|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1 |
8.1.2025 |
DIRETTIVA (UE) 2025/1 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-27 ta’ Novembru 2024
li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u għar-riżoluzzjoni tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u li temenda d-Direttivi 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2007/36/KE, 2014/59/UE u (UE) 2017/1132 u r-Regolamenti (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 806/2014 u (UE) 2017/1129
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari, l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
L-impriżi tal-assigurazzjoni f'diffikultà jista' jkollhom riperkussjonijiet sostanzjali fuq l-ekonomija u fuq il-benesseri soċjali fl-Istati Membri jekk tali diffikultà twassal għal tfixkil tal-protezzjoni pprovduta lid-detenturi ta' poloz, lill-benefiċjarji jew lill-partijiet li ġarrbu dannu. Ir-rwol tal-impriżi tar-riassigurazzjoni fl-ekonomija, l-interkonnettività tagħhom mal-impriżi tal-assigurazzjoni primarja u s-swieq finanzjarji b'mod aktar wiesa', kif ukoll is-suq tar-riassigurazzjoni relattivament ikkonċentrat jeħtieġu qafas xieraq sabiex jindirizzaw id-diffikultà jew il-falliment tagħhom b'mod ordnat. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu indirizzati l-irkupru u r-riżoluzzjoni kemm tal-impriżi tal-assigurazzjoni primarja kif ukoll tal-impriżi tar-riassigurazzjoni, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet rispettivi tagħhom. |
|
(2) |
Il-kriżi finanzjarja globali tal-2008 kixfet il-vulnerabbiltajiet tas-settur finanzjarju u l-interkonnettività tiegħu. Il-kawżi ta' diffikultà u ta' falliment dehru li huma marbutin, fost l-oħrajn, mal-evoluzzjoni tas-swieq finanzjarji u man-natura intrinsika tal-attivitajiet tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni. F'dak ir-rigward, ir-riskji tas-sottoskrizzjoni, jiġifieri klejms bi provvedimenti insuffiċjenti, ipprezzar ħażin, jiġifieri primjums sottovalutati, ġestjoni ħażina tal-assi u tal-obbligazzjonijiet u telf mill-investimenti spiss jissejħu sorsi ewlenin ta' tħassib għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni. F'dak il-kuntest, flus il-kontribwenti ntużaw sabiex jiġu rrestawrati l-kundizzjonijiet finanzjarji deterjorati ta' diversi impriżi tal-assigurazzjoni. Għalkemm id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) kellha l-għan li ssaħħaħ is-sistema finanzjarja fl-Unjoni u r-reżiljenza tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, hija ma eliminatx kompletament il-possibbiltà ta' fallimenti ta' tali impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni. Il-volatilità għolja tas-suq u l-livelli tar-rati tal-imgħax miżmuma baxxi għal żmien itwal jistgħu jkunu partikolarment ta' ħsara għall-profittabbiltà u għall-pożizzjoni ta' solvenza tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni. Għalhekk, is-sensittività tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għall-iżviluppi tas-suq u ekonomiċi titlob kawtela partikolari u qafas adegwat sabiex jiġu ġestiti, inkluż b'mod preventiv, deterjoramenti potenzjali tal-pożizzjoni finanzjarja ta' tali impriżi. Xi fallimenti u kważi fallimenti reċenti, b'mod partikolari ta' natura transfruntiera, urew dgħufijiet tal-qafas attwali li jeħtieġ li jiġu indirizzati sabiex jiġi organizzat b'mod adegwat il-ħruġ ordnat mis-suq tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni. |
|
(3) |
L-attivitajiet, is-servizzi jew l-operazzjonijiet imwettqin mill-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li ma jistgħux jiġu ssostitwiti faċilment f'perjodu ta' żmien raġonevoli, jew b'kost raġonevoli għad-detenturi ta' poloz, għall-benefiċjarji jew għall-partijiet li ġarrbu dannu, jeħtieġ li jitqiesu bħala funzjonijiet kritiċi li jeħtieġ li jitkomplew. Tali attivitajiet, servizzi jew operazzjonijiet jistgħu jkunu kritiċi fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali jew reġjonali. Il-kontinwità tal-protezzjoni tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni spiss tkun preferibbli mill-istralċ ta' impriża li qed tfalli peress li tali kontinwità twassal l-aktar eżitu favorevoli għad-detenturi ta' poloz, għall-benefiċjarji jew għall-partijiet li ġarrbu dannu. Għalhekk, huwa kruċjali li jkunu disponibbli għodod adegwati sabiex jiġu evitati l-fallimenti u, fejn iseħħu l-fallimenti, sabiex jiġu mminimizzati r-riperkussjonijiet negattivi billi tiġi ppreservata l-kontinwità ta' dawk il-funzjonijiet kritiċi. |
|
(4) |
L-iżgurar ta' riżoluzzjoni effettiva ta' istituzzjonijiet tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li qed ifallu fl-Unjoni huwa element essenzjali għall-ikkompletar tas-suq intern. Il-falliment ta' impriżi bħal dawn għandu impatt mhux biss fuq id-detenturi ta' poloz u possibbilment fuq l-ekonomija reali u fuq l-istabbiltà finanzjarja tas-swieq li fihom joperaw direttament dawk l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, iżda wkoll fuq il-fiduċja fis-suq intern għall-assigurazzjoni. It-tlestija tas-suq intern fis-servizzi finanzjarji saħħet in-nisġa bejn is-sistemi finanzjarji nazzjonali differenti. L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni huma attivi fis-swieq finanzjarji sabiex jimmaniġġaw il-portafoll ta' investiment tagħhom u r-riskji relatati mal-attivitajiet tagħhom. F'dak il-kuntest, l-inabbiltà tal-Istati Membri li jindirizzaw il-falliment ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni u jsolvuha b'mod li jkun prevedibbli u armonizzat u li effettivament jipprevjeni dannu sistemiku usa', tista' ddgħajjef l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji u, konsegwentement, tas-suq intern fil-qasam tas-servizzi finanzjarji. |
|
(5) |
Il-kriżi finanzjarja globali tal-2008 enfasizzat il-ħtieġa li jiġi żviluppat qafas xieraq ta' rkupru u ta' riżoluzzjoni għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni. Fil-livell internazzjonali, il-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja ppubblika f'Ottubru 2011, u aġġorna f'Ottubru 2014, id-dokument “Key Attributes of Effective Resolution Regimes for Financial Institutions” (Attributi Ewlenin ta' Reġimi ta' Riżoluzzjoni Effettivi għall-Istituzzjonijiet Finanzjarji), li jinkludi kunsiderazzjonijiet dwar ir-riżoluzzjoni ta' kwalunkwe impriża tal-assigurazzjoni li tista' tkun sistemikament sinifikanti jew kritika jekk tfalli. F'Ġunju 2016, il-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja ħareġ gwida komplementari dwar l-iżvilupp ta' strateġiji u ta' pjanijiet effettivi ta' riżoluzzjoni għal assiguraturi sistemikament importanti. B'mod parallel, f'Novembru 2019 l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tas-Superviżuri tal-Assigurazzjoni adottat “Prinċipji Fundamentali tal-Assigurazzjoni” għall-impriżi kollha tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, “Qafas Komuni għal Gruppi tal-Assigurazzjoni Attivi f'Livell Internazzjonali” li jispjega l-istandards għall-ippjanar ta' rkupru preventiv, u azzjonijiet li l-awtoritajiet huma mistennijin jieħdu fir-rigward ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li toħroġ mis-suq u tidħol f'riżoluzzjoni. Jenħtieġ li dawk l-iżviluppi jitqiesu meta jiġi stabbilit qafas għall-irkupru u għar-riżoluzzjoni ta' impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jkunu qed ifallu. |
|
(6) |
Ħafna impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni qed joperaw lil hinn mill-fruntieri nazzjonali. Nuqqas ta' koordinazzjoni u ta' kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi sabiex iħejju għal u jimmaniġġaw id-diffikultà jew il-falliment ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li topera bejn il-fruntieri jdgħajjef il-fiduċja reċiproka tal-Istati Membri, jirriżulta f'eżitu subottimali għad-detenturi ta' poloz, għall-benefiċjarji u għall-partijiet li ġarrbu dannu u jaffettwaw il-kredibbiltà tas-suq intern għall-assigurazzjoni. |
|
(7) |
Bħalissa ma hemm l-ebda armonizzazzjoni tal-proċeduri fil-livell tal-Unjoni għar-riżoluzzjoni tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni b'mod ikkoordinat. Minflok, huma osservati differenzi sostantivi u proċedurali konsiderevoli bejn il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jirregolaw il-falliment tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni madwar l-Istati Membri. Barra minn hekk, il-proċeduri ta' insolvenza korporattiva mhux dejjem jistgħu jkunu xierqa għall-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, peress li dawk il-proċeduri mhux dejjem jistgħu jiżguraw kontinwazzjoni adegwata tal-funzjonijiet kritiċi għall-benefiċju tad-detenturi ta' poloz, għall-benefiċjarji u għall-partijiet li ġarrbu dannu, għall-ekonomija reali jew għall-istabbiltà finanzjarja kollha kemm hi. |
|
(8) |
Huwa neċessarju li tiġi żgurata l-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi ta' impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jkunu qed ifallu, jew ta' impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li x'aktarx ifallu, filwaqt li jiġi mminimizzat l-impatt tal-falliment ta' impriża bħal din fuq l-ekonomija jew fuq is-sistema finanzjarja. Għalhekk, huwa neċessarju li jiġi stabbilit qafas sabiex l-awtoritajiet jiġu pprovduti b'sett kredibbli ta' għodod bl-għan li jintervjenu minn kmieni biżżejjed u malajr f'impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jkunu qed ifallu jew li x'aktarx ser ifallu. Jenħtieġ li t-tali qafas jiżgura li l-azzjonisti jġarrbu t-telf l-ewwel u li l-kredituri jġarrbu t-telf wara l-azzjonisti, dment li l-ebda kreditur ma jġarrab telf akbar minn dak li kien iġarrab li kieku l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ġiet stralċata skont proċeduri ta' insolvenza normali f'konformità mal-prinċipju li “l-ebda kreditur ma għandu jmur agħar milli skont proċedimenti normali ta' insolvenza” (il-prinċipju li “l-ebda kreditur ma jmur agħar”). Sabiex jiġi żgurat li t-trattament li l-azzjonisti, id-detenturi ta' poloz, il-benefiċjarji, il-pretendenti u kredituri oħra affettwati kienu jirċievu kieku l-impriża taħt riżoluzzjoni daħlet fi proċedimenti normali ta' insolvenza jiġi rifless b'mod preċiż, jenħtieġ li jitqiesu l-okkorrenzi rilevanti kollha li jiġu skattati jew mill-ftuħ ta' proċedimenti normali ta' insolvenza jew qabel kif ukoll l-okkorrenzi rilevanti kollha relatati mal-ftuħ ta’ tali proċedimenti, inkluż dawk marbuta mal-protezzjoni tal-partijiet li ġarrbu dannu skont id-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) fir-rigward tad-dannu li jirriżulta minn inċidenti fil-każ tal-insolvenza ta' impriża tal-assigurazzjoni. |
|
(9) |
Filwaqt li jibni fuq id-Direttiva 2009/138/KE, jenħtieġ li l-qafas li għandu jiġi stabbilit jippermetti lill-awtoritajiet jiżguraw il-kontinwità tal-protezzjoni tal-assigurazzjoni għad-detenturi ta' poloz, għall-benefiċjarji u għall-partijiet li ġarrbu dannu, jittrasferixxu attivitajiet u portafolli vijabbli tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni fejn xieraq, u jaqsmu t-telf b'mod li jkun ġust u prevedibbli. Jenħtieġ li dawk l-objettivi jgħinu sabiex jiġi evitat telf mhux neċessarju jew tbatija soċjali fuq id-detenturi ta' poloz, il-benefiċjarji u l-partijiet li ġarrbu dannu, itaffu l-impatti negattivi fuq l-ekonomija reali, jimminimizzaw l-effetti negattivi fuq is-swieq finanzjarji u jimminimizzaw il-kostijiet għall-kontribwenti. |
|
(10) |
Ir-rieżami tad-Direttiva 2009/138/KE, u b'mod partikolari l-introduzzjoni ta' rekwiżiti ta' kapital aktar sensittivi għar-riskju, ta' superviżjoni msaħħa, ta' monitoraġġ imtejjeb tal-likwidità u ta' għodod aħjar għall-politiki makroprudenzjali, jenħtieġ li jkompli jnaqqas il-probabbiltà ta' fallimenti tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni u jtejjeb ir-reżiljenza ta' dawk l-impriżi għal stress ekonomiku, kemm jekk ikkawżat minn disturbi sistemiċi kif ukoll minn avvenimenti speċifiċi għall-impriża individwali. Madankollu, minkejja qafas prudenzjali sod u robust, is-sitwazzjonijiet ta' diffikultà finanzjarja ma jistgħux jiġu esklużi kompletament. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu ppreparati u jkollhom għodod ta' rkupru u ta' riżoluzzjoni adegwati sabiex jittrattaw sitwazzjonijiet li jinvolvu kemm kriżijiet sistemiċi kif ukoll fallimenti ta' impriżi individwali. Jenħtieġ li t-tali għodod jinkludu mekkaniżmi li jagħmluha possibbli li l-awtoritajiet jittrattaw b'mod effettiv impriżi li jkunu qed ifallu jew li x'aktarx ifallu. Jenħtieġ li l-użu ta' għodod bħal dawn u l-eżerċizzju ta' setgħat bħal dawn iqisu ċ-ċirkostanzi li fihom iseħħ il-falliment. |
|
(11) |
Xi Stati Membri diġà introduċew rekwiżiti ta' ppjanar ta' rkupru preventiv, u mekkaniżmi għar-riżoluzzjoni ta' impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jkunu qed ifallu. Madankollu, in-nuqqas ta' kundizzjonijiet, ta' setgħat u ta' proċessi komuni għall-irkupru u għar-riżoluzzjoni ta' impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni madwar l-Unjoni x'aktarx li jikkostitwixxi xkiel għall-operat mingħajr intoppi tas-suq intern u jfixkel il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali meta jittrattaw gruppi ta' impriżi transfruntiera f'diffikultà jew li jkunu qed ifallu. Dak ikun partikolarment minnu meta approċċi differenti jfissru li l-awtoritajiet nazzjonali ma jkollhomx l-istess livell ta' kontroll jew l-istess kapaċità għar-riżoluzzjoni ta' impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni. Dawk id-differenzi fir-reġimi ta' rkupru u ta' riżoluzzjoni jistgħu jaffettwaw il-kundizzjonijiet ekwi u potenzjalment joħolqu distorsjonijiet ta’ kompetizzjoni bejn l-impriżi. Jenħtieġ li dak ix-xkiel jiġi eliminat u jenħtieġ li jiġu adottati regoli sabiex jiġi żgurat li s-suq intern ma jiġix imxekkel. Għal dan l-għan, jenħtieġ li r-regoli li jirregolaw l-irkupru u r-riżoluzzjoni preventivi tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jkunu soġġetti għal regoli komuni dwar l-armonizzazzjoni minima. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni fil-qasam tas-servizzi tal-assigurazzjoni, jenħtieġ li r-reġim ta' rkupru u ta' riżoluzzjoni preventivi japplika għall-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jkunu soġġetti għar-rekwiżiti prudenzjali stabbiliti fid-Direttiva 2009/138/KE. |
|
(12) |
Il-falliment ta' entità affiljata ma' grupp jista' jkollu impatt rapidu fuq is-solvenza u fuq l-operazzjonijiet tal-grupp kollu. Għalhekk, huwa neċessarju li jkun hemm fis-seħħ rekwiżiti ta' ppjanar ta' rkupru u ta' riżoluzzjoni preventivi tal-grupp. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet ikollhom mezzi effettivi ta' azzjoni fir-rigward ta' dawk l-entitajiet sabiex jimponu azzjonijiet ta' rimedju li jqisu s-solidità finanzjarja tal-entitajiet kollha fi grupp, jindirizzaw l-impedimenti għar-riżolvibbiltà f'kuntest ta' grupp u jipproduċu skema ta' riżoluzzjoni konsistenti għall-grupp kollu kemm hu, b'mod partikolari f'kuntest transfruntier. Għalhekk, jenħtieġ li r-rekwiżiti ta' ppjanar u ta' riżoluzzjoni preventivi u ta' riżolvibbiltà u r-reġim ta' riżoluzzjoni japplikaw ukoll għall-impriżi prinċipali, għall-kumpaniji azzjonarji u għal entitajiet oħrajn fi grupp, li jinkludu fergħat ta' impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jkunu stabbiliti barra mill-Unjoni. |
|
(13) |
Sabiex jiġi żgurat li l-ippjanar tal-irkupru u tar-riżoluzzjoni u r-riżoluzzjoni reali tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li huma parti minn konglomerati finanzjarji jew gruppi tal-assigurazzjoni li huma stess huma konglomerati finanzjarji jew huma parti minn konglomerati finanzjarji jistgħu jseħħu mingħajr xkiel, u bl-objettiv li jitnaqqas il-piż amministrattiv, jenħtieġ li jiġu stabbiliti obbligi ta’ kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-assigurazzjoni u tar-riżoluzzjoni bankarja u dawk superviżorji u jenħtieġ li l-awtorità ta' riżoluzzjoni bankarja tingħata l-istatus ta’ osservatur fil-kulleġġ ta' riżoluzzjoni tal-assigurazzjoni għal grupp tal-assigurazzjoni li huwa, jew huwa parti minn, konglomerat finanzjarju f'konformità mad-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u viċi versa. |
|
(14) |
Bir-regoli l-ġodda introdotti minn din id-Direttiva, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni bankarja ser kull wieħed ikollu l-qafas tiegħu stess għal riżoluzzjoni li huwa adattat għall-ispeċifiċitajiet tas-setturi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni kif ukoll tas-settur bankarju. Il-perjodu ta' żmien ta' riżoluzzjoni f'kuntest ta' assigurazzjoni u riassigurazzjoni hija differenti minn riżoluzzjoni f'kuntest bankarju. Sabiex jiġu evitati assalti bankarji, il-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni u l-awtoritajiet nazzjonali tar-riżoluzzjoni bankarja tipikament jeħtieġ li jaġixxu malajr. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, min-naħa l-oħra, spiss ikollhom il-benefiċċju li jkollhom aktar żmien biex isibu s-soluzzjonijiet xierqa li huma l-aktar ta' benefiċċju għad-detenturi ta' poloz. Avveniment simili għal assalt bankarju huwa inqas probabbli li jseħħ fis-settur tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, u l-konsegwenzi ta' avveniment bħal dan ikunu differenti milli fis-settur bankarju. |
|
(15) |
Iż-żewġ oqfsa leġiżlattivi settorjali ħolqu setgħat indipendenti ta' teħid ta' deċiżjonijiet għall-awtoritajiet rispettivi. Konsegwentement, l-awtoritajiet tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u tar-riżoluzzjoni bankarja jenħtieġ li jaġixxu fuq bażi ugwali. Għat-twettiq tal-kompiti ta' riżoluzzjoni, huwa importanti ħafna li l-awtoritajiet tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u tar-riżoluzzjoni bankarja jinfurmaw lil xulxin u jikkooperaw in bona fide. Jenħtieġ li r-rekwiżiti tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni preskritti minn din id-Direttiva jiffaċilitaw dik il-kooperazzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u tar-riżoluzzjoni bankarja kif ukoll l-awtoritajiet superviżorji tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u dawk bankarji rispettivi, mingħajr dewmien, jiskambjaw informazzjoni meqjusa neċessarja għat-twettiq tal-kompiti rispettivi tagħhom. |
|
(16) |
Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jinżammu infurmati u kkonsultati kmieni biżżejjed fil-proċess u b'mod strutturat li jippermettilhom jeżerċitaw il-mandat tagħhom b'mod infurmat u konsistenti, jenħtieġ li l-awtoritajiet tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u tar-riżoluzzjoni bankarja jiġu mistiedna bħala osservaturi għall-kulleġġi ta' riżoluzzjoni ta' xulxin. Dan huwa partikolarment importanti fil-kuntest tal-ippjanar preventiv għall-irkupru u l-ippjanar tar-riżoluzzjoni kif ukoll għall-valutazzjoni ta' jekk il-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni humiex issodisfati u, fl-aħħar nett, meta jittieħdu azzjonijiet ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' entità waħda jew aktar li huma parti mill-konglomerati finanzjarji. Sabiex tibni fuq l-esperjenza miksuba, jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrieżamina d-dispożizzjonijiet rilevanti ta' din id-Direttiva sa ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tagħha. |
|
(17) |
Huwa neċessarju li jiġu żgurati l-adegwatezza u l-effettività tal-qafas ta' rkupru u ta' riżoluzzjoni filwaqt li jiġu evitati piżijiet u kostijiet amministrattivi mhux neċessarji fuq l-impriżi u fuq l-awtoritajiet. Għalhekk, jenħtieġ li l-implimentazzjoni ta' tali qafas ta' rkupru u ta' riżoluzzjoni tkun proporzjonata għan-natura, għall-iskala u għall-kumplessità tal-impriża kkonċernata, u tal-attivitajiet u tas-servizzi tagħha. Barra minn hekk, jenħtieġ li jitqiesu d-differenzi bejn l-irkupru min-naħa waħda u r-riżoluzzjoni min-naħa l-oħra. Fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' ppjanar ta' rkupru u ta' riżoluzzjoni, jenħtieġ li l-awtoritajiet jiddeterminaw, abbażi ta' settijiet ta' kriterji bbażati fuq ir-riskju, liema impriżi huma soġġetti għar-rekwiżiti ta' ppjanar komprensivi jew simplifikati. Sabiex titrawwem il-fiduċja fis-suq uniku tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u sabiex jitrawmu kundizzjonijiet ekwi, jenħtieġ li jinkiseb grad minimu ta' tħejjija billi jiġi stabbilit livell minimu ta' kopertura tas-suq għas-suq tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni tal-ħajja u għas-suq tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni mhux tal-ħajja. Fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-ippjanar tar-riżoluzzjoni, jenħtieġ li l-awtoritajiet jiddeterminaw għal liema impriżi, relattivament għal impriżi oħrajn taħt il-mandat tagħhom, li x'aktarx huwa aktar probabbli l-azzjoni ta' riżoluzzjoni tkun fl-interess pubbliku fil-każ ta' falliment jew li l-impriżi jwettqu funzjonijiet kritiċi. |
|
(18) |
Għall-istess raġuni, jenħtieġ li, fejn xieraq, l-awtoritajiet japplikaw rekwiżiti differenti jew imnaqqsin ta' ppjanar ta' rkupru u ta' riżoluzzjoni preventivi u ta' informazzjoni fuq bażi speċifika għall-impriża, u jirrikjedu aġġornamenti bi frekwenza aktar baxxa. Jenħtieġ li, meta japplikaw dawn l-obbligi simplifikati, l-awtoritajiet iqisu n-natura, id-daqs, il-kumplessità u s-sostitwibbiltà tan-negozju ta' impriża, l-istruttura azzjonarja u l-forma ġuridika tagħha, il-profil tar-riskju tagħha u l-grad ta' interkonnettività tagħha ma' impriżi regolati oħrajn jew mas-sistema finanzjarja b'mod ġenerali. Jenħtieġ li l-awtoritajiet iqisu wkoll jekk ikunx probabbli li l-falliment u l-istralċ sussegwenti tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni skont proċedimenti normali ta' insolvenza jkollhom effett negattiv sinifikanti fuq id-detenturi ta' poloz, fuq is-swieq finanzjarji, fuq impriżi oħrajn, jew fuq l-ekonomija usa'. Jenħtieġ li l-awtoritajiet jirrapporta lura lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) (EIOPA), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), dwar l-applikazzjoni ta' tali obbligi simplifikati fuq bażi annwali. |
|
(19) |
Għal proċess ta' riżoluzzjoni ordnat, u sabiex jiġu evitati kunflitti ta' interess, jenħtieġ li l-Istati Membri jaħtru awtoritajiet jew awtoritajiet amministrattivi pubbliċi fdati b'setgħat amministrattivi pubbliċi sabiex iwettqu l-funzjonijiet u l-kompiti fir-rigward tal-qafas ta' rkupru u ta' riżoluzzjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li jiġu allokati riżorsi adegwati lil dawk l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni. Meta Stat Membru jaħtar awtorità ta' riżoluzzjoni li jkollha funzjonijiet oħrajn, jenħtieġ li jiġu stabbiliti arranġamenti strutturali adegwati sabiex dawk il-funzjonijiet jiġu sseparati mill-funzjonijiet relatati mar-riżoluzzjoni u sabiex tiġi żgurata l-indipendenza operazzjonali. Jenħtieġ li separazzjoni bħal din ma tipprevjenix lill-funzjoni ta' riżoluzzjoni milli jkollha aċċess għal kwalunkwe informazzjoni li tkun teħtieġ għall-eżerċizzju tad-dmirijiet tagħha skont il-qafas ta' rkupru u ta' riżoluzzjoni, jew għall-kooperazzjoni bejn awtoritajiet differenti involuti fl-applikazzjoni tal-qafas ta' rkupru u ta' riżoluzzjoni. |
|
(20) |
Fid-dawl tal-konsegwenzi li l-falliment ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jista' jkollha fuq id-detenturi ta' poloz, fuq is-sistema finanzjarja u fuq l-ekonomija ta' Stat Membru, u fid-dawl tal-ħtieġa possibbli li jintużaw fondi pubbliċi sabiex tiġi jiġi indirizzat falliment bħal dan, jenħtieġ li l-ministeri għall-finanzi jew ministeri rilevanti oħrajn fl-Istati Membri jkunu involuti mill-qrib, fi stadju bikri, fil-proċess ta' mmaniġġar u ta' riżoluzzjoni tal-kriżijiet. |
|
(21) |
Huwa essenzjali li l-gruppi jew, fejn applikabbli, l-impriżi individwali, iħejju u jaġġornaw b'mod regolari l-pjanijiet ta' rkupru preventiv li jistabbilixxu l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu minn dawn il-gruppi jew l-impriżi sabiex tiġi rrestawrata l-pożizzjoni finanzjarja tagħhom wara deterjorament sinifikanti ta' din il-pożizzjoni li jista' joħloq riskju għall-vijabbiltà tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jidentifikaw sett ta' indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi li jiskattaw l-attivazzjoni ta' azzjonijiet ta' rimedju previsti fi pjanijiet ta' rkupru preventiv bħal dawn. Jenħtieġ li indikaturi bħal dawn jgħinu lill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jieħdu azzjonijiet ta' rimedju fl-aħjar interess tad-detenturi ta' poloz tagħhom f'konformità mas-sistemi tal-immaniġġar tar-riskji u jenħtieġ li ma jistabbilux rekwiżiti prudenzjali regolatorji ġodda. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Direttiva la tipprekludi lill-impriżi milli jinkludu fil-pjanijiet ta' rkupru preventiv tagħhom u lanqas ma tirrikjedi li l-impriżi jinkludu fil-pjanijiet ta' rkupru preventiv tagħhom punti ta' deterjorament tal-pożizzjoni kapitali li jippreċedu n-nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza stabbilit fit-Titolu I, il-Kapitolu VI, it-Taqsima 4, tad-Direttiva 2009/138/KE. Jenħtieġ li l-pjanijiet ta' rkupru preventiv li jkopru l-entitajiet ġuridiċi materjali kollha fil-grupp ikunu dettaljati u jenħtieġ li jkunu bbażati fuq suppożizzjonijiet realistiċi li huma applikabbli f'medda ta' xenarji robusti u severi. Jenħtieġ li dawk il-pjanijiet ta' rkupru preventiv ikunu parti integrali mis-sistema ta' governanza ta' impriża. L-għodod eżistenti jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni fit-tħejjija ta' tali pjanijiet ta' rkupru preventiv, li jinkludu l-valutazzjoni proprja tar-riskju u tas-solvenza, il-pjanijiet ta' kontinġenza jew il-pjanijiet ta' ġestjoni tar-riskju tal-likwidità. Madankollu, jenħtieġ li r-rekwiżit għat-tħejjija ta' pjan ta' rkupru preventiv jiġi applikat b'mod proporzjonat u jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għall-iżvilupp u għall-preżentazzjoni ta' pjan ta' rkupru realistiku kif meħtieġ mill-Artikolu 138(2) tad-Direttiva 2009/138/KE. Fejn rilevanti, l-elementi tal-pjan ta' rkupru preventiv jistgħu jinformaw jew iservu bħala bażi għall-iżvilupp tal-pjan ta' rkupru meħtieġ mill-Artikolu 138(2) tad-Direttiva 2009/138/KE. |
|
(22) |
Huwa neċessarju li jiġi żgurat livell adegwat ta' tħejjija għal sitwazzjonijiet ta' kriżi. Għalhekk, jenħtieġ li l-impriżi omm apikali jew l-impriżi individwali tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jkunu meħtieġa jippreżentaw il-pjanijiet ta' rkupru preventiv tagħhom lill-awtoritajiet superviżorji għal valutazzjoni sħiħa, li tinkludi l-valutazzjoni ta' jekk dawk il-pjanijiet ikunux komprensivi u jistgħux possibbilment jerġgħu jistabbilixxu l-vijabbiltà ta' impriża jew ta' grupp fil-ħin, anke f'perjodi ta' stress finanzjarju serju. Meta impriża tippreżenta pjan ta' rkupru preventiv li ma jkunx adegwat, jenħtieġ li l-awtoritajiet superviżorji jingħataw is-setgħa li jirrikjedu li l-impriża tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tirrimedja n-nuqqasijiet materjali tal-pjan. |
|
(23) |
L-ippjanar tar-riżoluzzjoni huwa komponent essenzjali ta' proċess ta' riżoluzzjoni effettiv. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkollhom l-informazzjoni neċessarja kollha sabiex jidentifikaw funzjonijiet kritiċi u jiżguraw il-kontinwazzjoni tagħhom. L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom għarfien privileġġat dwar il-funzjonament tagħhom stess u dwar kwalunkwe problema li tirriżulta minnu, u, għalhekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jfasslu pjanijiet ta' riżoluzzjoni abbażi, fost l-oħrajn, tal-informazzjoni pprovduta mill-impriżi kkonċernati. Sabiex jiġu evitati piżijiet amministrattivi mhux neċessarji, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni primarjament jirkupraw l-informazzjoni neċessarja mingħand l-awtoritajiet superviżorji. |
|
(24) |
Jenħtieġ li l-impriżi żgħar u mhux kumplessi ma jkunux obbligati jfasslu pjanijiet ta' rkupru preventiv separati, u lanqas ma jenħtieġ li jkunu soġġetti għal ippjanar ta' riżoluzzjoni, ħlief meta tali impriża tirrappreżenta riskju partikolari fil-livell nazzjonali jew reġjonali. |
|
(25) |
Sabiex tiġi antiċipata l-interazzjoni possibbli tal-miżuri ta' rimedju u ta' riżoluzzjoni u sabiex tissaħħaħ it-tħejjija għall-kriżijiet u r-riżolvibbiltà tal-gruppi, jenħtieġ li kwalunkwe trattament ta' grupp għall-ippjanar ta' rkupru u ta' riżoluzzjoni preventivi japplika għall-entitajiet kollha fi grupp soġġetti għal superviżjoni tal-grupp. Jenħtieġ li l-pjanijiet ta' rkupru u ta' riżoluzzjoni preventivi jqisu l-istruttura finanzjarja, teknika u tan-negozju tal-grupp ikkonċernat u l-grad ta' interkonnettività interna tiegħu. |
|
(26) |
Jenħtieġ li l-pjanijiet ta' rkupru u ta' riżoluzzjoni preventivi tal-grupp jitħejjew għall-grupp kollu kemm hu u jenħtieġ li jidentifikaw miżuri fir-rigward kemm ta' impriża omm apikali kif ukoll ta' impriżi sussidjarji individwali li huma parti minn dak il-grupp. Madankollu, jenħtieġ li l-punt sa fejn l-impriżi sussidjarji jitqiesu fil-pjanijiet ta' rkupru u ta' riżoluzzjoni preventivi tal-grupp ikun proporzjonat għar-rilevanza tagħhom għall-grupp u għad-detenturi ta' poloz, għall-ekonomija reali u għas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri fejn joperaw dawk l-impriżi sussidjarji. Jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-Istati Membri fejn grupp ikollu impriżi sussidjarji jkunu involuti fit-tfassil ta' kwalunkwe pjan ta' riżoluzzjoni. Jenħtieġ li, filwaqt li jaġixxu fil-kulleġġ superviżorji jew ta’ riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ikkonċernati jagħmlu kull sforz sabiex jilħqu deċiżjoni konġunta dwar il-valutazzjoni u l-adozzjoni ta' dawk il-pjanijiet. Madankollu, jenħtieġ li t-tħejjija adegwata għall-kriżijiet ma tiġix affettwata minn nuqqas ta' deċiżjoni konġunta fil-kulleġġi superviżorji jew ta' riżoluzzjoni. F'każijiet bħal dawn, jenħtieġ li kull awtorità superviżorja responsabbli għal impriża sussidjarja tkun tista’ tirrikjedi pjan ta' rkupru preventiv għall-impriżi sussidjarji taħt il-ġuriżdizzjoni tagħha u tagħmel il-valutazzjoni tagħha stess tal-pjan ta' rkupru preventiv. Għall-istess raġunijiet, jenħtieġ li kull awtorità ta' riżoluzzjoni responsabbli għal impriża sussidjarja, għall-impriżi sussidjarji taħt il-ġuriżdizzjoni tagħha, tfassal u żżomm aġġornat pjan ta' riżoluzzjoni. Jenħtieġ li t-tfassil ta' pjanijiet individwali ta' rkupru u ta' riżoluzzjoni preventivi għal impriżi li huma parti minn grupp jibqa' eċċezzjonali, debitament ġustifikat u japplika l-istess standards li huma applikati għal impriżi komparabbli fl-Istat Membru kkonċernat. Meta jitħejjew pjanijiet ta' rkupru u ta' riżoluzzjoni preventivi individwali għal impriżi li jkunu parti minn grupp, jenħtieġ li l-awtoritajiet rilevanti jkollhom l-għan li jiksbu, kemm jista' jkun, konsistenza mal-pjanijiet ta' rkupru u ta' riżoluzzjoni preventivi għall-bqija tal-grupp. |
|
(27) |
L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni li ma jaqblux ma' deċiżjoni konġunta jistgħu jilħqu deċiżjoni konġunta bejniethom dwar pjan ta' riżoluzzjoni ta' grupp, kif ukoll dwar l-identifikazzjoni ta' impedimenti sostantivi u, fejn meħtieġ, dwar il-valutazzjoni tal-miżuri proposti mill-impriża omm apikali u l-miżuri meħtieġa mill-awtoritajiet sabiex jindirizzaw jew ineħħu l-impedimenti. |
|
(28) |
Sabiex l-awtoritajiet ikkonċernati kollha jinżammu informati b'mod sħiħ u permanenti, jenħtieġ li l-awtoritajiet superviżorji jittrażmettu kwalunkwe pjan ta' rkupru preventiv u kwalunkwe bidla fih lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni kkonċernati u jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jittrażmettu kwalunkwe pjan ta' riżoluzzjoni u kwalunkwe bidla fih lill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati. |
|
(29) |
Abbażi ta' valutazzjoni tar-riżolvibbiltà tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa li jirrikjedu, direttament jew indirettament permezz tal-awtorità superviżorja, li l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jbiddlu l-istruttura u l-organizzazzjoni tagħhom. Jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkunu jistgħu jieħdu wkoll miżuri neċessarji iżda proporzjonati sabiex inaqqsu jew ineħħu kwalunkwe impediment sostantiv għall-applikazzjoni tal-għodod ta' riżoluzzjoni u sabiex jiżguraw ir-riżolvibbiltà tal-entitajiet ikkonċernati. Jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jivvalutaw ir-riżolvibbiltà tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni fil-livell ta' dawk l-impriżi fejn ikun mistenni li, f'konformità mal-pjan ta' riżoluzzjoni ta' grupp, jittieħdu azzjonijiet ta' riżoluzzjoni. Jenħtieġ li l-kapaċità tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni li jitolbu bidliet fl-istruttura u fl-organizzazzjoni ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, jew li jieħdu miżuri sabiex inaqqsu jew ineħħu kwalunkwe impediment materjali għall-applikazzjoni tal-għodod ta' riżoluzzjoni u sabiex jiżguraw ir-riżolvibbiltà tal-impriżi kkonċernati, ma tmurx lil hinn minn dik li hija neċessarja sabiex jiġu ssimplifikati l-istruttura u l-operazzjonijiet tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni kkonċernata bl-għan li tittejjeb ir-riżolvibbiltà ta' dik l-impriża. |
|
(30) |
L-implimentazzjoni ta' azzjonijiet deskritti fi pjan ta' rkupru preventiv jew fi pjan ta' riżoluzzjoni jista' jkollhom effetti fuq il-persunal tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li dawn il-pjanijiet jinkludu proċeduri ta' kif jiġu informati u kkonsultati r-rappreżentanti tal-impjegati fil-proċessi ta' rkupru u ta' riżoluzzjoni fejn ikun xieraq. Jenħtieġ li dawn il-proċeduri jqisu l-ftehimiet kollettivi, arranġamenti oħrajn previsti mis-sħab soċjali, u l-liġi nazzjonali u tal-Unjoni dwar l-involviment tat-trade unions u tar-rappreżentanti tal-ħaddiema fil-proċessi ta' ristrutturar tal-kumpaniji. |
|
(31) |
L-irkupru u r-riżoluzzjoni effettivi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jew tal-entitajiet fi grupp li joperaw madwar l-Unjoni jeħtieġu kooperazzjoni fost l-awtoritajiet superviżorji u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni fil-kulleġġi tas-superviżuri u fil-kulleġġi ta' riżoluzzjoni fl-istadji kollha tal-proċess, mit-tħejjija ta' pjanijiet ta' rkupru u ta' riżoluzzjoni preventivi sar-riżoluzzjoni attwali ta' impriża. Meta l-awtoritajiet ma jaqblux dwar deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu fir-rigward ta' gruppi u impriżi, jenħtieġ li l-EIOPA, bħala l-aħħar istanza, taqdi r-rwol ta' medjatur. |
|
(32) |
Matul il-fażijiet ta' rkupru u prevenzjoni, jenħtieġ li l-azzjonisti jżommu r-responsabbiltà u l-kontroll sħaħ tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni. Jenħtieġ li ma jibqgħux iżommu tali responsabbiltà ladarba l-impriża titqiegħed taħt riżoluzzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-qafas ta' riżoluzzjoni jipprevedi dħul f'waqtu f'riżoluzzjoni, jiġifieri qabel ma impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tkun insolventi fil-karta bilanċjali jew fil-flussi ta' flus, qabel ma l-ekwità kollha tkun spiċċat kompletament, jew qabel ma l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tasal f'punt li ma tkunx tista' tikkonforma mal-obbligi ta' ħlas tagħha kif ikunu dovuti. Jenħtieġ li tinbeda riżoluzzjoni meta awtorità superviżorja, wara li tikkonsulta lill-awtorità ta' riżoluzzjoni, jew awtorità ta' riżoluzzjoni, wara li tkun ikkonsultat lill-awtorità superviżorja, tiddetermina li impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni qed tfalli jew x'aktarx li tfalli u miżuri alternattivi ma jkunux jipprevjenu falliment bħal dan f'perjodu ta' żmien raġonevoli. Jenħtieġ li impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni titqies li qed tfalli jew li x'aktarx tfalli fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin: (i) meta l-impriża tikser jew x'aktarx li tikser ir-Rekwiżit Kapitali Minimu stabbilit fit-Titolu I, il-Kapitolu VI, it-Taqsima 5, tad-Direttiva 2009/138/KE u fejn ma jkun hemm l-ebda prospett raġonevoli ta' restawr tal-konformità; (ii) meta l-impriża ma tibqax tissodisfa l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni jew meta l-impriża tonqos serjament milli tikkonforma mal-obbligi legali tagħha skont il-liġijiet u r-regolamenti li tkun soġġetta għalihom jew x'aktarx li tonqos serjament milli tikkonforma mal-obbligi legali tagħha skont il-liġijiet u r-regolamenti li tkun soġġetta għalihom fil-futur qarib b'mod li jkun jiġġustifika l-irtirar tal-awtorizzazzjoni; (iii) meta l-assi tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni huma inqas mill-obbligazzjonijiet tagħha jew hemm elementi oġġettivi biex jappoġġaw id-determinazzjoni li l-assi tal-impriża ser ikunu, fil-futur qarib, inqas mill-obbligazzjonijiet tagħha; (iv) meta l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ma tkunx tista' jew x'aktarx li ma tkunx tista' tħallas id-djun tagħha jew obbligazzjonijiet oħrajn fil-futur qrib, inkluż ħlasijiet lid-detenturi ta' poloz jew lill-benefiċjarji hekk kif dawn ikunu dovuti; jew (v) meta l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tkun teħtieġ għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja. |
|
(33) |
Sabiex tiġi prevista delineazzjoni ċara tar-responsabbiltajiet bejn l-awtoritajiet superviżorji u ta' riżoluzzjoni, jenħtieġ li jiġi speċifikat li, ladarba tittieħed azzjoni ta' riżoluzzjoni mill-awtorità ta' riżoluzzjoni, hija l-awtorità ta' riżoluzzjoni li fl-aħħar mill-aħħar issir responsabbli għall-implimentazzjoni effettiva ta' tali azzjoni ta' riżoluzzjoni. Għalhekk, minn dak il-mument, jenħtieġ li l-awtorità superviżorja żżomm lura milli tadotta kwalunkwe miżura fir-rigward tal-impriża taħt riżoluzzjoni mingħajr il-qbil minn qabel tal-awtorità ta' riżoluzzjoni. Bl-istess mod, jenħtieġ li l-awtorità ta' riżoluzzjoni jkollha s-setgħa li ttemm, fil-kuntest ta' azzjoni ta' riżoluzzjoni, kwalunkwe miżura meħuda mill-awtorità superviżorja fejn il-kontinwazzjoni ta’ dik il-miżura xxekkel l-applikazzjoni tal-għodod ta' riżoluzzjoni. |
|
(34) |
L-użu ta' għodod u ta' setgħat ta' riżoluzzjoni jista' jfixkel id-drittijiet tal-azzjonisti u tal-kredituri tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni. B'mod partikolari, is-setgħa tal-awtoritajiet li jittrasferixxu l-ishma jew l-assi kollha jew parti minnhom ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni lil akkwirent privat mingħajr il-kunsens tal-azzjonisti taffettwa d-drittijiet ta' proprjetà tal-azzjonisti. Barra minn hekk, is-setgħa li jiġi deċiż liema obbligazzjonijiet għandhom jiġu ttrasferiti 'l barra minn impriża li tkun qed tfalli sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizzi u sabiex jiġu evitati effetti avversi fuq id-detenturi ta' poloz, fuq il-benefiċjarji u fuq il-partijiet li ġarrbu dannu, fuq l-ekonomija reali jew fuq l-istabbiltà finanzjarja kollha kemm hi, tista' taffettwa t-trattament ugwali tal-kredituri. Għalhekk, jenħtieġ li kwalunkwe għodda ta' riżoluzzjoni tiġi applikata biss għal dawk l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jkunu qed ifallu jew li x'aktarx li jfallu, u biss meta tkun neċessarja u proporzjonata sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' riżoluzzjoni fl-interess ġenerali b'kunsiderazzjoni dovuta lill-objettiv ta' protezzjoni tal-interess komuni tad-detenturi ta' poloz, tal-benefiċjarji u tal-pretendenti. Jenħtieġ li l-interess individwali ta' persuna jew grupp partikolari ma jkunx prevalenti fuq il-bilanċ ġenerali tal-interess kollettiv tad-detenturi ta' poloz, il-benefiċjarji u l-pretendenti tal-impriża kkonċernata. |
|
(35) |
B'mod partikolari, jenħtieġ li l-għodod ta' riżoluzzjoni jiġu applikati biss meta l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ma tkunx tista' tiġi stralċata skont proċedimenti normali ta' insolvenza mingħajr ma taffettwa b'mod mhux xieraq il-protezzjoni tad-detenturi ta' poloz, tal-benefiċjarji u tal-pretendenti, tiddestabbilizza s-sistema finanzjarja jew tipprevjeni t-trasferiment rapidu u l-kontinwazzjoni ta' funzjonijiet kritiċi u jenħtieġ li ma jkun hemm l-ebda prospett raġonevoli għal kwalunkwe soluzzjoni privata alternattiva, inkluż kwalunkwe żieda fil-kapital mill-azzjonisti eżistenti jew minn kwalunkwe parti terza sa livell suffiċjenti sabiex tiġi rrestawrata l-vijabbiltà sħiħa tal-entità mingħajr ma jkun hemm effett fuq il-klejms lill-assigurazzjoni jew lir-riassigurazzjoni. L-iskemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni applikabbli għal impriża li tissodisfa l-kundizzjonijiet għal proċedimenti ta' insolvenza jew riżoluzzjoni jenħtieġ li jitqiesu meta jiġi ddeterminat jekk l-applikazzjoni tal-għodod ta' riżoluzzjoni hijiex meħtieġa fl-interess pubbliku. Jenħtieġ li kwalunkwe interferenza mad-drittijiet tal-azzjonisti u tal-kredituri li tirriżulta minn azzjoni ta' riżoluzzjoni tkun kompatibbli mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”). B'mod partikolari, meta l-kredituri fl-istess klassi jiġu ttrattati b'mod differenti fil-kuntest ta' azzjoni ta' riżoluzzjoni, jenħtieġ li tali distinzjonijiet ikunu ġġustifikati fl-interess pubbliku u jkunu proporzjonati għar-riskji li jkunu qed jiġu indirizzati u jenħtieġ li ma jkunux diskriminatorji, la b'mod dirett u lanqas indirett, abbażi tan-nazzjonalità. |
|
(36) |
Jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkollhom ċertu grad ta' flessibbiltà biex jibbilanċjaw l-objettivi ta' riżoluzzjoni filwaqt li jqisu kif xieraq in-natura u ċ-ċirkostanzi ta' kull każ. |
|
(37) |
Meta jaħdmu biex jintlaħqu l-objettivi ta' riżoluzzjoni, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jivvalutaw l-aktar mod xieraq biex jimminimizzaw il-kostijiet tar-riżoluzzjoni. Il-minimizzazzjoni tad-dipendenza fuq l-għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja hija objettiv tar-riżoluzzjoni, iżda l-użu ta' tali appoġġ jikkostitwixxi wkoll kost tar-riżoluzzjoni. Madankollu, il-minimizzazzjoni tal-kostijiet jenħtieġ li ma titqiesx bħala objettiv ta' riżoluzzjoni separat, iżda pjuttost prinċipju li bih jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jiġu ggwidati meta jiddeċiedu kif l-aħjar jintlaħqu l-objettivi tar-riżoluzzjoni. |
|
(38) |
Meta japplikaw għodod ta' riżoluzzjoni u jeżerċitaw setgħat ta' riżoluzzjoni, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jieħdu l-miżuri xierqa kollha sabiex jiżguraw li tittieħed azzjoni ta' riżoluzzjoni f'konformità mal-prinċipju li l-klejms lill-assigurazzjoni u lir-riassigurazzjoni jkunu affettwati wara li l-azzjonisti u kredituri oħrajn ikunu ġarrbu s-sehem tagħhom tat-telf. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jiżguraw ukoll li l-kostijiet tar-riżoluzzjoni tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jiġu mminimizzati u li l-kredituri tal-istess klassi jiġu ttrattati b'mod ekwu. |
