|
Ismijiet (Trażlitterazzjoni tal-ortografija Belarussa) (Trażlitterazzjoni tal-ortografija Russa)
|
Ismijiet (Ortografija Belarussa) (Ortografija Russa)
|
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni
|
Raġunijiet għall-elenkar
|
Data tal-elenkar
|
“26.
|
Ivan Yurievich SAKALOUSKI
Ivan Yurievich SOKOLOVSKI
|
Iван Юр’евіч САКАЛОЎСКI
Иван Юрьевич СОКОЛОВСКИЙ
|
Pożizzjoni(jiet): Direttur taċ-ċentru ta’ detenzjoni f’Akrestina, Minsk
Data tat-twelid: 17.11.1979
Sess: raġel
|
Fil-kapaċità tiegħu bħala Direttur taċ-ċentru ta’ detenzjoni f’Akrestina f’Minsk, Ivan Sakalouski huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż it-tortura, imwettaq fuq ċittadini detenuti f’dak iċ-ċentru ta’ detenzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020.
|
2.10.2020
|
108.
|
Sviatlana, Anatoleuna LYUBETSKAYA
Svetlana Anatolevna LYUBETSKAYA
|
Святлана Анатольеўна ЛЮБЕЦКАЯ
Светлана Анатольевна ЛЮБЕЦКАЯ
|
Pożizzjoni(jiet): Imħallef fil-Qorti Kostituzzjonali tal-Belarussja, eks Membru tal-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika tal-Belarussja, eks President tal-Kummissjoni Permanenti dwar il-Liġi
Data tat-twelid: 3.6.1971
Post tat-twelid: Unjoni Sovjetika (illum l-Ukrajna)
Sess: mara
Nazzjonalità: Belarussa
|
Fil-pożizzjoni preċedenti tagħha bħala President tal-Kummissjoni Parlamentari dwar il-Liġi, Sviatlana Lyubetskaya kienet responsabbli għall-adozzjoni tal-Kodiċi ta’ Ksur Amministrattiv ġdid (daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2021) li jawtorizza arresti arbitrarji u impona aktar responsabbiltà għall-parteċipazzjoni f’avvenimenti tal-massa, inkluż għat-turija ta’ simboli politiċi. Permezz ta’ dawn l-attivitajiet leġiżlattivi, hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-dritt ta’ għaqda paċifika, u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. Dawn l-attivitajiet leġiżlattivi jdgħajfu serjament ukoll id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Belarussja.
Hija għadha attiva fir-reġim ta’ Lukashenko bħala imħallef fil-Qorti Kostituzzjonali, maħtura minn Alexander Lukashenko.
|
21.6.2021
|
112.
|
Siarhei Aliaksandravich GUSACHENKA
Sergey Alexandrovich GUSACHENKO
|
Сяргей Аляксандравiч ГУСАЧЭНКА
Сергей Александрович ГУСАЧЕНКО
|
Pożizzjoni(jiet): L-Ewwel Viċi President tal-Kumpanija Nazzjonali tat-Televiżjoni u r-Radju tal-Istat (Belteleradio Company)
Data tat-twelid: 5.11.1983
Post tat-twelid: Minsk, Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)
Sess: raġel
Nazzjonalità: Belarussu
Tel. (uffiċċju): + 375 (17) 369-90-15
|
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala l-Ewwel Viċi President ta’ Belteleradio Company (il-Kumpanija Nazzjonali tat-Televiżjoni u r-Radju tal-Istat), awtur u preżentatur tal-programm televiżiv ta’ propaganda ta’ kull ġimgħa ‘Glavnyy efir’, Siarhei Gusachenka kien u għadu intenzjonalment jipprovdi lill-pubbliku Belarussu informazzjoni falza dwar ir-riżultat tal-elezzjonijiet, il-protesti, ir-repressjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet tal-istat u l-attivitajiet tar-reġim ta’ Lukashenka li jiffaċilitaw il-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni. Huwa direttament responsabbli għall-mod kif it-televiżjoni tal-istat jippreżenta l-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiż, u b’hekk jagħti appoġġ lill-awtoritajiet, inkluż lil Lukashenka.
