European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/871

7.5.2025

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/871

tat-30 ta’ April 2025

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 fir-rigward tal-pubblikazzjoni tar-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni għall-fojls iżolanti bħala barriera kontra s-sustanzi b’rilevanza għall-kwalità tal-arja interna u għall-fojls ibbażati fuq il-polietilentereftalat b’kisja għall-unitajiet tal-ħġieġ iżolanti u għal prodotti oħra għall-kostruzzjoni

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kumerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22 tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 305/2011, wara talbiet mingħand il-manifatturi għal Valutazzjonijiet Tekniċi Ewropej, l-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika adottat 14-il Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni.

(2)

Id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni li ġew adottati mill-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika huma relatati mar-referenzi li ġejjin għall-prodotti għall-kostruzzjoni:

fojls iżolanti bħala barriera kontra s-sustanzi b’rilevanza għall-kwalità tal-arja interna;

fojls ibbażati fuq il-polietilentereftalat b’kisja għall-unitajiet tal-ħġieġ iżolanti;

pellikoli polimeriċi rinfurzati bl-adeżiv għall-użu fuq il-ħġieġ fil-bini;

pannelli tal-iżolament bil-vakwu b’saffi ta’ protezzjoni applikati fil-fabbrika (li jissostitwixxu l-ispeċifikazzjoni teknika “EAD 040011-00-1201”);

pannelli tal-laqx tal-injam magħqudin b’leganti minerali;

twapet tas-sufra naturali li għandhom jintużaw għall-iżolament termali u għall-iżolament tal-ħoss tal-impatt;

prodott tal-iżolament termali idrofiliku magħmul minn suf minerali għaż-żamma tal-ilma fi bjut ħodor u f’applikazzjonijiet simili;

injam ippreparat mastizz b’ġonot imrikkba għall-użu strutturali, inkullat meta jkun imxarrab, kiesaħ jew imxarrab u kiesaħ (li jissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika “EAD 130089-00-0304”);

kompartimenti u għotjien tat-truf għal sistemi għad-detenzjoni jew għaż-żamma tal-ilma tal-maltemp li jżomm fil-wiċċ;

folji rqaq ħafna tal-fuljetta tal-ġebla naturali għall-irfinar tal-ħitan interni u esterni u għall-kisi tas-soqfa;

leganti tal-bitum modifikati bil-lastiku;

taħlita riduċenti kontra t-tiċkin għall-konkrit;

varjant: Ankri tal-plastik għal sistemi mhux strutturali ridondanti għall-użu fil-konkrit u fil-bini bil-ġebel f’każijiet ta’ esponiment għan-nirien;

sistemi ta’ barriera għall-ħamrija u għall-ilma prefabbrikati magħmula mill-klorur tal-polivinil.

(3)

Id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni li adottat l-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika jissodisfaw l-eżiġenzi fir-rigward tar-rekwiżiti bażiċi għax-xogħlijiet tal-bini stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 305/2011. Għalhekk jixraq li r-referenzi ta’ dawk id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(4)

Il-lista tar-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni għall-prodotti għall-kostruzzjoni ġiet ippubblikata skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/450 (2). Għal raġunijiet ta’ ċarezza, ir-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni l-ġodda jenħtieġ li jiżdiedu ma’ dik il-lista.

(5)

Għalhekk, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 jenħtieġ li tiġi emendata kif xieraq.

(6)

Sabiex jiġi permess l-użu tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni malajr kemm jista’ jkun, ħalli l-manifatturi li diġà jkollhom Valutazzjoni Teknika Ewropea jkunu jistgħu jintroduċu l-prodott tagħhom fis-suq, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2025.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Kerstin JORNA

Id-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs


(1)   ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/305/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/450 tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar il-pubblikazzjoni tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni (EADs) għall-prodotti tal-bini abbozzati b’appoġġ tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 77, 20.3.2019, p. 78, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2019/450/oj).


ANNESS

Fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450, ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu f’ordni sekwenzjali skont l-ordni tan-numri ta’ referenza:

“030310-00-0605

Fojls iżolanti bħala ostaklu kontra s-sustanzi b’rilevanza għall-kwalità tal-arja interna”

“030684-00-0404

Fojls ibbażati fuq il-polietilentereftalat b’kisja għall-unitajiet tal-ħġieġ iżolanti”

“030927-00-0404

Pellikoli polimeriċi rinfurzati bl-adeżiv għall-użu fuq il-ħġieġ fil-bini”

“040011-01-1201

Pannelli tal-iżolament bil-vakwu b’saffi ta’ protezzjoni applikati fil-fabbrika (li jissostitwixxu l-ispeċifikazzjoni teknika ‘EAD 040011-00-1201’)”

“040949-00-1201

Pannelli tal-laqx tal-injam magħqudin b’leganti minerali”

“042051-00-0502

Twapet tas-sufra naturali li għandhom jintużaw għall-iżolament termali u għall-iżolament tal-ħoss tal-impatt”

“042461-00-1201

Prodott ta’ iżolament termali idrofiliku magħmul minn suf minerali għaż-żamma tal-ilma fi bjut ħodor u f’applikazzjonijiet simili”

“130089-01-0304

Injam ippreparat mastizz b’ġonot imrikkba għall-użu strutturali, inkullat meta jkun imxarrab, kiesaħ jew imxarrab u kiesaħ (li jissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘EAD 130089-00-0304’)”

“180017-00-0704

Kompartimenti u għotjien tat-truf għal sistemi għad-detenzjoni jew għaż-żamma tal-ilma tal-maltemp li jżomm fil-wiċċ”

“210195-00-0404

Folji rqaq ħafna tal-fuljetta tal-ġebla naturali għall-irfinar tal-ħitan interni u esterni u għall-kisi tas-soqfa”

“230328-00-0108

Leganti tal-bitum modifikati bil-lastiku”

“260054-00-0301

Taħlita riduċenti kontra t-tiċkin għall-konkrit”

“330284-00-0604-v01

Varjant: Ankri tal-plastik għal sistemi mhux strutturali ridondanti għall-użu fil-konkrit u fil-bini bil-ġebel f’każijiet ta’ esponiment għan-nirien”

“340376-00-0111

Sistemi ta’ barriera għall-ħamrija u għall-ilma prefabbrikati magħmula mill-klorur tal-polivinil”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/871/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)