|
(39) |
Jenħtieġ li l-valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni ta' strumenti kapitali, ta' strumenti ta' dejn u ta' obbligazzjonijiet eliġibbli oħrajn tipprevedi mekkaniżmu intern tal-assorbiment tat-telf. Jenħtieġ li dak il-mekkaniżmu, flimkien ma' għodod ta' trasferiment li għandhom l-għan li jżommu l-kontinwità tal-kopertura tal-assigurazzjoni għall-benefiċċju tad-detenturi ta' poloz, tal-benefiċjarji u tal-partijiet li ġarrbu dannu, jippermettu l-ilħuq tal-objettivi ta' riżoluzzjoni u jenħtieġ li jillimitaw ħafna l-impatt ta' falliment ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni fuq id-detenturi ta' poloz. Madankollu, jista' jkun hemm każijiet estremi li fihom ir-riżoluzzjoni ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tirrikjedi l-intervent ta' skemi nazzjonali speċifiċi, b'mod partikolari skema ta' garanzija tal-assigurazzjoni jew fond ta' riżoluzzjoni, sabiex jipprovdu għal riżorsi komplementari ta' assorbiment u ta' ristrutturar tat-telf jew, bħala l-aħħar istanza, finanzjament pubbliku straordinarju. Jenħtieġ li s-salvagwardji neċessarji li għandhom l-għan li jipproteġu lill-kredituri jirriflettu wkoll l-eżistenza ta' skemi nazzjonali speċifiċi bħal dawn, li min-naħa tagħhom iridu jikkonformaw mal-qafas tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat. Jenħtieġ li l-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni tiġi applikata qabel l-użu ta' kwalunkwe għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja. |
|
(40) |
Jenħtieġ li l-interferenza mad-drittijiet għall-proprjetà ma tkunx sproporzjonata. Għalhekk, jenħtieġ li l-azzjonisti, id-detenturi ta' poloz, il-benefiċjarji, il-pretendenti u kredituri oħra affettwati tal-impriżi tal-assigurazzjoni tar-riassigurazzjoni ma jġarrbux telf akbar milli kienu jġarrbu li kieku l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ġiet stralċata fiż-żmien li ttieħdet id-deċiżjoni ta' riżoluzzjoni. Dak il-prinċipju li “l-ebda kreditur ma jmur agħar” jirrifletti d-dritt fundamentali għall-proprjetà protett mill-Artikolu 17 tal-Karta. Jenħtieġ li dak id-dritt jiġi protett fil-proċedura ta' riżoluzzjoni amministrattiva billi jiġi żgurat li kwalunkwe azzjonist, detentur ta' polza, benefiċjarju, pretendent jew kreditur ieħor affettwat ma jmurx agħar milli skont proċedimenti normali ta' insolvenza. Il-valwazzjoni tat-trattament li d-detenturi ta' poloz, il-benefiċjarji u l-partijiet li ġarrbu dannu kienu jirċievu f'każ bħal dan jenħtieġ li tinkludi kwalunkwe pagament li d-detenturi ta' poloz, il-benefiċjarji u l-partijiet li ġarrbu dannu kienu jirċievu minn skemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni, fejn applikabbli, u minn korpi ta' kumpens skont id-Direttiva 2009/103/KE. Fil-każ ta' trasferiment parzjali tal-assi u tal-obbligazzjonijiet ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni taħt riżoluzzjoni lil akkwirent privat jew lil impriża tranżitorja, jenħtieġ li l-parti residwa tal-impriża taħt ir-riżoluzzjoni tiġi stralċata skont proċedimenti normali ta' insolvenza. Jenħtieġ li l-azzjonisti u l-kredituri li jitħallew fil-proċedimenti ta' stralċ ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jkunu intitolati jirċievu bi ħlas, jew kumpens, għall-klejms tagħhom fil-proċedimenti ta' stralċ mhux anqas minn dak li kienu jirkupraw li kieku l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni kollha kienet ġiet stralċata skont proċedimenti normali ta' insolvenza. |
|
(41) |
Sabiex jiġu protetti d-drittijiet tal-azzjonisti u tal-kredituri, inkluż id-detenturi ta' poloz, il-benefiċjarji, u l-pretendenti, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti obbligi ċari dwar il-valwazzjoni tal-assi u tal-obbligazzjonijiet tal-impriża taħt riżoluzzjoni u dwar il-valwazzjoni tat-trattament li l-azzjonisti u l-kredituri, inkluż id-detenturi ta' poloz, il-benefiċjarji, u l-pretendenti, kienu jirċievu li kieku l-impriża ġiet stralċata skont proċedimenti normali ta' insolvenza. Għalhekk, huwa neċessarju li jiġi stabbilit li, qabel ma tittieħed kwalunkwe azzjoni ta' riżoluzzjoni, titwettaq valwazzjoni ġusta u realistika tal-assi u tal-obbligazzjonijiet tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni. Jenħtieġ li tali valwazzjoni tkun soġġetta għal dritt ta' appell. Madankollu, minħabba n-natura tal-azzjoni ta' riżoluzzjoni u r-rabta mill-qrib tagħha mal-valwazzjoni, jenħtieġ li t-tali appell ikun possibbli biss meta jiġi dirett fl-istess ħin kontra d-deċiżjoni ta' riżoluzzjoni. Barra minn hekk, huwa neċessarju li jiġi stabbilit li, wara li jiġu applikati l-għodod ta' riżoluzzjoni, isir tqabbil bejn it-trattament li l-azzjonisti u l-kredituri, inkluż id-detenturi ta' poloz, il-benefiċjarji, u l-pretendenti, fil-fatt ikunu rċevew u t-trattament li kienu jirċievu skont proċedimenti normali ta' insolvenza. Minbarra d-deċiżjoni ta' riżoluzzjoni, jenħtieġ li dak it-tqabbil ex post ikun kontestabbli. Jenħtieġ li l-azzjonisti u l-kredituri li jkunu rċevew anqas mill-ammont li kienu jirċievu skont proċedimenti normali ta' insolvenza jkunu intitolati għall-ħlas tad-differenza. |
|
(42) |
Meta jittieħdu azzjonijiet ta' riżoluzzjoni, id-detenturi ta' poloz jistgħu jżommu wħud mill-benefiċċji jew il-benefiċċji kollha pprovduti fil-kuntratti tagħhom u mhux neċessarjament ikollhom jikkonkludu kuntratt tal-assigurazzjoni ġdid. F'każijiet fejn impriża tiġi stralċata skont proċedimenti normali ta' insolvenza, bidla fil-kuntratt tista' tinvolvi kostijiet ta' sostituzzjoni għad-detenturi ta' poloz. Speċjalment għall-kuntratti tal-assigurazzjoni fit-tul, il-kundizzjonijiet tas-suq u l-karatteristiċi proprji tad-detenturi ta' poloz kif ukoll il-kostijiet addizzjonali bħas-senserija u t-tariffi tal-għeluq jistgħu jwasslu għal kostijiet sinifikanti għad-detenturi ta' poloz li jkollhom jissostitwixxu l-kuntratti tagħhom. L-istima ta' tali kostijiet ta' sostituzzjoni fil-kuntest tal-prinċipju li “l-ebda kreditur ma jmur agħar”, trid issir bis-suppożizzjoni li l-konklużjoni ta' kuntratt tal-assigurazzjoni ġdid b'kopertura komparabbli disponibbli fis-suq kontra r-rati prevalenti tas-suq isseħħ fi żmien raġonevoli mid-data tal-azzjoni ta' riżoluzzjoni. |
|
(43) |
Huwa importanti li t-telf jiġi rikonoxxut mal-falliment ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni. Jenħtieġ li l-valwazzjoni tal-assi u tal-obbligazzjonijiet ta' impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jkunu qed ifallu tkun ibbażata fuq suppożizzjonijiet ġusti, prudenti u realistiċi fil-mument meta jiġu applikati għodod ta' riżoluzzjoni. Madankollu, jenħtieġ li l-valur tal-obbligazzjonijiet ma jkunx affettwat fil-valwazzjoni mill-istat finanzjarju tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni. Il-valwazzjonijiet għall-fini li jinfurmaw l-għażla u t-tfassil tal-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jenħtieġ li jkunu konsistenti mal-qafas regolatorju prudenzjali applikabbli, iżda fil-kuntest tar-riżoluzzjoni jistgħu jsiru modifiki mmirati għall-prinċipji sottostanti dan il-qafas, b'mod partikolari meta ma titwettaqx is-suppożizzjoni li l-impriża ser tkompli bin-negozju tagħha bħala negozju avvjat. Jenħtieġ li jkun possibbli, f'każijiet eċċezzjonali ta' urġenza, li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jagħmlu valwazzjoni rapida tal-assi jew tal-obbligazzjonijiet ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li tkun qed tfalli. Jenħtieġ li dik il-valwazzjoni tkun proviżorja u jenħtieġ li tapplika sakemm titwettaq valwazzjoni indipendenti. Jenħtieġ li l-EIOPA tistabbilixxi qafas ta' prinċipji li għandhom jintużaw fit-twettiq ta' tali valwazzjonijiet u jenħtieġ li dan jippermetti li jiġu applikati metodoloġiji speċifiċi differenti mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u minn valwaturi indipendenti, kif xieraq |
|
(44) |
Meta jieħdu azzjonijiet ta' riżoluzzjoni, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jqisu u jsegwu l-miżuri previsti fil-pjanijiet ta' riżoluzzjoni sakemm l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ma jivvalutawx, fid-dawl taċ-ċirkostanzi tal-każ, li l-objettivi ta' riżoluzzjoni jintlaħqu b'mod aktar effettiv billi jittieħdu azzjonijiet li ma humiex previsti fil-pjanijiet ta' riżoluzzjoni. |
|
(45) |
Jenħtieġ li l-għodod ta' riżoluzzjoni jitfasslu u jkunu adattati sabiex jindirizzaw xenarji li fil-parti l-kbira jkunu imprevedibbli, filwaqt li jitqies li jaf ikun hemm differenza bejn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni unika fi kriżi u kriżi sistemika usa'. Għalhekk, jenħtieġ li l-għodod ta' riżoluzzjoni jkopru kull wieħed minn dawk ix-xenarji, inkluż ir-run-off solventi tal-impriża taħt riżoluzzjoni sat-terminazzjoni tagħha, il-bejgħ tan-negozju jew tal-ishma tal-impriża taħt riżoluzzjoni, l-istabbiliment ta' impriża tranżitorja, is-separazzjoni tal-assi u tal-obbligazzjonijiet mill-portafolli indeboliti jew improduttivi inqas tal-impriża li tkun qed tfalli, u l-valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni ta' strumenti kapitali u ta' obbligazzjonijiet eliġibbli oħrajn tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li tkun qed tfalli. |
|
(46) |
F'każijiet speċifiċi, meta ċerti entitajiet fi grupp jipprovdu servizzi lil impriża taħt riżoluzzjoni li huma essenzjali biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-kopertura tal-assigurazzjoni, jenħtieġ li l-awtorità ta' riżoluzzjoni jkollha s-setgħa li tiżgura li l-oġġetti u s-servizzi pprovduti minn tali fornitur ta' servizz essenzjali jkomplu jiġu pprovduti f'każijiet fejn il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu tiddeterjora minħabba l-falliment ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni fl-istess grupp u l-użu ta' tali setgħa jkun meħtieġ sabiex tiġi ppreservata l-kontinwità tal-kopertura tal-assigurazzjoni pprovduta minn entitajiet oħra tal-grupp. Dawk is-setgħat jistgħu jinkludu l-eżerċizzju tas-setgħat ta’ riżoluzzjoni u l-applikazzjoni ta' għodod ta' riżoluzzjoni lill-fornitur ta' servizzi essenzjali. |
|
(47) |
Meta jkunu ntużaw għodod ta' riżoluzzjoni għat-trasferiment ta' portafolli tal-assigurazzjoni lil entità soda, li tista' tkun akkwirent mis-settur privat jew impriża tranżitorja, jenħtieġ li l-parti residwa tal-impriża tiġi likwidata f'perjodu ta' żmien xieraq. Jenħtieġ li t-tul ta' dak il-perjodu ta' żmien ikun ibbażat fuq il-ħtieġa li l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li tkun qed tfalli tipprovdi servizzi jew appoġġ sabiex l-akkwirent mis-settur privat jew l-impriża tranżitorja tkun tista' twettaq l-attivitajiet jew is-servizzi akkwistati bis-saħħa ta' dak it-trasferiment. |
|
(48) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti arranġamenti ta' finanzjament f'kull Stat Membru biex jikkumpensaw lid-detenturi ta' poloz, lill-benefiċjarji u lill-pretendenti tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni awtorizzati f'dak l-Istat Membru. Jenħtieġ li jkunu disponibbli arranġamenti ta' finanzjament biex jissodisfaw klejms ta' azzjonisti u kredituri oħra skont il-prinċipju li “l-ebda kreditur ma jmur agħar” jekk dan ikun meħtieġ biex tiġi evitata d-dipendenza fuq fondi pubbliċi. Dawk il-klejms jenħtieġ li jiġu kkalkulati f'konformità mal-ġerarkija tal-kredituri fi proċedimenti normali ta' insolvenzasabiex jiġi pprevenut li l-azzjonisti jew kredituri oħra jiġu kkumpensati qabel ma d-detenturi ta' poloz, il-benefiċjarji jew il-pretendenti jiġu kkumpensati bis-sħiħ. Filwaqt li jenħtieġ li l-assorbiment dirett tat-telf ta' kumpanija tal-assigurazzjoni jiġi evitat, jenħtieġ li jkun possibbli li tali arranġamenti ta' finanzjament jintużaw biex jiġu ffinanzjati kostijiet oħrajn assoċjati mal-użu ta' għodod ta' riżoluzzjoni bħala l-aħħar istanza, sal-punt meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi ta' riżoluzzjoni u sa fejn il-prinċipji ta' riżoluzzjoni jiġu rrispettati bis-sħiħ. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiddeċiedu li l-arranġamenti ta' finanzjament jistgħu jintużaw biex jassorbu t-telf tad-detenturi ta' poloz, tal-benefiċjarji u tal-pretendenti. F'każ bħal dan, l-impriża inadempjenti toħroġ mis-suq u l-portafolli kollha tal-kuntratti tal-assigurazzjoni jew parti minnhom jiġu ttrasferiti bħala parti mill-għodda ta' bejgħ ta' negozju jew lil impriża tranżitorja, jew miżmuma fl-impriża taħt riżoluzzjoni jekk titqiegħed f'run-off solventi. Fi kwalunkwe każ, jenħtieġ li jitniżżel il-valur tal-azzjonisti qabel ma jistgħu jintużaw arranġamenti ta' finanzjament ta' riżoluzzjoni biex jassorbu t-telf. Filwaqt li jagħrfu d-diversità fis-swieq tal-assigurazzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw ċerta flessibbiltà fir-rigward tal-arranġamenti preċiżi ta' finanzjament estern sakemm tiġi żgurata d-disponibbiltà ta' likwidità suffiċjenti biex tiggarantixxi kumpens f'perjodu ta' żmien raġonevoli. Jenħtieġ li Stat Membru jimponi obbligu ta' kontribuzzjoni biss fuq impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni awtorizzati f'dak l-Istat Membru u fuq fergħat fl-Unjoni ta' impriża ta' pajjiż terz li huma stabbiliti fit-territorju tiegħu. |
|
(49) |
Jenħtieġ li l-għodda ta' bejgħ ta' negozju tippermetti lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jbigħu l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew partijiet min-negozju tagħha lil akkwirent wieħed jew aktar mingħajr il-kunsens tal-azzjonisti. Meta japplikaw l-għodda ta' bejgħ ta' negozju, jenħtieġ li l-awtoritajiet jagħmlu arranġamenti għall-kummerċjalizzazzjoni ta' dik l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew il-parti min-negozju tagħha fi proċess miftuħ, trasparenti u mhux diskriminatorju, filwaqt li jimmassimizzaw kemm jista' jkun il-prezz tal-bejgħ. Meta, għal raġunijiet ta' urġenza, tali proċess ikun impossibbli, jenħtieġ li l-awtoritajiet jieħdu passi sabiex jirranġaw l-effetti detrimentali fuq il-kompetizzjoni u fuq is-suq intern. |
|
(50) |
Jenħtieġ li kwalunkwe rikavat nett mit-trasferiment ta' assi jew ta' obbligazzjonijiet tal-impriża taħt riżoluzzjoni meta tiġi applikata l-għodda ta' bejgħ ta' negozju jibbenifika lill-impriża li titħalla fil-proċedimenti ta' stralċ. Jenħtieġ li kwalunkwe rikavat nett mit-trasferiment ta' ishma jew ta' strumenti oħrajn ta' sjieda maħruġin mill-impriża taħt riżoluzzjoni meta tiġi applikata l-għodda ta' bejgħ ta' negozju jibbenefika lis-sidien ta' dawk l-ishma jew strumenti oħrajn ta' sjieda, dment li d-detenturi ta' poloz u kredituri oħra jiġu kkumpensati l-ewwel, sal-punt li l-klejms tagħhom ikunu tniżżlu fil-valur mingħajr ma jkunu kkumpensati bis-sħiħ. Jenħtieġ li r-rikavat jiġi kkalkolat nett mill-kostijiet li jinħolqu mill-falliment tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni u mill-proċess tar-riżoluzzjoni. |
|
(51) |
Informazzjoni dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li tkun qed tfalli u n-negozjati ma' akkwirenti potenzjali qabel l-applikazzjoni tal-għodda ta' bejgħ ta' negozju x'aktarx li tkun sensittiva u tista’ toħloq riskji għall-fiduċja fis-suq tal-assigurazzjoni. Għalhekk, huwa importanti li jiġi żgurat li l-iżvelar lill-pubbliku ta' tali informazzjoni, li huwa meħtieġ mir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), jista' jiġi ttardjat għaż-żmien neċessarju għall-ippjanar u għat-tfassil tar-riżoluzzjoni tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni kkonċernata. |
|
(52) |
Impriża tranżitorja hija impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li hija kompletament jew parzjalment proprjetà ta' awtorità pubblika waħda jew aktar jew ikkontrollata mill-awtorità ta' riżoluzzjoni. L-iskop ewlieni ta' impriża tranżitorja huwa li tiżgura li l-funzjonijiet kritiċi jkomplu jiġu pprovduti lid-detenturi ta' poloz tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li tkun qed tfalli. Għalhekk, jenħtieġ li impriża tranżitorja titħaddem bħala negozju avvjat vijabbli u jenħtieġ li terġa' titqiegħed fis-suq malli l-kundizzjonijiet ikunu xierqa, jew tiġi stralċata jekk ma tkunx vijabbli. |
|
(53) |
Jenħtieġ li l-għodda ta' separazzjoni tal-assi u tal-obbligazzjonijiet tippermetti lill-awtoritajiet jittrasferixxu assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet ta' impriża taħt riżoluzzjoni lil veikolu separat sabiex ineħħi, jimmaniġġa u jistralċa tali assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet. Sabiex jiġi evitat vantaġġ kompetittiv mhux dovut għall-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li tkun qed tfalli, jenħtieġ li l-għodda ta' separazzjoni tal-assi u tal-obbligazzjonijiet, li l-għan ewlieni tagħha huwa li tiffaċilita trasferiment ta' portafoll, tintuża biss flimkien ma' għodod oħrajn. |
|
(54) |
Jenħtieġ li reġim ta' riżoluzzjoni effettiv jiżgura li l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jkunu jistgħu jiġu riżolti b'mod li jimminimizza l-impatt negattiv ta' falliment fuq id-detenturi ta' poloz, fuq il-kontribwenti, fuq l-ekonomija reali u fuq l-istabbiltà finanzjarja. Jenħtieġ li l-valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni tiżgura li, qabel ma jiġu affettwati l-klejms lill-assigurazzjoni u lir-riassigurazzjoni, l-azzjonisti u l-kredituri ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li tkun qed tfalli jġarrbu t-telf l-ewwel u jġarrbu parti xierqa mill-kostijiet li jirriżultaw mill-falliment tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni malli tintuża setgħa ta' riżoluzzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni tagħti lill-azzjonisti u lill-kredituri tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni u, sa ċertu punt, lid-detenturi ta' poloz, inċentiv aktar b'saħħtu sabiex jimmonitorjaw is-saħħa ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni matul ċirkostanzi normali. |
|
(55) |
Huwa importanti li jiġi żgurat li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkollhom il-flessibbiltà neċessarja, f'medda ta' ċirkostanzi, sabiex iqiegħdu l-impriża f'riżoluzzjoni f'run-off solventi, jittrasferixxu l-assi, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet tagħha fl-aħjar kundizzjonijiet għad-detenturi ta' poloz, jew jallokaw it-telf li jifdal. Għalhekk, huwa xieraq li jiġi stabbilit li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu japplikaw l-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni kemm meta l-objettiv ikun li tiġi riżolta l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li tkun qed tfalli bħala impriża f'run-off solventi, u meta servizzi kritiċi tal-assigurazzjoni jiġu ttrasferiti filwaqt li l-parti residwa tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ma tibqax topera u tiġi stralċata. F'dak il-kuntest, ir-ristrutturazzjoni tal-obbligazzjonijiet tal-assigurazzjoni jista' jkun ġustifikat sabiex tiġi żgurata l-kontinwazzjoni ta' porzjon materjali tal-kopertura tal-assigurazzjoni u meta dan jitqies li jkun fl-aħjar interess tad-detenturi ta' poloz. |
|
(56) |
Fejn ikun hemm prospett realistiku li l-vijabbiltà tal-impriża tista' tiġi rrestawrata u d-detenturi ta' poloz ma jkunux qed iġarrbu xi telf fil-proċess ta' riżoluzzjoni, l-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni tista' tintuża sabiex l-impriża taħt riżoluzzjoni tiġi rrestawrata għal negozju avvjat. F'każ bħal dan, jenħtieġ li r-riżoluzzjoni permezz ta' valwazzjoni negattiva jew konverżjoni tkun akkumpanjata mis-sostituzzjoni tal-maniġment, ħlief fejn iż-żamma tal-maniġment tkun xierqa u neċessarja għall-kisba tal-objettivi ta' riżoluzzjoni. |
|
(57) |
Ma huwiex xieraq li tiġi applikata l-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni għal klejms sal-punt li dawn ikunu garantiti, kollateralizzati jew garantiti mod ieħor peress li tali valwazzjoni negattiva jew konverżjoni tista' tkun ineffettiva jew minħabba l-impatt negattiv potenzjali ta' tali valwazzjoni negattiva jew konverżjoni fuq l-istabbiltà finanzjarja. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li l-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni tkun effettiva u tilħaq l-objettivi tagħha, ikun tajjeb li tkun tista' tiġi applikata għal firxa kemm jista' jkun wiesgħa tal-obbligazzjonijiet mhux garantiti ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li tkun qed tfalli. Minkejja dan, huwa xieraq li jiġu esklużi ċerti tipi ta' obbligazzjonijiet mhux garantiti mill-kamp ta' applikazzjoni tal-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni. Għalhekk, sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi, jenħtieġ li l-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni ma tiġix applikata għal ċerti obbligazzjonijiet lill-impjegati tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li tkun qed tfalli jew għal klejms kummerċjali li jirrigwardjaw oġġetti u servizzi kritiċi għall-operat ta' kuljum tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni. Sabiex jiġu onorati l-intitolamenti tal-pensjoni u l-ammonti tal-pensjoni dovuti għal trusts tal-pensjoni u għal trustees tal-pensjoni jew minħabba fihom, jenħtieġ li l-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni ma tiġix applikata għall-obbligazzjonijiet għal skema tal-pensjoni ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li tkun qed tfalli. Sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' kontaġju sistemiku, jenħtieġ li l-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni la tiġi applikata għal obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn parteċipazzjoni f'sistemi ta' pagament li jkollhom maturità li jifdal ta' anqas minn sebat ijiem, u lanqas għal obbligazzjonijiet lil impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, għal istituzzjonijiet ta' kreditu u għal ditti ta' investiment, bl-eċċezzjoni ta' entitajiet li jkunu parti mill-istess grupp, b'maturità oriġinali ta' anqas minn sebat ijiem. |
|
(58) |
Il-protezzjoni tal-interessi kollettivi tad-detenturi ta' poloz, tal-benefiċjarji u tal-pretendenti hija wieħed mill-objettivi ewlenin tar-riżoluzzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-klejms tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jkunu soġġetti biss għall-applikazzjoni tal-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni bħala miżura tal-aħħar istanza u jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jikkunsidraw bir-reqqa l-konsegwenzi ta' valwazzjoni negattiva potenzjali tal-klejms lill-assigurazzjoni li jirriżultaw minn kuntratti tal-assigurazzjoni miżmuma minn persuni fiżiċi u minn intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju. |
|
(59) |
Jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkunu jistgħu jeskludu jew jeskludu parzjalment l-obbligazzjonijiet f'għadd ta' ċirkostanzi meta ma jkunx possibbli li jitniżżlu fil-valur jew li jiġu kkonvertiti tali obbligazzjonijiet fi skeda ta' żmien raġonevoli, meta l-esklużjoni tkun strettament neċessarja u tkun proporzjonata għall-kisba tal-objettivi ta' riżoluzzjoni, jew meta l-applikazzjoni tal-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni tkun tikkawża distruzzjoni fil-valur bir-riżultat li t-telf imġarrab minn kredituri oħrajn ikun ogħla milli kieku dawk l-obbligazzjonijiet ma jkunux ġew esklużi. Meta jiġu applikati dawk l-esklużjonijiet, il-livell ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni ta' obbligazzjonijiet eliġibbli oħrajn jista' jiżdied sabiex jitqiesu tali esklużjonijiet, sakemm ikun irrispettat il-prinċipju li “l-ebda kreditur ma jmur agħar”. Fl-istess ħin, jenħtieġ li l-Istati Membri ma jkunux meħtieġa jiffinanzjaw ir-riżoluzzjoni mill-baġit ġenerali tagħhom. |
|
(60) |
Meta japplikaw l-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni għall-kuntratti tal-assigurazzjoni, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jqisu li l-livelli ta' kopertura minima obbligatorja skont il-liġi applikabbli jiġu ssodisfati wara li l-kuntratt ikun ġie ristrutturat. Jenħtieġ li dan ma jipprevjenix lill-awtorità ta' riżoluzzjoni milli tapplika l-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni għall-klejms lill-assigurazzjoni li rriżultaw qabel id-data tal-azzjoni ta' riżoluzzjoni. |
|
(61) |
Bħala regola, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni japplikaw l-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni b'mod li jirrispetta t-trattament pari passu tal-kredituri u l-klassifikazzjoni statutorja tal-klejms skont il-liġi applikabbli dwar l-insolvenza. Għalhekk, jenħtieġ li t-telf l-ewwel jiġi assorbit minn strumenti ta' kapital regolatorju u jenħtieġ li jiġi allokat lill-azzjonisti permezz ta' kanċellazzjoni jew trasferiment ta' ishma jew permezz ta' dilwizzjoni severa. Meta dak ma jkunx biżżejjed, jenħtieġ li d-dejn subordinat jiġi kkonvertit jew jingħata valwazzjoni negattiva. Jenħtieġ li l-obbligazzjonijiet prijoritarji jiġu kkonvertiti jew jingħataw valwazzjoni negattiva meta d-dejn subordinat ikun ġie kkonvertit jew jingħata valwazzjoni negattiva għalkollox. Il-kontestazzjoni tat-tnaqqis tal-ammont prinċipali tal-istrument jew tal-obbligazzjoni jew il-konverżjoni tagħha li tirriżulta mill-eżerċizzju tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni jenħtieġ li tkun possibbli biss skont il-liġi tal-Istat Membru tal-awtorità tar-riżoluzzjoni li eżerċitat is-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni. |
|
(62) |
Jenħtieġ li l-eżenzjonijiet tal-obbligazzjonijiet, fost l-oħrajn għas-sistemi ta' pagament u ta' saldu, għall-impjegati jew għall-kredituri kummerċjali, jew il-klassifikazzjoni preferenzjali, japplikaw bl-istess mod f'pajjiżi terzi u fl-Unjoni. Sabiex jiġi żgurat li l-obbligazzjonijiet ikunu jingħataw valwazzjoni negattiva jew jiġu kkonvertiti f'pajjiżi terzi, huwa neċessarju li jiġi stabbilit li d-dispożizzjonijiet kuntrattwali rregolati bil-liġi ta' pajjiżi terzi jirrikonoxxu dik il-possibbiltà. Jenħtieġ li tali termini kuntrattwali ma jkunux meħtieġa għal obbligazzjonijiet eżentati mill-applikazzjoni tal-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni, jew meta l-liġi tal-pajjiż terz jew ftehim vinkolanti konkluż ma' dak il-pajjiż terz jippermetti lill-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-Istat Membru kkonċernat tapplika l-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni. |
|
(63) |
Jenħtieġ li l-azzjonisti u l-kredituri jikkontribwixxu, sa fejn ikun neċessarju, għall-mekkaniżmu ta' allokazzjoni tat-telf ta' impriża li tkun qed tfalli. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li strumenti ta' kapital tal-Grad 1, tal-Grad 2 u tal-Grad 3 jassorbu bis-sħiħ it-telf fil-punt ta' nuqqas ta' vijabbiltà tal-impriża tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni mittenti. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkunu meħtieġa japplikaw valwazzjoni negattiva totali fuq dawk l-istrumenti, jew jikkonvertuhom, fejn applikabbli, fi strumenti tal-Grad 1, fil-punt ta' nuqqas ta' vijabbiltà u qabel ma tittieħed kwalunkwe azzjoni ta' riżoluzzjoni. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-punt ta' nuqqas ta' vijabbiltà jinftiehem bħala l-punt li fih l-awtorità ta' riżoluzzjoni kkonċernata tiddetermina li l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni, jew il-punt li fih l-awtorità ta' riżoluzzjoni kkonċernata tiddeċiedi li l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ma tibqax vijabbli jekk dawk l-istrumenti kapitali ma jingħatawx valwazzjoni negattiva jew jiġu kkonvertiti. Jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti jiġu rrikonoxxuti fit-termini li jirregolaw l-istrument, u fi kwalunkwe prospett jew dokument ta' offerta ppubblikat jew ipprovdut b'rabta mal-istrumenti. |
|
(64) |
Sabiex tiġi żgurata l-eżekuzzjoni effettiva ta’ riżoluzzjoni, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkollhom is-setgħat legali neċessarji kollha li, f'kombinazzjonijiet differenti, jistgħu jiġu eżerċitati meta jiġu applikati l-għodod ta' riżoluzzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat legali jinkludu s-setgħa ta' trasferiment tal-ishma, jew ta' assi, ta' drittijiet jew ta' obbligazzjonijiet, tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li tkun qed tfalli lil entità oħra, li tinkludi impriża oħra jew impriża tranżitorja, is-setgħa li tapplika valwazzjoni negattiva jew tikkanċella ishma, jew tapplika valwazzjoni negattiva jew tikkonverti obbligazzjonijiet ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li tkun qed tfalli, is-setgħa li tissostitwixxi l-maniġment u s-setgħa li timponi moratorju temporanju fuq il-pagament tal-klejms. Huma meħtieġa setgħat anċillari, inkluż is-setgħa li tintalab il-kontinwità ta' servizzi essenzjali minn partijiet oħrajn ta' grupp. |
|
(65) |
Ma huwiex neċessarju li jiġu predefiniti l-mezzi eżatti li permezz tagħhom l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jenħtieġ li jintervjenu fl-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li tkun qed tfalli. Jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkollhom l-għażla bejn it-teħid tal-kontroll permezz ta' intervent dirett fl-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew permezz ta' ordni eżekuttiva. Jenħtieġ li jiddeċiedu skont iċ-ċirkostanzi tal-każ. |
|
(66) |
Huwa neċessarju li jiġu stabbiliti rekwiżiti proċedurali sabiex ikun żgurat li l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jiġu nnotifikati korrettament u jsiru pubbliċi. Madankollu, l-informazzjoni miksuba mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u mill-konsulenti professjonali tagħhom matul il-proċess ta' riżoluzzjoni x'aktarx li tkun sensittiva u, għalhekk, jenħtieġ li tkun soġġetta għal reġim ta' kunfidenzjalità effettiv qabel ma d-deċiżjoni ta' riżoluzzjoni ssir pubblika. Kwalunkwe informazzjoni pprovduta fir-rigward ta' deċiżjoni qabel ma tittieħed, kemm dwar jekk il-kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni jkunux issodisfati, dwar l-użu ta' għodda speċifika jew ta' kwalunkwe azzjoni matul il-proċedimenti, trid titqies li jkollha effett fuq l-interessi pubbliċi u privati kkonċernati mill-azzjoni. Għaldaqstant, huwa neċessarju li jiġi żgurat li jkun hemm mekkaniżmi xierqa għaż-żamma tal-kunfidenzjalità ta' din l-informazzjoni, inkluż dwar il-kontenut u d-dettalji tal-pjanijiet ta' rkupru u ta' riżoluzzjoni u r-riżultat ta' kwalunkwe valutazzjoni mwettqa f'dak il-kuntest. |
|
(67) |
Jenħtieġ li l-iskambji ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u l-awtoritajiet tat-taxxa ma jiġux ipprevenuti. Jenħtieġ li tali skambji jkunu konformi mal-liġi nazzjonali, u, fejn l-informazzjoni toriġina fi Stat Membru ieħor, jenħtieġ li tiġi skambjata biss bil-kunsens espliċitu tal-awtorità rilevanti li minnha toriġina l-informazzjoni. |
|
(68) |
Jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkollhom setgħat anċillari sabiex jiżguraw l-effettività tat-trasferiment tal-ishma jew tal-istrumenti tad-dejn u tal-assi, tad-drittijiet u tal-obbligazzjonijiet lil akkwirent terz jew lil impriża tranżitorja. B'mod partikolari, sabiex jiġi ffaċilitat trasferiment tal-klejms lill-assigurazzjoni jew lir-riassigurazzjoni mingħajr ma jiġi affettwat il-profil tar-riskju ġenerali tal-portafoll relatat u tal-provvedimenti tekniċi assoċjati u tar-rekwiżiti kapitali, jenħtieġ li jiġu ppreservati l-benefiċċji ekonomiċi pprovduti mill-ftehimiet ta' riassigurazzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkollhom il-kapaċità li jittrasferixxu l-klejms lill-assigurazzjoni jew lir-riassigurazzjoni flimkien mad-drittijiet ta' riassigurazzjoni korrispondenti tagħhom. Jenħtieġ li dik il-kapaċità tinkludi wkoll is-setgħa li jitneħħew id-drittijiet ta' partijiet terzi mill-istrumenti jew mill-assi ttrasferiti, is-setgħa li jiġu eżegwiti l-kuntratti u s-setgħa li tiġi prevista l-kontinwità tal-arranġamenti fir-rigward tal-benefiċjarju tal-assi u tal-ishma ttrasferiti. Jenħtieġ li lanqas ma jkun affettwat id-dritt ta' parti li ttemm kuntratt ma' impriża taħt riżoluzzjoni, jew ma' entità fi grupp tagħha, għal raġunijiet oħrajn minbarra r-riżoluzzjoni tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li tkun qed tfalli. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkollhom is-setgħat anċillari li jirrikjedu li l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni residwa li tkun qed tiġi stralċata skont proċedimenti normali ta' insolvenza tipprovdi s-servizzi li jkunu neċessarji sabiex l-impriża li lilha ġew ittrasferiti assi jew ishma permezz tal-applikazzjoni tal-għodda ta' bejgħ ta' negozju jew l-għodda tal-impriża tranżitorja tkun tista' topera n-negozju tagħha. |
|
(69) |
Skont l-Artikolu 47 tal-Karta, kull min iġarrab ksur tad-drittijiet u tal-libertajiet tiegħu garantiti bil-liġi tal-Unjoni jkollu d-dritt għal rimedju effettiv quddiem tribunal. Għalhekk, jenħtieġ li d-deċiżjonijiet meħudin mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkunu soġġetti għal dritt ta' appell. |
|
(70) |
Il-miżuri għall-ġestjoni ta' kriżijiet meħudin mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jirrikjedu valutazzjonijiet ekonomiċi kumplessi u marġni kbira ta' diskrezzjoni. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni huma speċifikament mgħammrin bil-kompetenzi meħtieġa sabiex jagħmlu dawk il-valutazzjonijiet u sabiex jiddeterminaw l-użu xieraq tal-marġni ta' diskrezzjoni. Għalhekk, huwa importanti li jiġi żgurat li l-valutazzjonijiet ekonomiċi kumplessi magħmulin mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni f'dak il-kuntest jintużaw bħala bażi mill-qrati nazzjonali meta jirrieżaminaw il-miżuri għall-ġestjoni ta' kriżijiet ikkonċernati. Madankollu, jenħtieġ li n-natura kumplessa ta' dawk il-valutazzjonijiet ma twaqqafx lill-qrati nazzjonali milli jeżaminaw jekk l-evidenza użata mill-awtorità ta' riżoluzzjoni tkunx fattwalment akkurata, affidabbli u konsistenti, jekk dik l-evidenza fihiex informazzjoni rilevanti li jenħtieġ li titqies sabiex tiġi vvalutata sitwazzjoni kumplessa u jekk hijiex kapaċi tissostanzja l-konklużjonijiet mislutin minnha. |
|
(71) |
Sabiex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet ta' urġenza, huwa neċessarju li jiġi previst li l-preżentazzjoni ta' kwalunkwe appell ma tirriżultax f'sospensjoni awtomatika tal-effetti tad-deċiżjoni kkontestata u li d-deċiżjoni tal-awtorità ta' riżoluzzjoni tkun eżegwibbli minnufih bi preżunzjoni li s-sospensjoni tagħha tmur kontra l-interess pubbliku. |
|
(72) |
Huwa neċessarju li jiġu protetti partijiet terzi li jkunu kisbu assi, drittijiet u obbligazzjonijiet tal-impriża taħt riżoluzzjoni in bona fide bis-saħħa tal-eżerċizzju tas-setgħat ta' riżoluzzjoni mill-awtoritajiet. Huwa ugwalment neċessarju li tiġi żgurata l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji. Għalhekk, jenħtieġ li dritt ta' appell kontra deċiżjoni ta' riżoluzzjoni ma jaffettwax xi att amministrattiv jew tranżazzjoni sussegwenti konkluża abbażi ta' deċiżjoni annullata. Jenħtieġ li f'dawn il-każijiet ir-rimedji għal deċiżjoni inġusta jkunu limitati għall-għoti ta' kumpens għad-danni mġarrbin mill-persuni affettwati. |
|
(73) |
Jistgħu jkunu meħtieġa li jittieħdu miżuri għall-ġestjoni ta' kriżijiet b'mod urġenti minħabba riskji serji għall-istabbiltà finanzjarja fl-Istat Membru kkonċernat u fl-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li kwalunkwe proċedura skont il-liġi nazzjonali relatata mal-applikazzjoni għall-approvazzjoni ġudizzjarja ex ante ta' miżura għall-ġestjoni ta' kriżijiet u mal-kunsiderazzjoni ta' tali applikazzjoni minn qorti tkun rapida. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-awtorità kkonċernata tkun tista' tieħu d-deċiżjoni tagħha immedjatament wara li qorti tkun tat l-approvazzjoni tagħha. Jenħtieġ li dik il-possibbiltà tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-partijiet interessati li jopponu d-deċiżjoni quddiem il-qorti. Madankollu, jenħtieġ li tali possibbiltà tingħata biss għal perjodu limitat wara li l-awtorità ta' riżoluzzjoni tkun ħadet il-miżura għall-ġestjoni ta' kriżijiet sabiex ma ddewwimx bla bżonn l-applikazzjoni tad-deċiżjoni ta' riżoluzzjoni. |
|
(74) |
Riżoluzzjoni effiċjenti u l-ħtieġa li jiġu evitati kunflitti dwar il-ġuriżdizzjoni jeħtieġu li l-ebda proċediment normali ta' insolvenza għal impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li tkun qed tfalli jinfetħu jew jitkomplu waqt li awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun qed teżerċita s-setgħat ta’ riżoluzzjoni tagħha jew tapplika l-għodod ta’ riżoluzzjoni, ħlief fuq l-inizjattiva, jew bil-kunsens, tal-awtorità ta' riżoluzzjoni. Għalhekk, huwa neċessarju li jiġi stabbilit li ċerti obbligi kuntrattwali jistgħu jiġu sospiżi għal perjodu limitat sabiex l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkunu jistgħu japplikaw l-għodod ta' riżoluzzjoni. Madankollu, jenħtieġ li dik il-possibbiltà ma tapplikax għall-obbligi fir-rigward tas-sistemi nnominati minn Stat Membru kif imsemmi fid-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), inkluż kontropartijiet ċentrali. Id-Direttiva 98/26/KE tnaqqas ir-riskju assoċjat mal-parteċipazzjoni f'sistemi ta' pagament u ta' saldu tat-titoli, b'mod partikolari billi tnaqqas id-disturbi fil-każ tal-insolvenza ta' parteċipant f'sistema bħal din. Huwa neċessarju li jiġi żgurat li dawk il-protezzjonijiet ikomplu japplikaw f'sitwazzjonijiet ta' kriżi u li tinżamm ċertezza xierqa għall-operaturi ta' sistemi ta' pagament u ta' titoli u għal parteċipanti oħrajn fis-suq. Għalhekk, jenħtieġ li, minnha nnifisha, miżura ta' prevenzjoni ta' kriżijiet jew miżura għall-ġestjoni ta' kriżijiet ma titqiesx li tikkostitwixxi proċedimenti ta' insolvenza skont it-tifsira tad-Direttiva 98/26/KE, dment li jkomplu jitwettqu l-obbligi sostantivi skont il-kuntratti ikkonċernati. |
|
(75) |
Huwa neċessarju li jiġi żgurat li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, meta jittrasferixxu assi u obbligazzjonijiet lil akkwirent mis-settur privat jew lil impriża tranżitorja, ikollhom żmien adegwat sabiex jidentifikaw kuntratti li jeħtieġ li jiġu ttrasferiti. Għalhekk, jenħtieġ li jkun possibbli għall-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni li jirrestrinġu d-drittijiet tal-kontropartijiet li jsaldu, jaċċelleraw jew jitterminaw b'xi mod ieħor il-kuntratti finanzjarji qabel ma jsir it-trasferiment. Jenħtieġ li tali restrizzjonijiet jippermettu lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jiksbu stampa vera tal-karta bilanċjali tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li tkun qed tfalli mingħajr il-bidliet fil-valur u fil-kamp ta' applikazzjoni li jkun jinvolvi eżerċizzju estensiv tad-drittijiet tat-terminazzjoni, u jenħtieġ li jgħinu sabiex jiġi evitat il-ħolqien ta' instabbiltà fis-suq. Madankollu, jenħtieġ li l-interferenza mad-drittijiet kuntrattwali tal-kontropartijiet tkun ristretta għall-minimu neċessarju. Għalhekk, jenħtieġ li kwalunkwe restrizzjoni fuq id-drittijiet tat-terminazzjoni imposta mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tapplika biss fir-rigward ta' miżuri jew ta' avvenimenti għall-ġestjoni ta' kriżijiet direttament marbutin mal-applikazzjoni ta' tali miżuri. Għalhekk, jenħtieġ li jinżammu d-drittijiet ta' terminazzjoni li jirriżultaw minn kwalunkwe inadempjenza oħra, inkluż in-nuqqas ta' ħlas jew ta' konsenja ta' marġni. |
|
(76) |
Huwa neċessarju li jiġu ppreservati l-arranġamenti leġittimi tas-suq kapitali fil-każ ta' trasferiment ta' xi wħud mill-assi, mid-drittijiet u mill-obbligazzjonijiet ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li tkun qed tfalli, iżda mhux kollha. Għalhekk, huwa xieraq li jiġu stabbiliti salvagwardji sabiex jiġi evitat il-qsim ta' obbligazzjonijiet marbutin jew ta' drittijiet u ta' kuntratti marbutin, li jinkludu kuntratti mal-istess kontroparti koperti minn arranġamenti ta' titoli, minn arranġamenti kollaterali finanzjarji dwar trasferiment ta' titlu, minn arranġamenti ta' tpaċija, minn arranġamenti ta' netting ta' saldu, u minn arranġamenti ta' finanzjament strutturat. Meta jkunu japplikaw salvagwardji bħal dawn, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkunu marbutin li jittrasferixxu l-kuntratti konnessi kollha f'arranġament protett, jew iħalluhom kollha mal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni residwa li tkun qed tfalli. Jenħtieġ li dawn is-salvagwardji jiżguraw li t-trattament regolatorju tal-kapital ta' skoperturi soġġetti għal ftehim ta' netting għall-finijiet tad-Direttiva 2009/138/KE ma jkunx affettwat. |
|
(77) |
Sabiex tiġi pprovduta l-istabbiltà finanzjarja lill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, jenħtieġ li jiġi introdott moratorju fuq id-drittijiet ta' ċediment tad-detenturi ta' poloz. Jenħtieġ li t-tali moratorju u l-istabbiltà finanzjarja li tirriżulta għall-impriża kkonċernata jipprovdu lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni biżżejjed żmien sabiex jagħtu valwazzjoni lil dawk l-impriżi u jivvalutaw liema għodod ta' riżoluzzjoni jenħtieġ li jiġu applikati. Jenħtieġ li t-tali moratorju jiżgura wkoll trattament ugwali tad-detenturi ta' poloz, u b'hekk jevita impatti finanzjarji avversi potenzjali fuq id-detenturi ta' poloz li ma jkunux fost l-ewwel li jċedu l-polza tagħhom. Minħabba li wieħed mill-objettivi tar-riżoluzzjoni huwa l-kontinwazzjoni tal-kopertura tal-assigurazzjoni, jenħtieġ li d-detenturi ta' poloz ikomplu jagħmlu kwalunkwe pagament obbligatorju skont il-kuntratti tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni kkonċernati, inkluż fil-każ ta' annwalitajiet. |
|
(78) |
L-iżgurar li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkollhom l-istess għodod u setgħat ta' riżoluzzjoni għad-dispożizzjoni tagħhom jiffaċilita azzjoni koordinata fil-każ ta' falliment ta' grupp transfruntier. Madankollu, hija neċessarja azzjoni ulterjuri sabiex tiġi promossa l-kooperazzjoni u jiġu evitati risponsi nazzjonali frammentati. Għalhekk, sabiex jaqblu dwar skema ta' riżoluzzjoni ta' grupp meta jiġu riżolti entitajiet fi grupp, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkunu meħtieġa jikkonsultaw lil xulxin u jikkooperaw fil-kulleġġi ta' riżoluzzjoni. Sabiex jiġi previst forum għad-diskussjoni u sabiex jintlaħaq tali ftehim, jenħtieġ li jitwaqqfu kulleġġi ta' riżoluzzjoni, bil-kulleġġi ta' superviżuri eżistenti fil-qalba tagħhom, permezz tal-inklużjoni tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u l-involviment ta' ministeri kompetenti, tal-EIOPA u, fejn xieraq, tal-awtoritajiet responsabbli għall-iskemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni. Jenħtieġ li l-kulleġġi ta' riżoluzzjoni ma jkunux korpi tat-teħid ta' deċiżjonijiet, iżda pjattaformi li jiffaċilitaw it-teħid ta' deċiżjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali, filwaqt li jenħtieġ li jkun f'idejn l-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati li jieħdu d-deċiżjonijiet konġunti. |