Huwa għalhekk qed jappoġġa r-reġim ta’ Lukashenka.
|
21.6.2021
|
125.
|
Mikhail Saferbakovich GUTSERIEV
|
Микаил (Михаил) Сафарбекович ГУЦЕРИЕВ
|
Pożizzjoni(jiet): Negozjant, azzjonist u president tal-bord ta’ eżekuttivi ta’ Slavkali, president tal-bord tad-diretturi u azzjonist ta’: JSC Mospromstroi, Industrial Financial Group Safmar JSC, LLC Proekt Grad
Membru tal-bord tad-diretturi u azzjonist ta’ JSC NKNeftisa
Data tat-twelid: 9.3.1958
Post tat-twelid: Akmolinsk, Unjoni Sovjetika (illum il-Każakistan)
Sess: raġel
Nazzjonalità: Russu
|
Mikhail Gutseriev huwa negozjant prominenti Russu, b’interessi kummerċjali fil-Belarussja fis-setturi tal-enerġija, tal-potassa, tal-ospitalità u oħrajn. Huwa ilu żmien twil konoxxenza ta’ Aliaksandr Lukashenka u bis-saħħa ta’ dik l-assoċjazzjoni akkumula ġid u influwenza sinifikanti fost l-elit politiku fil-Belarussja. Safmar, kumpanija li kienet ikkontrollata minn Gutseriev, kienet l-unika ditta taż-żejt Russa li kompliet tforni ż-żejt lir-raffineriji Belarussi waqt il-kriżi tal-enerġija bejn il-Belarussja u r-Russja fil-bidu tal-2020.
Gutseriev appoġġa wkoll lil Lukashenka f’tilwim mar-Russja dwar il-kunsinni taż-żejt. Gutseriev kien il-president tal-bord tad-diretturi u azzjonist fil-kumpanija Slavkali, li qed tibni l-impjant ta’ Nezhinsky għat-tħaffir u l-ipproċessar tal-klorur tal-potassju bbażat fuq id-depożitu ta’ melħ potassiku ta’ Starobinsky qrib Lyuban. Dan huwa l-akbar investiment fil-Belarussja, b’valur ta’ USD 2 biljun. Lukashenka wiegħed li jibdel l-isem tal-belt ta’ Lyuban għal ‘Gutserievsk’ biex jagħtih ġieħ.
In-negozji l-oħrajn tiegħu fil-Belarussja inkludew stazzjonijiet tal-fjuwil u mħażen taż-żejt, lukanda, ċentru tan-negozju u terminal tal-ajruport f’Minsk. Lukashenka rringrazzja wkoll lil Gutseriev għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji tiegħu għall-karità u l-investimenti ta’ valur ta’ biljuni ta’ dollari fil-Belarussja.
Gutseriev ddikjara wkoll li huwa s-sid ta’ residenza, li de facto tappartjeni lil Lukashenka, u b’hekk għattielu meta l-ġurnalisti bdew jinvestigaw l-assi ta’ Lukashenka. Gutseriev attenda l-inawgurazzjoni sigrieta ta’ Lukashenka fit-23 ta’ Settembru 2020. F’Ottubru 2020, Lukashenka u Gutseriev it-tnejn dehru fil-ftuħ ta’ knisja ortodossa, li dan tal-aħħar sponsorja.
Gutseriev assista fl-akkwist tal-iskanners tas-CT għall-Belarussja matul il-kriżi tal-COVID-19. Għaldaqstant Mikhail Gutseriev qed jibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u jappoġġah.
|
21.6.2021
|
166.
|
Aleh Siarheevich HAIDUKEVICH
Oleg Sergeevich GAIDUKEVICH
|
Алег Сяргеевіч ГАЙДУКЕВIЧ
Олег Сергеевич ГАЙДУКЕВИЧ
|
Pożizzjoni(jiet): Viċi President tal-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Internazzjonali fil-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Assemblea Nazzjonali, membru tad-delegazzjoni tal-Assemblea Nazzjonali għall-kuntatti mal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, President tal-Partit Demokratiku Liberali tal-Belarussja
Data tat-twelid: 26.3.1977
Post tat-twelid: Minsk, Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)
Sess: raġel
Nazzjonalità: Belarussu
Identifikazzjoni personali: 3260377A081PB9
Numru tal-passaport: MP2663333
|
Aleh Haidukevich huwa l-Viċi President tal-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Internazzjonali fil-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Assemblea Nazzjonali, u membru tad-delegazzjoni tal-Assemblea Nazzjonali għall-kuntatti mal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa. Huwa għamel dikjarazzjonijiet pubbliċi, fejn faħħar id-devjazzjoni tat-titjira tal-passiġġieri FR4978 lejn Minsk fit-23 ta’ Mejju 2021. Din id-deċiżjoni politikament motivata ttieħdet mingħajr ġustifikazzjoni xierqa u kellha l-għan tal-arrest u d-detenzjoni tal-ġurnalist tal-oppożizzjoni Raman Pratasevich u Sofia Sapega u hija forma ta’ repressjoni kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja.
