-ewwel infirxu min-network tal-media Recent Reliable News, li huwa assoċjat mal-Gvern tal-Federazzjoni Russa u użat minn atturi Russi biex iwettqu kampanji ta’ diżinformazzjoni. Anatolii Prizenko pubblikament ħa r-responsabbiltà għar-rwol tiegħu ta’ organizzatur ta’ dik l-operazzjoni. Skont rapporti tal-media, dik l-operazzjoni destabbilizzanti twettqet għall-benefiċċju tas-servizz tal-intelligence militari Russu, il-GRU, u kellha l-għan li żżid it-tensjonijiet fis-soċjetà Franċiża. Għalhekk, Anatolii Prizenko huwa responsabbli għal, jimplimenta, jappoġġa jew jibbenefika minn azzjonijiet jew politiki tal-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu l-istabbiltà fi Stat Membru u, għalhekk, fl-Unjoni billi jippjana, jidderieġi, jew jinvolvi ruħu, direttament jew indirettament fl-użu ta’ manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza kkoordinati. |
16.12.2024”. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/968/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)