|
(79) |
Wara l-iżviluppi regolatorji bi tweġiba għall-kriżi finanzjarja globali, l-esperjenza miksuba minn dik il-kriżi, u l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni, wara li tkun ikkonsultat mal-EIOPA, jenħtieġ li tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta l-adegwatezza tal-istandards komuni minimi għall-iskemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni fl-Unjoni. Jenħtieġ li dak ir-rapport mill-inqas: jivvaluta s-sitwazzjoni attwali tal-iskemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni fl-Istati Membri (livell ta' kopertura, tipi ta' assigurazzjoni koperti, skattaturi); jiddiskuti opzjonijiet politiċi, inkluż l-opzjonijiet politiċi differenti, bħall-użu ta' skemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni biex ikomplu jew biex jillikwidaw poloz tal-assigurazzjoni, u b'hekk jittieħed kont debitu tad-differenzi fil-prodotti tal-assigurazzjoni f'diversi Stati Membri; jivvaluta l-ħtieġa li tiġi introdotta u, fejn xieraq, jiddeskrivi l-passi meħtieġa biex tiġi introdotta linja bażi minima għall-iskemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni madwar l-Unjoni. Jenħtieġ li r-rapport ikun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva, fejn xieraq. |
|
(80) |
Jenħtieġ li r-riżoluzzjoni ta' gruppi transfruntiera ssib bilanċ bejn, fuq naħa waħda, il-ħtieġa għal proċeduri li jqisu l-kritikalità tas-sitwazzjoni u jippermettu soluzzjonijiet effiċjenti, ġusti u fil-ħin għall-grupp kollu u, min-naħa l-oħra, in-neċessità li jiġu protetti d-detenturi ta' poloz, l-ekonomija reali u l-istabbiltà finanzjarja fl-Istati Membri kollha fejn jopera l-grupp. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni differenti jaqsmu l-fehmiet tagħhom fil-kulleġġ ta' riżoluzzjoni u jenħtieġ li kwalunkwe azzjoni ta' riżoluzzjoni proposta mill-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-livell tal-grupp titħejja u tiġi diskussa fost l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni differenti fil-kuntest tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni ta' grupp. Sabiex jiġu ffaċilitati deċiżjonijiet rapidi u konġunti kull meta jkunu possibbli, jenħtieġ li l-kulleġġi ta' riżoluzzjoni jqisu wkoll il-fehmiet tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-Istati Membri kollha li fihom ikun attiv il-grupp. |
|
(81) |
Jenħtieġ li l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni mill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp dejjem iqisu l-impatt tagħhom fuq id-detenturi ta' poloz, fuq l-ekonomija reali u fuq l-istabbiltà finanzjarja fl-Istati Membri fejn jopera l-grupp. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-Istat Membru li fih tkun stabbilita impriża sussidjarja jkunu jistgħu joġġezzjonaw, bħala l-aħħar istanza u f'każijiet debitament ġustifikati, għad-deċiżjonijiet tal-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp meta dawk l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkunu tal-fehma li l-azzjonijiet u l-miżuri ta' riżoluzzjoni ma jkunux xierqa, jew minħabba l-ħtieġa li jiġu protetti d-detenturi ta' poloz, l-ekonomija reali u l-istabbiltà finanzjarja f'dak l-Istat Membru, jew minħabba obbligi li jkunu soġġetti għalihom impriżi komparabbli f'dak l-Istat Membru. |
|
(82) |
Jenħtieġ li l-iskemi ta' riżoluzzjoni ta' grupp tiffaċilita riżoluzzjoni koordinata, li għandha probabbiltà akbar li twassal l-aħjar riżultat għall-impriżi kollha fi grupp. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' grupp jipproponu skemi ta' riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp u jippreżentaw dawk l-iskemi lill-kulleġġ ta' riżoluzzjoni. Jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni li ma jaqblux ma' skema ta' riżoluzzjoni ta' grupp jew jiddeċiedu li jieħdu azzjoni ta' riżoluzzjoni indipendenti jispjegaw lill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp u lil awtoritajiet ta' riżoluzzjoni oħrajn koperti mill-iskema ta' riżoluzzjoni ta' grupp ir-raġunijiet għan-nuqqas ta' qbil tagħhom u jinnotifikaw dawk ir-raġunijiet, flimkien mad-dettalji ta' kwalunkwe azzjoni ta' riżoluzzjoni indipendenti li jkun biħsiebhom jieħdu. Jenħtieġ li kwalunkwe awtorità ta' riżoluzzjoni li tiddeċiedi li titlaq mill-iskema ta' riżoluzzjoni ta' grupp tikkunsidra kif xieraq l-impatt potenzjali tat-tali tluq fuq id-detenturi ta' poloz, fuq l-ekonomija reali u fuq l-istabbiltà finanzjarja fl-Istati Membri fejn jinsabu l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni l-oħrajn u l-effetti potenzjali tat-tali tluq fuq partijiet oħrajn tal-grupp. |
|
(83) |
Sabiex tiġi żgurata azzjoni koordinata fil-livell tal-grupp, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jiġu mistiedna japplikaw, fi skema ta' riżoluzzjoni ta' grupp, l-istess għodda għall-entitajiet li jappartjenu għall-grupp li jissodisfaw il-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp ikollhom is-setgħa li japplikaw l-għodda ta' impriża tranżitorja fil-livell tal-grupp sabiex jistabbilizzaw grupp b'mod ġenerali u jittrasferixxu s-sjieda tal-impriżi sussidjarji lill-impriża tranżitorja bil-ħsieb tal-bejgħ ulterjuri ta' tali impriżi sussidjarji, jew bħala pakkett jew individwalment, meta l-kundizzjonijiet tas-suq ikunu xierqa. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp ikollha s-setgħa tapplika l-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni fil-livell tal-kumpanija omm. |
|
(84) |
Ir-riżoluzzjoni effettiva tal-impriżi u tal-gruppi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni attivi internazzjonalment teħtieġ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' pajjiżi terzi. Għal dak l-għan, meta jkun iġġustifikat mis-sitwazzjoni inkwistjoni, jenħtieġ li l-EIOPA tingħata s-setgħa li tiżviluppa u tidħol f'arranġamenti ta' kooperazzjoni qafas mhux vinkolanti mal-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi f'konformità mal-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali jitħallew jikkonkludu arranġamenti bilaterali ma' awtoritajiet ta' pajjiżi terzi f'konformità mal-ftehimiet qafas ta' kooperazzjoni tal-EIOPA. Jenħtieġ li l-iżvilupp ta' tali arranġamenti bilaterali jiżgura ppjanar, teħid ta' deċiżjonijiet u koordinazzjoni effettivi fir-rigward ta' tali impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni attivi internazzjonalment. Sabiex jinħolqu kundizzjonijiet ekwi, jenħtieġ li t-tali arranġamenti bilaterali jkunu reċiproċi, bl-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni li jirrikonoxxu u jinfurzaw il-proċedimenti ta' xulxin, sakemm ma tkunx tapplika xi eċċezzjoni li tippermetti ċ-ċaħda tar-rikonoxximent ta' proċedimenti ta' riżoluzzjoni ta' pajjiżi terzi. |
|
(85) |
Jenħtieġ li jkun hemm kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni kemm fir-rigward tal-impriżi sussidjarji ta' gruppi tal-Unjoni jew ta' pajjiżi terzi kif ukoll fir-rigward ta' fergħat ta' impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tal-Unjoni jew ta' pajjiżi terzi. L-impriżi sussidjarji ta' gruppi ta' pajjiżi terzi huma impriżi stabbiliti fl-Unjoni u, għalhekk, huma soġġetti bis-sħiħ għal-liġi tal-Unjoni, inkluż l-applikazzjoni ta' kwalunkwe għodda ta' riżoluzzjoni. Madankollu, huwa neċessarju li l-Istati Membri jżommu d-dritt li jaġixxu fir-rigward ta' fergħat ta' impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jkollhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom f'pajjiżi terzi, meta r-rikonoxximent u l-applikazzjoni ta' proċedimenti ta' riżoluzzjoni ta' pajjiżi terzi relatati ma' fergħa jipperikolaw l-ekonomija reali jew l-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni, jew meta d-detenturi ta' poloz tal-Unjoni ma jirċevux trattament ugwali bħad-detenturi ta' poloz ta' pajjiżi terzi. F'dawk iċ-ċirkostanzi, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom id-dritt, wara li jkunu kkonsultaw lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tagħhom, li jirrifjutaw ir-rikonoxximent ta' proċedimenti ta' riżoluzzjoni ta' pajjiżi terzi. |
|
(86) |
Jenħtieġ li l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva ma tipprevjenix l-iskemi nazzjonali ta' garanzija tal-assigurazzjoni milli jikkoeżistu mal-qafas ta' rkupru u riżoluzzjoni, irrispettivament mis-sors ta' finanzjament tal-iskemi nazzjonali ta' garanzija tal-assigurazzjoni. Jenħtieġ li l-użu ta' għodod u setgħat ta' riżoluzzjoni għal impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ma jipprevjenix lid-detenturi ta' poloz, lill-benefiċjarji u lil pretendenti oħra milli jiġu kkumpensati permezz ta' dawn l-iskemi nazzjonali ta' garanzija tal-assigurazzjoni. |
|
(87) |
Jenħtieġ li l-EIOPA tippromwovi l-konverġenza tal-prattiki tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni permezz ta' linji gwida li jinħarġu f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010. B'mod aktar partikolari, jenħtieġ li l-EIOPA tispeċifika dan kollu li ġej: (a) aktar dettalji dwar il-kriterji li jikkonċernaw l-applikazzjoni ta' obbligi simplifikati għal ċerti impriżi; (b) medda ta' xenarji għall-pjanijiet ta' rkupru preventiv u lista minima ta' indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi; (c) il-kriterji għall-identifikazzjoni ta' funzjonijiet kritiċi; (d) il-kwistjonijiet u l-kriterji ulterjuri għall-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà; (e) id-dettalji dwar il-miżuri sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà u ċ-ċirkostanzi li fihom tista' tiġi applikata kull miżura; u (f) kif jenħtieġ li l-informazzjoni tiġi pprovduta fil-qosor jew f'forma kollettiva għall-fini tar-rekwiżiti ta' kunfidenzjalità. |
|
(88) |
Jenħtieġ li standards tekniċi fis-servizzi finanzjarji jiffaċilitaw armonizzazzjoni konsistenti u protezzjoni adegwata tad-detenturi ta' poloz, tal-investituri u tal-konsumaturi madwar l-Unjoni. Bħala korp b'għarfien espert speċjalizzat ħafna, ikun effiċjenti u xieraq li l-EIOPA tiġi fdata bl-iżvilupp ta' abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji u ta' implimentazzjoni li ma jinvolvux għażliet politiċi, li għandhom jitressqu quddiem il-Kummissjoni. |
|
(89) |
Jenħtieġ li, fejn previst f'din id-Direttiva, il-Kummissjoni tadotta, permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE, abbozz ta' standards tekniċi regolatorji żviluppat mill-EIOPA, u f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 sabiex tispeċifika l-elementi li ġejjin: (a) il-kriterji biex impriża tiġi soġġetta għal ippjanar ta' rkupru preventiv, il-metodi li għandhom jintużaw meta jiġu ddeterminati l-ishma mis-suq għall-finijiet tal-ippjanar ta' rkupru u l-informazzjoni li għandha tkun inkluża fil-pjanijiet ta' rkupru preventiv; (b) il-kontenut tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni u l-kontenut tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni ta' grupp; (c) elementi differenti dwar il-valwazzjoni, inkluż iċ-ċirkostanzi li fihom persuna titqies li hija indipendenti għall-finijiet tat-twettiq ta' valwazzjoni, il-metodoloġiji għall-valutazzjoni tal-valur tal-assi u l-obbligazzjonijiet fil-kuntest tar-riżoluzzjoni, is-separazzjoni ta' valwazzjonijiet differenti, metodoloġija għall-kalkolu tal-buffer għal telf addizzjonali li għandu jiġi inkluż fil-valwazzjonijiet proviżorji, il-metodoloġiji u l-prinċipji dwar il-valwazzjoni tal-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn derivattivi u l-metodoloġija għat-twettiq tal-valwazzjoni tad-differenza fit-trattament; (d) il-kontenut tat-termini kuntrattwali li għandu jiġi inkluż fil-kuntratti finanzjarji rregolati bil-liġi ta' pajjiż terz; (e) il-funzjonament operazzjonali tal-kulleġġi ta' riżoluzzjoni. Jenħtieġ li, fejn previst f'din id-Direttiva, il-Kummissjoni tadotta abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni żviluppati mill-EIOPA permezz ta' atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 TFUE, f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 sabiex tispeċifika l-proċeduri, il-kontenut u sett minimu ta' formoli u ta' mudelli standard għall-għoti ta' informazzjoni għall-finijiet ta' pjanijiet ta' riżoluzzjoni u għall-kooperazzjoni mill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni. |
|
(90) |
Id-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), id-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) u d-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) jinkludu regoli dwar il-protezzjoni tal-azzjonisti u tal-kredituri ta' impriżi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dawk id-Direttivi. F'sitwazzjoni li fiha l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkunu meħtieġa jaġixxu b'mod rapidu, dawk ir-regoli jistgħu jfixklu azzjoni ta' riżoluzzjoni effettiva u l-applikazzjoni ta' għodda u ta' setgħat ta' riżoluzzjoni mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li d-derogi skont id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) u r-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) jiġu estiżi għal azzjonijiet meħudin fil-kuntest tar-riżoluzzjoni tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni. Sabiex ikun garantit il-grad massimu ta' ċertezza legali għall-partijiet ikkonċernati, jenħtieġ li t-tali derogi jkunu stabbiliti b'mod ċar, ikunu ristretti, u jenħtieġ li jintużaw biss fl-interess pubbliku u meta jkunu ssodisfati l-iskattaturi ta' riżoluzzjoni. |
|
(91) |
Sabiex jiġu pprovduti kondiviżjoni u aċċess adegwati tal-informazzjoni lill-awtoritajiet ikkonċernati kollha, huwa neċessarju li jiġi żgurat li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkunu rrappreżentati fil-fora rilevanti kollha u li l-EIOPA tibbenefika mill-għarfien espert neċessarju sabiex twettaq il-kompiti relatati mal-irkupru u mar-riżoluzzjoni tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1094/2010 jiġi emendat sabiex jinħatru awtoritajiet ta' riżoluzzjoni bħala awtoritajiet kompetenti kif imsemmi f'dak ir-Regolament. Tali assimilazzjoni bejn l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti hija konsistenti mal-funzjonijiet attribwiti lill-EIOPA skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 sabiex tikkontribwixxi u tipparteċipa b'mod attiv fl-iżvilupp u fil-koordinazzjoni tal-pjanijiet ta' rkupru u ta' riżoluzzjoni. |
|
(92) |
Huwa neċessarju li jiġi żgurat li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, dawk li effettivament jikkontrollaw in-negozju tagħhom, u l-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tagħhom jikkonformaw mal-obbligi tagħhom fir-rigward tar-riżoluzzjoni ta' tali impriżi. Huwa ugwalment neċessarju li jiġi żgurat li dawk l-impriżi, dawk li effettivament jikkontrollaw in-negozju tagħhom, u l-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tagħhom ikunu soġġetti għal trattament simili madwar l-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jipprevedu sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħrajn li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Jenħtieġ li t-tali sanzjonijiet u miżuri amministrattivi oħrajn jissodisfaw ċerti rekwiżiti essenzjali fir-rigward tad-destinatarji, tal-kriterji li għandhom ikunu kkunsidrati meta tiġi applikata sanzjoni amministrattiva jew miżura amministrattiva oħra, tal-pubblikazzjoni tas-sanzjonijiet amministrattivi jew ta' miżuri amministrattivi oħrajn, tas-setgħat ewlenin ta' sanzjonar u tal-livelli ta' multi amministrattivi. Soġġetta għal segretezza professjonali stretta, jenħtieġ li l-EIOPA żżomm bażi ta' data ċentrali tas-sanzjonijiet amministrattivi kollha jew ta' miżuri amministrattivi oħrajn u informazzjoni dwar l-appelli rrapportati lilha mill-awtoritajiet superviżorji u mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni. |
|
(93) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri ma jkunux meħtieġa jistabbilixxu regoli għal sanzjonijiet amministrattivi jew għal miżuri amministrattivi oħrajn għal ksur ta' din id-Direttiva li huwa soġġett għad-dritt penali nazzjonali. Madankollu, jenħtieġ li ż-żamma ta' sanzjonijiet kriminali minflok sanzjonijiet amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħrajn għall-ksur ma tnaqqasx jew ma taffettwax b'xi mod ieħor il-kapaċità tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u tal-awtoritajiet superviżorji li jikkooperaw, jaċċedu u jiskambjaw informazzjoni fil-ħin ma' awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u ma' awtoritajiet superviżorji fi Stati Membri oħrajn, inkluż wara kwalunkwe riferiment tal-ksur ikkonċernat lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti għal prosekuzzjoni. |
|
(94) |
Minħabba li l-objettiv ta' din id-Direttiva, jiġifieri l-armonizzazzjoni tar-regoli u tal-proċessi għar-riżoluzzjoni tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’ pjuttost, minħabba l-effetti ta' falliment ta' kwalunkwe impriża fl-Unjoni kollha, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stipulat f'dan l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv. |
|
(95) |
Meta jieħdu deċiżjonijiet jew azzjonijiet skont din id-Direttiva, jenħtieġ li l-awtoritajiet superviżorji u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni dejjem iqisu kif xieraq l-impatt tad-deċiżjonijiet u tal-azzjonijiet tagħhom fuq id-detenturi ta' poloz, fuq l-ekonomija reali u fuq l-istabbiltà finanzjarja fi Stati Membri oħrajn u jenħtieġ li jqisu s-sinifikat ta' kwalunkwe impriża sussidjarja jew ta' attivitajiet transfruntiera għad-detenturi ta' poloz, għas-settur finanzjarju u għall-ekonomija tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita t-tali impriża sussidjarja jew jitwettqu l-attivitajiet, anki f'każijiet li fihom l-impriża sussidjarja jew l-attivitajiet transfruntiera kkonċernati jkunu ta' importanza iżgħar għall-grupp. |
|
(96) |
Sa ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni, abbażi tal-esperjenza miksuba u wara li tkun ikkonsultat mal-EIOPA, tevalwa u tħejji rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jkun fih aktar dettall u li fih tiffoka fuq aspetti magħżula tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
TITOLU I
IS-SUĠĠETT U L-KAMP TA' APPLIKAZZJONI, ID-DEFINIZZJONIJIET U L-ĦATRA TAL-AWTORITAJIET TA' RIŻOLUZZJONI
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
1. Din id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri marbuta mal-irkupru u r-riżoluzzjoni, tal-entitajiet segwenti:
|
(a) |
impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li huma stabbiliti fl-Unjoni u li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/138/KE; |
|
(b) |
kumpaniji prinċipali tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni stabbiliti fl-Unjoni; |
|
(c) |
kumpaniji holding tal-assigurazzjoni u kumpaniji holding finanzjarji mħalltin li huma stabbiliti fl-Unjoni; |
|
(d) |
kumpaniji holding prinċipali tal-assigurazzjoni fi Stat Membru u kumpaniji holding finanzjarji mħalltin prinċipali fi Stat Membru; |
|
(e) |
kumpaniji holding prinċipali tal-assigurazzjoni tal-Unjoni u kumpaniji holding finanzjarji mħalltin prinċipali tal-Unjoni; |
|
(f) |
fergħat ta' impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li huma stabbiliti f’pajjiż terz u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 75 sa 80. |
Din id-Direttiva tistabbilixxi wkoll regoli u proċeduri relatati mal-fornituri ta' servizzi essenzjali meta l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni rilevanti tidħol f'riżoluzzjoni.
Meta jistabbilixxu u japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva u meta japplikaw l-għodod differenti għad-dispożizzjoni tagħhom fir-rigward ta' entità msemmija fl-ewwel jew it-tieni subparagrafu, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u l-awtoritajiet superviżorji għandhom iqisu n-natura tan-negozju ta' dik l-entità, l-istruttura tal-parteċipazzjoni azzjonarja, il-forma ġuridika, il-profil tar-riskju, id-daqs, l-istatus legali u l-interkonnettività ma' istituzzjonijiet oħrajn jew mas-sistema finanzjarja b'mod ġenerali, u l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-entità.
2. L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu regoli li huma aktar stretti jew addizzjonali għal dawk stipulati f'din id-Direttiva u fl-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi ta' din id-Direttiva, dment li dawk ir-regoli jkunu ta' applikazzjoni ġenerali u ma jmorrux kontra din id-Direttiva jew l-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tagħha.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“riżoluzzjoni” tfisser l-applikazzjoni ta' għodda ta' riżoluzzjoni jew ta' għodda msemmija fl-Artikolu 26(7) sabiex jinkiseb wieħed jew aktar mill-objettivi ta' riżoluzzjoni msemmijin fl-Artikolu 18(2); |
|
(2) |
“impriża tal-assigurazzjoni” tfisser impriża tal-assigurazzjoni kif iddefinita fl-Artikolu 13, il-punt (1), tad-Direttiva 2009/138/KE; |
|
(3) |
“impriża tar-riassigurazzjoni” tfisser impriża tar-riassigurazzjoni kif iddefinita fl-Artikolu 13, il-punt (4), tad-Direttiva 2009/138/KE; |
|
(4) |
“kumpanija holding tal-assigurazzjoni” tfisser kumpanija holding tal-assigurazzjoni kif iddefinita fl-Artikolu 212(1), il-punt (f), tad-Direttiva 2009/138/KE; |
|
(5) |
“kumpanija holding finanzjarja mħallta” tfisser kumpanija holding finanzjarja mħallta kif iddefinita fl-Artikolu 2, il-punt (15), tad-Direttiva 2002/87/KE; |
|
(6) |
“kumpanija holding prinċipali tal-assigurazzjoni fi Stat Membru” tfisser kumpanija holding tal-assigurazzjoni li hija stabbilita fi Stat Membru u li ma hijiex impriża sussidjarja ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, ta' kumpanija holding tal-assigurazzjoni jew ta' kumpanija holding finanzjarja mħallta awtorizzata jew stabbilita fl-istess Stat Membru; |
|
(7) |
“kumpanija holding prinċipali tal-assigurazzjoni tal-Unjoni” tfisser kumpanija holding prinċipali tal-assigurazzjoni fi Stat Membru li ma hijiex impriża sussidjarja ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, kumpanija holding tal-assigurazzjoni oħra jew kumpanija holding finanzjarja mħallta awtorizzata jew stabbilita fi kwalunkwe Stat Membru; |
|
(8) |
“kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru” tfisser kumpanija holding finanzjarja mħallta li hija stabbilita fi Stat Membru, u li ma hijiex hija stess impriża sussidjarja ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, kumpanija holding tal-assigurazzjoni jew kumpanija holding finanzjarja mħallta awtorizzata jew stabbilita f'dak l-istess Stat Membru; |
|
(9) |
“kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali fl-Unjoni” tfisser kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru li ma tkunx impriża sussidjarja ta' impriża awtorizzata fi kwalunkwe Stat Membru jew ta' kumpanija holding tal-assigurazzjoni oħra jew ta' kumpanija holding finanzjarja mħallta stabbilita fi kwalunkwe Stat Membru; |
|
(10) |
“grupp” tfisser grupp kif definit fl-Artikolu 212(1), il-punt (c) tad-Direttiva 2009/138/KE; |
|
(11) |
“objettivi ta' riżoluzzjoni” tfisser l-objettivi ta' riżoluzzjoni msemmijin fl-Artikolu 18(2); |
|
(12) |
“awtorità ta' riżoluzzjoni” tfisser awtorità maħtura minn Stat Membru f'konformità mal-Artikolu 3; |
|
(13) |
“awtorità superviżorja” tfisser awtorità superviżorja kif iddefinita fl-Artikolu 13, il-punt (10), tad-Direttiva 2009/138/KE; |
|
(14) |
“għodda ta' riżoluzzjoni” tfisser għodda ta' riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 26(3); |
|
(15) |
“setgħa ta' riżoluzzjoni” tfisser setgħa imsemmija fl-Artikoli 42 sa 54; |
|
(16) |
“ministeri kompetenti” tfisser ministeri għall-finanzi jew ministeri oħrajn tal-Istati Membri li huma responsabbli għal deċiżjonijiet ekonomiċi, finanzjarji u baġitarji fil-livell nazzjonali f'konformità mal-kompetenzi nazzjonali u li ġew maħtura f'konformità mal-Artikolu 3(7); |
|
(17) |
“maniġment superjuri” tfisser il-persuna jew il-persuni li effettivament imexxu l-impriża u li jkunu responsabbli, u jagħtu kont lill-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju għall-ġestjoni ta' kuljum tal-impriża; |
|
(18) |
“grupp transfruntier” tfisser grupp li għandu entitajiet fi grupp stabbiliti f'aktar minn Stat Membru wieħed; |
|
(19) |
“għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja” tfisser għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE, jew kwalunkwe appoġġ finanzjarju pubbliku ieħor fil-livell supranazzjonali, li jekk jiġi pprovdut fil-livell nazzjonal, ikun jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat mogħtija biex tippreserva jew tirrestawra l-vijabbiltà, il-likwidità jew is-solvenza ta' entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), jew ta' grupp li tali entità tagħmel parti minnu; |
|
(20) |
“entità fi grupp” tfisser persuna ġuridika li hija parti minn grupp; |
|
(21) |
“superviżur tal-grupp” tfisser superviżur tal-grupp kif iddefiniti fl-Artikolu 212(1), il-punt (d), tad-Direttiva 2009/138/KE; |
|
(22) |
“pjan ta' rkupru preventiv” tfisser pjan ta' rkupru preventiv imfassal u sostnut f'konformità mal-Artikolu 5; |
|
(23) |
“pjan ta' rkupru preventiv ta' grupp” tfisser pjan ta' rkupru preventiv ta' grupp imfassal u sostnut f'konformità mal-Artikolu 7; |
|
(24) |
“attivitajiet transfruntiera sinifikanti” tfisser attivitajiet transfruntiera sinifikanti kif iddefiniti fl-Artikolu 152aa(1) tad-Direttiva 2009/138/KE; |
|
(25) |
“funzjonijiet kritiċi” tfisser attivitajiet, servizzi jew operazzjonijiet imwettqin minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għal partijiet terzi li ma jistgħux jiġu ssostitwiti fi żmien raġonevoli jew b'kost raġonevoli, u fejn l-inabbiltà tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li twettaq l-attivitajiet, is-servizzi jew l-operazzjonijiet x'aktarx li jkollha impatt sinifikanti fuq is-sistema finanzjarja jew fuq l-ekonomija reali fi Stat Membru wieħed jew aktar, inkluż, b'mod partikolari, l-impatt li jirriżulta mill-effetti fuq il-benesseri soċjali ta' għadd kbir ta' detenturi ta' poloz, ta' benefiċjarji jew ta' partijiet li ġarrbu dannu jew minn tfixkil sistemiku jew telf ta' fiduċja ġenerali fil-forniment ta' servizzi tal-assigurazzjoni; |
|
(26) |
“linji ta' negozju ewlenin” tfisser linji operatorji u servizzi assoċjati li jirrappreżentaw sorsi materjali ta' dħul, ta' profitt jew ta' valur ta' franchise għal impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew għal grupp li impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tifforma parti minnu; |
|
(27) |
“arranġament ta' finanzjament” tfisser arranġament stabbilit minn Stat Membru f'konformità mal-Artikolu 81 biex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva mill-awtorità tar-riżoluzzjoni tal-għodod ta' riżoluzzjoni u l-eżerċizzju effettiv tas-setgħat ta' riżoluzzjoni; |
|
(28) |
“fondi proprji” tfisser fondi kif previst mill-Artikolu 87 tad-Direttiva 2009/138/KE; |
|
(29) |
“azzjoni ta' riżoluzzjoni” tfisser deċiżjoni għat-tqegħid ta' kwalunkwe entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), taħt riżoluzzjoni skont l-Artikolu 19 jew 20, għall-applikazzjoni ta' għodda ta' riżoluzzjoni jew għall-eżerċizzju ta' setgħa jew setgħat ta' riżoluzzjoni; |
|
(30) |
“pjan ta' riżoluzzjoni” tfisser pjan ta' riżoluzzjoni għal impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni mfassal f'konformità mal-Artikolu 9; |
|
(31) |
“riżoluzzjoni ta' grupp” tfisser waħda minn dawn li ġejjin:
|
|
(32) |
“pjan ta' riżoluzzjoni ta' grupp” tfisser pjan għal riżoluzzjoni ta' grupp imfassal f'konformità mal-Artikoli 10 u 11; |
|
(33) |
“awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp” tfisser l-awtorità ta' riżoluzzjoni fl-Istat Membru fejn ikun jinsab is-superviżur ta' grupp; |
|
(34) |
“skema ta' riżoluzzjoni ta' grupp” tfisser pjan imfassal għall-fini ta' riżoluzzjoni ta' grupp f'konformità mal-Artikolu 73; |
|
(35) |
“kulleġġ ta' riżoluzzjoni” tfisser kulleġġ stabbilit skont l-Artikolu 70; |
|
(36) |
“kulleġġ ta' riżoluzzjoni Ewropew” tfisser kulleġġ stabbilit f'konformità mal-Artikolu 71; |
|
(37) |
“kumpanija holding tal-assigurazzjoni b'attività mħallta” tfisser kumpanija holding tal-assigurazzjoni b'attività mħallta kif iddefinita fl-Artikolu 212(1), il-punt (g), tad-Direttiva 2009/138/KE; |
|
(38) |
“proċedimenti normali ta' insolvenza” tfisser il-proċedimenti ta' insolvenza kollettivi li jinvolvu l-iżvestiment parzjali jew totali ta' debitur u l-ħatra ta' likwidatur jew ta' amministratur normalment applikabbli għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni skont il-liġi nazzjonali u speċifiċi għal dawk l-impriżi jew inkella applikabbli b'mod ġenerali għal kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika; |
|
(39) |
“strumenti ta' dejn” tfisser bonds u forom oħrajn ta' dejn trasferibbli, strumenti li joħolqu jew jirrikonoxxu dejn, u strumenti li jagħtu drittijiet għall-akkwist ta' strumenti ta' dejn; |
|
(40) |
“klejm lill-assigurazzjoni” tfisser klejm lill-assigurazzjoni kif iddefinita fl-Artikolu 268(1), il-punt (g), tad-Direttiva 2009/138/KE; |
|
(41) |
“impriża prinċipali” tfisser impriża prinċipali, kif iddefinita fl-Artikolu 13, il-punt (15), tad-Direttiva 2009/138/KE; |
|
(42) |
“qafas tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat” tfisser il-qafas stabbilit bl-Artikoli 107, 108 u 109 TFUE u regolamenti u l-atti kollha tal-Unjoni, inkluż il-linji gwida, il-komunikazzjonijiet u l-avviżi, magħmulin jew adottati skont l-Artikolu 108(4) jew l-Artikolu 109 TFUE; |
|
(43) |
“stralċ” tfisser ir-realizzazzjoni tal-assi ta' entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e); |
|
(44) |
“għodda ta' separazzjoni tal-assi u tal-obbligazzjonijiet” tfisser il-mekkaniżmu li bih jitwettaq trasferiment minn awtorità ta' riżoluzzjoni ta' assi, ta' drittijiet jew ta' obbligazzjonijiet ta' impriża taħt riżoluzzjoni lil veikolu tal-immaniġġar tal-assi u tal-obbligazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 30; |
|
(45) |
“veikolu tal-immaniġġar tal-assi u tal-obbligazzjonijiet” tfisser persuna ġuridika li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 30(2); |
|
(46) |
“għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni” tfisser il-mekkaniżmu li bih jitwettaq l-eżerċizzju minn awtorità tar-riżoluzzjoni tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni fir-rigward ta' obbligazzjonijiet ta' impriża taħt riżoluzzjoni f'konformità mal-Artikolu 35; |
|
(47) |
“għodda ta' bejgħ ta' negozju” tfisser il-mekkaniżmu li bih jitwettaq trasferiment minn awtorità ta' riżoluzzjoni ta' ishma jew ta' strumenti oħrajn ta' sjieda maħruġin minn impriża taħt riżoluzzjoni, jew assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet ta' impriża taħt riżoluzzjoni lil akkwirent li ma jkunx impriża tranżitorja, f'konformità mal-Artikolu 31; |
|
(48) |
“impriża tranżitorja” tfisser persuna ġuridika li tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 32(2); |
|
(49) |
“għodda ta' impriża tranżitorja” tfisser il-mekkaniżmu għat-trasferiment ta' ishma jew ta' strumenti oħrajn ta' sjieda maħruġa minn impriża taħt riżoluzzjoni jew ta' assi, ta' drittijiet jew ta' obbligazzjonijiet ta' impriża taħt riżoluzzjoni lil impriża tranżitorja, f'konformità mal-Artikolu 32; |
|
(50) |
“għodda ta' run-off solventi” tfisser il-mekkaniżmu għall-projbizzjoni ta' impriża taħt riżoluzzjoni milli tikkonkludi kuntratti ġodda tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni u sabiex tiġi limitata l-attività tagħha għall-amministrazzjoni esklużiva tal-portafoll eżistenti tagħha sat-terminazzjoni tal-attivitajiet u l-istralċ tagħha skont proċedimenti normali ta' insolvenza f'konformità mal-Artikolu 27; |
|
(51) |
“strumenti ta' sjieda” tfisser ishma, strumenti oħrajn li jagħtu s-sjieda, strumenti li jistgħu jiġu kkonvertiti jew jagħtu d-dritt ta' akkwist ta' ishma jew ta' strumenti oħrajn ta' sjieda, u ta' strumenti li jirrappreżentaw interessi f'ishma jew fi strumenti oħrajn ta' sjieda; |
|
(52) |
“azzjonist” tfisser detentur ta' strumenti ta' sjieda; |
|
(53) |
“setgħat ta' trasferiment” tfisser is-setgħat speċifikati fl-Artikolu 42(1), il-punt (e) jew (f), ta' trasferiment ta' ishma, ta' strumenti oħrajn ta' sjieda, ta' strumenti ta' dejn, ta' assi, ta' drittijiet jew ta' obbligazzjonijiet, jew kwalunkwe taħlita ta' dawk l-elementi minn impriża taħt riżoluzzjoni għal għand benefiċjarju; |
|
(54) |
“kontroparti ċentrali” (CCP) tfisser CCP kif iddefinita fl-Artikolu 2, il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14); |
|
(55) |
“derivat” tfisser derivat kif iddefinit fl-Artikolu 2, il-punt (5), tar-Regolament (UE) Nru 648/2012; |
|
(56) |
“setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni” tfisser is-setgħat imsemmijin fl-Artikolu 35(2) u fl-Artikolu 42(1), il-punti (g) sa (k); |
|
(57) |
“obbligazzjoni garantita” tfisser obbligazzjoni fejn id-dritt tal-kreditur għall-ħlas jew forma oħra ta' prestazzjoni huwa garantit b'imposta, bi pleġġ jew b'rahan, jew b'arranġamenti kollaterali li jinkludu obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ta' riakkwist u arranġamenti kollaterali oħrajn bi trasferiment ta' titlu; |
|
(58) |
“strumenti tal-Grad 1” tfisser entrati ta' fondi proprji bażiċi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 94(1) tad-Direttiva 2009/138/KE; |
|
(59) |
“strumenti tal-Grad 2” tfisser entrati ta' fondi proprji bażiċi u anċillari li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 94(2) tad-Direttiva 2009/138/KE; |
|
(60) |
“strumenti tal-Grad 3” tfisser entrati ta’ fondi proprji bażiċi u anċillari li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 94(3) tad-Direttiva 2009/138/KE; |
|
(61) |
“obbligazzjonijiet eliġibbli” tfisser l-obbligazzjonijiet u l-istrumenti kapitali li ma jikkwalifikawx bħala strumenti tal-Grad 1, tal-Grad 2 jew tal-Grad 3 ta' entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), u li ma humiex esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tal-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni skont l-Artikolu 35(5) sa (8); |
|
(62) |
“skema ta' garanzija tal-assigurazzjoni” tfisser skema rikonoxxuta uffiċjalment minn Stat Membru u ffinanzjata permezz ta' kontribuzzjonijiet minn impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew detenturi ta' poloz li tiggarantixxi l-ħlas ta' klejms eliġibbli lill-assigurazzjoni, parzjalment jew kompletament, lil detenturi ta' poloz eliġibbli, lil partijiet assigurati u lil benefiċjarji eliġibbli, jew li tiżgura l-kontinwazzjoni ta' poloz tal-assigurazzjoni meta impriża tal-assigurazzjoni ma tkunx tista' jew x'aktarx ma tkunx tista' tissodisfa l-obbligi u l-impenji tagħha li jirriżultaw mill-kuntratti tal-assigurazzjoni tagħha; |
|
(63) |
“strumenti kapitali rilevanti” tfisser strumenti tal-Grad 1, tal-Grad 2 jew tal-Grad 3; |
|
(64) |
“rata ta' konverżjoni” tfisser il-fattur li jiddetermina l-għadd ta' ishma jew ta' strumenti oħrajn ta' sjieda li fihom ser tiġi kkonvertita obbligazzjoni ta' klassi speċifika, b'referenza jew għal strument uniku tal-klassi inkwistjoni jew għal unità speċifika tal-valur tal-pretensjoni ta' debitu; |
|
(65) |
“kreditur affettwat” tfisser kreditur li l-klejm tiegħu tirrelata ma' obbligazzjoni li tnaqqset jew li ġiet ikkonvertita f'ishma jew fi strumenti oħrajn ta' sjieda permezz tal-eżerċizzju tas-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni skont l-użu tal-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni; |
|
(66) |
“benefiċjarju” tfisser l-entità li lilha jiġu ttrasferiti ishma, strumenti oħrajn ta' sjieda, strumenti ta' dejn, assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet, jew kwalunkwe taħlita ta' dawk l-elementi minn impriża taħt riżoluzzjoni; |
|
(67) |
“jum ta' negozju” tfisser jum għajr is-Sibt, il-Ħadd jew vaganza pubblika fl-Istat Membru kkonċernat; |
|
(68) |
“dritt tat-terminazzjoni” tfisser dritt li jiġi tterminat kuntratt, dritt ta' aċċellerazzjoni, ta' saldu, ta' tpaċija jew ta' netting ta' obbligazzjonijiet jew ta' kwalunkwe dispożizzjoni simili li tissospendi, timmodifika jew ittemm obbligu ta' parti għall-kuntratt jew dispożizzjoni li tipprevjeni obbligu taħt il-kuntratt li kien jirriżulta f'sitwazzjonijiet oħrajn; |
|
(69) |
“impriża taħt riżoluzzjoni” tfisser kwalunkwe waħda mill-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), li fir-rigward tagħhom tittieħed azzjoni ta' riżoluzzjoni; |
|
(70) |
“impriża omm apikali” tfisser impriża prinċipali fi Stat Membru, ta' grupp li huwa soġġett għal superviżjoni ta' grupp f'konformità mal-Artikolu 213(2), il-punt (a) jew (b), tad-Direttiva 2009/138/KE, li ma hijiex impriża sussidjarja ta' impriża oħra tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, kumpanija holding jew kumpanija holding finanzjarja mħallta li hija awtorizzata u stabbilita fi kwalunkwe Stat Membru; |
|
(71) |
“impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ta' pajjiż terz” tfisser impriża tal-assigurazzjoni ta' pajjiż terz jew impriża tar-riassigurazzjoni li tinsab f'pajjiż terz kif iddefiniti fl-Artikolu 13, il-punti (3) u (6), tad-Direttiva 2009/138/KE; |
|
(72) |
“proċedimenti ta' riżoluzzjoni ta' pajjiż terz” tfisser azzjoni skont il-liġi ta' pajjiż terz sabiex jiġi mmaniġġat il-falliment ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ta' pajjiż terz jew ta' impriża prinċipali ta' pajjiż terz li tkun komparabbli, f'termini ta' objettivi u ta' riżultati antiċipati, għal azzjonijiet ta' riżoluzzjoni skont din id-Direttiva; |
|
(73) |
“fergħa fl-Unjoni ta' impriża ta' pajjiż terz” tfisser fergħa ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ta' pajjiż terz li tkun tinsab fi Stat Membru; |
|
(74) |
“awtorità ta' pajjiż terz rilevanti” tfisser awtorità ta' pajjiż terz responsabbli sabiex twettaq funzjonijiet komparabbli ma' dawk tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jew tal-awtoritajiet superviżorji skont din id-Direttiva; |
|
(75) |
“arranġament kollaterali finanzjarju dwar trasferiment ta' titlu” tfisser arranġament kollaterali finanzjarju dwar trasferiment ta' titlu kif iddefinit fl-Artikolu 2(1), il-punt (b), tad-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15); |
|
(76) |
“arranġament ta' netting” tfisser arranġament li bis-saħħa tiegħu għadd ta' klejms jew ta' obbligi jistgħu jiġu kkonvertiti fi klejm unika netta, inkluż arranġamenti ta' close-out netting li bis-saħħa tagħhom, meta jseħħ avveniment ta' infurzar (irrispettivament minn kif jew fejn jiġi ddefinit) l-obbligi tal-partijiet jiġu aċċellerati b'mod li jsiru dovuti jew jiġu tterminati immedjatament, u fiż-żewġ każijiet jiġu kkonvertiti fi, jew jiġu ssostitwiti bi, klejm unika netta, inkluż id-“dispożizzjonijiet dwar il-close-out netting” kif iddefiniti fl-Artikolu 2(1), il-punt (n)(i), tad-Direttiva 2002/47/KE u t-“totalizzar” (netting) kif iddefinit fl-Artikolu 2, il-punt (k), tad-Direttiva 98/26/KE; |
|
(77) |
“arranġament ta' tpaċija” tfisser arranġament li fih żewġ klejms jew żewġ obbligazzjonijiet, jew aktar, dovuti bejn l-impriża taħt riżoluzzjoni u kontroparti jistgħu jiġu paċuti b'xulxin; |
|
(78) |
“kuntratti finanzjarji” tfisser kuntratti finanzjarji kif iddefiniti fl-Artikolu 2(1), il-punt (100), tad-Direttiva 2014/59/UE; |
|
(79) |
“miżura ta' prevenzjoni ta' kriżijiet” tfisser l-eżerċizzju tas-setgħat sabiex impriża tiġi diretta biex tindirizza n-nuqqasijiet jew l-impedimenti għall-irkuprabbiltà skont l-Artikolu 6(5) ta' din id-Direttiva, l-eżerċizzju tas-setgħat sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà skont l-Artikolu 15 jew 16 ta' din id-Direttiva, l-applikazzjoni ta' kwalunkwe miżura skont l-Artikolu 137, l-Artikolu 138(3) u (5), l-Artikolu 139(3) u l-Artikolu 140 tad-Direttiva 2009/138/KE u l-applikazzjoni ta' miżura preventiva skont l-Artikolu 141 tad-Direttiva 2009/138/KE; |
|
(80) |
“miżura għall-ġestjoni ta' kriżijiet” tfisser azzjoni ta' riżoluzzjoni, il-ħatra ta' maniġer speċjali skont l-Artikolu 44 jew il-ħatra ta' persuna skont l-Artikolu 54(1); |
|
(81) |
“awtorità makroprudenzjali nazzjonali maħtura” tfisser l-awtorità inkarigata bit-tmexxija tal-politika makroprudenzjali msemmija fir-Rakkomandazzjoni B1 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tat-22 ta' Diċembru 2011 dwar il-mandat makroprudenzjali tal-awtoritajiet nazzjonali (BERS/2011/3); |
|
(82) |
“suq regolat” tfisser suq regolat kif iddefinit fl-Artikolu 4(1), il-punt (21) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16). |
|
(83) |
“istituzzjoni ta' kreditu” tfisser istituzzjoni ta' kreditu kif iddefinita fl-Artikolu 4(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17); |
|
(84) |
“ditta ta' investiment” tfisser ditta ta' investiment kif iddefinita fl-Artikolu 4(1), il-punt (2), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
|
(85) |
“impriża żgħira u mhux kumplessa” tfisser impriża żgħira u mhux kumplessa kif iddefinita fl-Artikolu 13, il-punt (10a), tad-Direttiva 2009/138/KE; |
|
(86) |
“fornitur ta' servizzi essenzjali” tfisser entità li tipprovdi oġġetti jew servizzi, bħal servizzi tal-IT, utilitajiet u l-kiri, il-manutenzjoni u ż-żamma tal-bini, li huma meħtieġa biex jinżamm il-funzjonament kontinwu tal-operazzjonijiet ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, jew li huma meħtieġa biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-kopertura tal-assigurazzjoni, u li hija parti mill-istess grupp bħal dik l-impriża; |
|
(87) |
“impriża sussidjarja” tfisser impriża sussidjarja kif iddefinita fl-Artikolu 13, il-punt (16), tad-Direttiva 2009/138/KE; |
|
(88) |
“impriża sussidjarja tal-Unjoni” tfisser impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fi Stat Membru u li tkun impriża sussidjarja ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ta' pajjiż terz jew impriża prinċipali ta' pajjiż terz; |
|
(89) |
“fergħa” tfisser fergħa kif iddefinita fl-Artikolu 13, il-punt (11), tad-Direttiva 2009/138/KE; |
|
(90) |
“korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju” tfisser korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju kif iddefinit fl-Artikolu 1, il-punt (43), tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 (18); |
|
(91) |
“konglomerat finanzjarju” tfisser konglomerat finanzjarju kif iddefinit fl-Artikolu 2, il-punt (14), tad-Direttiva 2002/87/KE. |
Artikolu 3
Ħatra ta' awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u ministeri kompetenti
1. Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità ta' riżoluzzjoni waħda jew, eċċezzjonalment, aktar, li jkollhom is-setgħa japplikaw l-għodod ta' riżoluzzjoni u jeżerċitaw is-setgħat ta' riżoluzzjoni.
2. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom ikunu banek ċentrali nazzjonali, ministeri kompetenti, awtoritajiet amministrattivi pubbliċi jew awtoritajiet fdati b'setgħat amministrattivi pubbliċi.
3. Meta awtorità ta' riżoluzzjoni tkun fdata b'funzjonijiet oħrajn, inkluż funzjonijiet superviżorji, għandhom ikunu fis-seħħ arranġamenti strutturali adegwati sabiex jiġu evitati kunflitti ta' interess bejn il-funzjonijiet fdati lill-awtorità ta' riżoluzzjoni skont din id-Direttiva u l-funzjonijiet superviżorji jew dawk oħrajn, mingħajr preġudizzju għall-iskambju ta' informazzjoni u għall-obbligi ta' kooperazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 6.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk l-arranġamenti jiżguraw indipendenza operazzjonali effettiva, inkluż persunal separat, linji ta' rapportar u proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-awtorità ta' riżoluzzjoni minn kwalunkwe funzjoni superviżorja jew funzjoni oħra ta' dik l-awtorità ta' riżoluzzjoni.
4. Ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 3 ma għandhomx jipprekludu li:
|
(a) |
il-linji ta' rapportar jikkonverġu fl-ogħla livell jew fil-livell tal-maniġment superjuri ta' organizzazzjoni li tassorbi funzjonijiet jew awtoritajiet differenti; |
|
(b) |
il-persunal huwa kondiviż, skont kundizzjonijiet predefiniti, bejn il-funzjoni ta' riżoluzzjoni u l-funzjonijiet l-oħrajn, inkluż il-funzjonijiet superviżorji, sabiex tlaħħaq mal-volumi tax-xogħol temporanjament għoljin, jew sabiex l-awtorità ta' riżoluzzjoni tkun tista' tagħmel użu mill-għarfien espert tal-persunal kondiviż. |
5. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jadottaw u jippubblikaw ir-regoli interni biex jipprevjenu konflitti ta' interess f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 3 u 4, inkluż regoli li jirrigwardaw is-segretezza professjonali u l-iskambji ta' informazzjoni bejn l-oqsma funzjonali differenti.
6. L-Istati Membri għandhom jitolbu li l-awtoritajiet li jeżerċitaw funzjonijiet ta' superviżjoni u ta' riżoluzzjoni u l-persuni li jeżerċitaw dawk il-funzjonijiet f'isimhom jikkooperaw mill-qrib fit-tħejjija, fl-ippjanar u fl-applikazzjoni tad-deċiżjonijiet ta' riżoluzzjoni, kemm fil-każ fejn l-awtorità ta' riżoluzzjoni u l-awtorità superviżorja jkunu entitajiet separati kif ukoll fil-każ fejn il-funzjonijiet jitwettqu fl-istess entità.
7. Kull Stat Membru għandu jaħtar ministeru wieħed bħala l-ministeru kompetenti skont din id-Direttiva. Fejn rilevanti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġi stabbilit mekkaniżmu ta' koordinazzjoni xieraq ma' ministeri oħra involuti.
8. Meta l-awtorità ta' riżoluzzjoni fi Stat Membru ma tkunx il-ministeru kompetenti, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tinforma lill-ministeru kompetenti bid-deċiżjonijiet meħudin skont din id-Direttiva mingħajr dewmien żejjed u, sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor fil-liġi nazzjonali, ma timplimenta ebda deċiżjoni li jkollha impatt fiskali dirett mingħajr ma tkun kisbet l-approvazzjoni ta' dak il-ministeru kompetenti.
9. Meta Stat Membru jaħtar aktar minn awtorità ta' riżoluzzjoni waħda, huwa għandu jipprovdi lill-Kummissjoni u lill-EIOPA b'notifika motivata bis-sħiħ bir-raġuni għal dan u għandu jalloka b'mod ċar il-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet bejn dawk l-awtoritajiet, jiżgura koordinazzjoni adegwata bejniethom u jaħtar awtorità unika bħala awtorità ta' kuntatt għall-finijiet ta' kooperazzjoni u ta' koordinazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti ta' Stati Membri oħrajn.
10. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-EIOPA dwar l-awtorità jew l-awtoritajiet nazzjonali maħtura bħala l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u, fejn rilevanti, dwar l-awtorità ta' kuntatt u l-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet speċifiċi tagħhom. L-EIOPA għandha tippubblika l-lista ta' dawk l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u l-awtoritajiet ta' kuntatt.
11. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 67, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw ir-reponsabbiltà tal-awtorità ta' riżoluzzjoni, tal-awtorità superviżorja u tal-persunal rispettiv tagħhom f'konformità mal-liġi nazzjonali għall-atti u għall-ommissjonijiet tagħhom fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom skont din id-Direttiva.
TITOLU II
TĦEJJIJA
KAPITOLU I
Ippjanar ta' rkupru preventiv u ppjanar ta' riżoluzzjoni
Artikolu 4
Obbligi simplifikati għal ċerti impriżi
1. Filwaqt li jitqies l-impatt li l-falliment ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jista' jkollu, minħabba n-natura tan-negozju tagħha, l-istruttura tal-parteċipazzjoni azzjonarja tagħha, il-forma ġuridika tagħha, il-profil tar-riskju, id-daqs u l-istatus legali tagħha, l-interkonnettività tagħha ma' impriżi regolati oħrajn jew mas-sistema finanzjarja b'mod ġenerali, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħha, u jekk ikunx probabbli li l-falliment u l-istralċ sussegwenti tagħha skont proċedimenti normali ta' insolvenza jkollhom effett negattiv sinifikanti fuq is-swieq finanzjarji, fuq impriżi oħrajn, fuq id-detenturi ta' poloz, fuq il-kundizzjonijiet ta' finanzjament, jew fuq l-ekonomija usa', l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji u ta' riżoluzzjoni jiddeterminaw jekk jistgħux japplikaw obbligi simplifikati għal ċerti impriżi u gruppi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fir-rigward ta':
|
(a) |
il-kontenut u d-dettalji tal-pjanijiet ta' rkupru preventiv previsti fl-Artikoli 5 sa 8 u l-pjanijiet ta' riżoluzzjoni previsti fl-Artikoli 9 sa 12; |
|
(b) |
id-data sakemm l-ewwel pjanijiet ta' rkupru preventiv u ta' riżoluzzjoni għandhom jitfasslu u l-frekwenza għall-aġġornament tal-pjanijiet ta' rkupru preventiv u ta' riżoluzzjoni, li tista' tkun aktar baxxa minn dik prevista fl-Artikolu 5(4), fl-Artikolu 7(3), fl-Artikolu 9(5) u fl-Artikolu 11(3); |
|
(c) |
il-kontenut u l-livell ta' dettall tal-informazzjoni meħtieġa mill-impriżi skont l-Artikolu 5(6), l-Artikolu 7(3), l-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 12(1); |
|
(d) |
il-livell ta' dettall għall-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà prevista fl-Artikoli 13 u 14. |
2. Sad-29 ta’ Lulju 2027, l-EIOPA għandha toħroġ linji gwida f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 biex tispeċifika aktar dettalji dwar il-kriterji msemmijin fil-paragrafu 1, il-parti introduttorja, ta’ dan l-Artikolu.
3. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-awtoritajiet superviżorji jew l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, kif applikabbli, jipprovdu lill-EIOPA, fuq bażi annwali u għal kull Stat Membru separatament, bl-informazzjoni kollha li ġejja:
|
(a) |
l-għadd ta' impriżi u ta' gruppi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni soġġetti għal ippjanar preventiv ta' rkupru u għal ippjanar ta' riżoluzzjoni skont l-Artikoli 5, 7, 9 u 10; |
|
(b) |
l-għadd ta' impriżi u ta' gruppi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni soġġetti għal obbligi simplifikati kif imsemmija fil-paragrafu 1; |
|
(c) |
informazzjoni kwantitattiva dwar l-applikazzjoni tal-kriterji msemmijin fil-paragrafu 1, il-parti introduttorja; |
|
(d) |
deskrizzjoni tal-obbligi ssimplifikati applikati abbażi tal-kriterji msemmijin fil-paragrafu 1, il-parti introduttorja, meta mqabblin mal-obbligi sħaħ, flimkien mal-volum tar-rekwiżiti kapitali, mal-primjums, mal-provvedimenti tekniċi u mal-assi, imkejlin bħala perċentwali tal-volum totali, rispettivament, tar-rekwiżiti kapitali, tal-primjums, tal-provvedimenti tekniċi u tal-assi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni tal-Istati Membri jew tal-gruppi kollha, kif applikabbli. |
4. L-EIOPA għandha tiżvela pubblikament, fuq bażi annwali u għal kull Stat Membru separatament, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, il-punti (a) sa (d), flimkien ma' valutazzjoni ta' kwalunkwe diverġenza rigward l-implimentazzjoni tal-paragrafu 1 fil-livell nazzjonali.
Artikolu 5
Pjanijiet ta' rkupru preventiv
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li ma humiex parti minn grupp soġġett għall-ippjanar ta' rkupru preventiv skont l-Artikolu 7, u li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2 jew 3 ta' dan l-Artikolu, ifasslu u jżommu aġġornat pjan ta' rkupru preventiv. Dak il-pjan ta' rkupru preventiv għandu jkun fih miżuri li għandhom jittieħdu mill-impriża kkonċernata sabiex tirrestawra l-pożizzjoni finanzjarja tagħha fejn dik il-pożizzjoni tkun iddeterjorat b'mod sinifikanti.
It-tfassil, l-aġġornament u l-applikazzjoni ta' pjanijiet ta' rkupru preventiv għandhom jitqiesu bħala parti mis-sistema ta' governanza skont it-tifsira tal-Artikolu 41 tad-Direttiva 2009/138/KE.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità superviżorja tissoġġetta lill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għal rekwiżiti ta' ppjanar tal-irkupru preventiv abbażi tad-daqs, il-mudell tan-negozju, il-profil tar-riskju, l-interkonnettività u s-sostitwibbiltà, l-importanza tagħhom għall-ekonomija tal-Istati Membri li joperaw fihom, u l-attivitajiet transfruntiera tagħhom, b'mod partikolari attivitajiet transfruntiera sinifikanti.
L-awtoritajiet superviżorji għandhom jiżguraw li tal-anqas 60 % tas-suq tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni tal-ħajja tal-Istat Membru u tal-anqas 60 % tas-suq tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni mhux tal-ħajja – is-sehem tas-suq tal-ħajja bbażat fuq provvedimenti tekniċi grossi u s-sehem tas-suq mhux tal-ħajja bbażat fuq primjums grossi miktuba – ikunu soġġetti għal rekwiżiti ta' ppjanar ta' rkupru preventiv skont dan l-Artikolu.
Fil-kalkolu tal-livell ta' kopertura tas-suq imsemmi fit-tieni subparagrafu, l-impriżi sussidjarji tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ta' grupp jistgħu jitqiesu meta dawk l-impriżi sussidjarji tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jkunu parti minn grupp li għalih l-impriża omm apikali tkun qed tfassal u żżomm pjan ta' rkupru preventiv ta' grupp.
3. Kwalunkwe impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li tkun soġġetta għal pjan ta' riżoluzzjoni għandha tkun soġġetta għal rekwiżiti ta' ppjanar preventiv għall-irkupru.
L-impriżi żgħar u mhux kumplessi ma għandhomx ikunu soġġetti għal rekwiżiti ta' ppjanar ta' rkupru preventiv, ħlief meta awtorità superviżorja tqis li tali impriża tirrappreżenta riskju partikolari fil-livell nazzjonali jew reġjonali.
4. L-awtoritajiet superviżorji għandhom jiżguraw li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jaġġornaw il-pjanijiet ta' rkupru preventiv tagħhom mill-inqas kull sentejn, u fi kwalunkwe każ:
|
(a) |
wara bidla fl-istruttura legali jew organizzazzjonali tal-impriża, fin-negozju tagħha jew fil-pożizzjoni finanzjarja tagħha li jista' jkollha effett materjali fuq il-pjan ta' rkupru preventiv, jew teħtieġ bidla materjali fih; |
|
(b) |
meta bidla materjali fil-pożizzjoni finanzjarja tal-impriża li jista' jkollha effett materjali fuq l-effettività tal-pjan, jew inkella tkun teħtieġ reviżjoni tal-pjan ta' rkupru preventiv, issir prevedibbli. |
5. Il-pjanijiet ta' rkupru preventiv ma għandhomx jassumu li ser ikollhom aċċess, jew li ser jirċievu għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja.
6. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-pjanijiet ta' rkupru preventiv ikun fihom dawn kollha li ġejjin:
|
(a) |
sommarju tal-elementi ewlenin tal-pjan, inkluż il-bidliet materjali għall-pjan li ġie ppreżentat l-aktar reċenti; |
|
(b) |
deskrizzjoni tal-impriża jew tal-grupp, inkluż sommarju ta' kwalunkwe bidla materjali mill-pjan ippreżentat l-aktar reċenti; |
|
(c) |
qafas ta' indikaturi kif imsemmi fil-paragrafu 8; |
|
(d) |
deskrizzjoni ta' kif tfassal il-pjan ta' rkupru preventiv, kif ser jiġi aġġornat u kif ser jiġi applikat; |
|
(e) |
medda ta' azzjonijiet ta' rimedju; |
|
(f) |
strateġija ta' komunikazzjoni. |
|
(g) |
meta l-impriża tkun kisret ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza stipulat fit-Titolu I, il-Kapitolu VI, it-Taqsima 4, tad-Direttiva 2009/138/KE u tkun ippreżentat pjan ta' rkupru f'konformità mal-Artikolu 138(2) tad-Direttiva 2009/138/KE xi darba fl-aħħar 10 snin, dak il-pjan ta' rkupru kif ukoll valutazzjoni tal-miżuri meħuda biex tiġi restawrata l-konformità tal-impriża mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza. |
7. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jivvalutaw il-kredibbiltà u l-fattibbiltà tal-pjanijiet ta' rkupru preventiv tagħhom, b'mod partikolari l-qafas ta' indikaturi msemmi fil-paragrafu 8 u l-azzjonijiet ta' rimedju, fuq medda ta' xenarji ta' stress makroekonomiku u finanzjarju serju rilevanti għall-kundizzjonijiet speċifiċi tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, inkluż avvenimenti mifruxin mas-sistema kollha, avvenimenti ta' stress idjosinkratiku li x'aktarx jaffettwaw materjalment il-profil tal-assi u tal-obbligazzjonijiet tagħhom, u taħlitiet ta' tali avvenimenti ta' stress.
8. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jiżguraw li l-pjanijiet ta' rkupru preventiv tagħhom ikun fihom qafas ta' indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi li jidentifikaw il-punti li fihom jenħtieġ li jiġu kkunsidrati jew meħuda l-azzjonijiet ta' rimedju. Dawk l-indikaturi jistgħu jinkludu kriterji relatati fost l-oħrajn mal-kapital, mal-likwidità, mal-kwalità tal-assi, mal-profittabbiltà, mal-kundizzjonijiet tas-suq, mal-kundizzjonijiet makroekonomiċi u mal-avvenimenti operazzjonali. L-indikaturi relatati mal-pożizzjoni kapitali għandhom bħala minimu jkun fihom kwalunkwe ksur tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza stabbilit fit-Titolu I, il-Kapitolu VI, it-Taqsima 4, tad-Direttiva 2009/138/KE.
L-Istati Membri għandhom jeżiġu li kwalunkwe ksur tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jirriżulta f'azzjoni ta' rimedju xierqa mill-impriża kkonċernata f'konformità mal-pjan ta' rkupru preventiv.
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-awtoritajiet superviżorji jiżguraw li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistabbilixxu arranġamenti xierqa għall-monitoraġġ regolari tal-indikaturi msemmija fl-ewwel subparagrafu.
9. Impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li tiddeċiedi li tieħu azzjoni ta' rimedju li tinsab fil-pjan ta' rkupru preventiv tagħha, jew li tiddeċiedi li ma tiħux azzjoni ta' rimedju bħal din għalkemm ikun ġie ssodisfat indikatur kif imsemmi fil-paragrafu 8, l-ewwel subparagrafu, għandha tinnotifika tali deċiżjoni lill-awtorità superviżorja mingħajr dewmien.
10. Il-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jivvaluta u japprova l-pjan ta' rkupru preventiv qabel ma jippreżentah lill-awtorità superviżorja għal rieżami.
11. L-EIOPA għandha, sad-29 ta’ Jannar 2027, toħroġ linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 li jispeċifikaw aktar:
|
(a) |
f'kooperazzjoni mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, il-medda ta' xenarji msemmija fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu; |
|
(b) |
l-indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi msemmija fil-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu. |
12. L-EIOPA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw aktar:
|
(a) |
il-kriterji, b'mod partikolari fir-rigward tal-attività transfruntiera, imsemmija fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu; |
|
(b) |
il-metodi li għandhom jintużaw meta jiġu ddeterminati l-ishma tas-suq imsemmija fil-paragrafu 2, it-tieni u t-tielet subparagrafi; |
|
(c) |
l-informazzjoni li impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandha tinkludi fil-pjan ta' rkupru preventiv, inkluż l-azzjonijiet ta' rimedju msemmija fil-paragrafu 6, il-punt (e), u l-implimentazzjoni tagħhom. |
L-EIOPA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sad-29 ta’ Lulju 2026.
Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.
Artikolu 6
Rieżami u valutazzjoni mill-awtoritajiet superviżorji tal-pjanijiet ta' rkupru preventiv
1. Fi żmien disa' xhur mil-preżentazzjoni ta' kull pjan ta' rkupru preventiv, l-awtoritajiet superviżorji għandhom jirrieżaminaw dak il-pjan u jivvalutaw sa liema punt jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5 u dan kollu li ġej:
|
(a) |
jekk l-implimentazzjoni tal-arranġamenti proposti fil-pjan hijiex raġonevolment probabbli li żżomm jew tirrestawra f'perjodu ta' żmien xieraq il-vijabbiltà u l-pożizzjoni finanzjarja tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni; |
|
(b) |
jekk il-pjan u l-opzjonijiet speċifiċi fil-pjan ikunux raġonevolment probabbli li jiġu implimentati malajr u b'mod effettiv f'sitwazzjonijiet ta' stress finanzjarju; |
|
(c) |
jekk il-pjan u l-għażliet speċifiċi fil-pjan humiex raġonevolment probabbli li jevitaw sa fejn ikun possibbli kwalunkwe effett avvers sinifikanti fuq is-sistema finanzjarja, inkluż f'xenarji li jwasslu sabiex impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni oħrajn jimplimentaw pjanijiet ta' rkupru preventiv fl-istess perjodu. |
2. L-awtoritajiet superviżorji għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni bil-pjanijiet ta' rkupru preventiv kollha li jkunu rċevew. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jeżaminaw il-pjan ta' rkupru preventiv sabiex jidentifikaw kwalunkwe azzjoni fil-pjan ta' rkupru preventiv li jista' jkollha impatt avvers fuq ir-riżolvibbiltà tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni kkonċernati u jagħmlu rakkomandazzjonijiet lill-awtorità superviżorja fir-rigward ta' dawn il-kwistjonijiet fil-perjodu stabbilit fil-paragrafu 1.
3. Meta impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni twettaq attivitajiet transfruntiera sinifikanti, l-awtorità superviżorja ta' domiċilju għandha, fuq talba ta' awtorità superviżorja ospitanti, tipprovdi l-pjan ta' rkupru preventiv lil dik l-awtorità superviżorja ospitanti. L-awtorità superviżorja ospitanti tista' teżamina l-pjan ta' rkupru preventiv sabiex tidentifika kwalunkwe azzjoni fil-pjan ta' rkupru preventiv li jista' jkollha impatt negattiv fuq id-detenturi ta' poloz, fuq l-ekonomija reali jew fuq l-istabbiltà finanzjarja fl-Istat Membru tagħha u tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-awtorità superviżorja ta' domiċilju fir-rigward ta' dawk il-kwistjonijiet. L-awtorità superviżorja ta' domiċilju għandha tipprovdi tweġiba motivata dwar id-deċiżjoni tagħha li ssegwi r-rakkomandazzjonijiet jew li ma ssegwihomx. Meta l-awtorità superviżorja ta' domiċilju tonqos milli tqis korrettament ir-rakkomandazzjonijiet tal-awtorità superviżorja ospitanti, l-awtorità superviżorja ospitanti tista' tirreferi l-kwistjoni lill-EIOPA f'konformità mal-Artikolu 31(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.
4. L-awtoritajiet superviżorji li, wara li jkunu vvalutaw il-pjan ta' rkupru preventiv, jikkonkludu li hemm nuqqasijiet materjali f'dak il-pjan, jew impedimenti materjali għall-implimentazzjoni tiegħu għandhom jinnotifikaw lill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni kkonċernata dwar il-kontenut tal-valutazzjoni tagħhom u jirrikjedu li l-impriża kkonċernata tippreżenta, fi żmien xahrejn, pjan rivedut li juri kif jiġu indirizzati dawk in-nuqqasijiet jew l-impedimenti. Dak il-perjodu ta' xahrejn jista' jiġi estiż b'xahar, fuq talba tal-impriża kkonċernata, meta l-awtorità superviżorja taqbel ma' dan.
Qabel ma impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tintalab tressaq mill-ġdid pjan ta' rkupru preventiv, l-awtorità superviżorja għandha tagħti lill-impriża l-opportunità li tiddikjara l-opinjoni tagħha dwar dak ir-rekwiżit.
Awtorità superviżorja li ssib li n-nuqqasijiet u l-impedimenti ma ġewx indirizzati b'mod adegwat fil-pjan rivedut tista' tagħti struzzjonijiet lill-impriża sabiex tagħmel bidliet speċifiċi fil-pjan.
5. Meta l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tonqos milli tippreżenta pjan ta' rkupru preventiv rivedut, jew meta l-awtorità superviżorja tiddetermina li l-pjan ta' rkupru preventiv rivedut ma jirrimedjax b'mod adegwat in-nuqqasijiet jew l-impedimenti identifikati fil-valutazzjoni oriġinali tagħha, u ma jkunx possibbli li jiġu rrimedjati adegwatament in-nuqqasijiet jew l-impedimenti permezz ta' struzzjoni għal tibdil speċifiku fil-pjan, l-awtorità superviżorja għandha titlob lill-impriża tidentifika fi żmien raġonevoli l-bidliet li tista' tagħmel fin-negozju tagħha sabiex tindirizza n-nuqqasijiet fil-pjan ta' rkupru preventiv jew l-impedimenti għall-implimentazzjoni ta' dak il-pjan.
Meta l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tonqos milli tidentifika tali bidliet fiż-żmien stabbilit mill-awtorità superviżorja, jew meta l-awtorità superviżorja tikkonkludi li l-azzjonijiet proposti mill-impriża ma jkunux jindirizzaw adegwatament in-nuqqasijiet jew l-impedimenti, jista' jkun li l-awtorità superviżorja jkollha bżonn tieħu deċiżjoni motivata sabiex tagħti struzzjonijiet lill-impriża sabiex tieħu kwalunkwe miżura li l-awtorità superviżorja tikkunsidra bħala neċessarja u proporzjonata, b'kont meħud tas-serjetà tan-nuqqasijiet u tal-impedimenti u tal-effett tal-miżuri fuq in-negozju tal-impriża.
Din id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata bil-miktub lill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni u għandha tkun soġġetta għal dritt ta' appell.
Artikolu 7
Pjanijiet ta' rkupru preventiv ta' grupp
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-superviżur tal-grupp ikollu s-setgħa li jirrikjedi li l-impriża omm apikali ta' grupp tfassal u tippreżenta pjan ta' rkupru preventiv ta' grupp lis-superviżur tal-grupp.
Il-pjanijiet ta' rkupru preventiv ta' grupp għandhom jikkonsistu fi pjan ta' rkupru preventiv għall-grupp immexxi mill-impriża omm apikali. Il-pjan ta' rkupru preventiv ta' grupp għandu jidentifika azzjonijiet ta' rimedju li jistgħu jkunu meħtieġa li jiġu implimentati fil-livell ta' dik l-impriża omm apikali u fil-livell tal-impriżi sussidjarji individwali tagħha biex jirrestawraw il-pożizzjoni finanzjarja tagħhom meta dik il-pożizzjoni tkun iddeterjorat b'mod sinifikanti.
Is-superviżur tal-grupp għandu jimponi r-rekwiżit imsemmi fl-ewwel subparagrafu abbażi tal-kriterji msemmija fl-Artikolu 5(2) jew (3), kif applikabbli.
2. Il-pjan ta' rkupru preventiv ta' grupp għandu jkun fih azzjonijiet ta' rimedju sabiex tinkiseb l-istabbilizzazzjoni tal-grupp, jew ta' kwalunkwe impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tal-grupp, meta l-grupp jew kwalunkwe waħda mill-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tiegħu tkun f'sitwazzjoni ta' stress sabiex tindirizza jew tneħħi l-kawżi tad-diffikultà u tirrestawra l-pożizzjoni finanzjarja tal-grupp jew tal-impriża li tkun parti mill-grupp inkwistjoni, fl-istess ħin filwaqt li titqies il-pożizzjoni finanzjarja ta' entitajiet oħrajn fi grupp.
Il-pjan ta' rkupru preventiv ta' grupp għandu jkun fih arranġamenti sabiex jiġu żgurati l-koordinazzjoni u l-konsistenza ta' miżuri proporzjonati li għandhom jittieħdu fil-livell tal-grupp u tal-entitajiet fi grupp.
3. Il-pjan ta' rkupru preventiv ta' grupp, u kwalunkwe pjan imfassal għal impriża sussidjarja individwali tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, għandu jitfassal f'konformità mal-Artikolu 5(5) sa (8), u għandu jiġi aġġornat f'konformità mal-Artikolu 5(4).
F'konformità mal-Artikolu 5(8), it-tielet subparagrafu, għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti xierqa għall-monitoraġġ regolari tal-indikaturi.
Il-pjan ta' rkupru preventiv ta' grupp għandu jidentifika jekk hemmx xi ostaklu għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta' rimedju fil-grupp, inkluż fil-livell tal-entitajiet individwali koperti mill-pjan, u jekk hemmx impedimenti prattiċi jew legali sostanzjali għat-trasferiment fil-pront tal-fondi proprji jew għar-ripagament ta' obbligazzjonijiet jew ta' assi fil-grupp.
4. L-awtoritajiet superviżorji jistgħu jirrikjedu li impriżi sussidjarji tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew l-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1(1), il-punti (c) u (d), ifasslu u jippreżentaw pjanijiet ta' rkupru preventiv fejn ma jeżisti l-ebda pjan ta' rkupru preventiv ta' grupp.
5. Meta l-awtorità superviżorja kkonċernata tivvaluta li entità ma tkunx meqjusa biżżejjed mill-pjan ta' rkupru preventiv ta' grupp minħabba s-sinifikat tal-entità inkwistjoni fl-Istat Membru kkonċernat u minħabba l-obbligi li għalihom ikunu soġġetti impriżi komparabbli f'dak l-Istat Membru, hija tista' titlob lis-superviżur tal-grupp, abbażi ta' opinjoni motivata, biex jitlob lill-impriża omm apikali, jew lill-kumpanija holding tal-assigurazzjoni li tmexxi l-grupp, biex tippreżenta pjan rivedut ta' rkupru preventiv tal-grupp filwaqt li tqis it-tħassib espress mill-awtorità superviżorja kkonċernata. Meta pjan rivedut ta’ rkupru preventiv tal-grupp ikun ġie sottomess u l-awtorità superviżorja kkonċernata tivvaluta li dak il-pjan rivedut ma jindirizzax biżżejjed it-tħassib tagħha, hija tista' tirrikjedi li l-impriżi sussidjarji tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew l-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1(1), il-punti (c) u (d), ikkonċernati, ifasslu u jippreżentaw pjan ta' rkupru preventiv. F'dak il-każ, l-awtorità superviżorja għandha tipprovdi lis-superviżur tal-grupp opinjoni motivata għal din il-valutazzjoni. Sussegwentement għandha tipprovdi lis-superviżur tal-grupp il-pjan ta' rkupru preventiv.
6. Dment li jkunu ssodisfati r-rekwiżiti tas-sigriet professjonali previsti fl-Artikolu 66, is-superviżur tal-grupp għandu jibgħat il-pjanijiet ta' rkupru preventiv ta' grupp lil:
|
(a) |
l-EIOPA; |
|
(b) |
l-awtoritajiet superviżorji rilevanti li huma membri tal-kulleġġ tas-superviżuri jew li jipparteċipaw fih kif imsemmi fl-Artikolu 248(3) tad-Direttiva 2009/138/KE; |
|
(c) |
l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp; |
|
(d) |
l-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-impriżi sussidjarji. |
|
(e) |
meta l-grupp huwa jew ikun parti minn konglomerat finanzjarju, l-awtorità ta' riżoluzzjoni rilevanti maħtura f'konformità mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/59/UE u l-awtorità kompetenti kif definita fl-Artikolu 4(1), il-punt (40), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013,. |
7. Il-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tal-entità li tfassal il-pjan ta' rkupru preventiv tal-grupp skont il-paragrafu 1 jew il-pjan ta' rkupru preventiv skont il-paragrafu 4 jew 5 għandu jivvaluta u japprova l-pjan ikkonċernat qabel ma jippreżentah lis-superviżur tal-grupp jew lill-awtorità superviżorja, kif xieraq, għal rieżami.
8. Meta tfassal il-pjanijiet ta’ rkupru preventiv, impriża sussidjarja tal-Unjoni tista’ tqis kwalunkwe pjan tal-grupp dwar l-irkupru preventiv imfassal mill-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ta’ pajjiżi terzi jew mill-impriżi prinċipali ta’ pajjiż terz li tagħhom hija impriża sussidjarja, fejn applikabbli.
Artikolu 8
Rieżami u valutazzjoni mis-superviżur tal-grupp tal-pjanijiet ta’ rkupru preventiv ta’ grupp
1. Wara li jkun ikkonsulta l-awtoritajiet superviżorji rilevanti li huma membri tal-kulleġġ tas-superviżuri jew li jipparteċipaw fih kif imsemmi fl-Artikolu 248(3) tad-Direttiva 2009/138/KE, is-superviżur tal-grupp għandu jirrieżamina l-pjan ta’ rkupru preventiv ta’ grupp u jivvaluta sa liema punt jissodisfa r-rekwiżiti u l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 7. Dik il-valutazzjoni għandha ssir f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 u f’dan l-Artikolu u fil-perjodu stipulat fl-Artikolu 6(1) u għandha tqis l-impatt potenzjali tal-azzjonijiet ta’ rimedju fuq id-detenturi ta’ poloz, fuq l-ekonomija reali u fuq l-istabbiltà finanzjarja fl-Istati Membri kollha fejn jopera l-grupp.
2. Is-superviżur tal-grupp għandu jagħmel ħiltu biex jilħaq deċiżjoni konġunta, kif imsemmi fl-Artikolu 17 ta’ din id-Direttiva, fil-kulleġġ tas-superviżuri stabbilit f'konformità mal-Artikolu 248 tad-Direttiva 2009/138/KE, dwar:
|
(a) |
ir-rieżami u l-valutazzjoni tal-pjan ta’ rkupru preventiv ta’ grupp; |
|
(b) |
jekk għandux jitfassal pjan ta’ rkupru preventiv fuq bażi individwali għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li huma parti mill-grupp, f’konformità mal-Artikolu 7(4) jew (5) ta’ din id-Direttiva; |
|
(c) |
l-applikazzjoni tal-miżuri msemmijin fl-Artikolu 6(4) u (5) ta’ din id-Direttiva. |
Artikolu 9
Pjanijiet ta’ riżoluzzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, wara li jkunu kkonsultaw lill-awtorità superviżorja, ifasslu pjan ta’ riżoluzzjoni għal kull impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li ma tkunx parti minn grupp soġġett għall-ippjanar ta’ riżoluzzjoni skont l-Artikoli 10 u 11, u li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Il-pjan ta' riżoluzzjoni għandu jipprevedi l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni li l-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' tieħu meta l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tissodisfa l-kondizzjonijiet għar-riżoluzzjoni msemmijin fl-Artikolu 19(1) jew fl-Artikolu 20(3).
2. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom ifasslu pjanijiet ta' riżoluzzjoni għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li għalihom jivvalutaw li huwa aktar probabbli, meta mqabbla ma' impriżi oħrajn taħt il-mandat tagħhom, li l-azzjoni ta' riżoluzzjoni tkun fl-interess pubbliku kif imsemmi fl-Artikolu 19(5) fil-każ tal-falliment tal-impriża kkonċernata, jew li għalihom l-awtoritajiet jivvalutaw li jwettqu funzjoni kritika. Dawk il-valutazzjonijiet għandhom i qisu, bħala minimu, il-ħtieġa li jintlaħqu l-objettivi ta' riżoluzzjoni u d-daqs, il-mudell tan-negozju, il-profil tar-riskju, l-interkonnettività, is-sostitwibbiltà u b'mod partikolari l-attività transfruntiera tal-impriża.
Abbażi tal-valutazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet superviżorji għandhom jiżguraw li tal-anqas 40 % tas-suq tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni tal-ħajja tal-Istat Membru u 40 % tas-suq tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni mhux tal-ħajja – is-sehem tas-suq tal-ħajja bbażat fuq provvedimenti tekniċi grossi u s-sehem tas-suq mhux tal-ħajja bbażat fuq primjums grossi miktuba – ikunu soġġetti għal ppjanar ta' riżoluzzjoni. Fil-kalkolu tal-livell ta' kopertura tas-suq, l-impriżi sussidjarji ta' grupp jistgħu jitqiesu meta dawk l-impriżi sussidjarji jkunu koperti fil-pjan ta' riżoluzzjoni ta' grupp.
L-impriżi żgħar u mhux kumplessi ma għandhomx ikunu soġġetti għal rekwiżiti ta' ppjanar ta' riżoluzzjoni, ħlief meta awtorità ta' riżoluzzjoni tqis li tali impriża tirrappreżenta riskju partikolari fil-livell nazzjonali jew reġjonali.
3. Meta l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni kkonċernata twettaq attivitajiet transfruntiera sinifikanti, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' domiċilju għandhom jipprovdu l-abbozz tal-pjan ta' riżoluzzjoni lill-awtoritajiet superviżorji jew ta' riżoluzzjoni ospitanti. L-awtoritajiet superviżorji jew ta' riżoluzzjoni ospitanti jistgħu jeżaminaw l-abbozz tal-pjan ta' riżoluzzjoni sabiex jidentifikaw kwalunkwe azzjoni fil-abbozz tal-pjan ta' riżoluzzjoni li jista' jkollha impatt negattiv fuq id-detenturi ta' poloz, fuq l-ekonomija reali jew fuq l-istabbiltà finanzjarja fl-Istat Membru tagħhom u jagħmlu rakkomandazzjonijiet lill-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' domiċilju fir-rigward ta' dawk il-kwistjonijiet. L-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' domiċilju għandha tipprovdi tweġiba motivata dwar id-deċiżjoni tagħha li ssegwi r-rakkomandazzjonijiet jew li ma ssegwihomx. Meta l-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' domiċilju tonqos milli tqis korrettament ir-rakkomandazzjonijiet tal-awtorità ta' riżoluzzjoni ospitanti, l-awtorità ta' riżoluzzjoni ospitanti tista' tirreferi l-kwistjoni lill-EIOPA f'konformità mal-Artikolu 31(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.
4. Meta jiġu speċifikati l-opzjonijiet għall-applikazzjoni tal-għodod u tas-setgħat ta' riżoluzzjoni, il-pjanijiet ta' riżoluzzjoni għandhom iqisu x-xenarji ta' riżoluzzjoni rilevanti, inkluż ix-xenarju li fih il-falliment tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jkun idjosinkratiku u x-xenarju fejn iseħħ fi żmien ta' instabbiltà finanzjarja usa' jew ta' avvenimenti fis-sistema kollha.
Il-pjanijiet ta' riżoluzzjoni ma għandhom jassumu l-ebda għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja minbarra, fejn disponibbli, l-użu ta' skemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni jew ta' kwalunkwe arranġament ta' finanzjament.
5. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jirrieżaminaw, u fejn meħtieġ jaġġornaw, il-pjanijiet ta' riżoluzzjoni mill-inqas kull sentejn, u fi kwalunkwe każ:
|
a) |
wara kwalunkwe bidla materjali fl-istruttura legali jew organizzazzjonali tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, fin-negozju tagħha, jew fil-pożizzjoni finanzjarja tagħha, li jista' jkollha effett materjali fuq l-effettività tal-pjan jew inkella tagħmel neċessarja reviżjoni tal-pjan ta' riżoluzzjoni; |
|
b) |
meta bidla materjali fil-pożizzjoni finanzjarja tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jista' jkollha effett materjali fuq l-effettività tal-pjan, jew inkella tkun teħtieġ reviżjoni tal-pjan ta' riżoluzzjoni, issir prevedibbli. |
L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u l-awtoritajiet superviżorji għandhom jikkomunikaw minnufih lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni kwalunkwe avveniment li jeħtieġ reviżjoni jew aġġornament tal-pjan ta' riżoluzzjoni.
6. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4, il-pjanijiet ta' riżoluzzjoni għandhom jistipulaw l-opzjonijiet għall-applikazzjoni tal-għodod lil, u l-eżerċizzju tas-setgħat ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta', l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni. Il-pjanijiet ta' riżoluzzjoni għandu jkun fihom, ikkwantifikati kull meta jkun xieraq u possibbli, dawn kollha li ġejjin:
|
(a) |
sommarju tal-elementi ewlenin tal-pjan; |
|
(b) |
sommarju tal-bidliet materjali fl-impriża li seħħew minn meta kienet ippreżentata l-aħħar informazzjoni relatata mar-riżoluzzjoni; |
|
(c) |
turija ta' kif il-funzjonijiet kritiċi u l-linji ta' negozju ewlenin jistgħu legalment u ekonomikament jiġu sseparati, sal-punt neċessarju, minn funzjonijiet oħrajn sabiex tiġi żgurata l-kontinwità malli tfalli l-impriża; |
|
(d) |
identifikazzjoni ta' dawk l-assi li jkunu mistennijin jikkwalifikaw bħala kollateral; |
|
(e) |
stima tal-limitu ta' żmien għall-eżekuzzjoni ta' kull aspett materjali tal-pjan; |
|
(f) |
deskrizzjoni dettaljata tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà, inkluż il-valutazzjoni tal-fattibbiltà u l-kredibbiltà tal-istralċ skont proċedimenti normali ta' insolvenza, imwettqa f'konformità mal-Artikolu 13; |
|
(g) |
deskrizzjoni ta' kwalunkwe miżura meħtieġa skont l-Artikolu 15 sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà identifikati bħala riżultat tal-valutazzjoni mwettqa f'konformità mal-Artikolu 13; |
|
(h) |
spjegazzjoni dwar kif l-opzjonijiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jiġu ffinanzjati mingħajr is-suppożizzjoni ta' kwalunkwe għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja minbarra, fejn disponibbli, l-użu ta' skemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni jew ta' kwalunkwe arranġament ta' finanzjament; |
|
(i) |
deskrizzjoni dettaljata tal-istrateġiji differenti ta' riżoluzzjoni li jistgħu jiġu applikati fid-dawl tax-xenarji differenti possibbli u tal-limiti ta' żmien applikabbli; |
|
(j) |
deskrizzjoni tal-interdependenzi ta' importanza kritika; |
|
(k) |
analiżi tal-impatt tal-pjan ta' riżoluzzjoni fuq l-impjegati tal-impriża, inkluż valutazzjoni ta' kwalunkwe kost assoċjat, u deskrizzjoni tal-proċeduri previsti sabiex jiġi kkonsultat il-persunal matul il-proċess ta' riżoluzzjoni, filwaqt li jiġu kkunsidrati s-sistemi nazzjonali għad-djalogu mas-sħab soċjali, fejn applikabbli; |
|
(l) |
pjan għall-komunikazzjoni mal-media u mal-pubbliku; |
|
(m) |
deskrizzjoni tal-operazzjonijiet u tas-sistemi essenzjali sabiex jinżamm il-funzjonament kontinwu tal-proċessi operazzjonali tal-impriża; |
|
(n) |
fejn applikabbli, kwalunkwe opinjoni espressa mill-impriża fir-rigward tal-pjan ta' riżoluzzjoni. |
Is-sommarju tal-elementi ewlenin tal-pjan għandu jiġi żvelat lill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni.
7. L-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tibgħat il-pjanijiet ta' riżoluzzjoni u kwalunkwe bidla li ssir fihom lill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati.
8. L-EIOPA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ulterjorment il-kontenut tal-pjan ta' riżoluzzjoni.
L-EIOPA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sad-29 ta’ Lulju 2026.
Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.
9. L-EIOPA għandha, sad-29 ta’ Jannar 2027, toħroġ linji gwida f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 li jispeċifikaw aktar il-kriterji għall-identifikazzjoni ta' funzjonijiet kritiċi.
Artikolu 10
Pjanijiet ta' riżoluzzjoni ta' grupp
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp ikollhom is-setgħa li jfasslu pjanijiet ta' riżoluzzjoni ta' grupp għal gruppi li huma soġġetti għall-ippjanar ta' riżoluzzjoni abbażi tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9(2).
2. Il-pjan ta' riżoluzzjoni ta' grupp għandu:
|
(a) |
jkun fih l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni li għandhom jittieħdu fir-rigward ta' kull entità fejn ser ikunu neċessarji miżuri sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi; |
|
(b) |
jeżamina sa liema punt jistgħu jiġu applikati l-għodod ta' riżoluzzjoni u jiġu eżerċitati s-setgħat ta' riżoluzzjoni b'mod koordinat u jidentifika kwalunkwe impediment potenzjali għal riżoluzzjoni koordinata; |
|
(c) |
fejn grupp fih entitajiet inkorporati f'pajjiżi terzi, jidentifika arranġamenti adegwati għall-kooperazzjoni u għall-koordinazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti ta' dawk il-pajjiżi terzi u l-implikazzjonijiet għar-riżoluzzjoni fl-Unjoni; |
|
(d) |
jidentifika miżuri, inkluż is-separazzjoni ġuridika u ekonomika ta' funzjonijiet jew ta' linji operatorji partikolari, li huma neċessarji sabiex tiġi ffaċilitata r-riżoluzzjoni ta' grupp, filwaqt li jitqiesu l-interdipendenzi fil-grupp; |
|
(e) |
jidentifika s-sorsi disponibbli ta' finanzjament għall-finanzjament tal-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni ta' grupp u, fejn ikun meħtieġ l-użu ta' skemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni jew ta' kwalunkwe arranġament ta' finanzjament, jistabbilixxi l-prinċipji għall-kondiviżjoni tar-responsabbiltà għal dak il-finanzjament bejn is-sorsi ta' finanzjament fi Stati Membri differenti, filwaqt li ma jassumi l-ebda għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja; |
|
(f) |
fih l-elementi stabbiliti fl-Artikolu 9(6). |
3. L-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tittrażmetti l-pjanijiet ta' riżoluzzjoni ta' grupp u kwalunkwe bidla fihom lill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati u, meta l-grupp ikun konglomerat finanzjarju, jew ikun parti minnu, lill-awtorità ta' riżoluzzjoni rilevanti maħtura f'konformità mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/59/UE u lill-awtorità kompetenti kif definita fl-Artikolu 4(1), il-punt (40), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
4. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jfasslu pjanijiet ta' riżoluzzjoni għall-impriżi sussidjarji tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (c) u (d), fejn ma jkun jeżisti l-ebda pjan ta' riżoluzzjoni ta' grupp.
5. Meta jfasslu l-pjanijiet ta' riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-impriżi sussidjarji tal-Unjoni jistgħu jqisu l-istrateġija ta' riżoluzzjoni segwita mill-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi kkonċernati għall-gruppi li għalihom huma responsabbli dawk l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni.
Jekk l-awtorità ta' riżoluzzjoni tqis li tali strateġija ta' riżoluzzjoni tkun kredibbli u fattibbli, hija tista' tirrifletti b'mod xieraq dik l-istrateġija ta' riżoluzzjoni u l-konsegwenzi possibbli tagħha għall-impriża sussidjarja tal-Unjoni kkonċernata fil-pjan ta' riżoluzzjoni tagħha. Dan ma għandux iqiegħed f'riskju l-kisba tal-objettivi ta' riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 18.
6. L-EIOPA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kontenut tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni ta' grupp, billi tqis id-diversità tal-mudelli ta' negozju tal-gruppi fis-suq intern.
L-EIOPA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sad-29 ta’ Lulju 2026.
Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.
Artikolu 11
Rekwiżiti u proċedura għall-pjanijiet ta' riżoluzzjoni ta' grupp
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi omm apikali jippreżentaw lill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp l-informazzjoni li tista' tkun meħtieġa skont l-Artikolu 12. Dik l-informazzjoni għandha tikkonċerna lill-impriża omm apikali u sal-punt meħtieġ lil kull entità fi grupp inkluż l-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1(1), il-punti (b) sa (e).
