|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/884 |
2.9.2025 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/884
tas-7 ta’ Mejju 2025
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2022/930 fir-rigward tat-tariffi relatati mas-superviżjoni mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq tal-fornituri ta’ tape konsolidat
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 38n(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/930 (2) jispeċifika t-tariffi relatati mas-superviżjoni mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (European Securities and Markets Authority, “ESMA”) tal-fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ data (data reporting services providers, “DRSPs”). L-ambitu ta’ dak ir-Regolament Delegat kien limitat għal arranġamenti ta’ pubblikazzjoni approvati (approved publication arrangements, “APAs”) u mekkaniżmi ta’ rapportar approvati (approved reporting mechanisms, “ARMs”) soġġetti għas-superviżjoni tal-ESMA. L-ambitu ta’ dak ir-Regolament Delegat ma kienx ikopri DRSPs oħra soġġetti għas-superviżjoni tal-ESMA, inklużi fornituri ta’ tape konsolidat (consolidated tape providers, “CTPs”). Dak l-ambitu limitat kien dovut għan-nuqqas ta’ DRSPs li jipprovdu servizzi ta’ tape konsolidat fl-Unjoni u għar-rieżami pendenti tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, li ġie emendat bir-Regolament (UE) 2024/791 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) (“ir-riforma tal-MiFIR”). Ir-riforma tal-MiFIR daħlet fis-seħħ fit-28 ta’ Marzu 2024. |
|
(2) |
Ir-riforma tal-MiFIR neħħiet l-ostakli għall-ħolqien ta’ CTPs fl-Unjoni u stabbiliet skeda ta’ żmien għall-għażla u l-awtorizzazzjoni tal-ESMA ta’ CTP għall-bonds, CTP għal ishma u fondi nnegozjati fil-borża u CTP għal derivattivi nnegozjati barra l-borża (“derivattivi OTC”). Fid-dawl tal-proċess ta’ awtorizzazzjoni ta’ CTP li jmiss, huwa meħtieġ li jiġi emendat l-ambitu tar-Regolament Delegat (UE) 2022/930 biex jiġi żgurat li jkopri t-tipi kollha ta’ DRSPs soġġetti għas-superviżjoni tal-ESMA, inklużi s-CTPs. |
|
(3) |
Jenħtieġ li t-tariffi superviżorji għas-CTPs jikkonsistu minn tariffa ta’ awtorizzazzjoni fissa u minn tariffa superviżorja annwali biex jiġu koperti l-kostijiet kollha assoċjati mal-kompiti relatati mal-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni kontinwa tagħhom. Is-CTPs huma awtorizzati biss ladarba jkunu ntgħażlu fi proċedura tal-għażla kompetittiva, organizzata mill-ESMA f’konformità mal-Artikoli 27da u 27db tar-Regolament (UE) Nru 600/2014. Għaldaqstant, meta s-CTPs japplikaw għal awtorizzazzjoni, dawn ikunu diġà stabbilixxew relazzjoni mal-ESMA u għalhekk jenħtieġ li ma jiġux imposti tariffa separata għall-applikazzjoni. |
|
(4) |
It-tariffa superviżorja annwali imposta mill-ESMA fuq is-CTPs jenħtieġ li, bħala regola ġenerali, tkopri l-attivitajiet kollha mwettqa b’rabta mas-superviżjoni tagħhom. Għal dak l-għan, kull sena, jenħtieġ li l-ESMA tivvaluta l-kostijiet superviżorji diretti u indiretti fir-rigward tas-CTPs, inkluż il-kost għall-persunal tal-ESMA li jiġi allokat direttament għall-kompiti superviżorji u l-kost tas-servizzi orizzontali, bħall-kost għall-appoġġ operazzjonali u amministrattiv ipprovdut lill-persunal li jkun direttament involut f’kompiti superviżorji. Jenħtieġ li tali valutazzjoni tippermetti lill-ESMA timponi tariffa lil kull CTP individwali li tkopri