![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2025/175 |
28.1.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2025/175
tas-27 ta’ Jannar 2025
li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-31 ta’ Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/512/PESK (1). |
(2) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tad-19 ta’ Diċembru 2024, il-Kunsill Ewropew tenna l-kundanna qawwija tiegħu tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, li tikkostitwixxi ksur ċar tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, u afferma mill-ġdid l-impenn sod tal-Unjoni li tkompli tipprovdi appoġġ politiku, finanzjarju, ekonomiku, umanitarju, militari u diplomatiku lill-Ukrajna u lill-poplu tagħha. |
(3) |
Sakemm l-azzjonijiet illegali mill-Federazzjoni Russa jkomplu jiksru r-regoli fundamentali tal-liġi internazzjonali, inkluż, b’mod partikolari, il-projbizzjoni fuq l-użu tal-forza minquxa fl-Artikolu 2(4) tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, jew tal-liġi umanitarja internazzjonali, huwa xieraq li jinżammu fis-seħħ il-miżuri kollha imposti mill-Unjoni u, jekk xieraq, jittieħdu miżuri addizzjonali. Konsegwentement, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/512/PESK tiġġedded għal 6 xhur oħra. |
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/512/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fid-Deċiżjoni 2014/512/PESK, l-Artikolu 9(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Lulju 2025.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
K. KALLAS
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/512/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/175/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)