Dment li jkunu ssodisfati r-rekwiżiti tas-sigriet professjonali stabbiliti f'din id-Direttiva, l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tittrażmetti l-informazzjoni rilevanti pprovduta f'konformità ma' dan il-paragrafu lil:
|
(a) |
l-EIOPA; |
|
(b) |
l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni li huma membri tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni; |
|
(c) |
l-awtoritajiet superviżorji rilevanti li huma membri tal-kulleġġ tas-superviżuri jew li jipparteċipaw fih kif imsemmi fl-Artikolu 248(3) tad-Direttiva 2009/138/KE. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-kulleġġi ta' riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, filwaqt li jaġixxu b'mod konġunt mal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni msemmijin fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, il-punt (b), u wara li jkunu kkonsultaw lill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati li huma membri tal-kulleġġ tas-superviżuri jew jipparteċipaw fih kif imsemmi fl-Artikolu 248(3) tad-Direttiva 2009/138/KE, ifasslu u jżommu pjanijiet ta' riżoluzzjoni ta' gruppi. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp jistgħu, fid-diskrezzjoni tagħhom, u bil-kundizzjoni li huma jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità stabbiliti fl-Artikolu 80 ta' din id-Direttiva, jinvolvu fit-tfassil u fil-manutenzjoni tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni ta' gruppi lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' pajjiżi terzi tal-ġuriżdizzjonijiet fejn il-grupp ikun stabbilixxa impriżi sussidjarji tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew kumpaniji holding tal-assigurazzjoni, jew fergħat sinifikattivi kif definit skont l-Artikolu 248(8) tad-Direttiva 2009/138/KE.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjanijiet ta' riżoluzzjoni ta' grupp jiġu rieżaminati, u fejn xieraq aġġornati, tal-inqas kull sentejn, u fi kwalunkwe każ:
|
(a) |
wara kwalunkwe bidla fl-istruttura legali jew organizzattiva, fin-negozju, jew fil-pożizzjoni finanzjarja tal-grupp inkluż kwalunkwe entità fi grupp, li jista' jkollha effett materjali fuq il-pjan jew teħtieġ bidla fih; |
|
(b) |
meta bidla materjali fil-pożizzjoni finanzjarja tiegħu li jista' jkollha effett materjali fuq l-effettività tal-pjan, jew inkella tkun teħtieġ reviżjoni tal-pjan ta' riżoluzzjoni, issir prevedibbli. |
4. L-adozzjoni tal-pjan ta' riżoluzzjoni ta' grupp għandha tieħu l-forma ta' deċiżjoni konġunta, kif imsemmi fl-Artikolu 17, tal-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni sussidjarji u tal-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1(1), il-punti (b) sa (e).
Artikolu 12
Informazzjoni għall-fini tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni u għall-kooperazzjoni tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa li jitolbu lill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jew lill-impriża omm apikali, kif applikabbli, sabiex:
|
(a) |
jikkooperaw kemm jista' jkun possibbli fit-tfassil tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni jew fil-pjanijiet ta' riżoluzzjoni ta' grupp; |
|
(b) |
jipprovdulhom, direttament jew permezz tal-awtorità superviżorja, l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex ifasslu u jimplimentaw pjanijiet ta' riżoluzzjoni jew pjanijiet ta' riżoluzzjoni ta' grupp. |
2. L-awtoritajiet superviżorji fl-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni sabiex jivverifikaw jekk xi informazzjoni jew l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 1 hijiex diġà disponibbli u għandhom jipprovdu dik l-informazzjoni lil dawk l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jiksbu din l-informazzjoni kollha rilevanti kollha mingħand l-awtoritajiet superviżorji qabel ma jitolbu informazzjoni mingħand l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni.
3. L-EIOPA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni sabiex tispeċifika l-proċeduri u sett minimu ta' formoli u ta' mudelli standard għall-għoti tal-informazzjoni skont dan l-Artikolu, u sabiex tispeċifika l-kontenut ta' tali informazzjoni.
L-EIOPA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sad-29 ta’ Lulju 2026.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.
KAPITOLU II
Riżolvibbiltà
Artikolu 13
Valutazzjoni tar-riżolvibbiltà
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, wara li jkunu kkonsultaw lill-awtorità superviżorja, jivvalutaw sa liema punt l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li ma jkunux parti minn grupp ikunu riżolvibbli mingħajr is-suppożizzjoni ta' kwalunkwe għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja minbarra, fejn disponibbli u applikabbli, l-użu ta' skemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni jew ta' kwalunkwe arranġament ta' finanzjament.
Impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandha titqies riżolvibbli meta jkun fattibbli u kredibbli li dik l-impriża tiġi stralċata skont proċedimenti normali ta' insolvenza, jew li l-awtorità ta' riżoluzzjoni tirriżolvi dik l-impriża billi tapplika għaliha l-għodod ta' riżoluzzjoni differenti u l-eżerċizzju tas-setgħat ta' riżoluzzjoni.
2. Meta awtorità ta' riżoluzzjoni tikkonkludi li azzjoni ta' riżoluzzjoni tista' tkun meħtieġa fl-interess pubbliku minħabba li l-istralċ skont proċedimenti normali ta' insolvenza ma jilħaqx l-objettivi ta' riżoluzzjoni sal-istess punt, hija għandha tipproċedi għall-istadji konsekuttivi li ġejjin:
|
(a) |
tagħżel azzjoni ta' riżoluzzjoni ppreferuta xierqa biex jintlaħqu l-objettivi ta' riżoluzzjoni minħabba l-istruttura u l-mudell tan-negozju tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni; |
|
(b) |
tivvaluta jekk huwiex fattibbli li l-azzjoni ta' riżoluzzjoni magħżula tiġi applikata b'mod effettiv f'perjodu ta' żmien xieraq u tidentifika impedimenti potenzjali għall-implimentazzjoni tagħha; |
|
(c) |
tivvaluta l-kredibbiltà tal-azzjoni ta' riżoluzzjoni magħżula, filwaqt li tqis l-impatt probabbli tar-riżoluzzjoni fuq is-sistemi finanzjarji jew l-ekonomiji reali tal-Istati Membri jew tal-Unjoni u l-protezzjoni tal-interess kollettiv tad-detenturi ta' poloz, tal-benefiċjarji u tal-pretendenti, bl-għan li tiġi żgurata l-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi mwettqa mill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni. |
3. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jagħmlu l-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà msemmija fil-paragrafu 1 fl-istess ħin tat-tfassil u l-aġġornament tal-pjan ta' riżoluzzjoni f'konformità mal-Artikolu 9, u għall-fini ta' tali tfassil u aġġornament. Meta jwettqu l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, minn tal-anqas, għandhom jeżaminaw id-dimensjonijiet tar-riżolvibbiltà speċifikati fl-Anness.
4. Għall-finijiet tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jitolbu lill-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa.
5. L-EIOPA għandha, sad-29 ta’ Jannar 2027, toħroġ linji gwida f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 biex tispeċifika kwistjonijiet u kriterji ulterjuri għall-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà tal-impriżi jew il-gruppi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni previsti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 14 ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 14
Valutazzjoni tar-riżolvibbiltà għall-gruppi
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, flimkien mal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-impriżi sussidjarji, wara li jkunu kkonsultaw lis-superviżur tal-gruppi u lill-awtoritajiet superviżorji ta' tali impriżi sussidjarji, jivvalutaw sa liema punt il-gruppi jkunu riżolvibbli mingħajr is-suppożizzjoni ta' kwalunkwe għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja minbarra, fejn disponibbli u applikabbli, l-użu ta' skemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni jew ta' kwalunkwe arranġament ta' finanzjament.
2. Grupp għandu jitqies bħala riżolvibbli meta jkun fattibbli u kredibbli għall-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jew li jistralċaw l-entitajiet fil-grupp skont proċedimenti normali ta' insolvenza jew li jirriżolvu dak il-grupp billi japplikaw l-għodod ta' riżoluzzjoni u jeżerċitaw is-setgħat ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta’ l-entitajiet fi grupp fejn ikunu jistgħu jiġu sseparati faċilment b'mod tempestiv, jew bi kwalunkwe mezz ieħor previst skont il-liġi nazzjonali.
Il-kulleġġi ta' riżoluzzjoni msemmijin fl-Artikolu 70 għandhom iqisu l-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà ta' grupp meta jwettqu l-funzjonijiet tagħhom.
3. Meta awtorità ta' riżoluzzjoni tikkonkludi li azzjoni ta' riżoluzzjoni tista' tkun meħtieġa fl-interess pubbliku minħabba li l-istralċ skont proċedimenti normali ta' insolvenza ma jilħaqx l-objettivi ta' riżoluzzjoni sal-istess punt, hija għandha tipproċedi għall-istadji konsekuttivi li ġejjin:
|
(a) |
tagħżel l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni ppreferuti xierqa biex jintlaħqu l-objettivi ta' riżoluzzjoni minħabba l-istruttura u l-mudell tan-negozju tal-grupp; |
|
(b) |
tivvaluta jekk huwiex fattibbli li l-azzjoni ta' riżoluzzjoni magħżula tiġi applikata b'mod effettiv f'perjodu ta' żmien xieraq u tidentifika impedimenti potenzjali għall-implimentazzjoni tagħha; |
|
(c) |
tivvaluta l-kredibbiltà tal-azzjoni ta' riżoluzzjoni magħżula, filwaqt li tqis l-impatt probabbli tar-riżoluzzjoni fuq is-sistemi finanzjarji jew l-ekonomiji reali tal-Istati Membri jew tal-Unjoni u l-protezzjoni tal-interess kollettiv tad-detenturi ta' poloz, tal-benefiċjarji u tal-pretendenti, bl-għan li tiġi żgurata l-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi mwettqa mill-grupp. |
4. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandhom jagħmlu l-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà tal-gruppi fl-istess ħin bħat-tfassil u l-aġġornament tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni ta' gruppi f'konformità mal-Artikolu 10, u għall-finijiet tat-tali tfassil u aġġornament. Il-valutazzjoni għandha ssir skont il-proċedura tat-teħid ta' deċiżjonijiet stipulata fl-Artikolu 11. Meta jwettqu l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, bħala minimu, għandhom jeżaminaw id-dimensjonijiet tar-riżolvibbiltà speċifikati fl-Anness.
5. Għall-finijiet tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà, l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp tista' titlob lill-entitajiet fi grupp jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa.
Artikolu 15
Setgħa sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-valutazzjoni mwettqa f'konformità mal-Artikolu 13 jew 14 tiżvela li jkun hemm impedimenti sostantivi għar-riżolvibbiltà ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tinnotifika bil-miktub lil dik l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni u lill-awtorità superviżorja kkonċernata.
2. Ir-rekwiżit għall-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni li jfasslu pjanijiet ta' riżoluzzjoni u r-rekwiżit għall-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni rilevanti li jilħqu deċiżjoni konġunta f'konformità mal-Artikolu 17 dwar pjanijiet ta' riżoluzzjoni ta' grupp imsemmijin fl-Artikolu 9(1) u fl-Artikolu 11(4) rispettivament għandha tiġi sospiża wara n-notifika msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu sa ma jiġu aċċettati l-miżuri għat-tneħħija ta' impedimenti sostantivi għar-riżolvibbiltà mill-awtorità ta' riżoluzzjoni skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu jew deċiżi skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.
3. Fi żmien erba' xhur minn meta tirċievi notifika msemmija fil-paragrafu 1, l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandha tipproponi lill-awtorità ta' riżoluzzjoni miżuri possibbli sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti sostantivi identifikati fin-notifika.
L-iskeda ta' żmien għall-implimentazzjoni ta' dawk il-miżuri proposti mill-impriża għandha tqis ir-raġunijiet għall-impedimenti sostantivi.
L-awtorità ta' riżoluzzjoni, wara li tikkonsulta lill-awtorità superviżorja, għandha tivvaluta jekk dawk il-miżuri effettivament jindirizzawx jew ineħħux l-impedimenti sostantivi.
4. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni li jsibu li l-miżuri proposti minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni f'konformità mal-paragrafu 3, ma jnaqqsux jew ma jneħħux b'mod effettiv l-impediment ikkonċernat, għandhom, direttament jew indirettament permezz tal-awtorità superviżorja, jirrikjedu li l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tieħu kwalunkwe waħda mill-miżuri alternattivi stabbiliti fil-paragrafu 5, u tinnotifika tali miżuri bil-miktub lil dik l-impriża, li għandha tipproponi pjan għall-konformità ma' dawk ir-rekwiżiti fi żmien xahar minn meta tirċievi tali notifika.
Meta jidentifikaw miżuri alternattivi, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom juru kif il-miżuri proposti mill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ma jkunux kapaċi jneħħu l-impedimenti għar-riżolvibbiltà u kif il-miżuri alternattivi proposti jkunu proporzjonati fit-tneħħija ta' dawk l-impedimenti. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom iqisu l-effett tal-miżuri fuq in-negozju tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, fuq l-istabbiltà tagħha u fuq il-kapaċità tagħha li tikkontribwixxi għall-ekonomija.
5. Għall-finijiet tal-paragrafu 4, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandu jkollhom tal-inqas is-setgħa jieħdu kwalunkwe mill-miżuri alternattivi li ġejjin:
|
(a) |
jirrikjedu li l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tirrevedi kwalunkwe ftehim ta' finanzjament intragrupp jew tirrieżamina n-nuqqas ta' ftehim bħalu, jew tfassal ftehimiet ta' servizz, kemm jekk intragrupp kif ukoll jekk ma' partijiet terzi; |
|
(b) |
jirrikjedu lill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tillimita l-iskoperturi individwali u skoperturi aggregati massimi tagħha; |
|
(c) |
jimponu rekwiżiti speċifiċi jew regolari tal-informazzjoni addizzjonali rilevanti għall-finijiet tar-riżoluzzjoni; |
|
(d) |
jirrikjedu li l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tiżvesti assi speċifiċi jew tirristruttura l-obbligazzjonijiet; |
|
(e) |
jirrikjedu li l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tillimita jew twaqqaf attivitajiet speċifiċi eżistenti jew proposti; |
|
(f) |
jirrestrinġu jew jipprevjenu l-iżvilupp ta' linji operatorji ġodda jew eżistenti jew il-bejgħ ta' prodotti ġodda jew eżistenti; |
|
(g) |
jirrikjedu li l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tbiddel l-istrateġija tar-riassigurazzjoni; |
|
(h) |
jirrikjedu bidliet fl-istrutturi legali jew operazzjonali tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew ta' kwalunkwe entità fi grupp, direttament jew indirettament taħt il-kontroll tagħha, sabiex titnaqqas il-kumplessità biex jiġi żgurat li l-funzjonijiet kritiċi jkunu jistgħu jiġu sseparati legalment u operazzjonalment minn funzjonijiet oħrajn permezz tal-applikazzjoni tal-għodod ta' riżoluzzjoni; |
|
(i) |
jirrikjedu lill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew lil impriża prinċipali tistabbilixxi kumpanija holding prinċipali tal-assigurazzjoni fi Stat Membru jew kumpanija holding prinċipali tal-assigurazzjoni tal-Unjoni; |
|
(j) |
meta l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tkun l-impriża sussidjarja ta' kumpanija holding tal-assigurazzjoni ta' attivitajiet mħallta, tirrikjedi li l-kumpanija holding tal-assigurazzjoni ta' attivitajiet mħallta tistabbilixxi kumpanija holding tal-assigurazzjoni separata sabiex tikkontrolla l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, fejn neċessarju sabiex tiġi ffaċilitata r-riżoluzzjoni tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni u sabiex jiġi evitat li l-applikazzjoni ta' għodod ta' riżoluzzjoni u l-eżerċizzju tas-setgħat ta' riżoluzzjoni jkollhom effett avvers fuq il-parti mhux finanzjarja tal-grupp. |
6. Qabel ma tidentifika kwalunkwe miżura alternattiva msemmija fil-paragrafu 5, l-awtorità ta' riżoluzzjoni, wara li tkun ikkonsultat lill-awtorità superviżorja, għandha tqis kif xieraq l-effett potenzjali ta' tali miżura fuq is-solidità u fuq l-istabbiltà tan-negozju avvjat ta' dik l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni partikolari u fuq is-suq intern.
7. Notifika jew deċiżjoni magħmula skont il-paragrafu 1 jew 4:
|
(a) |
għandu jkun fiha r-raġunijiet għall-valutazzjoni jew għad-determinazzjoni inkwistjoni; |
|
(b) |
għandha tkun soġġetta għad-dritt ta' appell. |
Barra minn hekk, deċiżjoni magħmula skont il-paragrafu 4 għandha tindika kif hija tikkonforma mar-rekwiżit għall-applikazzjoni proporzjonata stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4.
8. L-EIOPA għandha, sad-29 ta’ Lulju 2027, toħroġ linji gwida f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 sabiex tispeċifika dettalji ulterjuri dwar il-miżuri previsti fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu u ċ-ċirkostanzi li fihom tista' tiġi applikata kull miżura.
Artikolu 16
Setgħa sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà: trattament tal-grupp
1. Awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, flimkien mal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-impriżi sussidjarji, wara li tkun ikkonsultat il-kulleġġ tas-superviżuri stabbilit skont l-Artikolu 248 tad-Direttiva 2009/138/KE, għandha tqis il-valutazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 14, fil-kulleġġ ta' riżoluzzjoni u għandha tieħu l-passi raġonevoli kollha sabiex tilħaq deċiżjoni konġunta kif imsemmi fl-Artikolu 17 dwar l-applikazzjoni ta' miżuri identifikati f'konformità mal-Artikolu 15(4) fir-rigward tal-entitajiet rilevanti kollha fi grupp.
2. L-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, f'kooperazzjoni mas-superviżur tal-grupp u mal-EIOPA, f'konformità mal-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, għandha tħejji rapport u tippreżentah lill-impriża omm apikali u lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tas-sussidjarji, li għandhom jipprovdu dak ir-rapport lill-impriżi sussidjarji taħt il-mandat tagħhom. Ir-rapport għandu jitħejja wara li tkun saret konsultazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji, u għandu janalizza l-impedimenti sostantivi għall-applikazzjoni effettiva tal-għodod ta' riżoluzzjoni u l-eżerċizzju effettiv tas-setgħat ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-grupp. Ir-rapport għandu jirrakkomanda kwalunkwe miżura proporzjonata u mmirata li, fil-fehma tal-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, tkun neċessarja jew xierqa sabiex jitneħħew dawk l-impedimenti, filwaqt li jitqies l-impatt ta' dawk il-miżuri fuq il-mudell ta' negozju tal-grupp.
3. Fi żmien erba' xhur mid-data tar-riċevuta tar-rapport, l-impriża omm apikali tista' tippreżenta osservazzjonijiet u tipproponi miżuri alternattivi lill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp sabiex tindirizza jew tneħħi l-impedimenti identifikati fir-rapport.
L-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, wara li tikkonsulta lis-superviżur tal-grupp, għandha tivvaluta jekk dawk il-miżuri effettivament jindirizzawx jew ineħħux l-impedimenti sostantivi.
4. L-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tikkomunika kwalunkwe miżura proposta mill-impriża omm apikali lill-awtoritajiet li huma membri tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni jew li jipparteċipaw fih. L-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-impriżi sussidjarji, wara li jkunu kkonsultaw lill-awtoritajiet superviżorji, għandhom jagħmlu dak kollu li jistgħu sabiex jilħqu deċiżjoni konġunta, kif imsemmi fl-Artikolu 17, fil-kulleġġ ta' riżoluzzjoni rigward l-identifikazzjoni ta' impedimenti sostantivi, u, fejn ikun neċessarju, fir-rigward tal-valutazzjoni tal-miżuri proposti mill-impriża omm apikali u l-miżuri meħtieġa mill-awtoritajiet sabiex jindirizzaw jew ineħħu l-impedimenti. Meta jagħmlu dan, huma għandhom iqisu l-impatt potenzjali tal-miżuri fl-Istati Membri kollha fejn jopera l-grupp.
KAPITOLU III
Deċiżjonijiet konġunti
Artikolu 17
Deċiżjonijiet konġunti
1. Is-superviżuri tal-gruppi, l-awtoritajiet superviżorji, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jilħqu d-deċiżjonijiet konġunti msemmijin fl-Artikolu 8(2), fl-Artikolu 11(4) u fl-Artikolu 16(4), kif applikabbli, fi żmien erba' xhur mid-data ta':
|
(a) |
it-trażmissjoni mis-superviżur tal-grupp tal-pjan ta' rkupru preventiv ta' grupp f'konformità mal-Artikolu 7(6); |
|
(b) |
it-trażmissjoni mill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 11(1), it-tieni subparagrafu; |
|
(c) |
il-preżentazzjoni ta' kwalunkwe osservazzjoni jew il-proposta ta' kwalunkwe miżura alternattiva mill-impriża omm apikali, jew l-iskadenza tal-perjodu msemmi fl-Artikolu 16(3), skont liema tiġi l-ewwel. |
Fuq talba ta' awtorità superviżorja jew ta' awtorità ta' riżoluzzjoni, l-EIOPA tista' tassisti lis-superviżuri tal-gruppi, lill-awtoritajiet superviżorji, lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni sabiex jilħqu deċiżjoni konġunta f'konformità mal-Artikolu 31(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.
2. Fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-kliem introduttorju, dwar kwalunkwe waħda mill-kwistjonijiet li ġejjin, is-superviżur tal-grupp jew l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, kif applikabbli, għandhom jieħdu d-deċiżjoni tagħhom stess dwarhom;
|
(a) |
ir-rieżami u l-valutazzjoni tal-pjan ta' rkupru preventiv ta' grupp; |
|
(b) |
kwalunkwe miżura li l-impriża omm apikali hija meħtieġa li tieħu f'konformità mal-Artikolu 6(4) u (5); |
|
(c) |
il-pjan ta' riżoluzzjoni ta' grupp; |
|
(d) |
il-miżuri msemmijin fl-Artikolu 16. |
Id-deċiżjoni meħuda mis-superviżur tal-grupp jew mill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, kif applikabbli, għandha tkun motivata bis-sħiħ u għandha tqis il-fehmiet u r-riżervi ta' awtoritajiet superviżorji jew ta' awtoritajiet ta' riżoluzzjoni oħrajn, kif ikun applikabbli, espressi matul il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-kliem introduttorju. Id-deċiżjoni għandha tiġi pprovduta lill-impriża omm apikali u lill-awtoritajiet l-oħrajn ikkonċernati.
3. Fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-kliem introduttorju, bejn l-awtoritajiet superviżorji jew l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni dwar kwalunkwe waħda mill-kwistjonijiet li ġejjin, kull awtorità superviżorja jew awtorità ta' riżoluzzjoni ta' impriża sussidjarja, kif ikun applikabbli, għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha stess dwarhom:
|
(a) |
jekk għandux jitfassal pjan ta' rkupru preventiv fuq bażi individwali għall-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni taħt il-ġuriżdizzjoni tagħha kif imsemmi fl-Artikolu 8(2); |
|
(b) |
l-applikazzjoni fil-livell sussidjarju tal-miżuri msemmijin fl-Artikolu 6(4) u (5); |
|
(c) |
l-identifikazzjoni tal-impedimenti sostantivi, u fejn neċessarja, il-valutazzjoni tal-miżuri proposti mill-impriża omm apikali u l-miżuri meħtieġa mill-awtoritajiet biex jindirizzaw jew ineħħu dawk l-impedimenti, kif imsemmi fl-Artikolu 16(1). |
4. Fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta bejn l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni dwar l-adozzjoni tal-pjan ta' riżoluzzjoni ta' grupp, kif imsemmi fl-Artikolu 11(4), fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-kliem introduttorju, ta’ dan l-Artikolu, kull awtorità ta' riżoluzzjoni responsabbli għal impriża sussidjarja għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha stess u għandha tfassal u żżomm aġġornat pjan ta' riżoluzzjoni għall-entitajiet taħt il-ġuriżdizzjoni tagħha. Kull awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tinnotifika d-deċiżjoni tagħha lill-membri l-oħrajn tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni.
5. Kull waħda mid-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet superviżorji jew ta' riżoluzzjoni f'konformità mal-paragrafi 3 jew 4 għandha tkun motivata bis-sħiħ u għandha tqis il-fehmiet u r-riżervi tal-awtoritajiet superviżorji l-oħrajn, tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, tas-superviżuri tal-grupp jew tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, kif ikun applikabbli.
6. L-awtoritajiet superviżorji jew l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni li ma jaqblux ma' deċiżjoni kif imsemmi fil-paragrafi 3 u 4 jistgħu jilħqu deċiżjoni konġunta dwar pjan ta' rkupru preventiv ta' grupp jew pjan ta' riżoluzzjoni ta' grupp li jkopri l-entitajiet fi grupp taħt il-ġuriżdizzjonijiet tagħhom.
7. Fejn, sa tmiem il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-kliem introduttorju, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet superviżorji jew mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni kkonċernati tkun irreferiet kwistjoni lill-EIOPA f'konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, is-superviżur tal-grupp, l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, l-awtorità superviżorja jew l-awtorità ta' riżoluzzjoni kkonċernata, kif ikun applikabbli, għandha tiddifferixxi d-deċiżjoni tagħha skont il-paragrafi 2, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu, tistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-EIOPA tista' tieħu f'konformità mal-Artikolu 19(3) ta' dak ir-Regolament, u tieħu d-deċiżjoni tagħha f'konformità mad-deċiżjoni tal-EIOPA. Il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-kliem introduttorju, ta’ dan l-Artikolu għandu jitqies bħala l-fażi ta' konċiljazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 19(2) ta' dak ir-Regolament. L-EIOPA għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferuta lill-EIOPA wara t-tmiem tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-kliem introduttorju, jew wara li tkun ittieħdet deċiżjoni konġunta. Fin-nuqqas ta' deċiżjoni tal-EIOPA fi żmien xahar wara li jkun sar ir-riferiment lill-EIOPA, għandha tapplika d-deċiżjoni tas-superviżur tal-grupp, tal-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, tal-awtorità superviżorja jew tal-awtorità ta' riżoluzzjoni għall-grupp jew għall-impriża sussidjarja f'livell individwali, kif applikabbli.
8. Id-deċiżjonijiet konġunti msemmija fl-Artikolu 8(2), fl-Artikolu 11(4), fl-Artikolu 16(4) u fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu u d-deċiżjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu rrikonoxxuti bħala konklużivi u għandhom jiġu applikati mill-awtoritajiet superviżorji jew mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni fl-Istati Membri kkonċernati.
9. Fejn jittieħdu deċiżjonijiet konġunti skont l-Artikolu 11(4) u, fir-rigward tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni ta' grupp, il-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu u fejn awtorità ta' riżoluzzjoni tivvaluta li s-suġġett ta' nuqqas ta' qbil dwar il-pjanijiet ta' riżoluzzjoni ta' grupp jaffettwa r-responsabbiltajiet fiskali tal-Istat Membru tagħha, l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tibda rivalutazzjoni tal-pjan ta' riżoluzzjoni ta' grupp.
TITOLU III
RIŻOLUZZJONI
KAPITOLU I
Objettivi ta' riżoluzzjoni, kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni u prinċipji ġenerali
Artikolu 18
Objettivi ta' riżoluzzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, meta japplikaw għodod ta' riżoluzzjoni u jeżerċitaw setgħat ta' riżoluzzjoni, iqisu l-objettivi ta' riżoluzzjoni elenkati fil-paragrafu 2, u jagħżlu l-għodod u s-setgħat li l-aħjar jilħqu l-objettivi li huma rilevanti fiċ-ċirkostanzi tal-każ.
2. L-objettivi ta' riżoluzzjoni huma:
|
(a) |
il-protezzjoni tal-interess kollettiv tad-detenturi ta' poloz, tal-benefiċjarji u tal-pretendenti; |
|
(b) |
iż-żamma tal-istabbiltà finanzjarja, b'mod partikolari billi jiġi pprevenut kontaġju u billi tinżamm id-dixxiplina fis-suq; |
|
(c) |
l-iżgurar tal-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi; |
|
(d) |
il-protezzjoni tal-fondi pubbliċi billi tiġi mminimizzata d-dipendenza fuq l-għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja. |
Meta jaħdmu biex jintlaħaq l-objettiv ta' riżoluzzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c), l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jagħżlu dawk l-approċċi fir-rigward tal-funzjonijiet kritiċi li jippreservaw bl-aħjar mod il-kontinwità tal-kopertura tal-assigurazzjoni għad-detenturi ta' poloz.
Meta jaħdmu biex jintlaħaq l-objettiv ta' riżoluzzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (d), l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom, sa fejn ikun possibbli, jipprijoritizzaw l-użu ta' sorsi ta' finanzjament għajr il-baġit tal-Istati Membri, inkluż l-arranġamenti ta' finanzjament kif imsemmija fl-Artikolu 81 u fl-iskemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni, fejn dawn ikunu disponibbli għal dak l-għan skont il-liġi applikabbli.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, meta jsegwu l-objettivi ta' riżoluzzjoni, ifittxu li jimminimizzaw il-kost tar-riżoluzzjoni u jevitaw il-qerda tal-valur sakemm ma tkunx neċessarja sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi ta' riżoluzzjoni.
3. L-objettivi ta' riżoluzzjoni huma ta' sinifikat ugwali, u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jibbilanċjawhom kif xieraq skont in-natura u ċ-ċirkostanzi ta' kull każ.
Artikolu 19
Kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jieħdu azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni biss meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a) |
l-awtorità superviżorja, wara li tkun ikkonsultat lill-awtorità ta' riżoluzzjoni, jew l-awtorità ta' riżoluzzjoni, wara li tkun ikkonsultat lill-awtorità superviżorja, tkun iddeterminat li l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni qed tfalli jew x'aktarx li tfalli; |
|
(b) |
ma jkun hemm l-ebda prospett raġonevoli li kwalunkwe miżura alternattiva tas-settur privat jew azzjoni superviżorja, inkluż miżuri preventivi u korrettivi, ser jipprevjenu l-falliment tal-impriża f'perjodu ta' żmien raġonevoli; |
|
(c) |
tkun neċessarja azzjoni ta' riżoluzzjoni fl-interess pubbliku. |
2. Meta awtorità ta' riżoluzzjoni tieħu azzjoni ta' riżoluzzjoni u sa ma dik l-azzjoni ta' riżoluzzjoni tkun intemmet, l-awtorità superviżorja ma għandhiex tadotta miżuri fir-rigward tal-impriża taħt riżoluzzjoni sakemm l-awtorità ta' riżoluzzjoni ma taqbilx ma' tali miżuri.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkollhom l-għodod meħtieġa, b'mod partikolari aċċess adegwat għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti, biex jagħmlu d-determinazzjoni skont il-paragrafu 1, il-punt (a), wara li jkunu kkonsultaw lill-awtorità superviżorja. L-awtorità superviżorja għandha tipprovdi lill-awtorità ta' riżoluzzjoni bi kwalunkwe informazzjoni rilevanti li din tal-aħħar titlob bil-ħsieb li twettaq il-valutazzjoni tagħha mingħajr dewmien.
4. Impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandha titqies li qed tfalli jew li x'aktarx tfalli fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
|
(a) |
l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tkun qed tikser jew x'aktarx li tkun qed tikser ir-Rekwiżit Kapitali Minimu msemmi fit-Titolu I, il-Kapitolu VI, it-Taqsima 5, tad-Direttiva 2009/138/KE u ma jkun hemm l-ebda prospett raġonevoli li tiġi rrestawrata l-konformità; |
|
(b) |
l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ma tibqax tissodisfa l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni jew tonqos serjament fl-obbligi tagħha skont il-liġijiet u r-regolamenti li tkun soġġetta għalihom, jew ikun hemm elementi oġġettivi li jappoġġaw li l-impriża, fil-futur qarib, ser tonqos serjament milli tissodisfa l-obbligi tagħha b'mod li jkun jiġġustifika l-irtirar tal-awtorizzazzjoni; |
|
(c) |
l-assi tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni huma jew hemm elementi oġġettivi biex jappoġġaw id-determinazzjoni li l-assi tal-impriża ser ikunu, fil-futur qarib, inqas mill-obbligazzjonijiet tagħha; |
|
(d) |
l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ma tkunx tista' tħallas id-djun tagħha jew obbligazzjonijiet oħrajn, inklużi pagamenti lid-detenturi ta' poloz jew lill-benefiċjarji, kif ikunu dovuti, jew ikun hemm elementi oġġettivi li jappoġġaw determinazzjoni li l-impriża, fil-futur qrib, ser tkun f'tali sitwazzjoni; |
|
(e) |
tkun meħtieġa għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja. |
5. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (c), azzjoni ta' riżoluzzjoni għandha tkun fl-interess pubbliku meta tali azzjoni tkun neċessarja għall-kisba u proporzjonata fir-rigward ta' wieħed jew ta' aktar mill-objettivi ta' riżoluzzjoni u l-istralċ tal-impriża skont proċedimenti normali ta' insolvenza, inkluż bl-użu ta' skemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni applikabbli għal dik l-impriża jekk il-kundizzjonijiet għal proċedimenti normali ta' insolvenza huma ssodisfati, ma jissodisfax dawk l-objettivi bl-istess mod.
Artikolu 20
Kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni fir-rigward ta' impriżi prinċipali u kumpaniji holding
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jieħdu azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' kwalunkwe waħda mill-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (b) sa (e), meta dik l-entità tissodisfa il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(1), mutatis mutandis.
2. Meta l-impriżi sussidjarji tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ta' kumpanija holding tal-assigurazzjoni ta' attività mħallta jinżammu direttament jew indirettament minn kumpanija holding tal-assigurazzjoni intermedjarja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu azzjonijiet ta' riżoluzzjoni għall-finijiet ta' riżoluzzjoni ta' grupp fir-rigward tal-kumpanija holding tal-assigurazzjoni intermedjarja, u ma għandhomx jieħdu azzjonijiet ta' riżoluzzjoni għall-finijiet ta' riżoluzzjoni ta' grupp fir-rigward tal-kumpanija holding tal-assigurazzjoni ta' attivitajiet mħallta.
3. Soġġetti għall-paragrafu 2, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jieħdu azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' kwalunkwe waħda mill-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1(1), il-punti (c) sa (e), anki meta dawk l-entitajiet ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, fejn japplikaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a) |
impriża sussidjarja waħda jew aktar tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(1); |
|
(b) |
l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-impriżi sussidjarji tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni huma tali li l-falliment tagħhom jhedded impriża oħra tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tal-grupp jew tal-grupp kollu kemm hu, jew il-liġi dwar l-insolvenza tal-Istat Membru tirrikjedi li l-gruppi jiġu ttrattati kollha kemm huma; |
|
(c) |
azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (c) sa (e) tkun meħtieġa għar-riżoluzzjoni tal-impriżi sussidjarji tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew għar-riżoluzzjoni tal-grupp kollu kemm hu. |
Artikolu 21
Proċedimenti ta' insolvenza fir-rigward tal-impriżi li ma jkunux soġġetti għal azzjoni ta' riżoluzzjoni
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(1), il-punti (a) u (b), iżda mhux il-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 19(1), il-punt (c), jiġu soġġetti għal proċedimenti ta' stralċ kif definit fl-Artikolu 268(1), il-punt (d), tad-Direttiva 2009/138/KE, jew proċedimenti oħra skont il-liġi nazzjonali miftuħa u mmonitorjata mill-awtoritajiet kompetenti kif definit fl-Artikolu 268(1), il-punt (a), tad-Direttiva 2009/138/KE, li jiżguraw ħruġ ordnat mis-suq.
Artikolu 22
Prinċipji ġenerali li jirregolaw ir-riżoluzzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, meta japplikaw l-għodod ta' riżoluzzjoni u jeżerċitaw is-setgħat ta' riżoluzzjoni, jieħdu l-miżuri xierqa kollha sabiex jiżguraw li tittieħed l-azzjoni ta' riżoluzzjoni f'konformità mal-prinċipji li ġejjin:
|
(a) |
l-azzjonisti tal-impriża taħt riżoluzzjoni jġarrbu l-ewwel telf; |
|
(b) |
il-kredituri tal-impriża taħt riżoluzzjoni jġarrbu t-telf wara l-azzjonisti f'konformità mal-ordni ta' prijorità tal-klejms tagħhom skont proċedimenti normali ta' insolvenza, ħlief kif altrimenti previst espressament f'din id-Direttiva; |
|
(c) |
il-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju u l-maniġment superjuri tal-impriża taħt riżoluzzjoni jiġu ssostitwiti, ħlief meta ż-żamma, fis-sħuħija jew parzjali, ta' dak il-korp jew tal-maniġment superjuri titqies neċessarja għall-kisba tal-objettivi ta' riżoluzzjoni; |
|
(d) |
il-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju u l-maniġment superjuri tal-impriża taħt riżoluzzjoni jipprovdu l-assistenza kollha neċessarja għall-kisba tal-objettivi ta' riżoluzzjoni; |
|
(e) |
il-persuni fiżiċi u ġuridiċi jsiru responsabbli skont il-liġi ċivili jew penali għar-responsabbiltà tagħhom għall-falliment tal-impriża taħt riżoluzzjoni; |
|
(f) |
ħlief fejn previst mod ieħor f'din id-Direttiva, kredituri tal-istess klassi jiġu ttrattati bl-istess mod; |
|
(g) |
l-ebda azzjonist jew kreditur ma jġarrab telf akbar milli kien iġarrab li kieku l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ġiet stralċata skont proċedimenti normali ta' insolvenza f'konformità mas-salvagwardji fl-Artikoli 55 sa 57; |
|
(h) |
l-azzjoni ta' riżoluzzjoni tittieħed f'konformità mas-salvagwardji f'din id-Direttiva. |
2. Meta l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tkun parti minn grupp, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom japplikaw għodod ta' riżoluzzjoni u jeżerċitaw setgħat ta' riżoluzzjoni b'mod li jiġu mminimizzati, b'mod partikolari fil-pajjiżi fejn jopera l-grupp:
|
(a) |
l-impatt fuq entitajiet oħrajn fi grupp u fuq il-grupp kollu kemm hu; |
|
(b) |
l-effetti avversi fuq id-detenturi ta' poloz, fuq l-ekonomija reali u fuq l-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni u fl-Istati Membri. |
3. Meta japplikaw għodod ta' riżoluzzjoni u jeżerċitaw setgħat tar-riżoluzzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jikkonformaw mal-qafas tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.
4. Meta jiġu applikati għodod ta' riżoluzzjoni, l-entità li għaliha jiġu applikati dawk l-għodod għandha titqies bħala s-suġġett ta' proċedimenti ta' falliment jew ta' proċedimenti ta' insolvenza analogi għall-finijiet tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE (19).
5. Meta japplikaw għodod ta' riżoluzzjoni u jeżerċitaw setgħat ta' riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jinfurmaw u jikkonsultaw ir-rappreżentanti tal-impjegati tal-impriża kkonċernata fejn ikun xieraq.
6. L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom japplikaw għodod tar-riżoluzzjoni u jeżerċitaw setgħat tar-riżoluzzjoni mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar ir-rappreżentanza tal-impjegati f'korpi maniġerjali kif previst fil-liġi jew prattika nazzjonali.
KAPITOLU II
Valwazzjoni
Artikolu 23
Valwazzjoni għal finijiet ta' riżoluzzjoni
1. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jiżguraw li kwalunkwe azzjoni ta' riżoluzzjoni tittieħed abbażi ta' valwazzjoni li tiżgura valutazzjoni ġusta, prudenti u realistika tal-assi, tal-obbligazzjonijiet, tad-drittijiet u tal-obbligi ta' entità kif imsemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e).
2. Qabel ma l-awtorità ta' riżoluzzjoni tqiegħed entità kif imsemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), taħt riżoluzzjoni, hija għandha tiżgura li titwettaq valwazzjoni inizjali sabiex tiddetermina jekk ġewx issodisfati l-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni skont l-Artikolu 19(1) jew l-Artikolu 20(3).
3. Wara li l-awtorità ta' riżoluzzjoni tkun iddeċidiet li tqiegħed entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), taħt riżoluzzjoni, hija għandha tiżgura li titwettaq it-tieni valwazzjoni sabiex:
|
(a) |
tipprovdi informazzjoni biex tittieħed deċiżjoni dwar l-azzjoni ta' riżoluzzjoni adatta li għandha tittieħed; |
|
(b) |
tiżgura li kwalunkwe telf ta' dik l-entità jkun rikonoxxut b'mod sħiħ fil-mument li jiġu applikati l-għodod ta' riżoluzzjoni; |
|
(c) |
tipprovdi informazzjoni sabiex tittieħed id-deċiżjoni dwar il-firxa tal-kanċellazzjoni jew tad-dilwizzjoni tal-istrumenti ta' sjieda; |
|
(d) |
tipprovdi informazzjoni sabiex tittieħed id-deċiżjoni dwar il-firxa tal-valwazzjoni negattiva jew tal-konverżjoni ta' kwalunkwe obbligazzjoni mhux garantita, inkluż l-istrumenti tad-dejn; |
|
(e) |
meta tiġi applikata l-għodda ta' impriża tranżitorja, tipprovdi informazzjoni sabiex tittieħed id-deċiżjoni dwar l-assi, l-obbligazzjonijiet, id-drittijiet u l-obbligi jew l-istrumenti ta' sjieda li jistgħu jiġu ttrasferiti lill-impriża tranżitorja, u tipprovdi informazzjoni għad-deċiżjoni dwar il-valur ta' kwalunkwe korrispettiv li jista' jitħallas lill-impriża taħt riżoluzzjoni jew, fejn ikun rilevanti, lid-detenturi tal-istrumenti ta' sjieda; |
|
(f) |
meta tiġi applikata l-għodda ta' bejgħ ta' negozju, tipprovdi informazzjoni sabiex tittieħed id-deċiżjoni dwar l-assi, l-obbligazzjonijiet, id-drittijiet u l-obbligi jew l-istrumenti ta' sjieda li jistgħu jiġu ttrasferiti lill-akkwirent terz u tgħin lill-awtorità ta' riżoluzzjoni tifhem x'jikkostitwixxi termini kummerċjali għall-finijiet tal-Artikolu 31. |
4. Il-valwazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 għandha tkun konsistenti mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE. Madankollu, dik il-valwazzjoni tista', fejn xieraq, tiġi aġġustata biex tirrifletti li s-suppożizzjoni li l-impriża tmexxi n-negozju tagħha bħala negozju avvjat ma tiġix issodisfata, u biex tirrifletti ċ-ċirkostanzi speċifiċi relatati mal-użu tal-għodod ta' riżoluzzjoni.
5. Il-valwazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 2 u 3 jistgħu jkunu soġġetti għal appell f'konformità mal-Artikolu 67 biss flimkien mad-deċiżjoni li tiġi applikata għodda ta' riżoluzzjoni jew li tiġi eżerċitata setgħa ta' riżoluzzjoni.
Artikolu 24
Rekwiżiti għall-valwazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-valwazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 23 jitwettqu minn kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
persuna indipendenti minn kwalunkwe awtorità pubblika u mill-entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e); |
|
(b) |
l-awtorità ta' riżoluzzjoni, meta dawk il-valwazzjonijiet ma jkunux jistgħu jitwettqu minn persuna kif imsemmi fil-punt (a). |
2. Il-valwazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 23 għandhom jitqiesu bħala definittivi meta jitwettqu mill-persuna msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a), ta' dan l-Artikolu u meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha stipulati fil-paragrafi 3 sa 5 ta' dan l-Artikolu.
3. Mingħajr preġudizzju għall-qafas tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, valwazzjoni definittiva għandha tkun ibbażata fuq suppożizzjonijiet prudenti u ma għandha tassumi l-ebda provvediment potenzjali ta' għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja mill-mument li fih tittieħed azzjoni ta' riżoluzzjoni.
4. Valwazzjoni definittiva għandha tiġi ssupplimentata bl-informazzjoni li ġejja miżmuma mill-entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e):
|
(a) |
dikjarazzjoni finanzjarja aġġornata u valutazzjoni ekonomika aġġornata, f'konformità mad-Direttiva 2009/138/KE, tal-entità; |
|
(b) |
rapport dwar il-pożizzjoni finanzjarja tal-entità, inkluż, fejn rilevanti, evalwazzjoni minn funzjoni attwarja indipendenti tal-provvedimenti tekniċi tal-entitá msemmijin fit-Titolu I, il-Kapitolu VI, it-Taqsima 2, tad-Direttiva 2009/138/KE; |
|
(c) |
kwalunkwe informazzjoni addizzjonali dwar il-valuri tas-suq u tal-kontabbiltà tal-assi, il-provvedimenti tekniċi msemmijin fit-Titolu I, il-Kapitolu VI, it-Taqsima 2, tad-Direttiva 2009/138/KE, u obbligazzjonijiet oħrajn tal-entità. |
5. Valwazzjoni definittiva għandha tindika s-sottodiviżjoni tal-kredituri fi klassijiet f'konformità mal-livelli ta' prijorità skont il-liġi applikabbli dwar l-insolvenza. Il-valwazzjoni definittiva għandu jkun fiha wkoll stima tat-trattament li kull klassi ta' azzjonisti u ta' kredituri kienet tkun mistennija li tirċievi jekk l-entità kkonċernata kienet tiġi stralċata skont proċedimenti normali ta' insolvenza.
L-istima msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhiex tippreġudika l-valwazzjoni msemmija fl-Artikolu 56.
6. L-EIOPA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:
|
(a) |
iċ-ċirkostanzi li fihom persuna titqies li hija indipendenti kemm mill-awtorità ta' riżoluzzjoni kif ukoll mill-entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu; |
|
(b) |
il-metodoloġiji għall-valutazzjoni tal-valur tal-assi u tal-obbligazzjonijiet tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni fil-kuntest tar-riżoluzzjoni; |
|
(c) |
is-separazzjoni tal-valwazzjonijiet skont l-Artikoli 23 u 56 ta' din id-Direttiva. |
L-EIOPA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sad-29 ta’ Lulju 2027.
Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.
Artikolu 25
Valwazzjonijiet proviżorji u definittivi
1. Il-valwazzjonijiet kif imsemmijin fl-Artikolu 23 li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 24(2) għandhom jitqiesu bħala valwazzjonijiet proviżorji.
Il-valwazzjonijiet proviżorji għandhom jinkludu buffer għat-telf addizzjonali u ġustifikazzjoni xierqa għal dak il-buffer.
2. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni li jieħdu azzjoni ta' riżoluzzjoni fuq il-bażi ta' valwazzjoni proviżorja għandhom jiżguraw li titwettaq valwazzjoni definittiva malli jkun possibbli.
