European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/176

28.1.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2025/176

tas-27 ta’ Jannar 2025

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2024/2084 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Kosovo (*1)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 33, flimkien mal-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-4 ta’ Frar 2008, il-Kunsill qabel li jaħtar Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Kosovo.

(2)

Fis-26 ta’ Lulju 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/2084 (1), li taħtar lis-Sur Aivo ORAV bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Kosovo u li testendi l-mandat tar-RSUE għall-Kosovo.

(3)

Jenħtieġ li jiġi stabbilit ammont ta’ referenza finanzjarja ġdid għall-perjodu mill-1 ta’ Settembru 2024 sal-31 ta’ Awwissu 2026.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2024/2084 tiġi emendata skont dan.

(5)

Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stipulat fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (PESK) 2024/2084 hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 5, il-paragrafu (1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perjodu mill-1 ta’ Settembru 2024 sal-31 ta’ Awwissu 2026 għandu jkun ta’ EUR 5 469 515,44”;

(2)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 13a

Aċċess għad-dokumenti u l-protezzjoni tad-data

1.   Ir-RSUE għandu japplika r-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2). Ir-RGħ għandu jadotta regoli ta’ implimentazzjoni rilevanti li jikkonċernaw ir-RSUE.

2.   Ir-RSUE għandu jipproteġi lill-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali tagħhom f’konformità mar-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3). Ir-RGħ għandu jadotta regoli ta’ implimentazzjoni rilevanti li jikkonċernaw ir-RSUE.

(*2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/1049/oj)."

(*3)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).”."

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2025.

Għall-Kunsill

Il-President

K. KALLAS


(*1)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2084 tas-26 ta’ Lulju 2024 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Kosovo (ĠU L, 2024/2084, 29.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2084/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/176/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)