Barra minn hekk, Aleh Haidukevich għamel dikjarazzjonijiet pubbliċi li jissuġġerixxu li l-mexxejja tal-oppożizzjoni Belarussa jistgħu jiġu detenuti barra mill-pajjiż u jiġu ttrasportati lejn il-Belarussja ‘f’bagoll ta’ karozza’, u b’hekk appoġġa r-repressjoni kontinwa tal-forzi tas-sigurtà fuq l-oppożizzjoni demokratika u l-ġurnalisti Belarussi.
Aleh Haidukevich huwa l-president tal-Partit Demokratiku Liberali tal-Belarussja, li jappoġġa lil Lukashenka.
Huwa għalhekk qed jappoġġa r-reġim ta’ Lukashenka.
|
21.6.2021
|
195.
|
Ivan Ivanavich GALAVATYI
Ivan Ivanovich GOLOVATY
|
Iван Iванавiч ГАЛАВАТЫ
Иван Иванович ГОЛОВАТЫЙ
|
Pożizzjoni(jiet): eks Direttur Ġenerali tal-Open Joint Stock Company ‘Belaruskali’, President tal-bord superviżorju ta’ JSC Belarussian Potash Company. L-Ewwel Viċi Direttur ta’ Nedra Nezhin
Membru tal-Kumitat Permanenti tal-Kunsill tar-Repubblika tal-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika tal-Belarussja għall-Affarijiet Barranin u s-Sigurtà Nazzjonali
Data tat-twelid: 15.6.1976
Post tat-twelid: l-Insedjament ta’ Pogost, id-Distrett ta’ Soligorsk, il-Provinċja ta’ Minsk, il-Belarussja
Sess: raġel
Nazzjonalità: Belarussu
|
Ivan Galavatyi huwa l-eks direttur ġenerali tal-intrapriża tal-istat Belaruskali, li hija sors ewlieni ta’ dħul u munita barranija għar-reġim ta’ Lukashenka. Huwa eks membru tal-Kunsill tar-Repubblika u tal-Assemblea Nazzjonali. Huwa għandu wkoll diversi pożizzjonijiet għolja oħra fil-Belarussja u rċieva diversi premjijiet tal-istat, inkluż mingħand Lukashenka, tul il-karriera tiegħu. Huwa kien assoċjat mill-qrib ma’ Lukashenka u ma’ membri tal-familja tiegħu. Aliaksandr Lukashenka ppropona li Ivan Golovaty jintbagħat jaħdem bħala ambaxxatur f’wieħed mill-pajjiżi tal-Komunità ta’ Stati Indipendenti. Għaldaqstant qed jibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u jappoġġah.
Bħala eks direttur ġenerali ta’ Belaruskali, Ivan Galavatyi kien involut direttament fir-rilokazzjoni min-naħa tar-reġim ta’ Lukashenka ta’ tfal Ukreni minn territorji okkupati f’kollaborazzjoni mar-Russja. Għaldaqstant, Ivan Galavatyi jappoġġa r-reġim ta’ Lukashenka. Huwa għadu attiv fir-reġim ta’ Lukashenka bħala l-Ewwel Viċi Direttur ta’ Nedra Nezhin, kumpanija li mid-dehra hija suċċessur ta’ Slavkali, produttur ewlieni tal-potassa fil-Belarussja.
L-impjegati ta’ OJSC ‘Belaruskali’ li ħadu sehem fi strajks u protesti paċifiċi wara l-elezzjonijiet presidenzjali frodulenti ta’ Awwissu 2020 fil-Belarussja, ġew imċaħħda minn primjums u mkeċċija. Alexander Lukashenka nnifsu hedded personalment li jissostitwixxi lil dawk li strajkjaw b’minaturi mill-Ukrajna. Għaldaqstant, bħala l-kap ta’ Belaruskali, Ivan Galavatyi huwa responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili.
|
3.6.2022
|
196.
|
Aliaksandr Uladzimirovich KARNIENKA
Alexander Vladimirovich KORNIENKO
|
Аляксандр Уладзiмiравiч КАРНIЕНКА
Александр Владимирович КОРНИЕНКО
|
Pożizzjoni(jiet): Eks kap tal-Kolonja Penali IK-17 Shklov, Logutenent Kurunell tas-Servizz Intern
Spettur Distrettwali, Dipartiment tal-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv Distrettwali ta’ Slutsk
Data tat-twelid: 9.1.1979
Sess: raġel
Nazzjonalità: Belarussu
|
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala eks kap tal-Kolonja Penali IK-17 f’Shklov, Aliaksandr Karnienka huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż it-tortura, tal-priġunieri politiċi u ta’ ċittadini oħra detenuti f’dik il-kolonja penali wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020 u l-protesti paċifiċi sussegwenti. Huwa kien il-kap tal-kolonja penali meta miet il-priġunier politiku Vitold Ashurak f’dik il-kolonja penali fil-21 ta’ Mejju 2021, f’ċirkostanzi mhux spjegati.