Dawk l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jiżguraw li l-valwazzjoni definittiva msemmija fl-ewwel subparagrafu:
|
(a) |
jippermettu r-rikonoxximent sħiħ ta' kwalunkwe telf tal-entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), fil-kotba tagħha; |
|
(b) |
jipprovdu informazzjoni sabiex tittieħed deċiżjoni bl-għan li jitnaqqsu l-klejms tal-kredituri jew jiżdied il-valur tal-korrispettiv imħallas f'konformità mal-paragrafu 3. |
3. Meta l-istima tal-valwazzjoni definittiva tal-valur tal-assi nett tal-entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), tkun ogħla mill-istima tal-valwazzjoni proviżorja tal-valur tal-assi nett ta' dik l-entità, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tista':
|
(a) |
iżżid il-valur tal-klejms tal-kredituri affettwati li jkunu ġew valwati negattivament jew ristrutturati; |
|
(b) |
tirrikjedi li impriża tranżitorja tagħmel pagament ulterjuri ta' korrispettiv fir-rigward tal-assi, tal-obbligazzjonijiet, tad-drittijiet u tal-obbligi lill-impriża taħt riżoluzzjoni jew, jekk ikun il-każ, lis-sidien tal-istrumenti ta' sjieda. |
4. L-EIOPA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika, għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-metodoloġija għall-kalkolu tal-buffer għal telf addizzjonali li għandu jiġi inkluż f'valutazzjonijiet proviżorji.
L-EIOPA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sad-29 ta’ Lulju 2027.
Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.
KAPITOLU III
Għodod ta' riżoluzzjoni
Artikolu 26
Prinċipji ġenerali tal-għodod ta' riżoluzzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkollhom is-setgħat neċessarji sabiex japplikaw l-għodod ta' riżoluzzjoni għal entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), li jissodisfaw il-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni msemmijin fl-Artikolu 19(1) jew fl-Artikolu 20(3).
2. Meta awtorità ta' riżoluzzjoni tiddeċiedi li tapplika għodda ta' riżoluzzjoni għal entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), u li l-azzjoni ta' riżoluzzjoni tkun tirriżulta f'telf imġarrab mill-kredituri, b'mod partikolari d-detenturi ta' poloz, jew jirriżultaw f'ristrutturazzjoni jew f'konverżjoni tal-klejms tagħhom, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha teżerċita s-setgħa li tivvalwa b'mod negattiv jew tikkonverti strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli f'konformità mal-Artikolu 35 immedjatament qabel jew flimkien mal-applikazzjoni tal-għodda ta' riżoluzzjoni.
Kwalunkwe rikavat, iġġenerat wara l-irkupru ta' kwalunkwe spiża raġonevoli mġarrba korrettament b'rabta mal-użu tal-għodod ta' riżoluzzjoni jew l-eżerċizzju tas-setgħat ta' riżoluzzjoni bħala riżultat tal-applikazzjoni ta' kwalunkwe għodda ta' riżoluzzjoni f'konformità mal-paragrafu 5, għandu l-ewwel jikkumpensa lid-detenturi ta' poloz u kredituri oħra tal-entità sal-punt li l-klejms tagħhom ikunu tniżżlu fil-valur mingħajr ma jkunu kkumpensati bis-sħiħ.
Il-konverżjoni ta' obbligazzjonijiet eliġibbli fi strumenti kapitali tista' tiġi applikata biss għall-klejms lill-assigurazzjoni biss f’każijiet fejn l-awtorità ta' riżoluzzjoni tiġġustifika li l-objettivi ta' riżoluzzjoni ma jistgħux jintlaħqu permezz ta' għodod ta' riżoluzzjoni oħrajn, jew li l-konverżjoni tal-klejms lill-assigurazzjoni twassal għal protezzjoni aħjar għad-detenturi ta' poloz meta mqabbla mal-użu ta' kwalunkwe għodda ta' riżoluzzjoni oħra u t-tniżżil fil-valur tal-klejms tagħhom.
3. L-għodod ta' riżoluzzjoni huma dawn li ġejjin:
|
(a) |
l-għodda ta' run-off solventi; |
|
(b) |
l-għodda ta' bejgħ ta' negozju; |
|
(c) |
l-għodda tal-impriża tranżitorja; |
|
(d) |
l-għodda ta' separazzjoni tal-assi u tal-obbligazzjonijiet; |
|
(e) |
l-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni. |
L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu japplikaw l-għodod ta' riżoluzzjoni individwalment jew fi kwalunkwe taħlita, ħlief għall-għodda ta' separazzjoni tal-assi u tal-obbligazzjonijiet, li għandha tiġi applikata biss flimkien ma' għodda oħra ta' riżoluzzjoni.
4. Meta jintużaw biss l-għodda ta' bejgħ ta' negozju u l-għodda ta' impriża tranżitorja, u meta dawk l-għodod jintużaw għat-trasferiment ta' parti biss mill-assi, mid-drittijiet jew mill-obbligazzjonijiet tal-impriża taħt riżoluzzjoni, l-impriża residwa tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew entità residwa kif imsemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (b) sa (e), li minnha jkunu ġew ittrasferiti l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet, għandha tiġi stralċata skont proċedimenti normali ta' insolvenza. Tali stralċ għandu jsir f'perjodu ta' żmien raġonevoli, filwaqt li titqies kwalunkwe ħtieġa għal dik l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni residwa jew entità residwa msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (b) sa (e), li tipprovdi servizzi jew appoġġ skont l-Artikolu 45 sabiex il-benefiċjarju ikun jista' jwettaq l-attivitajiet jew is-servizzi akkwistati bis-saħħa ta' dak it-trasferiment, u kwalunkwe raġuni oħra li l-kontinwazzjoni tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni residwa jew ta' entità residwa kif imsemmija fil-punti (b) sa (e) tal-Artikolu 1(1), tkun neċessarja sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' riżoluzzjoni jew sabiex tinżamm konformità mal-prinċipji stipulati fl-Artikolu 22.
5. L-awtorità ta' riżoluzzjoni u kwalunkwe arranġament ta' finanzjament li jaġixxi skont l-Artikolu 81 jew l-awtorità ta' riżoluzzjoni f'isem kwalunkwe arranġament finanzjarju jistgħu jirkupraw kwalunkwe spiża raġonevoli korrettament imġarrba b'rabta mal-applikazzjoni tal-għodod jew l-eżerċizzju ta' riżoluzzjoni jew l-eżerċizzju tas-setgħat ta' riżoluzzjoni f'mod wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
bħala tnaqqis minn kwalunkwe korrispettiv imħallas minn benefiċjarju lill-impriża taħt riżoluzzjoni jew, jekk ikun japplika l-każ, lis-sidien tal-ishma jew ta' strumenti oħrajn ta' sjieda; |
|
(b) |
mill-impriża taħt riżoluzzjoni, bħala kreditur preferut; |
|
(c) |
minn kwalunkwe rikavat iġġenerat bħala riżultat tat-terminazzjoni tal-attivitajiet tal-impriża tranżitorja, tal-veikolu tal-immaniġġar tal-assi u tal-obbligazzjonijiet jew tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni f'run-off solventi, bħala kreditur preferut. |
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regoli taħt il-liġi nazzjonali dwar l-insolvenza fuq l-annullabbiltà jew in-nuqqas ta' infurzabbiltà ta' atti legali ta' detriment għall-kredituri ma japplikawx għal trasferimenti ta' assi, ta' drittijiet jew ta' obbligazzjonijiet minn impriża taħt riżoluzzjoni lil entità oħra bis-saħħa tal-applikazzjoni ta' għodda ta' riżoluzzjoni jew tal-eżerċizzju ta' setgħa ta' riżoluzzjoni.
7. L-Istati Membri jistgħu jagħtu lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għodod u setgħat addizzjonali eżerċitabbli meta entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), tissodisfa l-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 19(1) jew fl-Artikolu 20(3), dment li:
|
(a) |
meta jiġu applikati għal grupp transfruntier, dawk l-għodod u s-setgħat addizzjonali ma jikkostitwux impedimenti għar-riżoluzzjoni effettiva ta' grupp; u |
|
(b) |
dawk l-għodod u s-setgħat huma konsistenti mal-objettivi ta' riżoluzzjoni u mal-prinċipji ġenerali li jirregolaw ir-riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 22. |
8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa fejn kwalunkwe waħda mill-għodod ta' riżoluzzjoni ma tkunx applikabbli għal entità fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 1(1) bħala riżultat tal-forma ġuridika speċifika tagħha ta' impriża mutwa jew soċjetà kooperattiva, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom is-setgħat neċessarji li japplikaw għodda li huma simili kemm jista' jkun għal dawk elenkati fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, inkluż f'termini tal-effetti tagħhom.
Artikolu 27
L-għodda ta' run-off solventi
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa li jqiegħdu l-impriża taħt riżoluzzjoni fi proċedura ta' run-off solventi sabiex itemmu l-attivitajiet ta' dik l-impriża, u li jipprojbixxu lill-impriża taħt riżoluzzjoni milli tissottoskrivi negozju ġdid tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-każ li l-awtorizzazzjoni tkun ġiet irtirata mill-awtorità superviżorja, l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li għaliha tkun ġiet applikata l-għodda ta' run-off solventi tissodisfa r-Rekwiżit Kapitali Minimu stipulat fit-Titolu I, il-Kapitolu VI, it-Taqsima 5, tad-Direttiva 2009/138/KE immedjatament wara l-applikazzjoni ta' dik l-għodda.
3. Fil-każ tal-irtirar tal-awtorizzazzjoni mill-awtorità superviżorja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni taħt l-għodda ta' run-off solventi tibqa' soġġetta għar-regoli u l-objettivi ġenerali tas-superviżjoni tal-assigurazzjoni stabbiliti fit-Titolu I, il-Kapitolu III, tad-Direttiva 2009/138/KE, sat-terminazzjoni tal-attivitajiet tagħha f'konformità mal-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu.
4. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jiżguraw li impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni taħt riżoluzzjoni f'run-off solventi tkun kapaċi żżomm persunal imħarreġ b'mod adegwat u kompetenti sabiex tiżgura l-kontinwazzjoni ordnata tal-attivitajiet tal-assigurazzjoni tagħha f'run-off sal-likwidazzjoni tagħha.
5. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jimmonitorjaw, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet superviżorji, il-fluss tal-flus, kif ukoll il-kostijiet u l-ispejjeż ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni taħt riżoluzzjoni sabiex jippreservaw il-valur u l-kummerċjabbiltà tagħha.
6. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet superviżorji, jivvalutaw il-bidliet maħsubin għall-kompożizzjoni tal-assi, jimmonitorjaw mill-qrib l-arranġamenti tar-riassigurazzjoni u jirrikjedu, tal-anqas fuq bażi trimestrali, rieżamijiet attwarji indipendenti tal-provvedimenti tekniċi u tar-riżervi.
7. Fl-applikazzjoni tal-għodda ta' run-off solventi, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jirrestrinġu jew jipprojbixxu kwalunkwe remunerazzjoni ta' ekwità u ta' strumenti ttrattati bħala ekwità, inkluż pagamenti ta' dividendi, u jistgħu jirrestrinġu jew jipprojbixxu kwalunkwe pagament ta' remunerazzjoni varjabbli u benefiċċji diskrezzjonarji tal-pensjoni.
8. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jieħdu deċiżjoni li impriża taħt riżoluzzjoni f'run-off solventi trid tiġi stralċata fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin, skont liema jseħħ l-ewwel:
|
(a) |
l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet kollha jew sostanzjalment kollha tal-impriża taħt riżoluzzjoni f'run-off solventi jinbiegħu lil akkwirent terz; |
|
(b) |
l-assi tal-impriża taħt riżoluzzjoni f'run-off solventi jiġu stralċati kompletament u l-obbligazzjonijiet tagħha jiġu rrilaxxati kompletament. |
9. Meta tintuża l-għodda ta' run-off solventi u meta l-valur nett tal-assi tal-impriża taħt riżoluzzjoni f'run-off solventi jkun sar negattiv, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tivvaluta jekk tistralċjax l-impriża skont proċedimenti normali ta' insolvenza jew tapplikax għodda ta' riżoluzzjoni oħra.
F'każ li r-Rekwiżit Kapitali Minimu stabbilit fit-Titolu I, il-Kapitolu VI, it-Taqsima 5, tad-Direttiva 2009/138/KE ma jiġix issodisfat, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tivvaluta, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtorità superviżorja, jekk l-impriża għandhiex tiġi stralċata skont proċedimenti normali ta' insolvenza, jew għandhiex tiġi applikata għodda oħra ta' riżoluzzjoni.
Artikolu 28
Prinċipji għall-applikazzjoni tal-għodda ta' separazzjoni tal-assi u tal-obbligazzjonijiet, tal-għodda ta' bejgħ ta' negozju, u tal-għodda ta' impriża tranżitorja
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, soġġetti għall-Artikolu 31(5) u (6) u għall-Artikolu 67, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa li jużaw l-għodda ta' separazzjoni tal-assi u tal-obbligazzjonijiet, l-għodda ta' bejgħ ta' negozju u l-għodda ta' impriża tranżitorja mingħajr ma jiksbu l-kunsens tal-azzjonisti tal-impriża taħt riżoluzzjoni jew ta' kwalunkwe parti terza, minbarra l-akkwirent jew l-impriża tranżitorja, u mingħajr ma jkun hemm konformità ma' kwalunkwe rekwiżit proċedurali skont il-liġi tal-kumpaniji jew dwar it-titoli, għajr dawk stabbiliti fl-Artikolu 29.
2. Soġġett għall-Artikolu 26(2) u (5), kwalunkwe korrispettiv li jitħallas mill-akkwirent jew mill-impriża tranżitorja għandu jibbenefika:
|
(a) |
lis-sidien tal-ishma jew ta' strumenti oħrajn ta' sjieda, fejn tali ishma jew tali strumenti oħrajn ta' sjieda maħruġin mill-impriża taħt riżoluzzjoni jkunu ġew ittrasferiti mid-detenturi ta' dawk l-ishma jew l-istrumenti lill-akkwirent jew lill-impriża tranżitorja; |
|
(b) |
lill-impriża taħt riżoluzzjoni, fejn xi wħud mill-assi jew mill-obbligazzjonijiet tal-impriża taħt riżoluzzjoni jew kollha kemm huma jkunu ġew ittrasferiti lill-akkwirent jew lill-impriża tranżitorja. |
3. Soġġett għall-Artikolu 26(2) u (5), kull korrispettiv imħallas minn veikolu tal-immaniġġar tal-assi u tal-obbligazzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 30(2) fir-rigward tal-assi, tad-drittijiet jew tal-obbligazzjonijiet akkwistati direttament mill-impriża taħt riżoluzzjoni għandu jibbenefika lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni. Il-korrispettiv jista' jitħallas fil-forma ta' dejn maħruġ mill-veikolu tal-immaniġġar tal-assi u tal-obbligazzjonijiet.
4. Trasferimenti magħmulin bl-użu tal-għodda ta' separazzjoni tal-assi u tal-obbligazzjonijiet, tal-għodda ta' bejgħ ta' negozju jew tal-għodda ta' impriża tranżitorja għandhom ikunu soġġetti għas-salvagwardji msemmijin fit-Titolu III, il-Kapitolu V.
5. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jużaw l-għodda ta' separazzjoni tal-assi u tal-obbligazzjonijiet, l-għodda ta' bejgħ ta' negozju u l-għodda ta' impriża tranżitorja aktar minn darba sabiex jagħmlu trasferimenti supplimentari fejn neċessarji sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' riżoluzzjoni.
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li akkwirent jew impriża tranżitorja kif imsemmija fil-paragrafu 1 ikunu jistgħu jkomplu jeżerċitaw id-drittijiet ta' sħubija u l-aċċess għal, fejn rilevanti, sistemi ta' pagament, ta' kklerjar u ta' saldu, għal Boroż u għal skemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni tal-impriża taħt riżoluzzjoni, dment li dak l-akkwirent jew dik l-impriża tranżitorja jissodisfaw il-kriterji għas-sħubija u għall-parteċipazzjoni sabiex jieħdu sehem f'tali sistemi.
F'każijiet fejn ma jiġux issodisfati l-kriterji kollha elenkati fl-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn rilevanti:
|
(a) |
is-sħubija jew il-parteċipazzjoni f'sistemi ta' pagament, ta' kklerjar u ta' saldu, f'Boroż u fi skemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni ma tiġix miċħuda abbażi li l-akkwirent jew l-impriża tranżitorja ma jkollhiex klassifikazzjoni minn aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu, jew li tali klassifikazzjoni ma tkunx proporzjonata mal-livelli ta' klassifikazzjoni meħtieġa sabiex tingħata aċċess għal tali sistemi; |
|
(b) |
meta l-akkwirent jew l-impriża tranżitorja ma tissodisfax il-kriterji ta' sħubija jew ta' parteċipazzjoni għal sistema ta' pagament, ta' kklerjar jew ta' saldu, għal Borża jew għal skema ta' garanzija tal-assigurazzjoni, id-drittijiet imsemmijin fl-ewwel subparagrafu jiġu eżerċitati għal perjodu speċifikat mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, li ma taqbiżx l-24 xahar, u li tista' tiġġedded wara applikazzjoni mill-akkwirent jew mill-impriża tranżitorja lill-awtorità ta' riżoluzzjoni. |
7. Mingħajr preġudizzju għat-Titolu III, il-Kapitolu V, l-azzjonisti jew il-kredituri tal-impriża taħt riżoluzzjoni u partijiet terzi oħrajn li l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet tagħhom ma jiġux ittrasferiti bl-użu tal-għodda ta' separazzjoni tal-assi u tal-obbligazzjonijiet, tal-għodda ta' bejgħ ta' negozju jew tal-għodda ta' impriża tranżitorja, ma għandu jkollhom l-ebda dritt jew klejm fuq jew fir-rigward tal-assi, tad-drittijiet jew tal-obbligazzjonijiet ittrasferiti jew fuq jew fir-rigward tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju jew fuq jew fil-maniġment superjuri tal-impriża tranżitorja jew tal-veikolu tal-immaniġġar tal-assi u tal-obbligazzjonijiet.
Artikolu 29
Rekwiżiti proċedurali rigward il-bejgħ ta' negozju, ta' assi, ta' drittijiet jew ta' obbligazzjonijiet f'riżoluzzjoni
1. Soġġetti għall-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jfittxu li japplikaw l-għodda ta' bejgħ ta' negozju, jew ibigħu impriża tranżitorja, jew l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet tagħha, l-impriża taħt riżoluzzjoni, l-impriża tranżitorja jew l-assi, id-drittijiet, l-obbligazzjonijiet, l-ishma jew l-istrumenti ta' sjieda l-oħrajn ikkonċernati jiġu kkummerċjalizzati f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2. Aggregazzjonijiet ta' drittijiet, ta' assi u ta' obbligazzjonijiet jistgħu jiġu kkummerċjalizzati separatament.
2. Mingħajr preġudizzju għall-qafas tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, il-kummerċjalizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a) |
għandha tkun trasparenti kemm jista' jkun u ma għandhiex tirrappreżenta ħażin materjalment l-assi, id-drittijiet, l-obbligazzjonijiet, l-ishma jew strumenti oħrajn ta' sjieda tal-impriża jew tal-impriża tranżitorja li awtorità ta' riżoluzzjoni jkollha l-ħsieb li tittrasferixxi; |
|
(b) |
ma għandhiex tiffavorixxi b'mod mhux dovut jew tiddiskrimina bejn akkwirenti potenzjali; |
|
(c) |
għandha tkun ħielsa minn kwalunkwe kunflitt ta' interess; |
|
(d) |
ma għandha tagħti l-ebda vantaġġ żleali lil akkwirent potenzjali; |
|
(e) |
għandha tikkunsidra l-ħtieġa li tittieħed azzjoni ta' riżoluzzjoni rapida; |
|
(f) |
għandha tkun immirata lejn il-massimizzazzjoni, sa fejn possibbli, tal-prezz tal-bejgħ tal-ishma jew ta' strumenti oħrajn ta' sjieda, tal-assi, tad-drittijiet jew tal-obbligazzjonijiet involuti. |
Dawk ir-rekwiżiti ma għandhomx jipprevjenu lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni milli jissolleċitaw akkwirenti potenzjali partikolari.
Kwalunkwe żvelar pubbliku tal-kummerċjalizzazzjoni ta' entità msemmija fl-Artiklu 1(1), il-punti (a) sa (e), jew tal-impriża tranżitorja li altrimenti jkun meħtieġ f'konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 jista' jiġi pospost f'konformità mal-Artikolu 17(4) jew (5) ta' dak ir-Regolament.
3. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jadottaw deċiżjoni motivata li ma jikkonformawx mar-rekwiżit li jikkummerċjalizzaw bejgħ meta jiddeterminaw li l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2 x'aktarx li xxekkel wieħed jew aktar mill-objettivi ta' riżoluzzjoni.
Artikolu 30
L-għodda ta' separazzjoni tal-assi u tal-obbligazzjonijiet
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa li jittrasferixxu assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet ta' impriża taħt riżoluzzjoni jew ta' impriża tranżitorja għal veikolu wieħed jew aktar tal-immaniġġar tal-assi u tal-obbligazzjonijiet.
2. Għall-finijiet tal-għodda ta' separazzjoni tal-assi u tal-obbligazzjonijiet, veikolu tal-immaniġġar tal-assi u tal-obbligazzjonijiet għandu jkun persuna ġuridika li:
|
(a) |
tkun kompletament jew parzjalment proprjetà ta' awtorità pubblika waħda jew aktar li jistgħu jinkludu l-awtorità ta' riżoluzzjoni, u tkun ikkontrollata mill-awtorità ta' riżoluzzjoni; u |
|
(b) |
tkun inħolqot sabiex tirċievi l-assi, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet kollha jew xi wħud minnhom ta' impriża waħda jew aktar taħt riżoluzzjoni jew ta' impriża tranżitorja waħda jew aktar. |
3. Il-veikolu tal-immaniġġar tal-assi u tal-obbligazzjonijiet għandha timmaniġġa l-portafolli ttrasferiti lilha bl-għan li timmassimizza l-valur tagħhom permezz tal-bejgħ ta' dawk il-portafolli jew stralċ ordnat.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operat ta' veikolu tal-immaniġġar tal-assi u tal-obbligazzjonijiet jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a) |
l-awtorità ta' riżoluzzjoni kkonċernata tkun approvat id-dokumenti kostituzzjonali tal-veikolu tal-immaniġġar tal-assi u tal-obbligazzjonijiet; |
|
(b) |
soġġetta għall-istruttura ta' sjieda tal-veikolu tal-immaniġġar tal-assi u tal-obbligazzjonijiet, l-awtorità ta' riżoluzzjoni kkonċernata taħtar jew tapprova l-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tal-veikolu; |
|
(c) |
l-awtorità ta' riżoluzzjoni kkonċernata tapprova r-remunerazzjoni tal-membri tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju u tispeċifika r-responsabbiltajiet tagħhom; |
|
(d) |
l-awtorità ta' riżoluzzjoni kkonċernata tapprova l-istrateġija u l-profil tar-riskju tal-veikolu tal-immaniġġar tal-assi u tal-obbligazzjonijiet. |
5. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jeżerċitaw is-setgħa speċifikata fil-paragrafu 1 li jittrasferixxu assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet biss flimkien ma' għodod ta' riżoluzzjoni oħrajn u fejn isseħħ kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
is-sitwazzjoni tas-suq partikolari għal dawk l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet tkun ta' tali natura li l-likwidazzjoni ta' dawk l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet skont proċedimenti normali ta' insolvenza jista' jkollha effett avvers fuq suq finanzjarju wieħed jew aktar; |
|
(b) |
tali trasferiment huwa neċessarju sabiex jiġi ffaċilitat l-użu tal-għodda ta' run-off solventi jew sabiex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tal-impriża taħt riżoluzzjoni jew ta' impriża tranżitorja; |
|
(c) |
trasferiment bħal dan huwa neċessarju sabiex jimmassimizza r-rikavati minn likwidazzjoni. |
6. Meta japplikaw l-għodda ta' separazzjoni tal-assi u tal-obbligazzjonijiet, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom, f'konformità mal-Artikolu 23 u f'konformità mal-qafas tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, jiddeterminaw il-korrispettiv li għalih l-assi, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet jiġu ttrasferiti lill-veikolu tal-immaniġġar tal-assi u tal-obbligazzjonijiet. Il-korrispettiv jista' jkollu valur nominali jew negattiv.
7. Meta l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkunu applikaw l-għodda ta' impriża tranżitorja, il-veikoli tal-immaniġġar tal-assi u tal-obbligazzjonijiet jistgħu, wara l-applikazzjoni tal-għodda ta' impriża tranżitorja, jakkwistaw assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet mill-impriża tranżitorja.
8. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jittrasferixxu assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet mill-impriża taħt riżoluzzjoni għal veikolu wieħed jew aktar tal-immaniġġar tal-assi u tal-obbligazzjonijiet f'aktar minn okkażjoni waħda u jittrasferixxu assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet lura minn veikolu wieħed jew aktar tal-immaniġġar tal-assi u tal-obbligazzjonijiet lill-impriża taħt riżoluzzjoni fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-possibbiltà li l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet jistgħu jiġu ttrasferiti lura hija ddikjarata espressament fl-istrument li bih ikun sar it-trasferiment; |
|
(b) |
l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet ma humiex ikklassifikati bħala assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet speċifikati fl-istrument li bih ikun sar it-trasferiment, jew ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet tat-trasferiment tagħhom. |
Fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet imsemmijin fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b), it-trasferiment lura jista' jsir fi kwalunkwe perjodu, u għandu jikkonforma ma' kwalunkwe kondizzjoni oħra ddikjarata f'dak l-istrument għall-iskop rilevanti.
L-impriża taħt riżoluzzjoni għandha tkun obbligata li tieħu lura kwalunkwe assi, dritt jew obbligazzjoni ttrasferita f'konformità mal-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b).
9. L-objettivi ta' veikolu tal-immaniġġar tal-assi u tal-obbligazzjonijiet ma għandhom jimplikaw l-ebda dmir jew responsabbiltà għall-azzjonisti jew għall-kredituri tal-impriża taħt riżoluzzjoni. Il-membri tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju jew tal-maniġment superjuri tal-veikolu tal-immaniġġar tal-assi u tal-obbligazzjonijiet ma għandu jkollhom l-ebda responsabbiltà quddiem tali azzjonisti jew kredituri għal atti jew għal ommissjonijiet fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom, sakemm tali atti jew ommissjonijiet ma jkunux jinvolvu negliġenza serja jew imġiba ħażina serja skont il-liġi nazzjonali li affettwat direttament id-drittijiet ta' tali azzjonisti jew kredituri.
L-Istati Membri jistgħu jillimitaw ukoll l-obbligazzjoni ta' veikolu tal-immaniġġar tal-assi u tal-obbligazzjonijiet, u tal-membri tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju jew tal-maniġment superjuri tiegħu għal atti u għal ommissjonijiet fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom.
Artikolu 31
L-għodda ta' bejgħ ta' negozju
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa jittrasferixxu għand akkwirent li ma jkunx impriża tranżitorja:
|
(a) |
ishma jew strumenti oħrajn ta' sjieda maħruġin minn impriża taħt riżoluzzjoni; |
|
(b) |
l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet kollha ta' impriża taħt riżoluzzjoni jew kwalunkwe wieħed jew waħda minn dawn. |
2. Trasferiment li jsir skont il-paragrafu 1 għandu jsir fuq termini kummerċjali, wara li jitqiesu ċ-ċirkustanzi, u f'konformità mal-qafas tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.
L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jieħdu l-passi raġonevoli kollha sabiex jiksbu termini kummerċjali għat-trasferiment li jkunu konsistenti mal-valwazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 23, b'kunsiderazzjoni taċ-ċirkustanzi tal-każ.
3. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu, bil-kunsens tal-akkwirent, ireġġgħu lura t-trasferimenti eżegwiti fejn dan ikun iġġustifikat miċ-ċirkustanzi tal-każ. L-impriża taħt riżoluzzjoni jew is-sidien oriġinali għandhom ikunu obbligati jieħdu lura kwalunkwe sehem ittrasferit jew strument ieħor ta' sjieda, jew assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet.
4. L-akkwirenti għandhom ikunu meħtieġa jkollhom l-awtorizzazzjoni xierqa sabiex iwettqu n-negozju li jakkwistaw meta jsir trasferiment kif imsemmi fil-paragrafu 1. L-awtoritajiet superviżorji għandhom jiżguraw li kwalunkwe applikazzjoni għal awtorizzazzjoni bħal din, flimkien mat-trasferiment, titqies fil-ħin.
5. B'deroga mill-Artikoli 57 sa 62 tad-Direttiva 2009/138/KE, meta trasferiment ta' ishma jew ta' strumenti oħrajn ta' sjieda bis-saħħa ta' applikazzjoni tal-għodda ta' bejgħ ta' negozju jirriżulta fl-akkwiżizzjoni ta' jew f'żieda f'parteċipazzjoni kwalifikanti f'impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 57(1) tad-Direttiva 2009/138/KE, l-awtorità superviżorja ta' dik l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandha twettaq il-valutazzjoni meħtieġa skont dawk l-Artikoli fil-ħin b'tali mod li ma ddewwimx l-applikazzjoni tal-għodda ta' bejgħ ta' negozju jew tipprevjeni l-azzjoni ta' riżoluzzjoni milli tilħaq l-objettivi ta' riżoluzzjoni.
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-awtorità superviżorja ma tkunx lestiet il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 mid-data tat-trasferiment, japplika dan li ġej:
|
(a) |
dan it-trasferiment ta' ishma jew ta' strumenti ta' sjieda lill-akkwirent għandu jkollu effett legali immedjat; |
|
(b) |
matul il-perjodu ta' valutazzjoni u matul kwalunkwe perjodu ta' żvestiment previst mill-punt (f), id-drittijiet tal-vot tal-akkwirent marbutin ma' dawn l-ishma jew l-istrumenti ta' sjieda l-oħrajn għandhom jiġu sospiżi u vestiti biss fl-awtorità ta' riżoluzzjoni, li ma għandu jkollha l-ebda obbligu li teżerċita dawn id-drittijiet tal-vot u li ma għandu jkollha l-ebda responsabbiltà sabiex teżerċita jew iżżomm lura milli teżerċita kwalunkwe dritt tal-vot bħal dan; |
|
(c) |
matul il-perjodu ta' valutazzjoni u matul kwalunkwe perjodu ta' żvestiment previst mill-punt (f), il-penali u miżuri oħrajn għall-ksur tar-rekwiżiti għall-akkwisti u għad-disponimenti ta' parteċipazzjonijiet kwalifikanti stabbiliti fl-Artikolu 62 tad-Direttiva 2009/138/KE ma għandhomx japplikaw għal tali trasferiment ta' ishma jew ta' strumenti oħrajn ta' sjieda; |
|
(d) |
hekk kif tlesti l-valutazzjoni tagħha, l-awtorità superviżorja għandha tinnotifika bil-miktub lill-awtorità ta' riżoluzzjoni u lill-akkwirent dwar jekk tapprovax jew, f'konformità mal-Artikolu 58(4) tad-Direttiva 2009/138/KE, topponix tali trasferiment ta' ishma jew ta' strumenti oħrajn ta' sjieda lill-akkwirent; |
|
(e) |
meta l-awtorità superviżorja tapprova tali trasferiment ta' ishma jew ta' strumenti oħrajn ta' sjieda lill-akkwirent, id-drittijiet tal-vot marbutin ma' tali ishma jew strumenti ta' sjieda għandu jitqies bħala vestit bis-sħiħ fl-akkwirent hekk kif l-awtorità ta' riżoluzzjoni u l-akkwirent jirċievu avviż approvazzjoni bħal dan mingħand l-awtorità superviżorja; |
|
(f) |
jekk l-awtorità superviżorja topponi tali trasferiment ta' ishma jew ta' strumenti ta' sjieda oħrajn lill-akkwirent:
|
7. Għall-fini tal-eżerċizzju tad-drittijiet ta' forniment ta' servizzi jew ta' stabbiliment fi Stat Membru ieħor f'konformità mad-Direttiva 2009/138/KE, l-akkwirent għandu jitqies bħala kontinwazzjoni tal-impriża taħt riżoluzzjoni, u jista' jkompli jeżerċita kwalunkwe tali dritt li kien eżerċitat mill-impriża taħt riżoluzzjoni fir-rigward tal-assi, tad-drittijiet jew tal-obbligazzjonijiet ittrasferiti.
Artikolu 32
Għodda tal-impriża tranżitorja
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa jittrasferixxu għand impriża tranżitorja:
|
(a) |
ishma jew strumenti oħrajn ta' sjieda maħruġin minn impriża waħda jew aktar taħt riżoluzzjoni; |
|
(b) |
l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet kollha jew kwalunkwe wieħed minnhom ta' impriża waħda jew aktar taħt riżoluzzjoni. |
2. L-impriża tranżitorja għandha tkun persuna ġuridika li tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:
|
(a) |
tkun kompletament jew parzjalment proprjetà ta' awtorità pubblika waħda jew aktar, li jistgħu jinkludu l-awtorità ta' riżoluzzjoni jew, fejn applikabbli skema ta' garanzija tal-assigurazzjoni, u tkun ikkontrollata mill-awtorità ta' riżoluzzjoni; |
|
(b) |
tinħoloq għall-fini li tirċievi u żżomm xi wħud mill-ishma jew mill-istrumenti l-oħrajn ta' sjieda kollha jew uħud minnhom li jinħarġu minn impriża taħt riżoluzzjoni jew l-assi, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet kollha jew uħud minnhom ta' impriża waħda jew aktar taħt riżoluzzjoni bl-għan li jintlaħqu l-objettivi ta' riżoluzzjoni u tinbiegħ l-impriża taħt riżoluzzjoni. |
3. Meta japplikaw l-għodda ta' impriża tranżitorja, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jiżguraw li l-valur totali tal-obbligazzjonijiet ittrasferiti lill-impriża tranżitorja ma jaqbiżx il-valur totali tad-drittijiet u tal-assi ttrasferiti mill-impriża taħt riżoluzzjoni.
4. Wara applikazzjoni tal-għodda ta' impriża tranżitorja, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu, fejn iġġustifikat miċ-ċirkostanzi, ireġġgħu lura t-trasferimenti eżegwiti, u l-impriża taħt riżoluzzjoni jew is-sidien oriġinali għandhom ikunu obbligati jieħdu lura kwalunkwe assi, dritt jew obbligazzjoni ttrasferita, jew ishma jew strumenti oħrajn ta' sjieda, fejn iġġustifikat miċ-ċirkustanzi tal-każ, fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-possibbiltà li l-ishma jew l-istrumenti oħrajn ta' sjieda, l-assi, id-drittijiet, jew l-obbligazzjonijiet speċifiċi jistgħu jiġu ttrasferiti lura hija ddikjarata espressament fl-istrument li bih ikun sar it-trasferiment; |
|
(b) |
l-ishma jew l-istrumenti l-oħra ta' sjieda, l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet speċifiċi ma jistgħux jiġu kklassifikati bħala ishma jew strumenti oħra ta' sjieda, assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet speċifikati fl-istrument li bih ikun sar it-trasferiment, u ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet ta' trasferiment tagħhom. |
Trasferiment lura kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu jista' jsir fi kwalunkwe perjodu u għandu jikkonforma ma' kwalunkwe kundizzjoni oħra ddikjarata fl-istrument li bih ikun sar it-trasferiment.
5. Wara applikazzjoni tal-għodda ta' impriża tranżitorja, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jittrasferixxu ishma jew strumenti oħrajn ta' sjieda, jew assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet mill-impriża tranżitorja lil akkwirent terz.
6. Impriża tranżitorja għandha titqies bħala kontinwazzjoni tal-impriża taħt riżoluzzjoni, u tkun tista' tkompli teżerċita kwalunkwe dritt eżerċitat mill-impriża taħt riżoluzzjoni fir-rigward tal-assi, tad-drittijiet jew tal-obbligazzjonijiet trasferiti.
7. L-objettivi ta' impriża tranżitorja ma għandhomx jimplikaw xi dmir jew responsabbiltà għall-azzjonisti jew kredituri tal-impriża taħt riżoluzzjoni. Il-membri tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju jew tal-maniġment superjuri tal-impriża tranżitorja ma għandux ikollhom responsabbiltà quddiem tali azzjonisti jew kredituri għal atti jew għal ommissjonijiet fl-eżerċizzju tad-dmirijiet tagħhom, sakemm tali atti jew ommissjonijiet ma kinux jinvolvu negliġenza serja jew imġiba ħażina serja skont il-liġi nazzjonali li taffettwa direttament id-drittijiet ta' tali azzjonisti jew kredituri.
L-Istati Membri jistgħu jkomplu jillimitaw ir-responsabbiltà ta' impriża tranżitorja u tal-membri tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju jew tal-maniġment superjuri tagħha f'konformità mal-liġi nazzjonali għal atti u għal ommissjonijiet fil-qadi tad-dmirijiet tagħhom.
Artikolu 33
Operat ta' impriża tranżitorja
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operat ta' impriża tranżitorja jirrispetta r-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a) |
l-awtorità ta' riżoluzzjoni approvat id-dokumenti kostituzzjonali tal-impriża tranżitorja; |
|
(b) |
soġġett għall-istruttura ta' sjieda tal-impriża tranżitorja, l-awtorità ta' riżoluzzjoni taħtar jew tapprova l-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tal-impriża tranżitorja; |
|
(c) |
l-awtorità ta' riżoluzzjoni tapprova r-remunerazzjoni tal-membri tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju u tiddetermina r-responsabbiltajiet tagħhom; |
|
(d) |
l-awtorità ta' riżoluzzjoni tapprova l-istrateġija u l-profil tar-riskju tal-impriża tranżitorja; |
|
(e) |
l-impriża tranżitorja tkun awtorizzata f'konformità mad-Direttiva 2009/138/KE u jkollha l-awtorizzazzjoni neċessarja skont il-liġi nazzjonali applikabbli sabiex twettaq l-attivitajiet jew is-servizzi li takkwista bis-saħħa ta' trasferiment magħmul skont l-Artikolu 42 ta' din id-Direttiva; |
|
(f) |
l-impriża tranżitorja tikkonforma mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/138/KE u hija soġġetta għal superviżjoni f'konformità magħha; |
|
(g) |
l-operat tal-impriża tranżitorja għandu jkun konformi mal-qafas tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat u l-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' tispeċifika restrizzjonijiet fuq l-operazzjonijiet tagħha kif xieraq. |
Minkejja d-dispożizzjonijiet imsemmijin fl-ewwel subparagrafu, il-punti (e) u (f) u fejn neċessarju sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' riżoluzzjoni, impriża tranżitorja tista' tiġi stabbilita u awtorizzata mingħajr ma tikkonforma mad-Direttiva 2009/138/KE għal perjodu qasir fil-bidu tal-operat tagħha. Għal dan l-għan, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tippreżenta talba f'dak is-sens lill-awtorità superviżorja. Meta l-awtorità superviżorja tiddeċiedi li tagħti awtorizzazzjoni bħal din, hija għandha tindika l-perjodu li matulu l-impriża tranżitorja tkun eżentata milli tikkonforma mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/138/KE. Dak il-perjodu ma għandux jaqbeż l-24 xahar.
2. Soġġetta għal kwalunkwe restrizzjoni imposta mir-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali, il-maniġment tal-impriża tranżitorja għandu jopera l-impriża tranżitorja sabiex jilħaq l-objettivi ta' riżoluzzjoni u sabiex ibigħ l-impriża taħt riżoluzzjoni jew l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet trasferiti lil akkwirent wieħed jew aktar mis-settur privat malli l-kundizzjonijiet tas-suq ikunu xierqa.
3. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jiddeċiedu li entità ma tibqax impriża tranżitorja fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin, skont liema sseħħ l-ewwel:
|
(a) |
l-impriża tranżitorja tiġi fuża ma' entità oħra; |
|
(b) |
l-impriża tranżitorja ma tibqax tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 32(2); |
|
(c) |
l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet kollha tal-impriża tranżitorja jew sostanzjalment kollha jinbiegħu lil akkwirent terz; |
|
(d) |
l-assi tal-impriża tranżitorja jiġu kompletament stralċati u l-obbligazzjonijiet tagħha jinħelsu kompletament. |
4. Soġġett għall-Artikolu 26(2) u (5), kwalunkwe rikavat iġġenerat bħala riżultat tat-terminazzjoni tal-operat tal-impriża tranżitorja għandu jibbenefika lill-azzjonisti tal-impriża tranżitorja.
Artikolu 34
Trasferiment lil skemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni
1. B'deroga mill-Artikoli 32 u 33, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li skema xierqa ta' garanzija tal-assigurazzjoni tiġi assenjata bid-dmirijiet u d-drittijiet ta' impriża tranżitorja. Filwaqt li jiżguraw l-interessi tad-detenturi ta' poloz, il-kontinwità tar-relazzjonijiet tal-assigurazzjoni, u s-saldu tal-klejms, u taċċerta li l-objettivi ta' din id-Direttiva jkunu għadhom jintlaħqu b'mod adegwat, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu trasferiment, lil tali skema ta’ garanzija tal-assigurazzjoni, ta':
|
(a) |
ishma jew strumenti oħrajn ta' sjieda maħruġin minn impriża waħda jew aktar taħt riżoluzzjoni jew |
|
(b) |
l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet kollha jew kwalunkwe wieħed minnhom ta' impriża waħda jew aktar taħt riżoluzzjoni. |
L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jiżguraw li l-valur totali tal-obbligazzjonijiet ittrasferiti lill-iskemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni ma jaqbiżx il-valur totali tad-drittijiet u tal-assi ttrasferiti mill-impriża taħt riżoluzzjoni.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li skema ta' garanzija tal-assigurazzjoni assenjata bid-dmirijiet u d-drittijiet ta' impriża tranżitorja tirrispetta r-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a) |
l-awtorità ta' riżoluzzjoni tkun approvat id-dokumenti kostituzzjonali tal-impriża tranżitorja; |
|
(b) |
l-awtorità ta' riżoluzzjoni tapprova r-remunerazzjoni tal-membri tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju u tiddetermina r-responsabbiltajiet tagħhom; |
|
(c) |
l-impriża tranżitorja ma għandhiex tikkonkludi kuntratti tal-assigurazzjoni ġodda jew tbiddel il-kuntratti tal-assigurazzjoni eżistenti b'mod li jista' jżid il-klejms tal-assigurazzjoni kontra l-impriża tranżitorja; |
|
(d) |
l-iskema ta' garanzija tal-assigurazzjoni hija soġġetta għal regoli u objettivi ġenerali tas-superviżjoni tal-assigurazzjoni biex jiġi żgurat livell adegwat ta' protezzjoni tad-detenturi ta' poloz. |
Il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal skema ta' garanzija tal-assigurazzjoni assenjata bid-dmirijiet u d-drittijiet ta' impriża tranżitorja jekk kwalunkwe assi, dritt, obbligazzjoni jew dritt ta' sjieda ttrasferit ikun segregat mill-assi, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet l-oħra tal-iskema ta' garanzija tal-assigurazzjoni u r-rimunerazzjoni ma titħallasx mill-assi ttrasferiti.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-finanzjament ta' skema ta' garanzija tal-assigurazzjoni assenjata bid-dmirijiet u d-drittijiet ta' impriża tranżitorja jkun adegwat biex ikompli r-relazzjonijiet tal-assigurazzjoni u jiggarantixxi s-saldu tal-klejms tal-assigurazzjoni.
Artikolu 35
Objettiv u kamp ta' applikazzjoni tal-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkunu jistgħu japplikaw l-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni sabiex jilħqu l-objettivi ta' riżoluzzjoni għal kwalunkwe wieħed mill-finijiet li ġejjin:
|
(a) |
għar-rikapitalizzazzjoni ta' entità kif imsemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), li tissodisfa l-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni msemmijin fl-Artikolu 19(1) u l-Artikolu 20(3) sa punt biżżejjed sabiex tiġi applikata l-għodda ta' run-off solventi u sabiex tinżamm l-awtorizzazzjoni tagħha skont id-Direttiva 2009/138/KE; |
|
(b) |
għall-konverżjoni f'ekwità jew għat-tnaqqis tal-ammont ta' kapital ta' klejms, li jinkludu klejms lill-assigurazzjoni jew strumenti ta' dejn li jiġu ttrasferiti:
|
Meta japplikaw l-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni għall-klejms lill-assigurazzjoni, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu wkoll jirristrutturaw it-termini tal-kuntratti tal-assigurazzjoni relatati sabiex jilħqu l-objettivi ta' riżoluzzjoni b'mod aktar effettiv. Meta jagħmlu dan, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom iqisu l-impatt fuq l-interess kollettiv tad-detenturi ta' poloz.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jiddeterminaw l-ammont li bih l-istrumenti kapitali, l-istrumenti ta' dejn u obbligazzjonijiet eliġibbli oħrajn għandhom jiġu valwati b'mod negattiv jew ikkonvertiti għall-finijiet stipulati fil-paragrafu 1 abbażi tal-valwazzjoni mwettqa f'konformità mal-Artikolu 23.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkunu jistgħu japplikaw l-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni għall-obbligazzjonijiet kollha ta' entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), filwaqt li jżommu l-forma ġuridika attwali tagħhom jew iqisu bidla fil-forma ġuridika tagħhom meta din tkun neċessarja.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni tkun tista' tiġi applikata għall-istrumenti kapitali kollha u għall-obbligazzjonijiet kollha ta' entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), li ma jkunux esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dik l-għodda skont il-paragrafi 5 sa 8 ta' dan l-Artikolu.
5. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ma għandhomx japplikaw l-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni fir-rigward tal-obbligazzjonijiet li ġejjin kemm jekk ikunu rregolati bil-liġi ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz:
|
(a) |
obbligazzjonijiet garantiti; |
|
(b) |
obbligazzjonijiet lil istituzzjonijiet ta' kreditu, lil ditti ta' investiment u lil impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, ħlief għal entitajiet li jkunu parti mill-istess grupp, b'maturità oriġinali ta' anqas minn sebat ijiem; |
|
(c) |
obbligazzjonijiet b'maturità li jifdal ta' anqas minn sebat ijiem, dovuti jew lil sistemi jew lil operaturi ta' sistemi maħtura f'konformità mad-Direttiva 98/26/KE jew lill-parteċipanti tagħhom u li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni f'tali sistema, jew lil CCPs awtorizzati fl-Unjoni skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u lil CCPs ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ESMA), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20), skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012; |
|
(d) |
obbligazzjoni lejn kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
|
|
(e) |
obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn assigurazzjoni obbligatorja kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta' vetturi bil-mutur skont id-Direttiva 2009/103/KE. |
6. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ma għandhomx japplikaw l-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni fir-rigward ta':
|
(a) |
obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn klejms lill-assigurazzjoni kurrenti u futuri li huma koperti minn assi f'konformità mal-Artikolu 275(1), il-punt (a), tad-Direttiva 2009/138/KE; |
|
(b) |
obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn kuntratti privati tal-assigurazzjoni tas-saħħa jew kuntratti privati tal-assigurazzjoni tal-kura fit-tul ipprovduti bħala alternattiva għall-kopertura obbligatorja tas-saħħa jew tal-kura fit-tul ipprovduta mis-sistema statutorja tas-sigurtà soċjali; l-esklużjoni għandha tapplika biss għall-parti tar-responsabbiltà kkonċernata li tissostitwixxi l-komponent obbligatorju tas-sistema statutorja tas-sigurtà soċjali. |
7. Il-paragrafu 5, il-punt (a), u l-paragrafu 6, il-punt (a), ma għandhomx jipprevjenu lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, fejn xieraq, milli japplikaw l-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni fir-rigward ta' kwalunkwe parti ta' obbligazzjoni garantita jew ta' obbligazzjoni li għaliha ġie ppleġġjat kollateral li jaqbeż il-valur tal-assi, tal-pleġġ, tar-rahan jew tal-kollateral li huwa garanti tiegħu jew għal kwalunkwe parti mill-obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 6, il-punt (a), li jaqbżu l-valur tal-assi mdaħħla fir-reġistru speċjali msemmi fl-Artikolu 276(1) tad-Direttiva 2009/138/KE.