dawk il-kostijiet u li tkun proporzjonata mad-dħul tagħha meta mqabbel mad-dħul totali tas-CTPs kollha. Id-dħul ta’ CTP li jkun relatat ma’ attivitajiet li huma direttament anċillari għal servizzi ewlenin jenħtieġ li jiġi inkluż fil-kalkolu tal-fatturat applikabbli jekk x’aktarx ikollu impatt fuq is-superviżjoni tal-ESMA ta’ dak is-CTP u ma jkunx diġà kopert minn attivitajiet ta’ superviżjoni separati. Sabiex jitqabblu l-kostijiet superviżorji stmati tal-ESMA, jenħtieġ li t-tariffi superviżorji annwali jiġu aġġustati kull sena. It-tariffi għall-attivitajiet superviżorji tal-ESMA mwettqa b’rabta mas-CTPs jenħtieġ li jiġu stabbiliti f’livell tali li jevita defiċit jew akkumulazzjoni sinifikanti ta’ surplus. Fejn ikun hemm defiċit jew surplus rikorrenti, jenħtieġ li l-livell tat-tariffi jiġi rivedut. |
|
(5) |
L-Artikolu 3(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/930 jirrikjedi li t-tariffa superviżorja annwali għal DRSP partikolari f’sena partikolari (n) għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-fatturat applikabbli tiegħu. Dak id-dħul mill-bejgħ applikabbli għandu jiġi kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament Delegat, li jirrikjedi li, bħala regola, id-dħul mill-bejgħ applikabbli għandu jiġi kkalkolat abbażi tal-kontijiet awditjati ta’ dak id-DRSP għas-sena (n-2). Għas-CTPs li se jibdew jipprovdu servizzi għall-ewwel darba, mhux se jkun hemm data affidabbli dwar il-fatturat applikabbli għall-kalkolu tat-tariffa superviżorja annwali fl-ewwel sentejn tal-operat. Reġim speċjali bbażat fuq tariffa superviżorja annwali fissa huwa għalhekk meħtieġ għal dak il-perjodu. Sabiex jiġi evitat il-ħolqien ta’ ostakli għad-dħul fis-suq u biex tiġi żgurata l-proporzjonalità, filwaqt li jiġi rifless estimu tan-nefqa meħtieġa biex jitwettqu l-kompiti superviżorji relatati mas-CTPs, jenħtieġ li dik it-tariffa fissa tiġi stabbilita għal EUR 400 000. Fl-ewwel sena tal-operat, jenħtieġ li dik it-tariffa tiġi applikata fuq bażi pro rata. |
|
(6) |
Jenħtieġ li ssir distinzjoni bejn is-CTPs li jibdew l-operazzjonijiet tagħhom fl-ewwel nofs tas-sena u s-CTPs li jibdew l-operazzjonijiet tagħhom fit-tieni nofs tas-sena. Għas-CTPs li jibdew joperaw fl-ewwel nofs tas-sena, f’dik is-sena tal-operat, it-tariffa superviżorja annwali jenħtieġ li tiġi ddeterminata abbażi ta’ applikazzjoni pro rata tat-tariffa superviżorja annwali fissa. Fit-tieni sena, jenħtieġ li dawk is-CTPs iħallsu l-ammont sħiħ tat-tariffa superviżorja annwali fissa. Mit-tielet sena, jenħtieġ li dawk is-CTPs ma jibqgħux soġġetti għar-reġim speċjali u b’hekk iħallsu t-tariffa superviżorja annwali normali. Għas-CTPs li jibdew joperaw fit-tieni nofs tas-sena, f’dik is-sena tal-operat, it-tariffa superviżorja annwali jenħtieġ li tiġi ddeterminata abbażi ta’ applikazzjoni pro rata tat-tariffa superviżorja annwali fissa. Fit-tieni u fit-tielet snin, jenħtieġ li dawk is-CTPs iħallsu l-ammont sħiħ tat-tariffa superviżorja annwali fissa. Huwa meħtieġ li r-reġim speċjali għal dawk is-CTPs jiġi estiż għat-tielet sena minħabba li x’aktarx li joperaw għal perjodu limitat ħafna biss fl-ewwel sena. Mir-raba’ sena, jenħtieġ li dawk is-CTPs ma jibqgħux soġġetti għar-reġim speċjali u b’hekk iħallsu t-tariffa superviżorja annwali normali. |
|
(7) |