Għaldaqstant huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Belarussja.
Huwa għadu attiv fir-reġim ta’ Lukashenka bħala uffiċjal tal-Kumitat Eżekuttiv Distrettwali ta’ Slutsk.
|
3.8.2023
|
258.
|
Viktar Arkadzievich SHAUTSOU
Viktor Arkadievich CHEVTSOV/ SHEVTSOV
|
Вiктар Аркадзьевiч ШАЎЦОЎ
Виктор Аркадьевич ШЕВЦОВ
|
Pożizzjoni(jiet): Negozjant, investitur
Data tat-twelid: 5.12.1963
Post tat-twelid: Il-villaġġ ta’ Razumava, ir-reġjun ta’ Vitebsk, il-Belarussja
Nazzjonalità: Belarussu
Sess: raġel
Numru tal-passaport: MP4572331, maħruġ fi 12.2.2021
Identifikazzjoni personali: 3051263A036PB7
|
Viktar Shautsou huwa negozjant b’interessi kummerċjali fil-Belarussja.
Fir-rwol tiegħu bħal konslu onorarju tal-Filippini fil-Belarussja, huwa qed jappoġġa r-reġim ta’ Lukashenka. Barra minn hekk, qed jibbenefika mir-reġim, permezz tal-involviment tiegħu fir-Reshenie Bank, li mbagħad għandu interessi fi u huwa involut fil-kumpless tal-mużew ta’ Dudutki, li qed jibbenefika mill-baġit tal-istat Belarussu.
Għalhekk, Viktar Shautsou qed jappoġġa u jibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka.
|
5.8.2024
|
260.
|
Anton Genadzevich DUDAL
Anton Gennadievich DUDAL
|
Антон Генадзевіч ДУДАЛЬ
Антон Геннадьевич ДУДАЛЬ
|
Pożizzjoni(jiet): eks Imħallef tal-qorti tar-reġjun ta’ Bobruisk u l-belt ta’ Bobruisk, President tal-Qorti Distrettwali ta’ Kirovsky
Nazzjonalità: Belarussu
Data tat-twelid: 11.8.1986
Sess: raġel
Identifikazzjoni personali: 3110886M079PB3
|
Anton Dudal huwa mħallef li serva fil-Qorti Distrettwali ta’ Bobruisk u l-belt ta’ Bobruisk. Huwa nħatar minn Aliaksandr Lukashenka fl-2019. Ta sentenzi b’motivazzjoni politika, inkluż kontra ċittadini tal-Belarussja li esprimew l-opinjonijiet tagħhom kontra l-President. Ikkundanna lil ċittadin talli aġixxa b’awtodifiża kontra l-brutalità tal-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi. Ittrasferixxa lil Andrey Sachevko lejn ħabs f’Mahiliou.
Anton Dudal huwa għaldaqstant responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.
Għadu attiv fir-reġim ta’ Lukashenka bħala l-President tal-Qorti Distrettwali ta’ Kirovsky.
|
5.8.2024
|
261.
|
Mikalai Vasilievich SIARHEEVICH
Nikolai Vasilievich SERGEEVICH
|
Мікалай Васільевіч СЯРГЕЕВIЧ
Николай Васильевич СЕРГЕЕВИЧ
|
Pożizzjoni(jiet): eks Imħallef tal-Qorti Distrettwali ta’ Zhlobinsky tar-Reġjun ta’ Gomel, President tal-Qorti Distrettwali ta’ Chechersky
Nazzjonalità: Belarussu
Data tat-twelid: 22.8.1983
Sess: raġel
Identifikazzjoni personali: 3220883H026PB7
|
Mikalai Siarheevich kien imħallef Belarussu li serva fil-Qorti Distrettwali ta’ Zhlobinsky tar-Reġjun ta’ Gomel. Inħatar minn Aliaksandr Lukashenka. Ta sentenzi motivati politikament kontra ċittadini tal-Belarussja li esprimew l-opinjonijiet tagħhom kontra l-elezzjonijiet presidenzjali frodulenti tal-2020, inkluż dawk li ħadu sehem fil-protesti ta’ Zhlobin.
Mikalai Siarheevich huwa għalhekk responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.
Għadu attiv fir-reġim ta’ Lukashenka bħala l-President tal-Qorti Distrettwali ta’ Chechersky.
|
5.8.2024”;
|