8. F'ċirkostanzi eċċezzjonali, meta tiġi applikata l-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' teskludi jew parzjalment teskludi ċerti obbligazzjonijiet mill-applikazzjoni tal-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
ma jkunx possibbli li ssir valwazzjoni negattiva jew konverżjoni ta' dik l-obbligazzjoni fi żmien raġonevoli, minkejja sforzi bona fide tal-awtorità ta' riżoluzzjoni; |
|
(b) |
l-esklużjoni tkun strettament neċessarja u proporzjonata sabiex tinkiseb il-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi u tal-linji ta' negozju ewlenin b'mod li tinżamm l-abbiltà tal-impriża taħt riżoluzzjoni li tkompli bl-operazzjonijiet, bis-servizzi u bit-tranżazzjonijiet ewlenin; |
|
(c) |
l-esklużjoni tkun strettament neċessarja u proporzjonata sabiex jiġi evitat li jinħoloq kontaġju mifrux, b'mod li jista' jikkawża disturb serju għall-ekonomija ta' Stat Membru jew tal-Unjoni; |
|
(d) |
l-applikazzjoni tal-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni għal dawk l-obbligazzjonijiet tkun tikkawża qerda fil-valur b'mod li t-telf imġarrab minn kredituri oħrajn ikun ogħla milli kieku dawk l-obbligazzjonijiet jiġu esklużi mill-applikazzjoni tal-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni; jew |
|
(e) |
l-esklużjoni hija strettament meħtieġa u proporzjonata biex jiġi żgurat li partijiet terzi jiġu kkumpensati għall-korrimenti personali u l-ħsara tagħhom koperti minn kuntratti tal-assigurazzjoni relatati ma' obbligazzjonijiet ta' partijiet terzi fejn tali kuntratti jkunu obbligatorji skont il-liġi applikabbli. |
9. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom iqisu li, meta tiġi applikata l-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni, il-kuntratti tal-assigurazzjoni li t-termini tagħhom ġew ristrutturati skont il-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, jissodisfaw, wara li l-kuntratt jiġi ristrutturat, il-livelli ta' kopertura minima obbligatorja skont il-liġi applikabbli.
Artikolu 36
Trattament tal-azzjonisti meta tiġi applikata l-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta japplikaw l-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jieħdu, fir-rigward tal-azzjonisti, waħda mill-azzjonijiet li ġejjin, jew it-tnejn li huma:
|
(a) |
jikkanċellaw ishma eżistenti jew strumenti oħrajn ta' sjieda, jew jittrasferuhom lil kredituri li l-klejms tagħhom ikunu ġew ikkonvertiti; |
|
(b) |
dment li l-valwazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 23 turi li l-impriża taħt riżoluzzjoni jkollha valur nett pożittiv, jiddilwixxu -l-parteċipazzjonijiet eżistenti ta’ ishma jew ta' strumenti oħrajn eżistenti mis-sjieda billi jikkonvertu strumenti kapitali jew strumenti ta' dejn rilevanti maħruġin mill-impriża taħt riżoluzzjoni, jew obbligazzjonijiet eliġibbli oħrajn tal-impriża taħt riżoluzzjoni, f'ishma jew fi strumenti oħrajn ta' sjieda skont l-applikazzjoni tal-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni. |
Fir-rigward tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, il-konverżjoni għandha ssir b'rata ta' konverżjoni li tiddilwixxi ferm il-parteċipazzjonijiet eżistenti ta' ishma jew ta' strumenti oħrajn ta' sjieda.
2. Meta jikkunsidraw liema mill-azzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jieħdu, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom iqisu:
|
(a) |
il-valwazzjoni mwettqa f'konformità mal-Artikolu 23; |
|
(b) |
l-ammont li bih l-awtorità ta' riżoluzzjoni vvalutat li elementi tal-Grad 1 għandhom jitnaqqsu u l-istrumenti kapitali rilevanti jiġu valwati negattivament jew ikkonvertiti skont l-Artikolu 38(1). |
3. B'deroga mill-Artikoli 57 sa 62 tad-Direttiva 2009/138/KE, fejn il-konverżjoni ta' strumenti kapitali, ta' strumenti ta' dejn maħruġin mill-impriża taħt riżoluzzjoni, jew ta' obbligazzjonijiet eliġibbli oħrajn tal-impriża taħt riżoluzzjoni, tkun tirriżulta fl-akkwist ta' jew fiż-żieda f'parteċipazzjoni kwalifikanti f'impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 57(1) ta' dik d-Direttiva, l-awtoritajiet superviżorji għandhom iwettqu l-valutazzjoni meħtieġa skont dawk l-Artikoli fil-ħin b'mod li ma jdewmux il-konverżjoni ta' strumenti kapitali jew jipprevjenu l-azzjoni ta' riżoluzzjoni milli tilħaq l-objettivi ta' riżoluzzjoni rilevanti.
4. Meta l-awtorità superviżorja ta' dik l-istituzzjoni ma tkunx lestiet il-valutazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 3 fid-data tal-konverżjoni tal-istrument kapitali, l-Artikolu 31(6) għandu japplika għal kwalunkwe akkwist jew żieda f'parteċipazzjoni kwalifikanti minn akkwirent li tirriżulta mill-applikazzjoni mill-konverżjoni ta' strumenti kapitali.
Artikolu 37
Rata ta' konverżjoni ta' dejn ma' ekwità
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni japplikaw l-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni u jeżerċitaw is-setgħa speċifikata fl-Artikolu 42(1), il-punt (h), huma jistgħu japplikaw rata ta' konverżjoni differenti għal klassijiet differenti ta' strumenti kapitali u ta' obbligazzjonijiet f'konformità ma' wieħed mill-prinċipji li ġejjin jew mat-tnejn li huma:
|
(a) |
ir-rata tal-konverżjoni tkun tirrappreżenta kumpens xieraq lill-kreditur affettwat għal kwalunkwe telf imġarrab permezz tal-eżerċizzju tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni; |
|
(b) |
ir-rata ta' konverżjoni applikabbli għal obbligazzjonijiet li jitqiesu bħala superjuri skont il-liġi applikabbli dwar l-insolvenza tkun ogħla mir-rata ta' konverżjoni applikabbli għal obbligazzjonijiet subordinati. |
Artikolu 38
Dispożizzjonijiet addizzjonali li jirregolaw l-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni
1. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom japplikaw l-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni f'konformità mal-prijorità tal-klejms applikabbli skont proċedimenti normali ta' insolvenza, b'mod li jipproduċi r-riżultati li ġejjin:
|
(a) |
l-elementi tal-Grad 1 jitnaqqsu l-ewwel, fi proporzjon mat-telf u sal-punt tal-kapaċità tagħhom u l-awtorità ta' riżoluzzjoni tieħu waħda mill-azzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 36(1), jew it-tnejn li huma, fir-rigward tad-detenturi ta' strumenti tal-Grad 1; |
|
(b) |
l-ammont ta' kapital ta' strumenti tal-Grad 2 issirlu valwazzjoni negattiva jew jiġi kkonvertit fi strumenti tal-Grad 1 jew it-tnejn li huma, sal-punt meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' riżoluzzjoni jew sal-punt tal-kapaċità tal-istrumenti ta' kapital rilevanti, skont liema minnhom ikun l-aktar baxx; |
|
(c) |
l-ammont ta' kapital ta' strumenti tal-Grad 3 issirlu valwazzjoni negattiva jew jiġi kkonvertit fi strumenti tal-Grad 1 jew it-tnejn li huma, sal-punt meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' riżoluzzjoni jew sal-punt tal-kapaċità tal-istrumenti ta' kapital rilevanti, skont liema minnhom ikun l-aktar baxx; |
|
(d) |
l-ammont ta' kapital jew l-ammont pendenti pagabbli fir-rigward tal-bqija tal-obbligazzjonijiet eliġibbli f'konformità mal-ġerarkija tal-klejms fi proċedimenti normali ta' insolvenza, inkluż il-klassifikazzjoni tal-klejms lill-assigurazzjoni prevista fl-Artikolu 275(1) tad-Direttiva 2009/138/KE, jiġi valwat negattivament jew ikkonvertit fi strumenti tal-Grad 1 jew it-tnejn, sal-punt meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' riżoluzzjoni. |
Meta l-livell ta' valwazzjoni negattiva bbażat fuq il-valwazzjoni proviżorja kif imsemmija fl-Artikolu 25 jinstab li jeċċedi r-rekwiżiti meta jiġi vvalutat skont il-valwazzjoni definittiva kif imsemmija fl-Artikolu 24(2), jista' jiġi applikat mekkaniżmu ta' valwazzjoni pożittiva għar-rimborż tal-kredituri u, sussegwentement, tal-azzjonisti, sa fejn ikun neċessarju.
Meta jiddeċiedu dwar jekk l-obbligazzjonijiet għandhomx jiġu valwati negattivament jew jiġux ikkonvertiti f'ekwità, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ma għandhomx jikkonvertu klassi waħda ta' obbligazzjonijiet, filwaqt li klassi ta' obbligazzjonijiet li tkun subordinata għall-klassi tibqa' mhux konvertita f'ekwità jew mhux valwata negattivament.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klejms kollha li jirriżultaw minn entrati ta' fondi proprji jkollhom, fil-liġijiet nazzjonali tagħhom li jirregolaw il-proċedimenti ta' insolvenza normali, klassifikazzjoni ta' prijorità inferjuri għal dik ta' kwalunkwe klejm li ma tirriżultax minn entrata ta' fondi proprji. Għall-finijiet ta' dan is-subparagrafu, sa fejn strument huwa biss parzjalment rikonoxxut bħala entrata ta' fondi proprji, l-istrument kollu għandu jiġi ttrattat bħala klejm li tirriżulta minn elementi ta' fondi proprji u għandu jkollu klassifikazzjoni inferjuri minn kwalunkwe klejm li ma tirriżultax minn entrata ta' fondi proprji.
2. Meta l-ammont ta' kapital ta' strument kapitali rilevanti jew l-ammont ta' kapital ta' strument ta' dejn jew ta' obbligazzjoni eliġibbli oħra jiġi valwat negattivament, għandu japplika dan li ġej:
|
(a) |
it-tnaqqis li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni għandu jkun permanenti, soġġett għal kwalunkwe valwazzjoni pożittiva f'konformità mal-mekkaniżmu ta' rimborż imsemmi fil-paragrafu 1; |
|
(b) |
l-ebda obbligazzjoni lejn id-detentur tal-istrument kapitali, tal-istrument ta' dejn jew ta' obbligazzjoni eliġibbli oħra rilevanti ma għandha tibqa' taħt jew marbuta ma' dak l-ammont tal-istrument, li jkun ġie valwat negattivament, ħlief għal kwalunkwe obbligazzjoni diġà dovuta, u kwalunkwe obbligazzjoni għal danni li jistgħu jinħolqu bħala riżultat ta' appell li jikkontesta l-legalità tal-eżerċizzju tas-setgħa ta' valwazzjoni negattiva; |
|
(c) |
ma għandu jitħallas l-ebda kumpens lil kwalunkwe detentur tal-istrument kapitali, tal-istrument ta' dejn jew ta' obbligazzjoni eliġibbli oħra rilevanti minbarra f'konformità mal-paragrafu 3. |
3. Sabiex titwettaq konverżjoni tal-istrumenti kapitali, tal-istrumenti ta' dejn jew ta' obbligazzjonijiet eliġibbli oħrajn ikkonċernati f'konformità mal-paragrafu 1, il-punti (b) u (c), l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jirrikjedu lil entitajiet imsemmijin fl-Artiklu 1(1), il-punti (a) sa (e), li joħorġu strumenti tal-Grad 1 lid-detenturi tal-istrumenti kapitali, tal-istrumenti ta' dejn jew ta' obbligazzjonijiet eliġibbli oħrajn ikkonċernati.
L-istrumenti kapitali, l-istrumenti ta' dejn jew obbligazzjonijiet eliġibbli oħrajn ikkonċernati jistgħu jiġu kkonvertiti dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a) |
l-istrumenti tal-Grad 1 jinħarġu mill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, mill-entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (b) sa (e), jew mill-impriża prinċipali bil-qbil tal-awtorità ta' riżoluzzjoni rilevanti; |
|
(b) |
l-istrumenti tal-Grad 1 jinħarġu qabel kwalunkwe ħruġ ta' ishma jew ta' strumenti ta' sjieda oħrajn minn dik l-entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), għall-finijiet tal-għoti ta' fondi proprji mill-Istat jew minn entità governattiva; |
|
(c) |
l-istrumenti tal-Grad 1 jingħataw u jiġu ttrasferiti mingħajr dewmien wara l-eżerċizzju tas-setgħa ta' konverżjoni; |
|
(d) |
ir-rata ta' konverżjoni li tiddetermina l-għadd ta' strumenti tal-Grad 1 li huma pprovduti fir-rigward ta' kull strument kapitali, strument ta' dejn jew obbligazzjoni eliġibbli oħra rilevanti tikkonforma mal-Artikolu 37. |
4. Għall-finijiet tal-forniment ta' strumenti tal-Grad 1 f'konformità mal-paragrafu 3, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' titlob lill-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), sabiex iżommu f'kull ħin l-awtorizzazzjoni minn qabel neċessarja sabiex joħorġu l-għadd rilevanti ta' strumenti tal-Grad 1.
Artikolu 39
Effett ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta awtorità ta' riżoluzzjoni tapplika l-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni u teżerċita s-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni f'konformità mal-Artikolu 35(1) u mal-Artikolu 42(1), il-punti (g) sa (k), it-tnaqqis tal-ammont ta' kapital jew tal-ammont pendenti dovut, il-konverżjoni jew il-kanċellazzjoni tidħol fis-seħħ u tkun immedjatament vinkolanti fuq l-impriża taħt riżoluzzjoni u fuq il-kredituri u fuq l-azzjonisti affettwati.
2. L-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tlesti jew titlob li jitlestew il-kompiti proċedurali u amministrattivi kollha neċessarji sabiex jingħata effett lill-applikazzjoni tal-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni, inkluż:
|
(a) |
l-emenda tar-reġistri kollha kkonċernati; |
|
(b) |
it-tneħħija mill-elenku jew it-tneħħija mill-kummerċ ta' ishma jew ta' strumenti ta' sjieda oħrajn jew ta' strumenti ta' dejn; |
|
(c) |
l-elenkar jew l-ammissjoni għall-kummerċ ta' ishma jew ta' strumenti ta' sjieda oħrajn ġodda; |
|
(d) |
l-elenkar mill-ġdid jew ir-riammissjoni ta' kwalunkwe strument ta' dejn li ġie valwat negattivament, mingħajr ir-rekwiżit ta' ħruġ ta' prospett kif meħtieġ mir-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21). |
3. Meta awtorità ta' riżoluzzjoni tnaqqas għal żero l-ammont ta' kapital jew l-ammont pendenti pagabbli fir-rigward ta' obbligazzjoni permezz tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 42(1), il-punt (g), dik l-obbligazzjoni u kwalunkwe obbligu jew klejm li jirriżultaw fir-rigward tagħha li ma humiex dovuti fil-mument meta tiġi eżerċitata s-setgħa għandhom jiġu ttrattati bħala mħallsin għalkollox, u ma għandhomx ikunu jistgħu jiġu pprovati fi kwalunkwe proċediment sussegwenti fir-rigward tal-impriża taħt riżoluzzjoni jew ta' kwalunkwe entità suċċessur fi kwalunkwe stralċ sussegwenti.
4. Meta awtorità ta' riżoluzzjoni tnaqqas parzjalment, imma mhux għalkollox, l-ammont ta' kapital jew l-ammont pagabbli pendenti fir-rigward ta' obbligazzjoni permezz tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 42(1), il-punt (g):
|
(a) |
l-obbligazzjoni għandha tiġi rrilaxxata sal-punt tal-ammont imnaqqas; |
|
(b) |
l-istrument rilevanti jew il-ftehim li ħoloq l-obbligazzjoni oriġinali għandu jkompli japplika fir-rigward tal-ammont ta' kapital residwu, jew tal-ammont pendenti pagabbli fir-rigward tal-obbligazzjoni, soġġett għal kwalunkwe modifika tal-ammont tal-interess pagabbli sabiex tirrifletti t-tnaqqis tal-ammont ta' kapital, u kwalunkwe modifika ulterjuri fit-termini li l-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' tagħmel permezz tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 42(1), il-punt (l). |
Artikolu 40
Valwazzjoni negattiva jew konverżjoni ta' obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn derivattivi
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jeżerċitaw is-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni fir-rigward ta' obbligazzjoni li tirriżulta minn derivattiv mas-saldu tad-derivattivi jew warajh biss. Mad-dħul f'riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jingħataw is-setgħa li jtemmu u jsaldu kwalunkwe kuntratt ta' derivattivi għal dak l-iskop. Fejn obbligazzjoni ta' derivattiv tkun ġiet eskluża mill-applikazzjoni tal-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni skont l-Artikolu 35(8), l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ma għandhomx ikunu obbligati jtemmu jew jsaldu l-kuntratt tad-derivattivi.
2. Fejn tranżazzjonijiet ta' derivattivi jkunu soġġetti għal ftehim ta' netting, l-awtorità ta' riżoluzzjoni jew evalwatur indipendenti għandu jiddetermina bħala parti mill-valwazzjoni skont l-Artikolu 23, l-obbligazzjoni li tirriżulta minn dawk it-tranżazzjonijiet fuq bażi netta skont it-termini tal-ftehim ta' netting.
3. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jiddeterminaw il-valur tal-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn derivattivi skont dawn kollha li ġejjin:
|
(a) |
metodoloġiji xierqa għad-determinazzjoni tal-valur ta' klassijiet ta' derivattivi, inkluż tranżazzjonijiet li huma soġġetti għal ftehimiet ta' netting; |
|
(b) |
prinċipji biex jiġi stabbilit il-waqt rilevanti li fih għandu jiġi stabbiliti l-valur ta' pożizzjoni ta' derivattiv; |
|
(c) |
metodoloġiji xierqa biex titqabbel il-qerda tal-valur li tirriżulta mis-saldu u l-valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni ta' derivattivi mal-ammont ta' telf li jiġġarrab minn derivattivi f'valwazzjoni negattiva jew konverżjoni. |
4. L-EIOPA, wara konsultazzjoni mal-ESMA, għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-metodoloġiji u l-prinċipji stabbiliti fil-paragrafu 3 dwar il-valwazzjoni tal-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn derivattivi. Fir-rigward ta' tranżazzjonijiet derivattivi li jkunu suġġetti għal ftehim ta' netting, l-EIOPA għandha tqis il-metodoloġija għall-għeluq stabbilit fil-ftehim ta' netting.
L-EIOPA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sad-29 ta’ Lulju 2027.
Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.
Artikolu 41
Tneħħija tal-ostakli proċedurali għall-valwazzjoni negattiva u għall-konverżjoni
1. Meta tiġi applikata l-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni, fejn applikabbli, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu lill-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), iżommu f'kull ħin ammont suffiċjenti ta' kapital azzjonarju awtorizzat jew ta' strumenti oħrajn tal-Grad 1 sabiex jiżguraw li dawk l-impriżi u l-entitajiet ma jinżammux milli joħorġu ishma ġodda jew strumenti ta' sjieda oħrajn suffiċjenti bl-għan li jiġi żgurat li l-konverżjoni tal-obbligazzjonijiet f'ishma jew fi strumenti ta' sjieda oħrajn tkun tista' titwettaq b'mod effettiv.
L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jivvalutaw il-konformità mar-rekwiżit stabbilit fl-ewwel subparagrafu fil-kuntest tal-iżvilupp u tal-manutenzjoni tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni f'konformità mal-Artikoli 9 u 10.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda impediment proċedurali għall-konverżjoni tal-obbligazzjonijiet f'ishma jew fi strumenti ta' sjieda oħrajn li jeżistu minħabba l-istrumenti ta' inkorporazzjoni jew l-istatuti tagħhom, inkluż jeddijiet ta' prelazzjoni għall-azzjonisti jew rekwiżiti għall-kunsens tal-azzjonisti sabiex jiżdied il-kapital.
KAPITOLU IV
Setgħat ta' riżoluzzjoni
Artikolu 42
Setgħat ġenerali
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkollhom is-setgħat kollha neċessarji sabiex japplikaw għodod ta' riżoluzzjoni għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), li jissodisfaw il-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 19(1) jew 20(3), kif applikabbli. B'mod partikolari, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandu jkollhom is-setgħat ta' riżoluzzjoni li ġejjin, li jistgħu jeżerċitaw individwalment jew fi kwalunkwe taħlita:
|
(a) |
is-setgħa li jitolbu lil kwalunkwe persuna tipprovdi kwalunkwe informazzjoni rikjesta mill-awtorità ta' riżoluzzjoni sabiex jiddeċiedu u jħejju azzjoni ta' riżoluzzjoni, inkluż aġġornamenti u supplimenti ta' informazzjoni pprovduta fil-pjanijiet ta' riżoluzzjoni u inkluż informazzjoni li tingħata permezz ta' spezzjonijiet fuq il-post; |
|
(b) |
is-setgħa li jieħdu kontroll ta' impriża taħt riżoluzzjoni u li jeżerċitaw id-drittijiet u s-setgħat kollha mogħtija lill-azzjonisti, lil sidien oħrajn u lill-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tal-impriża taħt riżoluzzjoni; |
|
(c) |
is-setgħa li jipprojbixxu jew jissottoskrivu negozju ġdid tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni u li jqiegħdu impriża taħt riżoluzzjoni fi proċedura ta' run-off solventi ordnata u li jtemmu l-attivitajiet tagħha; |
|
(d) |
is-setgħa li jawtorizzaw impriża tranżitorja stabbilita u awtorizzata mingħajr ma tikkonforma mad-Direttiva 2009/138/KE matul il-perjodu qasir imsemmi fl-Artikolu 33(1), it-tieni subparagrafu, ta’ din id-Direttiva biex tissottoskrivi negozju ġdid tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, jew iġġedded negozju eżistenti; |
|
(e) |
is-setgħa li jittrasferixxu ishma jew strumenti ta' sjieda oħrajn maħruġin minn impriża taħt riżoluzzjoni; |
|
(f) |
is-setgħa li jittrasferixxu lil entità oħra, bil-kunsens ta' dik l-entità, drittijiet, assi jew obbligazzjonijiet ta' impriża taħt riżoluzzjoni; |
|
(g) |
is-setgħa ta' ristrutturar ta' klejms lill-assigurazzjoni jew ta' tnaqqis, inkluż it-tnaqqis għal żero, tal-ammont ta' kapital ta' jew tal-ammont pendenti dovut fir-rigward ta' strumenti ta' dejn u ta' obbligazzjonijiet eliġibbli, inkluż klejms lill-assigurazzjoni, ta' impriża taħt riżoluzzjoni; |
|
(h) |
is-setgħa li jikkonvertu l-istrumenti ta' dejn u l-obbligazzjonijiet eliġibbli, inkluż klejms lill-assigurazzjoni, ta' impriża taħt riżoluzzjoni f'ishma ordinarji jew fi strumenti ta' sjieda oħrajn ta' entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), ta' impriża prinċipali rilevanti jew ta' impriża tranżitorja li lilha jiġu ttrasferiti l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet tal-entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e); |
|
(i) |
is-setgħa li jikkanċellaw strumenti ta' dejn maħruġin minn impriża taħt riżoluzzjoni ħlief għal obbligazzjonijiet garantiti soġġetti għall-Artikolu 35(5); |
|
(j) |
is-setgħa li jnaqqsu, inkluż inaqqsu għal żero, l-ammont nominali ta' ishma jew ta' strumenti ta' sjieda oħrajn ta' impriża taħt riżoluzzjoni u li jikkanċellaw tali ishma jew strumenti ta' sjieda oħrajn; |
|
(k) |
is-setgħa li jesiġu li istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew impriża prinċipali rilevanti toħroġ ishma jew strumenti ta' sjieda oħrajn ġodda, jew strumenti kapitali oħrajn, inkluż ishma privileġġati u strumenti konvertibbli kontinġenti; |
|
(l) |
is-setgħa li jemendaw jew jibdlu l-maturità ta' strumenti ta' dejn u ta' obbligazzjonijiet eliġibbli oħrajn maħruġin minn impriża taħt riżoluzzjoni jew jemendaw l-ammont ta' mgħax pagabbli fl-ambitu ta' dawn l-istrumenti u obbligazzjonijiet eliġibbli oħrajn, jew id-data li fiha l-imgħax isir pagabbli, inkluż billi jissospendu l-ħlas għal perjodu temporanju; |
|
(m) |
is-setgħa li jsaldu u jtemmu kuntratti finanzjarji, jew derivattivi; |
|
(n) |
is-setgħa li jneħħu jew ibiddlu l-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju u l-maniġment superjuri ta' impriża taħt riżoluzzjoni; |
|
(o) |
is-setgħa li jirrikjedu lill-awtorità superviżorja tivvaluta lill-akkwirent ta' parteċipazzjoni kwalifikanti fil-ħin permezz ta' deroga mil-limiti ta' żmien stipulati fl-Artikolu 58 tad-Direttiva 2009/138/KE. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda mill-awtorità superviżorja jiġu tterminati, jekk il-kontinwazzjoni tagħhom ixxekkel l-użu ta' għodod ta' riżoluzzjoni.
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li, meta japplikaw għodod ta' riżoluzzjoni u jeżerċitaw setgħat ta' riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ma jkunu soġġetti għall-ebda wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin, li kieku jkunu japplikaw minħabba l-liġi nazzjonali jew kuntratti, jew b'mod ieħor:
|
(a) |
soġġetti għall-Artikolu 3(8) u għall-Artikolu 67(1), ir-rekwiżiti li jiksbu approvazzjoni jew kunsens mingħand kwalunkwe persuna kemm pubblika jew privata, inkluż l-azzjonisti, il-kredituri jew id-detenturi ta' poloz tal-impriża taħt riżoluzzjoni; |
|
(b) |
qabel l-eżerċizzju tas-setgħa, ir-rekwiżiti proċedurali li jinnotifikaw lil kwalunkwe persuna, inkluż kwalunkwe rekwiżit ta' pubblikazzjoni ta' avviż jew ta' prospett jew ta' ffajljar jew ta' reġistrazzjoni ta' kwalunkwe dokument ma' kwalunkwe awtorità oħra. |
Il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu huwa mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 63 u 65 u għal kwalunkwe rekwiżit ta' notifika taħt il-qafas tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa fejn kwalunkwe waħda mis-setgħat elenkati fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma tkunx applikabbli għal entità fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 1(1) bħala riżultat tal-forma ġuridika speċifika tiegħu ta' impriża mutwa jew soċjetà kooperattiva, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkollhom setgħat li jkunu simili kemm jista' jkun għal dawk elenkati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, inkluż f'termini tal-effetti tagħhom.
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jeżerċitaw is-setgħat stabbiliti fil-paragrafu 4, is-salvagwardji previsti fil-Kapitolu V ta' din id-Direttiva, jew is-salvagwardji li jwasslu l-istess effett, jiġu applikati għall-persuni milqutin, inkluż l-azzjonisti, il-kredituri, id-detenturi ta' poloz u l-kontropartijiet.
Artikolu 43
Setgħat anċillari
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, meta jeżerċitaw setgħa ta' riżoluzzjoni, ikollhom is-setgħa li jagħmlu dan kollu li ġej:
|
(a) |
soġġetti għall-Artikolu 60, jipprevedu li jseħħ it-trasferiment rilevanti, ħieles minn kwalunkwe obbligazzjoni jew tfixkil li jaffettwa l-istrumenti finanzjarji, id-drittijiet, l-assi jew l-obbligazzjonijiet ittrasferiti; |
|
(b) |
ineħħu d-drittijiet għall-akkwist ta' kwalunkwe sehem jew strument ta' sjieda ieħor addizzjonali; |
|
(c) |
jesiġu li l-awtorità kkonċernata twaqqaf jew tissospendi l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat jew l-elenkar uffiċjali ta' strumenti finanzjarji skont id-Direttiva 2001/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22); |
|
(d) |
jipprevedu li r-riċevitur jiġi ttrattat daqslikieku dak ir-riċevitur kien l-impriża taħt riżoluzzjoni għall-finijiet ta' kwalunkwe dritt jew obbligu ta', jew azzjonijiet meħudin mill-impriża taħt riżoluzzjoni, inkluż, soġġett għall-applikazzjoni tal-għodda ta' bejgħ ta' negozju u tal-għodda ta' impriża tranżitorja msemmija fl-Artikoli 31 u 32, kwalunkwe dritt jew obbligu relatat mal-parteċipazzjoni f'infrastruttura tas-suq; |
|
(e) |
jeħtieġu lill-impriża taħt riżoluzzjoni jew lir-riċevitur jipprovdu informazzjoni u assistenza lil xulxin; |
|
(f) |
jikkanċellaw jew jimmodifikaw it-termini ta' kuntratt li għalih l-impriża taħt riżoluzzjoni tkun parti jew jissostitwixxu riċevitur bħala parti; |
|
(g) |
jittrasferixxu kwalunkwe dritt ta' riassigurazzjoni li jkopri l-klejms lill-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ttrasferiti mingħajr il-kunsens tal-impriża tar-riassigurazzjoni fejn l-awtorità ta' riżoluzzjoni tittrasferixxi l-assi u l-obbligazzjonijiet marbuta ma' dawk id-drittijiet ta' riassigurazzjoni tal-impriża taħt riżoluzzjoni sħiħa jew parzjalment lil entità oħra. |
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), kwalunkwe dritt għal kumpens ipprovdut f'konformità ma' din id-Direttiva ma għandux jitqies bħala obbligazzjoni jew tfixkil.
2. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jeżerċitaw is-setgħat speċifikati fil-paragrafu 1 fejn iqisu li tali eżerċizzju jkun xieraq sabiex jiġi żgurat li azzjoni ta' riżoluzzjoni tkun effettiva jew sabiex jintlaħaq wieħed jew aktar mill-objettivi ta' riżoluzzjoni.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni li jeżerċitaw setgħa ta' riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa jipprevedu arranġamenti ta' kontinwità neċessarji sabiex jiżguraw li l-azzjoni ta' riżoluzzjoni tkun effettiva u, fejn rilevanti, sabiex jiżguraw li n-negozju ttrasferit jista' jkun operat mir-riċevitur. Arranġamenti ta' kontinwità bħal dawn għandhom jinkludu, b'mod partikolari:
|
(a) |
il-kontinwità ta' kuntratti konklużi mill-impriża taħt riżoluzzjoni, sabiex ir-riċevitur jassumi d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet tal-impriża taħt riżoluzzjoni relatati ma' kwalunkwe strument finanzjarju, dritt, assi jew obbligazzjoni li ġiet ittrasferita u huwa ssostitwit għall-impriża taħt riżoluzzjoni, kemm jekk espressament jew impliċitament, fid-dokumenti kuntrattwali rilevanti kollha; |
|
(b) |
is-sostituzzjoni tar-riċevitur għall-impriża taħt riżoluzzjoni fi kwalunkwe proċediment legali b'rabta ma' kwalunkwe strument finanzjarju, dritt, assi jew obbligazzjoni li ġiet ittrasferita. |
4. Is-setgħat imsemmijin fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (d), u fil-paragrafu 3, il-punt (b), ma għandhomx jaffettwaw dawn li ġejjin:
|
(a) |
id-dritt ta' impjegat tal-impriża taħt riżoluzzjoni li jittermina kuntratt ta' impjieg; |
|
(b) |
soġġett għall-Artikoli 49, 50 u 51, kwalunkwe dritt ta' parti għal kuntratt li teżerċita drittijiet skont il-kuntratt, inkluż id-dritt li ttemm, fejn intitolata tagħmel hekk f'konformità mat-termini tal-kuntratt minħabba att jew ommissjoni mill-impriża taħt riżoluzzjoni qabel it-trasferiment rilevanti, jew mir-riċevitur wara t-tlestija tat-trasferiment ikkonċernat. |
Artikolu 44
Ġestjoni speċjali
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkunu jistgħu jaħtru maniġer speċjali sabiex jissostitwixxi l-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tal-impriża taħt riżoluzzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-maniġer speċjali jkollu l-kwalifiki, l-abbiltà u l-għarfien sabiex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li awtorità ta' riżoluzzjoni tista' taħtar diversi maniġers speċjali.
2. Il-maniġer speċjali għandu jkollu s-setgħat kollha tal-azzjonisti u tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tal-impriża taħt riżoluzzjoni. Il-maniġer speċjali għandu jeżerċita dawk is-setgħat taħt il-kontroll tal-awtorità ta' riżoluzzjoni. L-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' tillimita l-azzjonijiet tal-maniġer speċjali jew teħtieġ kunsens minn qabel għal ċerti atti.
L-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tippubblika l-ħatra msemmija fil-paragrafu 1 u t-termini u l-kundizzjonijiet marbutin ma' dik il-ħatra.
3. Il-maniġer speċjali għandu jkollu d-dmir statutorju li jieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jippromwovi l-objettivi ta' riżoluzzjoni u jimplimenta azzjonijiet ta' riżoluzzjoni meħudin mill-awtorità ta' riżoluzzjoni. Fil-każ ta' inkonsistenza jew ta' kunflitt ma' kwalunkwe dmir ieħor ta' ġestjoni stabbilit fl-istatuti tal-impriża jew fil-liġi nazzjonali, dak id-dmir statutorju għandu jipprevali fuq tali dmir ieħor.
4. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-maniġer speċjali jfassal rapporti għall-awtorità ta' riżoluzzjoni li tkun ħatritu jew ħatritha f'intervalli regolari stabbiliti mill-awtorità ta' riżoluzzjoni u fil-bidu u fi tmiem il-mandat tiegħu jew tagħha. Dawk ir-rapporti għandhom jiddeskrivu fid-dettall il-pożizzjoni finanzjarja tal-impriża taħt riżoluzzjoni u jiddikjaraw ir-raġunijiet għall-miżuri meħudin.
5. Il-maniġer speċjali ma għandux jinħatar jew ma għandhiex tinħatar għal aktar minn sena. Dan il-perjodu jista' jiġġedded, jekk l-awtorità ta' riżoluzzjoni tiddetermina li l-kondizzjonijiet għall-ħatra ta' maniġer speċjali jkunu għadhom sodisfatti.
6. L-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' tneħħi lill-maniġer speċjali fi kwalunkwe ħin.
Artikolu 45
Setgħat li jikkonċernaw il-forniment ta' servizzi u ta' faċilitajiet operazzjonali
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa li jesiġu li impriża taħt riżoluzzjoni, jew kwalunkwe waħda mill-entitajiet tal-grupp tagħha, tipprovdi kwalunkwe servizz jew faċilità operazzjonali li hija meħtieġa sabiex riċevitur ikun jista' jopera n-negozju ttrasferit lilu b'mod effettiv, inkluż meta l-impriża taħt riżoluzzjoni jew l-entità fi grupp rilevanti tkun daħlet fi proċedimenti normali ta' insolvenza.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkollhom is-setgħat meħtieġa biex jiżguraw li l-oġġetti u s-servizzi pprovduti, direttament jew indirettament, minn fornitur ta' servizzi essenzjali lil impriża taħt riżoluzzjoni jkunu jistgħu jkomplu jiġu pprovduti minnha wara li tkun ittieħdet azzjoni ta' riżoluzzjoni fejn:
|
(a) |
l-assi tal-fornitur ta' servizzi essenzjali huma inqas mill-obbligazzjonijiet tiegħu jew hemm elementi oġġettivi biex jappoġġaw id-determinazzjoni li l-assi tal-fornitur ta' servizzi essenzjali ser ikunu hekk fil-futur qarib; jew |
|
(b) |
il-fornitur ta' servizzi essenzjali ma jkunx jista' jħallas id-djun tiegħu jew obbligazzjonijiet oħrajn kif ikunu dovuti, jew ikun hemm elementi oġġettivi li jappoġġaw determinazzjoni li l-fornitur ta' servizzi essenzjali, fil-futur qrib, ser ikun f'tali sitwazzjoni. |
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tagħhom ikollhom is-setgħat li jinfurzaw l-obbligi imposti, skont il-paragrafu 1, fuq entitajiet fi grupp stabbiliti fit-territorju tagħhom minn awtoritajiet ta' riżoluzzjoni stabbiliti fi Stati Membri oħrajn.
4. Is-servizzi u l-faċilitajiet operazzjonali pprovduti f'konformità mal-paragrafi 1 u 3 għandhom ikunu skont it-termini li ġejjin:
|
(a) |
meta s-servizzi u l-faċilitajiet operazzjonali jkunu ġew ipprovduti lill-impriża taħt riżoluzzjoni skont ftehim qabel ma ttieħdet azzjoni ta' riżoluzzjoni u għad-durata ta' dak il-ftehim, bl-istess termini; |
|
(b) |
meta ma jkun jeżisti l-ebda ftehim jew fejn il-ftehim ikun skada, b'termini raġonevoli. |
Artikolu 46
Setgħa li jiġu infurzati miżuri għall-ġestjoni ta' kriżijiet minn Stati Membri oħrajn
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn trasferiment ta' ishma, strumenti ta' sjieda oħrajn, jew ta' assi, ta' drittijiet jew ta' obbligazzjonijiet jinkludi assi li jinsabu fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru tal-awtorità ta' riżoluzzjoni, jew jinkludi drittijiet jew obbligazzjonijiet skont il-liġi ta' Stat Membru differenti mill-Istat Membru tal-awtorità ta' riżoluzzjoni, it-trasferiment ikollu effett f'dak l-Istat Membru l-ieħor, jew skont il-liġi tiegħu.
2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-awtorità ta' riżoluzzjoni li tkun għamlet, jew biħsiebha tagħmel, it-trasferiment, bl-assistenza raġonevoli kollha sabiex jiżguraw li l-istrumenti ta' sjieda jew assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet jiġu ttrasferiti lir-riċevitur f'konformità ma' kwalunkwe rekwiżit applikabbli tal-liġi nazzjonali.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-azzjonisti, il-kredituri u l-partijiet terzi affettwati bi trasferiment ta' ishma, ta' strumenti ta' sjieda oħrajn, ta' assi, ta' drittijiet jew ta' obbligazzjonijiet kif imsemmijin fil-paragrafu 1, ma jkunux intitolati li jipprevjenu, jikkontestaw, jew jannullaw it-trasferiment taħt kwalunkwe dispożizzjoni tal-liġi tal-Istat Membru fejn ikunu jinsabu l-assi jew tal-liġi li tirregola strumenti ta' sjieda oħrajn, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jitnaqqas l-ammont ta' kapital ta' strumenti kapitali, ta' strumenti ta' dejn jew ta' obbligazzjonijiet eliġibbli oħrajn, jew li tali obbligazzjonijiet jew strumenti jiġu kkonvertiti, f'konformità mal-eżerċizzju tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni minn awtorità ta' riżoluzzjoni ta' Stat Membru ieħor għal impriża taħt riżoluzzjoni, fejn l-obbligazzjonijiet jew l-istrumenti rilevanti:
|
(a) |
ikunu rregolati bil-liġi ta' Stat Membru differenti mill-Istat Membru tal-awtorità ta' riżoluzzjoni li eżerċitat is-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni; |
|
(b) |
ikunu dovuti lil kredituri li jinsabu fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru tal-awtorità ta' riżoluzzjoni li eżerċitat is-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni. |
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-azzjonisti u l-kredituri li jkunu affettwati mill-eżerċizzju ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni msemmi fil-paragrafu 4 ma jkunux intitolati jikkontestaw it-tnaqqis tal-ammont ta' kapital tal-istrument jew tal-obbligazzjonijiet jew il-konverżjoni tiegħu, skont il-każ, taħt kwalunkwe dispożizzjoni tal-liġi tal-Istat Membru għajr tal-Istat Membru tal-awtorità ta' riżoluzzjoni li tkun eżerċitat is-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni.
6. Kull Stat Membru għandu jiżgura li dawn kollha li ġejjin jiġu ddeterminati f'konformità mad-dritt tal-Istat Membru tal-awtorità ta' riżoluzzjoni:
|
(a) |
id-dritt tal-azzjonisti, tal-kredituri u tal-partijiet terzi li jikkontestaw, permezz ta' appell kif stabbilit fl-Artikolu 67, trasferiment ta' ishma, ta' strumenti ta' sjieda oħrajn, jew ta' assi, ta' drittijiet jew ta' obbligazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu; |
|
(b) |
id-dritt tal-kredituri li jikkontestaw, permezz ta' appell kif stabbilit fl-Artikolu 67, it-tnaqqis tal-ammont ta' kapital, jew il-konverżjoni, ta' strument jew ta' obbligazzjoni koperti mill-paragrafu 4, il-punt (a) jew (b), ta' dan l-Artikolu; |
|
(c) |
is-salvagwardji għal trasferimenti parzjali, kif imsemmi fil-Kapitolu V, fir-rigward ta' assi, ta' drittijiet jew ta' obbligazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1. |
Artikolu 47
Setgħa fir-rigward ta' assi, ta' drittijiet, ta' obbligazzjonijiet, ta' ishma u ta' strumenti ta' sjieda oħrajn li jinsabu f'pajjiżi terzi jew irregolati bil-liġi tagħhom
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu li, f'każijiet li fihom azzjoni ta' riżoluzzjoni tkun tinvolvi t-teħid ta' azzjoni f'dak li jirrigwarda assi li jinsabu f'pajjiż terz jew ishma, strumenti ta' sjieda oħrajn, drittijiet jew obbligazzjonijiet irregolati bil-liġi ta' pajjiż terz, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jesiġu li:
|
(a) |
il-persuna li teżerċita kontroll fuq l-impriża taħt riżoluzzjoni u r-riċevitur jieħdu l-passi kollha neċessarji sabiex jiżguraw li l-azzjoni ta' riżoluzzjoni ssir effettiva; |
|
(b) |
il-persuna li teżerċita l-kontroll fuq l-impriża taħt riżoluzzjoni żżomm l-ishma, l-istrumenti ta' sjieda oħrajn, l-assi jew id-drittijiet jew tirrilaxxa l-obbligazzjonijiet f'isem ir-riċevitur sakemm l-azzjoni ta' riżoluzzjoni ssir effettiva; |
|
(c) |
l-ispejjeż raġonevoli tar-riċevitur korrettament imġarrbin fit-twettiq ta' kwalunkwe azzjoni meħtieġa skont il-punti (a) u (b) jitħallsu fi kwalunkwe wieħed mill-modi msemmijin fl-Artikolu 26(5). |
2. Sabiex tiġi ffaċilitata azzjoni potenzjali skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), jinkludu fil-ftehimiet relatati termini kuntrattwali li permezz tagħhom l-azzjonisti, il-kredituri jew il-partijiet għall-ftehim li joħloq l-obbligazzjoni jirrikonoxxu li l-obbligazzjoni tista' tkun soġġetta għal setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni u jaqblu li jkunu marbutin bi kwalunkwe tnaqqis tal-ammont ta' kapital jew tal-ammont pendenti dovut, konverżjoni jew kanċellazzjoni li ssir minn awtorità ta' riżoluzzjoni fl-eżerċizzju ta' dawk is-setgħat.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jirrikjedu lill-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), jipprovdu lil dawk l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni b'opinjoni legali motivata minn espert legali indipendenti li jikkonferma l-eżegwibilità u l-effettività legali tat-tali termini kuntrattwali.
3. Meta awtorità ta' riżoluzzjoni tivvaluta li, minkejja l-passi kollha neċessarji meħudin mill-persuna li teżerċita kontroll fuq l-impriża taħt riżoluzzjoni f'konformità mal-punt (a) tal-paragrafu 1, ikun improbabbli ħafna li l-azzjoni ta' riżoluzzjoni ssir effettiva fir-rigward ta' ċerti assi li jinsabu f'pajjiż terz jew ta' ċerti ishma, ta' strumenti ta' sjieda oħrajn, ta' drittijiet jew ta' obbligazzjonijiet irregolati bil-liġi ta' pajjiż terz, l-awtorità ta' riżoluzzjoni ma għandhiex tipproċedi bl-azzjoni ta' riżoluzzjoni. Meta l-awtorità ta' riżoluzzjoni tkun diġà ordnat l-azzjoni ta' riżoluzzjoni, dik l-ordni għandha tkun nulla fir-rigward tal-assi, tal-ishma, tal-istrumenti ta' sjieda, tad-drittijiet jew tal-obbligazzjonijiet ikkonċernati.
Artikolu 48
Esklużjoni ta' ċerti termini kuntrattwali
1. Miżura ta' prevenzjoni ta' kriżijiet jew miżura għall-ġestjoni ta' kriżijiet meħuda fir-rigward ta' entità, inkluż l-okkorrenza ta' kwalunkwe avveniment marbut direttament mal-applikazzjoni ta' tali miżura, ma għandhomx jitqiesu, minnhom infushom, taħt kuntratt konkluż mill-entità kkonċernata, bħala avvenimenti ta' infurzar skont it-tifsira tad-Direttiva 2002/47/KE jew proċedimenti ta' insolvenza skont it-tifsira tad-Direttiva 98/26/KE, dment li l-obbligi sostantivi skont dak il-kuntratt, inkluż l-obbligi ta' ħlas u ta' konsenja u l-forniment ta' kollateral, ikomplu jitwettqu.