Għall-perjodu bejn id-data tal-awtorizzazzjoni ta’ CTP u d-data meta dak is-CTP isir operazzjonali, meta dawk id-dati jkunu differenti, jenħtieġ li CTP iħallas tariffa superviżorja bbażata fuq applikazzjoni pro rata tat-tariffa ta’ awtorizzazzjoni fissa biex jiġu koperti l-kostijiet imġarrba mill-ESMA sabiex (i) tissorvelja l-attivitajiet preparatorji tas-CTP matul dak il-perjodu, b’mod partikolari biex tiżgura li jiġu stabbiliti arranġamenti kuntrattwali xierqa u interfaċċi diġitali effettivi mal-kontributuri tad-data, (ii) timmonitorja u tmexxi l-implimentazzjoni f’waqtha tas-CTP tal-funzjonalitajiet rilevanti tal-inġestjoni tad-data u tad-disponibbiltà tad-data, (iii) tivvaluta t-tħejjija teknika tas-CTP, u (iv) timmonitorja l-onboarding tal-partijiet kollha kkonċernati u d-data tagħhom. |
|
(8) |
Jenħtieġ li r-reġim speċjali bbażat fuq tariffa superviżorja annwali fissa ma japplikax għal CTPs li diġà joffru servizzi tas-CTP għall-istess klassi ta’ assi u li jintgħażlu għal dik il-klassi ta’ assi għal ħames snin oħra. |
|
(9) |
Meta mill-inqas CTP wieħed ikun soġġett għar-reġim speċjali bbażat fuq tariffa superviżorja annwali fissa u mill-inqas CTP wieħed ieħor ma jibqax soġġett għal dak ir-reġim speċjali, ma tistax tintuża l-metodoloġija għall-kalkolu tat-tariffi superviżorji annwali bbażati fuq il-fatturat applikabbli. Għalhekk, huwa meħtieġ li tiġi stabbilita metodoloġija biex tiġi ddeterminata t-tariffa superviżorja annwali għal kull wieħed mis-CTPs li ma għadux taħt dak ir-reġim speċjali, li jenħtieġ li tqis biss in-nefqa stmata li tirriżulta mill-attivitajiet superviżorji għal dawk is-CTPs u l-fatturat applikabbli tagħhom. |
|
(10) |
Sabiex jiġi żgurat li l-fatturat applikabbli tad-DRSPs jiġi kkalkolat b’mod armonizzat, jenħtieġ li l-ESMA tikkonverti f’euro d-dħul tad-DRSPs li huwa espress f’munita li mhijiex l-euro. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-ESMA tuża’ rata ta’ mgħax referenzjali tal-kambju tal-euro ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew. |
|
(11) |
Għal każijiet fejn APA jew ARM partikolari jsir soġġett għas-superviżjoni tal-ESMA wara r-rivalutazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/466 (4), huwa meħtieġ li tiġi speċifikata l-metodoloġija li għandha tintuża għall-kalkolu tat-tariffa superviżorja annwali għas-sena li fiha l-APA jew l-ARM isir soġġett għas-superviżjoni tal-ESMA. |
|
(12) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2022/930 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi fir-Regolament Delegat (UE) 2022/930
Ir-Regolament Delegat (UE) 2022/930 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 1 Ambitu Dan ir-Regolament Delegat għandu japplika għal “fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ data” (jew “DRSPs”), kif definiti fl-Artikolu 2(1), il-punt (36a), tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, li huma soġġetti għas-superviżjoni tal-ESMA.” |
|
(2) |
jiddaħħal l-Artikolu 1a li ġej: “Artikolu 1a Irkupru tal-kostijiet kollha ta’ superviżjoni It-tariffi imposti fuq id-DRSPs għandhom ikopru:
|
|
(3) |
l-Artikoli 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 2 Tariffi fuq l-applikazzjoni u l-awtorizzazzjoni Meta DRSP japplika għal awtorizzazzjoni biex jipprovdi servizzi ta’ rapportar tad-data, dan għandu jħallas:
“Artikolu 3 Tariffi superviżorji annwali għall-APAs u l-ARMs 1. L-APAs u l-ARMs li huma soġġetti għas-superviżjoni tal-ESMA għandhom jiġu imposti tariffa superviżorja annwali. 2. It-tariffa superviżorja annwali totali u t-tariffa superviżorja annwali għal APA jew ARM partikolari għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:
3. APA jew ARM awtorizzat mill-ESMA ma għandu fl-ebda każ iħallas tariffa superviżorja annwali ta’ inqas minn EUR 30 000. APA jew ARM li jkun soġġett għal tariffi superviżorji minimi għal aktar minn servizz wieħed ta’ rapportar tad-data għandu jħallas it-tariffa superviżorja minima għal kull servizz ipprovdut. 4. B’deroga mill-paragrafi 2 u 3, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2, it-tariffa tal-ewwel sena għall-APAs u l-ARMs għandha tkun ugwali għall-ammont tat-tariffa tal-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1), il-punt (b), immultiplikat b’fattur li jkun ugwali għall-jiem bejn l-awtorizzazzjoni u tmiem is-sena diviż bl-għadd totali ta’ jiem f’dik is-sena. It-tariffa superviżorja annwali tal-ewwel sena għandha għalhekk tiġi kkalkolata kif ġej: Tariffa tal-ewwel sena tad-DRSP = Tariffa ta’ awtorizzazzjoni × Koeffiċjent Koeffiċjent =
APA jew ARM li jkun awtorizzat matul ix-xahar ta’ Diċembru ma għandux iħallas it-tariffa superviżorja annwali tal-ewwel sena. 5. B’deroga mill-paragrafi 2 u 3, meta r-rivalutazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/466 (*1) tirriżulta fid-deroga tas-superviżjoni tal-ESMA ta’ APA jew ARM, it-tariffa superviżorja annwali għas-sena li fiha tapplika d-deroga għandha tiġi kkalkolata biss għall-ħames xhur ta’ dik is-sena li matulhom l-ESMA tibqa’ s-superviżur tal-APA jew tal-ARM f’konformità mal-Artikolu 1(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/466. 6. B’deroga mill-paragrafi 2 u 3, meta r-rivalutazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/466 tirriżulta fis-superviżjoni tal-ESMA ta’ APA jew ARM, it-tariffa superviżorja annwali għas-sena li fiha tibda tapplika s-superviżjoni tal-ESMA għandha tiġi kkalkolata biss għas-seba’ xhur ta’ dik is-sena li matulhom l-ESMA tkun is-superviżur tal-APA jew tal-ARM f’konformità mal-Artikolu 1(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/466. (*1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/466 tas-17 ta’ Diċembru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-kriterji għad-deroga tal-prinċipju li l-arranġamenti approvati ta’ pubblikazzjoni u l-mekkaniżmi approvati tar-rapportar huma taħt is-superviżjoni tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ĠU L 96, 24.3.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2022/466/oj).”;" |
|
(4) |
jiddaħħal l-Artikolu 3a li ġej: “Artikolu 3a Tariffi superviżorji annwali għas-CTPs 1. CTP li jkun soġġett għas-superviżjoni mill-ESMA għandu jiġi impost tariffa superviżorja annwali. 2. It-tariffa superviżorja annwali totali u t-tariffa superviżorja annwali għal kull CTP individwali għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:
3. B’deroga mill-paragrafu 2, meta CTP isir operazzjonali qabel l-1 ta’ Lulju ta’ sena partikolari (n), it-tariffa superviżorja annwali għal dak is-CTP għas-snin (n) u (n+1) għandha tiġi kkalkolata kif ġej:
B’deroga mill-paragrafu 2, meta CTP isir operazzjonali wara jew fl-1 ta’ Lulju ta’ sena partikolari (n), it-tariffa superviżorja annwali għas-snin (n), (n+1) u (n+2) għandha tiġi kkalkolata kif ġej:
CTP għandu jitqies li jsir operazzjonali fil-jum tal-awtorizzazzjoni mogħtija mill-ESMA skont l-Artikolu 27db tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 jew fil-jum wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ tranżizzjoni msemmi fl-Artikolu 27db(4) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, meta dak il-perjodu ta’ tranżizzjoni jingħata mill-ESMA. 4. It-tariffa superviżorja annwali għas-sena (n) imsemmija fil-paragrafu 3 għandha tkun ugwali għall-ammont tat-tariffa superviżorja annwali ta’ EUR 400 000 immultiplikata b’fattur li jkun indaqs għall-jiem bejn il-jum meta CTP isir operazzjonali u t-tmiem is-sena (n) diviż bl-għadd totali ta’ jiem f’dik is-sena. It-tariffa superviżorja annwali għandha għalhekk tiġi kkalkolata kif ġej: Tariffa tas-CTP għas-sena (n) = EUR 400 000 × Koeffiċjent Koeffiċjent =
5. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2, meta l-ESMA tkun tat lil CTP perjodu ta’ tranżizzjoni skont l-Artikolu 27db(4) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, it-tariffa superviżorja annwali għas-sena (n) għandha tinkludi wkoll tariffa għall-jiem bejn il-jum tal-awtorizzazzjoni u l-jum meta CTP isir operazzjonali. Dik it-tariffa għandha tkun indaqs għall-ammont tat-tariffa tal-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 2, il-punt (c), immultiplikat b’fattur li huwa indaqs għall-jiem bejn il-jum tal-awtorizzazzjoni u l-jum meta CTP isir operazzjonali diviż bl-għadd totali ta’ jiem fis-sena (n). Dik it-tariffa għandha għalhekk tiġi kkalkolata kif ġej: Tariffa tas-CTP għall-jiem bejn l-awtorizzazzjoni u l-jum meta CTP isir operazzjonali = Tariffa tal-awtorizzazzjoni × Koeffiċjent Koeffiċjent =
6. B’deroga mill-paragrafu 2, meta t-tariffa superviżorja annwali għal mill-inqas CTP wieħed tiġi kkalkolata f’konformità mal-paragrafu 3 u t-tariffa superviżorja annwali għal mill-inqas CTP wieħed ieħor ma tiġix ikkalkolata f’konformità ma’ dak il-paragrafu, it-tariffa superviżorja annwali għal dak is-CTP l-ieħor jew dawk is-CTPs l-oħra għandha tiġi kkalkolata kif ġej:
|
|
(5) |
L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Mejju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/600/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/930 tal-10 ta’ Marzu 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika t-tariffi relatati mas-superviżjoni mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq tal-fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar tad-data (ĠU L 162, 17.6.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/930/oj).
(3) Ir-Regolament (UE) 2024/791 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2024 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 600/2014 fir-rigward tat-tisħiħ tat-trasparenza tad-data, l-eliminazzjoni ta’ ostakli għall-emerġenza ta’ tapes konsolidati, l-ottimizzazzjoni tal-obbligi ta’ negozjar u l-projbizzjoni li jiġi riċevut pagament għall-fluss tal-ordnijiet (ĠU L, 2024/791, 8.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/791/oj).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/466 tas-17 ta’ Diċembru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-kriterji għad-deroga tal-prinċipju li l-arranġamenti approvati ta’ pubblikazzjoni u l-mekkaniżmi approvati tar-rapportar huma taħt is-superviżjoni tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ĠU L 96, 24.3.2022, p. 1). ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2022/466/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/884/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)