Barra minn hekk, miżura ta' prevenzjoni ta' kriżijiet jew miżura għall-ġestjoni ta' kriżijiet ma għandhomx, minnhom infushom jitqiesu bħala avvenimenti ta' infurzar skont it-tifsira tad-Direttiva 2002/47/KE jew proċedimenti ta' insolvenza skont it-tifsira tad-Direttiva 98/26/KE skont kuntratt konkluż minn:
|
(a) |
impriża sussidjarja, fejn l-impriża prinċipali jew kwalunkwe entità fi grupp tiggarantixxi jew inkella tappoġġa l-obbligi skont dak il-kuntratt; jew |
|
(b) |
kwalunkwe entità fi grupp, meta l-kuntratt ikun fih dispożizzjonijiet ta' kontroinadempjenza. |
2. Meta l-proċedimenti ta' riżoluzzjoni ta' pajjiż terz jiġu rrikonoxxuti skont l-Artikolu 76, jew, fin-nuqqas ta' tali rikonoxximent, meta awtorità ta' riżoluzzjoni tiddeċiedi hekk, il-proċedimenti ta' riżoluzzjoni ta' pajjiż terz għandhom jikkostitwixxu miżura għall-ġestjoni ta' kriżijiet għall-finijiet ta' dan l-Artikolu.
3. Dment li l-obbligi sostantivi skont il-kuntratt, inkluż l-obbligi ta' ħlas u ta' konsenja, u l-forniment ta' kollateral, ikomplu jitwettqu, miżura ta' prevenzjoni ta' kriżijiet, jew miżura għall-ġestjoni ta' kriżijiet, inkluż kwalunkwe avveniment marbut direttament mal-applikazzjoni ta' tali miżura, ma għandhiex, fiha nnifisha, tagħmilha possibbli għal kwalunkwe persuna li:
|
(a) |
teżerċita xi dritt tat-terminazzjoni, ta' sospensjoni, ta' modifika, ta' netting jew ta' tpaċija, inkluż fir-rigward ta' kuntratt konkluż minn:
|
|
(b) |
tikseb pussess, teżerċita kontroll jew tinforza kwalunkwe garanzija fuq kwalunkwe proprjetà ta' kwalunkwe waħda mill-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), ikkonċernata jew kwalunkwe entità fi grupp fir-rigward ta' kuntratt li jkun fih dispożizzjonijiet ta' kontroinadempjenza; |
|
(c) |
taffettwa kwalunkwe dritt kuntrattwali ta' kwalunkwe waħda mill-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), ikkonċernati jew ta' kwalunkwe entità fi grupp fir-rigward ta' kuntratt li jkun fih dispożizzjonijiet ta' kontroinadempjenza. |
4. Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx jaffettwaw id-dritt ta' persuna li tieħu azzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 3, il-punt (a), (b) jew (c), meta dak id-dritt jirriżulta minħabba avveniment għajr il-miżura ta' prevenzjoni ta' kriżijiet, il-miżura għall-ġestjoni ta' kriżijiet, jew bis-saħħa ta' kwalunkwe avveniment marbut direttament mal-applikazzjoni ta' miżura bħal din.
5. Sospensjoni jew restrizzjoni skont l-Artikolu 49 jew 50 ma għandhiex tikkostitwixxi ksur ta' obbligu kuntrattwali għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 3 ta' dan l-Artikolu u tal-Artikolu 51(1).
6. Id-dispożizzjonijiet li jinsabu f'dan l-Artikolu għandhom jitqiesu bħala dispożizzjonijiet obbligatorji li jieħdu preċedenza fis-sens tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23).
Artikolu 49
Setgħa ta' sospensjoni ta' ċerti obbligi
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa jissospendu kwalunkwe obbligu ta' ħlas jew ta' konsenja skont kwalunkwe kuntratt li impriża taħt riżoluzzjoni tkun parti fih mill-pubblikazzjoni tal-avviż tas-sospensjoni f'konformità mal-Artikolu 65(3) sa nofsillejl fl-Istat Membru fejn l-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-impriża taħt riżoluzzjoni sa tmiem il-jum ta' negozju wara dik il-pubblikazzjoni.
2. Obbligu ta' ħlas jew ta' konsenja kien ikun dovut matul il-perjodu ta' sospensjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun dovut immedjatament mal-iskadenza tal-perjodu tas-sospensjoni.
3. Meta impriża taħt l-obbligi ta' ħlas jew ta' konsenja ta' riżoluzzjoni skont kuntratt tiġi sospiża f'konformità mal-paragrafu 1, l-obbligi ta' ħlas jew ta' konsenja tal-impriża taħt il-kontropartijiet ta' riżoluzzjoni skont dak il-kuntratt għandhom jiġu sospiżi għall-istess perjodu.
4. Kwalunkwe sospensjoni skont il-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal obbligi ta' ħlas u ta' konsenja dovuti għal dawn li ġejjin:
|
(a) |
sistemi u operaturi ta' sistemi maħtura f'konformità mad-Direttiva 98/26/KE; |
|
(b) |
CCPs awtorizzati fl-Unjoni skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u CCPs ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti mill-ESMA skont l-Artikolu 25 ta' dak ir-Regolament. |
5. Meta jeżerċitaw setgħa skont dan l-Artikolu, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom iqisu l-impatt li jista' jkollu l-eżerċizzju ta' dik is-setgħa.
L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jistabbilixxu l-kamp ta' applikazzjoni ta' dik is-setgħa filwaqt li jikkunsidraw iċ-ċirkustanzi ta' kull każ.
Artikolu 50
Setgħa li tiġi ristretta l-infurzar tal-interessi ta' garanzija
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa li jirrestrinġu lill-kredituri garantiti ta' impriża taħt riżoluzzjoni milli jeżegwixxu l-interessi ta' garanzija fir-rigward ta' kwalunkwe assi ta' dik l-impriża mill-pubblikazzjoni ta' avviż tar-restrizzjoni f'konformità mal-Artikolu 65(3) sa nofsillejl fl-Istat Membru tal-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-impriża taħt riżoluzzjoni fi tmiem il-jum ta' negozju wara dik il-pubblikazzjoni.
2. Kwalunkwe restrizzjoni skont il-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal:
|
(a) |
interess ta' garanzija ta' sistemi jew ta' operaturi ta' sistemi maħtura għall-finijiet tad-Direttiva 98/26/KE; |
|
(b) |
CCPs awtorizzati fl-Unjoni skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u CCPs ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti mill-ESMA skont l-Artikolu 25 ta' dak ir-Regolament. |
3. Meta jkun japplika l-Artikolu 62, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jiżguraw li kwalunkwe restrizzjoni imposta skont is-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tkun konsistenti għall-entitajiet kollha fi grupp li fir-rigward tagħhom tittieħed azzjoni ta' riżoluzzjoni.
Artikolu 51
Setgħa li jiġu sospiżi temporanjament id-drittijiet tat-terminazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa li jissospendu d-drittijiet tat-terminazzjoni ta' kwalunkwe parti għal kuntratt ma' impriża taħt riżoluzzjoni mill-pubblikazzjoni tal-avviż f'konformità mal-Artikolu 65(3) sa nofsillejl fl-Istat Membru tal-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-impriża taħt riżoluzzjoni fi tmiem il-jum ta' negozju wara dik il-pubblikazzjoni, dment li jkomplu jitwettqu l-obbligi ta' ħlas u ta' konsenja u l-forniment ta' kollateral.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa li jissospendu d-drittijiet tat-terminazzjoni ta' kwalunkwe parti għal kuntratt ma' impriża sussidjarja ta' impriża taħt riżoluzzjoni meta tkun tapplika waħda minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
l-obbligi skont dak il-kuntratt ikunu ggarantiti jew ikunu b'xi mod ieħor appoġġati mill-impriża taħt riżoluzzjoni; |
|
(b) |
id-drittijiet tat-terminazzjoni skont dak il-kuntratt ikunu bbażati unikament fuq l-insolvenza jew fuq il-kundizzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni; |
|
(c) |
fil-każ ta' setgħa ta' trasferiment li tkun ġiet jew tista' tkun ġiet eżerċitata fir-rigward tal-impriża taħt riżoluzzjoni, jew:
|
Is-sospensjoni tad-drittijiet tat-terminazzjoni għandha tidħol fis-seħħ mill-pubblikazzjoni tal-avviż f'konformità mal-Artikolu 65(3) sa nofsillejl fl-Istat Membru fejn l-impriża sussidjarja tal-impriża taħt riżoluzzjoni tkun stabbilita fil-jum ta' negozju wara dik il-pubblikazzjoni.
3. L-ebda sospensjoni skont il-paragrafu 1 jew 2 ma għandha tapplika għal:
|
(a) |
sistemi jew operaturi ta' sistemi maħtura għall-finijiet tad-Direttiva 98/26/KE; jew |
|
(b) |
CCPs awtorizzati fl-Unjoni skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u CCPs ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti mill-ESMA skont l-Artikolu 25 ta' dak ir-Regolament. |
4. Persuna tista' teżerċita dritt tat-terminazzjoni fl-ambitu ta' kuntratt qabel tmiem il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1 jew 2 meta dik il-persuna tirċievi l-avviż mingħand l-awtorità ta' riżoluzzjoni li d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet koperti mill-kuntratt ma għandhomx jiġu:
|
(a) |
ittrasferiti lil entità oħra; jew |
|
(b) |
soġġetti għal valwazzjoni negattiva jew għal konverżjoni f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 35(1). |
5. Meta awtorità ta' riżoluzzjoni teżerċita s-setgħa speċifikata fil-paragrafu 1 jew 2 ta' dan l-Artikolu li tissospendi d-drittijiet tat-terminazzjoni, u fejn ma jkun ingħata l-ebda avviż skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, dawk id-drittijiet tat-terminazzjoni jistgħu jiġu eżerċitati mal-iskadenza tal-perjodu ta' sospensjoni, soġġett għall-Artikolu 48, kif ġej:
|
(a) |
meta d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet koperti mill-kuntratt ikunu ġew ittrasferiti lil entità oħra, kontroparti tista' teżerċita dawk id-drittijiet tat-terminazzjoni f'konformità mat-termini ta' dak il-kuntratt biss fuq l-okkorrenza ta' kwalunkwe avveniment kontinwat jew sussegwenti ta' infurzar mir-riċevitur; |
|
(b) |
meta d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet koperti mill-kuntratt jibqgħu mal-impriża taħt riżoluzzjoni u l-awtorità ta' riżoluzzjoni ma tkunx applikat l-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni għal dak il-kuntratt għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 35(1), il-punt (a), kontroparti tista' teżerċita d-drittijiet tat-terminazzjoni f'konformità mat-termini ta' dak il-kuntratt mal-iskadenza ta' sospensjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. |
Artikolu 52
Rikonoxximent kuntrattwali ta' setgħat ta' sospensjoni tar-riżoluzzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), jinkludu fi kwalunkwe kuntratt finanzjarju li jidħlu fih u li huwa rregolat bil-liġi ta' pajjiż terz, it-termini li bihom il-partijiet jirrikonoxxu li l-kuntratt finanzjarju jista' jkun soġġett għall-eżerċizzju tas-setgħat mill-awtorità ta' riżoluzzjoni sabiex tissospendi jew tirrestrinġi d-drittijiet u l-obbligi skont l-Artikoli 49, 50, u 51, u jirrikonoxxu li huma marbutin bir-rekwiżiti tal-Artikolu 48.
2. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu wkoll li l-impriżi omm apikali jiżguraw li l-impriżi sussidjarji tagħhom ta' pajjiżi terzi li jkunu entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), jinkludu, fil-kuntratti finanzjarji msemmija fil-paragrafu 1, it-termini sabiex jiġi eskluż li l-eżerċizzju tas-setgħa tal-awtorità ta' riżoluzzjoni li tissospendi jew tirrestrinġi d-drittijiet u l-obbligi tal-impriżi omm apikali, f'konformità mal-paragrafu 1, jikkostitwixxi raġuni valida għat-terminazzjoni bikrija, is-sospensjoni, il-modifika, in-netting, l-eżerċizzju ta' drittijiet ta' tpaċija jew l-infurzar ta' interessi ta' garanzija fuq dawk il-kuntratti.
3. Il-paragrafu 1 għandu japplika għal kwalunkwe kuntratt finanzjarju li:
|
(a) |
joħloq obbligu ġdid, jew li jemenda materjalment obbligu eżistenti wara d-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet adottati fil-livell nazzjonali għat-traspożizzjoni ta' dan l-Artikolu; |
|
(b) |
jipprevedi l-eżerċizzju ta' dritt tat-terminazzjoni wieħed jew aktar jew drittijiet ta' infurzar tal-interessi ta' garanzija, li għalihom japplikaw l-Artikoli 48, 49, 50 jew 51 li kieku l-kuntratt finanzjarju kien rregolat bil-liġijiet ta' Stat Membru. |
4. Il-fatt li entità kif imsemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), ma tinkludix fil-kuntratti finanzjarji tagħha t-termini kuntrattwali msemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandux jipprevjeni lill-awtorità ta' riżoluzzjoni milli tapplika s-setgħat imsemmijin fl-Artikoli 48, 49, 50 u 51 fir-rigward ta' dawk il-kuntratti finanzjarji.
5. L-EIOPA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kontenut tat-termini kuntrattwali msemmi fil-paragrafu 1, filwaqt li tqis il-mudelli kummerċjali differenti tal-entitajiet imsemmija fih.
L-EIOPA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sad-29 ta’ Lulju 2027.
Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.
Artikolu 53
Setgħa li jiġu sospiżi temporanjament id-drittijiet ta' tifdija
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa li jirrestrinġu jew jissospendu temporanjament id-drittijiet ta' tifdija tad-detenturi ta' poloz fir-rigward tal-kuntratti tal-assigurazzjoni tal-ħajja miktuba mill-impriża taħt riżoluzzjoni, dment li l-obbligi sostantivi skont il-kuntratti, u b'mod partikolari l-obbligi ta' ħlas għall-benefiċċju tad-detenturi ta' poloz, tal-benefiċjarji jew tal-partijiet li ġarrbu dannu, ikomplu jitwettqu.
2. Is-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 għandha tintuża biss sakemm ikun neċessarju sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni ta' waħda jew aktar għodod ta' riżoluzzjoni. Dik is-setgħa għandha tkun valida għall-perjodu speċifikat fl-avviż ta' sospensjoni ppubblikat f'konformità mal-Artikolu 65(3).
Artikolu 54
Eżerċizzju tas-setgħat ta' riżoluzzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkunu jistgħu jeżerċitaw kontroll fuq l-impriża taħt riżoluzzjoni, sabiex:
|
(a) |
joperaw u jmexxu l-attivitajiet u s-servizzi tal-impriża taħt riżoluzzjoni bis-setgħat kollha tal-azzjonisti tagħha, u l-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju; |
|
(b) |
jimmaniġġaw u jiddisponu mill-assi u mill-proprjetà tal-impriża taħt riżoluzzjoni. |
Il-kontroll imsemmi fl-ewwel subparagrafu jista' jiġi eżerċitat direttament mill-awtorità ta' riżoluzzjoni jew indirettament minn persuna jew minn persuni maħturin mill-awtorità ta' riżoluzzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-drittijiet tal-vot ikkonferiti mill-ishma jew minn strumenti ta' sjieda oħrajn tal-impriża taħt riżoluzzjoni ma jkunux jistgħu jiġu eżerċitati waqt il-perjodu ta' riżoluzzjoni.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, soġġetti għad-dritt ta' appell imsemmi fl-Artikolu 67, ikunu jistgħu jieħdu azzjoni ta' riżoluzzjoni permezz ta' ordni eżekuttiva f'konformità mal-kompetenzi u mal-proċeduri amministrattivi nazzjonali, mingħajr ma jeżerċitaw kontroll fuq l-impriża taħt riżoluzzjoni.
3. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jiddeċiedu f'kull każ partikolari jekk huwiex xieraq li jwettqu azzjoni ta' riżoluzzjoni permezz tal-mezzi speċifikati fil-paragrafu 1 jew fil-paragrafu 2, wara li jikkunsidraw l-objettivi ta' riżoluzzjoni u l-prinċipji ġenerali li jirregolaw ir-riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 22, iċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-impriża taħt riżoluzzjoni inkwistjoni u l-ħtieġa li tiġi ffaċilitata r-riżoluzzjoni effettiva ta' gruppi transfruntiera.
4. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ma għandhomx jitqiesu ta' viċi diretturi jew diretturi de facto skont il-liġi nazzjonali.
KAPITOLU V
Salvagwardji
Artikolu 55
Trattament tal-azzjonisti, tad-detenturi ta' poloz, tal-benefiċjarji, tal-pretendenti u ta' kredituri oħra f'każ ta' trasferimenti parzjali u tal-applikazzjoni tal-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta tkun ġiet applikata għodda ta' riżoluzzjoni waħda jew aktar, ħlief f'sitwazzjoni deskritta fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, u meta l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jittrasferixxu biss partijiet mid-drittijiet, mill-assi u mill-obbligazzjonijiet tal-impriża taħt riżoluzzjoni, l-azzjonisti, id-detenturi ta' poloz, il-benefiċjarji, il-pretendenti, u kredituri oħra li l-klejms tagħhom ma jkunux ġew ittrasferiti, jirċievu b'riżarċiment għall-klejms tagħhom tal-anqas dak li kienu jirċievu li kieku l-impriża taħt riżoluzzjoni kienet ġiet stralċata skont proċedimenti normali ta' insolvenza fiż-żmien meta ttieħdet id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 64.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta tkun ġiet applikata għodda ta' riżoluzzjoni waħda jew aktar u meta l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni japplikaw l-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni, l-azzjonisti, id-detenturi ta' poloz, il-benefiċjarji, il-pretendenti, u kredituri oħra li l-klejms tagħhom ikunu ġew valwati negattivament jew ikkonvertiti f'ekwità ma jġarrbux telf akbar milli kieku kienu jġarrbu li kieku l-impriża taħt riżoluzzjoni kienet ġiet stralċata skont proċedimenti normali ta' insolvenza immedjatament fiż-żmien meta ttieħdet id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 64.
Artikolu 56
Valwazzjoni tad-differenza fit-trattament
1. Għall-fini tal-valutazzjoni ta' jekk l-azzjonisti, id-detenturi ta' poloz, il-benefiċjarji, il-pretendenti, u kredituri oħra kinux jirċievu trattament aħjar li kieku l-impriża taħt riżoluzzjoni daħlet fi proċedimenti normali ta' insolvenza, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuna indipendenti twettaq valwazzjoni mill-aktar fis possibbli wara t-twettiq tal-azzjoni jew tal-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni. Dik il-valwazzjoni għandha tkun distinta mill-valwazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 23.
2. Il-valwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiddetermina:
|
(a) |
it-trattament li l-azzjonisti, id-detenturi ta' poloz, il-benefiċjarji, il-pretendenti, u kredituri oħra jew l-iskemi rilevanti ta' garanzija tal-assigurazzjoni kienu jirċievu kieku l-impriża taħt riżoluzzjoni li fir-rigward tagħha tkun seħħet l-azzjoni jew l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni, daħlet fi proċedimenti normali ta' insolvenza fil-mument meta ttieħdet id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 64; |
|
(b) |
it-trattament effettiv li l-azzjonisti, id-detenturi ta' poloz, il-benefiċjarji, il-pretendenti, u kredituri oħra rċevew, fir-riżoluzzjoni tal-impriża taħt riżoluzzjoni; |
|
(c) |
jekk hemmx xi differenza bejn it-trattament imsemmi fil-punt (a) u t-trattament imsemmi fil-punt (b). |
3. Il-valutazzjoni għandha:
|
(a) |
tassumi li l-impriża taħt riżoluzzjoni, li fir-rigward tagħha tkun seħħet l-azzjoni jew l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni, daħlet fi proċedimenti normali ta' insolvenza fil-mument meta ttieħdet id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 64; |
|
(b) |
tassumi li l-azzjoni jew l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni ma ġewx effettwati; |
|
(c) |
tqis stima kummerċjalment raġonevoli tal-kostijiet ta' sostituzzjoni, inkluż it-tariffi tas-senserija u tal-għeluq, ta' poloz diġà mixtrija għal koorti xierqa ta' detenturi ta' poloz fiż-żmien meta ttieħdet id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 64; |
|
(d) |
tinjora kwalunkwe dispożizzjoni ta' appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju lill-impriża taħt riżoluzzjoni. |
4. L-EIOPA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-metodoloġija għat-twettiq tal-valwazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu, b'mod partikolari l-metodoloġija għall-valutazzjoni tat-trattament li l-azzjonisti, id-detenturi ta' poloz, il-benefiċjarji, il-pretendenti, u kredituri oħra kienu jirċievu kieku l-impriża taħt riżoluzzjoni daħlet fi proċedimenti ta' insolvenza fiż-żmien meta ttieħdet id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 64 u l-metodoloġija għall-istima tal-kostijiet ta' sostituzzjoni.
L-EIOPA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sad-29 ta’ Lulju 2027.
Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.
Artikolu 57
Salvagwardja għall-azzjonisti, għad-detenturi ta' poloz, għall-benefiċjarji, għall-pretendenti, u għal kredituri oħra
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta l-valwazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 56 tiddetermina li kwalunkwe azzjonist, detentur ta' polza, benefiċjarju, pretendent, u jew kreditur ieħor imsemmi fl-Artikolu 55 jew, fejn rilevanti, l-iskema ta' garanzija tal-assigurazzjoni f'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli, ikun ġarrab telf akbar milli kieku kien iġarrab fi stralċ skont proċedimenti normali ta' insolvenza, huwa jkollu d-dritt għal pagament tad-differenza.
Artikolu 58
Salvagwardja għall-kontropartijiet fi trasferimenti parzjali
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw protezzjoni xierqa tal-arranġamenti li ġejjin u tal-kontropartijiet għall-arranġamenti li ġejjin:
|
(a) |
arranġamenti ta' garanzija, li taħthom persuna jkollha bħala garanzija interess effettiv jew kontinġenti fl-assi jew fid-drittijiet li huma soġġetti għal trasferiment, irrispettivament minn jekk dak l-interess ikunx iggarantit b'assi jew bi drittijiet speċifiċi jew permezz ta' imposta flessibbli jew arranġament simili; |
|
(b) |
arranġamenti kollaterali finanzjarji dwar trasferiment ta' titlu li taħthom kollateral li jiggarantixxi jew ikopri t-twettiq ta' obbligi speċifikati jiġi pprovdut bi trasferiment ta' sjieda sħiħa ta' assi minn fornitur ta' kollateral lir-riċevitur tal-kollateral, fuq termini li jipprevedu li r-riċevitur tal-kollateral jittrasferixxi l-assi meta jitwettqu dawk l-obbligi speċifikati; |
|
(c) |
arranġamenti ta' tpaċija, li fihom żewġ klejms jew żewġ obbligazzjonijiet jew aktar dovuti bejn l-impriża taħt riżoluzzjoni u kontroparti jistgħu jiġu paċuti b'xulxin; |
|
(d) |
arranġamenti ta' netting; |
|
(e) |
poloz marbutin ma' unitajiet jew portafolli delimitati oħrajn; |
|
(f) |
ftehimiet ta' riassigurazzjoni; |
|
(g) |
arranġamenti finanzjarji strutturati, inkluż titolizzazzjonijiet u strumenti użati għall-finijiet ta' ħħeġġjar li jifformaw parti integrali tal-aggregazzjoni ta' kopertura u li skont il-liġi nazzjonali huma ggarantiti u jinvolvu l-għoti u ż-żamma ta' titoli minn parti fl-arranġament jew minn trustee, minn aġent jew minn persuna nominata. |
Il-forma ta' protezzjoni li hija xierqa, għall-klassijiet ta' arranġamenti speċifikati fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) sa (g), għandha tintgħażel f'konformità mal-Artikoli 59 sa 62.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-protezzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 1 japplikaw fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:
|
(a) |
awtorità ta' riżoluzzjoni tittrasferixxi xi assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet, iżda mhux kollha, ta' impriża taħt riżoluzzjoni lil entità oħra jew, fl-applikazzjoni ta' għodda ta' riżoluzzjoni, minn impriża tranżitorja jew minn veikolu tal-immaniġġar tal-assi u tal-obbligazzjonijiet lil persuna oħra; |
|
(b) |
awtorità ta' riżoluzzjoni teżerċita s-setgħat speċifikati fl-Artikolu 43(1), il-punt (f). |
3. Ir-rekwiżit skont il-paragrafu 1 għandu japplika irrispettivament mill-għadd ta' partijiet involuti fl-arranġamenti u minn jekk l-arranġamenti:
|
(a) |
humiex maħluqin b'kuntratt, fiduċjarji jew mezzi oħrajn, jew jirriżultaw awtomatikament ex lege; |
|
(b) |
jinħolqux skont il-liġi ta' Stat Membru ieħor jew ta' pajjiż terz, jew humiex regolati kompletament jew parzjalment minnha. |
Artikolu 59
Protezzjoni għall-arranġamenti kollaterali finanzjarji dwar trasferiment ta’ titlu, għall-arranġamenti ta' tpaċija, għall-arranġamenti ta' netting, u ftehimiet ta' riassigurazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm protezzjoni xierqa għall-arranġamenti kollaterali finanzjarji dwar trasferiment ta' titlu, għall-arranġamenti ta' tpaċija u ta' netting, u għall-ftehimiet ta' riassigurazzjoni sabiex jipprevjenu t-trasferiment ta' xi wħud mid-drittijiet u mill-obbligazzjonijiet, iżda mhux kollha, li jkunu protetti taħt arranġament ta' kollateral finanzjarju għat-trasferiment tat-titolu, arranġament ta' tpaċija, arranġament ta' netting jew ftehim ta' riassigurazzjoni bejn l-impriża taħt riżoluzzjoni u persuna oħra u l-modifika jew it-terminazzjoni ta' drittijiet u ta' obbligazzjonijiet li huma protetti skont tali arranġament kollaterali finanzjarju bi trasferiment ta' titlu, arranġament ta' tpaċija, arranġament ta' netting jew ftehim ta' riassigurazzjoni permezz tal-użu ta' setgħat anċillari.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet għandhom jiġu ttrattati bħala protetti skont arranġament kollaterali finanzjarju dwar trasferiment ta' titlu, arranġament ta' tpaċija, arranġament ta' netting jew ftehim ta' riassigurazzjoni fejn il-partijiet għall-arranġament jew ftehim ikunu intitolati għal tpaċija jew għal netting ta' dawk id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet.
2. Minkejja l-paragrafu 1, fejn meħtieġ sabiex id-detenturi ta' poloz jiġu protetti aħjar billi jiġi żgurat li l-poloz tal-assigurazzjoni li jiġu ttrasferiti jkomplu jissodisfaw ir-rekwiżiti legali rilevanti fir-rigward tal-livelli minimi obbligatorji ta' kopertura skont il-liġi nazzjonali applikabbli, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jittrasferixxu dawk il-portafolli ta' kuntratti li huma parti mill-arranġamenti u mill-ftehimiet kif imsemmija fil-paragrafu 1 mingħajr ma jittrasferixxu assi, drittijiet u obbligazzjonijiet oħra li huma parti mill-istess arranġamenti u ftehimiet, u jistgħu jittrasferixxu, jimmodifikaw jew jitterminaw dawk l-assi, id-drittijiet u obbligazzjonijiet oħra mingħajr ma jittrasferixxu l-portafolli ta' kuntratti.
Artikolu 60
Protezzjoni għal arranġamenti ta' garanzija
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm protezzjoni xierqa għal obbligazzjonijiet iggarantiti b'arranġament ta' garanzija sabiex jipprevjenu wieħed, waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
it-trasferiment ta' assi li jiggarantixxu l-obbligazzjoni, sakemm dak il-obbligazzjoni u l-benefiċċju tal-garanzija ma jiġux ittrasferiti wkoll; |
|
(b) |
it-trasferiment ta' obbligazzjoni garantita, sakemm il-benefiċċju tat-titolu ma jiġix ittrasferit ukoll; |
|
(c) |
it-trasferiment tal-benefiċċju tal-garanzija, sakemm ma tiġix ittrasferita wkoll l-obbligazzjoni garantita; |
|
(d) |
il-modifika jew it-terminazzjoni ta' arranġament ta' garanzija permezz tal-użu ta' setgħat anċillari, meta l-effett ta' dik il-modifika jew it-terminazzjoni jkun li l-obbligazzjoni ma tibqax garantita. |
2. Minkejja l-paragrafu 1, fejn meħtieġ sabiex id-detenturi ta' poloz jiġu protetti aħjar billi jiġi żgurat li l-poloz tal-assigurazzjoni li jiġu ttrasferiti jkomplu jissodisfaw ir-rekwiżiti legali rilevanti fir-rigward tal-livelli minimi obbligatorji ta' kopertura skont il-liġi nazzjonali applikabbli, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jittrasferixxu dawk il-portafolli ta' kuntratti li huma parti mill-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 mingħajr ma jittrasferixxu assi, drittijiet u obbligazzjonijiet oħra li huma parti mill-istess arranġamenti, u jistgħu jittrasferixxu, jimmodifikaw jew jitterminaw dawk l-assi, id-drittijiet u obbligazzjonijiet oħra mingħajr ma jittrasferixxu l-portafolli ta' kuntratti.
Artikolu 61
Protezzjoni għal arranġamenti ta' finanzjament strutturat u għal portafolli delimitati oħrajn
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm protezzjoni xierqa għall-arranġamenti ta' finanzjament strutturat jew għal portafolli delimitati oħrajn, inkluż l-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 58(1), il-punti (e) u (g), biex jipprevjenu kwalunkwe wieħed jew waħda minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
it-trasferiment ta' xi wħud mill-assi, mid-drittijiet u mill-obbligazzjonijiet, iżda mhux ta' kollha, li jikkostitwixxu jew jifformaw parti minn arranġament finanzjarju strutturat jew minn portafolli delimitati oħrajn, inkluż l-arranġamenti msemmijin fl-Artikolu 58(1), il-punti (e) u (g), li għalihom tkun parti l-impriża taħt riżoluzzjoni; |
|
(b) |
it-terminazzjoni jew il-modifika permezz tal-użu ta' setgħat anċillari tal-assi, tad-drittijiet u tal-obbligazzjonijiet li jikkostitwixxu jew jifformaw parti minn arranġament finanzjarju strutturat jew minn portafolli delimitati oħrajn, inkluż l-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 58(1), il-punti (e) u (g), li għalihom tkun parti l-impriża taħt riżoluzzjoni. |
2. Minkejja l-paragrafu 1, fejn neċessarju sabiex jintlaħqu aħjar l-objettivi ta' riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 18 u b'mod partikolari tiġi żgurata protezzjoni aħjar tad-detenturi ta' poloz, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jittrasferixxu, jimmodifikaw jew jitterminaw l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet li huma parti mill-istess arranġament.
Artikolu 62
Trasferimenti parzjali: protezzjoni ta' sistemi ta' negozjar, tal-ikklerjar u tas-saldu
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikazzjoni ta' għodda ta' riżoluzzjoni ma taffettwax l-operat tas-sistemi u r-regoli tas-sistemi koperti mid-Direttiva 98/26/KE, meta l-awtorità ta' riżoluzzjoni tagħmel waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
|
(a) |
tittrasferixxi xi assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet ta' impriża taħt riżoluzzjoni, iżda mhux kollha, lil entità oħra; |
|
(b) |
tuża s-setgħat anċillari msemmijin fl-Artikolu 43 sabiex tikkanċella jew temenda t-termini ta' kuntratt li għalih tkun parti l-impriża taħt riżoluzzjoni jew sabiex tissostitwixxi riċevitur bħala parti. |
2. Trasferiment, kanċellazzjoni jew emenda kif imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandhiex:
|
(a) |
tirrevoka ordni ta' trasferiment bi ksur tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/26/KE; |
|
(b) |
timmodifika jew iċċaħħad l-eżegwibilità ta' ordnijiet ta' trasferiment u ta' netting kif meħtieġ mill-Artikoli 3 u 5 tad-Direttiva 98/26/KE, l-użu ta' fondi, ta' garanziji jew ta' faċilitajiet ta' kreditu kif meħtieġ mill-Artikolu 4 ta' dik id-Direttiva jew il-protezzjoni tal-garanziji tal-kollateral kif meħtieġ mill-Artikolu 9 ta' dik id-Direttiva. |
KAPITOLU VI
Obbligi proċedurali
Artikolu 63
Rekwiżiti ta' notifika
1. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju ta' entità kif imsemmi fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), li tinnotifika lill-awtorità superviżorja meta dawk il-korpi jqisu li l-entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), qed tfalli jew x'aktarx ser tfalli, skont it-tifsira speċifikata fl-Artikolu 19(4).
2. L-awtoritajiet superviżorji għandhom jinformaw lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni kkonċernati dwar:
|
(a) |
kwalunkwe notifika riċevuta skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, skont l-Artikolu 136, l-Artikolu 138(1) u l-Artikolu 139(1) tad-Direttiva 2009/138/KE; |
|
(b) |
kwalunkwe azzjoni li l-awtorità superviżorja tirrikjedi li l-entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), tieħu skont l-eżerċizzju tas-setgħat li jkollha skont l-Artikolu 15 jew 16 ta' din id-Direttiva, u skont l-Artikolu 136a, l-Artikolu 137, l-Artikolu 138(3) u (5), l-Artikolu 139(3), u l-Artikoli 140, 141 u 144 tad-Direttiva 2009/138/KE; |
|
(c) |
kwalunkwe estensjoni tal-perjodu ta' rkupru skont l-Artikolu 138(4) tad-Direttiva 2009/138/KE. |
L-awtoritajiet superviżorji għandhom jipprovdu wkoll lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni b'kopja tal-pjan ta' rkupru li l-entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), ta' din id-Direttiva tkun ippreżentat, skont l-Artikolu 138(2) tad-Direttiva 2009/138/KE, kopja tal-iskema li l-entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), ta' din id-Direttiva tkun ippreżentat skont l-Artikolu 139(2) tad-Direttiva 2009/138/KE u l-opinjoni tal-awtoritajiet superviżorji dwar dawk id-dokumenti, kif applikabbli.
3. Awtorità superviżorja jew awtorità ta' riżoluzzjoni li tiddetermina li l-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 19(1), il-punti (a) u (b), ikunu ssodisfati fir-rigward ta' entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), għandha tikkomunika dik id-determinazzjoni mingħajr dewmien lill-awtoritajiet li ġejjin, jekk ikunu differenti:
|
(a) |
l-awtorità ta' riżoluzzjoni għal dik l-entità; |
|
(b) |
l-awtorità superviżorja għal dik l-entità; |
|
(c) |
l-awtorità superviżorja ta' kwalunkwe Stat Membru meta dik l-entità twettaq attivitajiet transfruntiera sinifikanti; |
|
(d) |
l-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' kwalunkwe Stat Membru meta dik l-entità twettaq attivitajiet transfruntiera sinifikanti; |
|
(e) |
l-iskema ta' garanzija tal-assigurazzjoni li magħha dik l-entita’ tkun affiljata, fejn applikabbli u neċessarju sabiex tippermetti li jitwettqu l-funzjonijiet tal-iskema ta' garanzija tal-assigurazzjoni; |
|
(f) |
fejn applikabbli, l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp; |
|
(g) |
il-ministeru kompetenti; |
|
(h) |
fejn applikabbli, is-superviżur tal-grupp; |
|
(i) |
il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku u l-awtorità makroprudenzjali nazzjonali maħtura; |
|
(j) |
meta l-entità tkun parti minn konglomerat finanzjarju, l-awtorità ta' riżoluzzjoni rilevanti maħtura f'konformità mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/59/UE u l-awtorità kompetenti rilevanti skont it-tifsira tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24) u r-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
Artikolu 64
Deċiżjoni tal-awtorità ta' riżoluzzjoni
1. Malli tirċievi komunikazzjoni mill-awtorità superviżorja skont l-Artikolu 63(3), jew fuq inizjattiva tagħha stess, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tiddetermina jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 19(1) jew tal-Artikolu 20(3) humiex issodisfati fir-rigward tal-entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), inkwistjoni.
2. Deċiżjoni li tittieħed jew li ma titteħidx azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' entità kif imsemmi fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), għandu jkun fiha r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni.
Meta tittieħed deċiżjoni biex tittieħed azzjoni ta' riżoluzzjoni, id-deċiżjoni għandha tinkludi wkoll l-informazzjoni li ġejja: l-azzjoni ta' riżoluzzjoni, u, fejn xieraq, id-determinazzjoni ta' applikazzjoni għal stralċ, il-ħatra ta' amministratur jew kwalunkwe miżura oħra skont proċedimenti normali ta' insolvenza applikabbli jew miżuri oħra ta' riżoluzzjoni, soġġetti għall-Artikolu 26(7), skont il-liġi nazzjonali.
Artikolu 65
Obbligi proċedurali tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, malajr kemm ikun raġonevolment prattiku wara li jieħdu l-azzjoni ta' riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3.
2. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jinnotifikaw lill-impriża taħt riżoluzzjoni u lill-awtoritajiet li ġejjin, jekk ikunu differenti, bl-azzjoni ta' riżoluzzjoni msemmija fil-paragrafu 1:
|
(a) |
l-awtorità superviżorja għall-impriża taħt riżoluzzjoni; |
|
(b) |
l-awtorità superviżorja ta' kwalunkwe fergħa tal-impriża taħt riżoluzzjoni; |
|
(c) |
il-bank ċentrali tal-Istat Membru li fih hija stabbilita l-impriża taħt riżoluzzjoni; |
|
(d) |
fejn applikabbli, l-iskema ta' garanzija tal-assigurazzjoni li magħha tkun affiljata l-impriża taħt riżoluzzjoni; |
|
(e) |
fejn applikabbli, l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp; |
|
(f) |
il-ministeru kompetenti; |
|
(g) |
fejn applikabbli, l-awtorità superviżorja tal-grupp; |
|
(h) |
il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku u l-awtorità makroprudenzjali nazzjonali maħtura; |
|
(i) |
il-Kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew, l-EIOPA, l-ESMA u l-EBA; |
|
(j) |
fejn l-impriża taħt riżoluzzjoni tkun impriża kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (b), tad-Direttiva 98/26/KE, l-operaturi tas-sistemi li tipparteċipa fihom; |
|
(k) |
meta l-impriża f’riżoluzzjoni tkun parti minn konglomerat finanzjarju, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni rilevanti maħtura f’konformità mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/59/UE u l-awtorità kompetenti rilevanti skont it-tifsira tad-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
3. L-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tippubblika jew tiżgura l-pubblikazzjoni ta' kopja tal-ordni jew tal-istrument li bih tittieħed l-azzjoni ta' riżoluzzjoni, jew ta' avviż li jagħti sommarju tal-effetti tal-azzjoni ta' riżoluzzjoni, inkluż l-effetti fuq id-detenturi ta' poloz u, fejn applikabbli, it-termini u l-perjodu ta' sospensjoni jew ta' restrizzjoni msemmijin fl-Artikoli 49, 50 u 51, bil-mezzi li ġejjin:
|
(a) |
fuq is-sit web uffiċjali tagħha; |
|
(b) |
fuq is-sit web tal-awtorità superviżorja, jekk differenti mill-awtorità ta' riżoluzzjoni, u fuq is-sit web tal-EIOPA; |
|
(c) |
fuq is-sit web tal-impriża taħt riżoluzzjoni; |
|
(d) |
fejn l-ishma jew strumenti oħra ta' sjieda jew strumenti tad-dejn tal-impriża taħt riżoluzzjoni huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, il-mezzi użati għall-iżvelar ta' informazzjoni regolata dwar l-impriża taħt riżoluzzjoni f'konformità mal-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25). |
4. Meta l-ishma, l-istrumenti ta' sjieda jew l-istrumenti ta' dejn ma jkunux ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tiżgura li d-dokumenti li jagħtu prova tal-istrumenti msemmijin fil-paragrafu 3 jintbagħtu lill-azzjonisti u lill-kredituri tal-impriża taħt riżoluzzjoni magħrufin mir-reġistri jew mill-bażijiet tad-data tal-impriża taħt riżoluzzjoni u li huma disponibbli għall-awtorità ta' riżoluzzjoni.
Artikolu 66
Kunfidenzjalità
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti tas-segretezza professjonali jkunu vinkolanti fir-rigward tal-persuni, tal-awtoritajiet u tal-korpi li ġejjin u li l-ebda informazzjoni kunfidenzjali ma tiġi żvelata minn xi wieħed jew waħda minnhom:
|
(a) |
l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni; |
|
(b) |
l-awtoritajiet superviżorji u l-EIOPA; |
|
(c) |
il-ministeri kompetenti; |
|
(d) |
il-maniġers speċjali maħturin f'konformità mal-Artikolu 44 ta' din id-Direttiva; |
|
(e) |
l-akkwirenti potenzjali li ġew ikkuntattjati mill-awtoritajiet superviżorji jew solleċitati mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, irrispettivament minn jekk dak il-kuntatt jew dik is-solleċitazzjoni jkunux saru bħala tħejjija għall-użu tal-għodda ta' bejgħ ta' negozju, kif ukoll irrispettivament minn jekk is-solleċitazzjoni rriżultatx f'akkwist; |
|
(f) |
l-awdituri, il-kontabilisti, il-konsulenti legali u professjonali, il-valwaturi u esperti oħrajn ingaġġati direttament jew indirettament mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, mill-awtoritajiet superviżorji, mill-ministeri kompetenti jew mill-akkwirenti potenzjali msemmijin fil-punt (e); |
|
(g) |
korpi li jamministraw skemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni; |
|
(h) |
il-korp inkarigat mill-arranġamenti ta' finanzjament; |
|
(i) |
banek ċentrali u awtoritajiet oħrajn involuti fil-proċess tar-riżoluzzjoni; |
|
(j) |
impriża tranżitorja jew veikolu tal-immaniġġar tal-assi u tal-obbligazzjonijiet; |
|
(k) |
kwalunkwe persuna oħra li tipprovdi jew li kienet tipprovdi servizzi direttament jew indirettament, b'mod permanenti jew okkażjonali, lill-persuni msemmijin fil-punti (a) sa (j); |
|
(l) |
il-maniġment superjuri, membri tal-korp amministrattiv, maniġerjali u superviżorju, u l-impjegati tal-korpi jew l-entitajiet imsemmijin fil-punti (a) sa (j) qabel, matul jew wara l-ħatra tagħhom. |
|
(m) |
l-awtorità ta' riżoluzzjoni rilevanti maħtura f'konformità mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/59/UE u l-awtorità kompetenti skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
2. Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità tar-rekwiżiti skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni msemmijin fil-paragrafu 1 jiġu pprojbiti milli jiżvelaw informazzjoni kunfidenzjali riċevuta matul l-attivitajiet professjonali tagħhom, jew riċevuta mingħand awtorità superviżorja jew awtorità ta' riżoluzzjoni b'rabta mal-funzjonijiet ta' dik l-awtorità, lil kwalunkwe persuna jew awtorità, ħlief fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
l-iżvelar isir fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom skont din id-Direttiva; |
|
(b) |
l-iżvelar isir f'forma fil-qosor jew kollettiva b'tali mod li l-entitajiet individwali msemmijin fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), ma jkunux jistgħu jiġu identifikati; |
|
(c) |
l-iżvelar isir bil-kunsens espliċitu u minn qabel tal-awtorità jew tal-entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), li pprovdiet l-informazzjoni. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni msemmijin fil-paragrafu 1 jivvalutaw l-effetti possibbli tal-iżvelar tal-informazzjoni fuq l-interess pubbliku b'rabta mal-politika finanzjarja, monetarja jew ekonomika, fuq l-interessi kummerċjali ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, fuq il-finijiet tal-ispezzjonijiet, fuq l-investigazzjonijiet u fuq l-awditi.
Il-proċedura għall-valutazzjoni tal-effetti msemmijin fit-tieni subparagrafu għandha tinkludi valutazzjoni speċifika tal-effetti ta' kwalunkwe żvelar tal-kontenuti u tad-dettalji tal-pjanijiet ta' rkupru preventiv u tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni kif imsemmija fl-Artikoli 5, 7, 9, 10 u 12 u tar-riżultat ta' kwalunkwe valutazzjoni mwettqa skont l-Artikoli 6, 8 u 13.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1 tkun soġġetta għal responsabbiltà ċivili fil-każ ta' ksur ta' dan l-Artikolu.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni msemmijin fil-punti (a), (b), (c), (g), (i) u (j), tal-paragrafu 1 ikollhom fis-seħħ regoli interni sabiex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti ta' kunfidenzjalità stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2, inkluż regoli sabiex jiżguraw is-segretezza tal-informazzjoni bejn il-persuni involuti direttament fil-proċess ta' riżoluzzjoni.
4. Il-paragrafi 1 sa 3 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx jipprevjenu:
|
(a) |
lill-impjegati u lill-esperti tal-korpi jew tal-entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 1, il-punti (a) sa (i), milli jikkondividu informazzjoni bejniethom f'kull korp jew entità; |
|
(b) |
lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u lill-awtoritajiet superviżorji, inkluż l-impjegati u l-esperti tagħhom, milli jikkondividu informazzjoni ma' xulxin u ma' awtoritajiet ta' riżoluzzjoni oħrajn tal-Unjoni, ma' awtoritajiet superviżorji oħrajn tal-Unjoni, mal-ministeri kompetenti, mal-banek ċentrali, ma' skemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni, mal-awtoritajiet responsabbli mill-proċedimenti normali ta' insolvenza, mal-awtoritajiet responabbli miż-żamma tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri permezz tal-użu ta' regoli makroprudenzjali, mal-persuni inkarigati bit-twettiq ta' verifiki statutorji tal-kontijiet, mal-EIOPA, jew, soġġetti għall-Artikolu 80, ma' awtoritajiet ta' pajjiżi terzi li jwettqu funzjonijiet ekwivalenti għal dawk imwettqin mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, jew, soġġetti għal rekwiżiti stretti ta' kunfidenzjalità, ma' akkwirent potenzjali għall-fini ta' ppjanar jew ta' twettiq ta' azzjoni ta' riżoluzzjoni; |
|
(c) |
l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u l-awtoritajiet tat-taxxa fl-istess Stat Membru sal-punt li tali skambju jkun permess mil-liġi nazzjonali; fejn dik l-informazzjoni toriġina fi Stat Membru ieħor, għandha tiġi skambjata biss bil-kunsens espliċitu tal-awtorità li minnha toriġina l-informazzjoni. |
5. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-iskambju ta' informazzjoni ma' kwalunkwe wieħed jew waħda minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
soġġett għal rekwiżiti stretti ta' kunfidenzjalità, ma' kwalunkwe persuna oħra fejn meħtieġ għall-fini ta' ppjanar jew ta' twettiq ta' azzjoni ta' riżoluzzjoni; |
|
(b) |
ma' kumitati ta' inkjesta parlamentari fl-Istat Membru tagħhom, qrati tal-awdituri fl-Istat Membru tagħhom u entitajiet oħrajn inkarigati minn inkjesti fl-Istat Membru tagħhom, taħt kondizzjonijiet xierqa; |
|
(c) |
mal-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għas-sorveljanza ta' sistemi ta' pagament, l-awtoritajiet responsabbli għal proċedimenti ta' insolvenza normali, mal-awtoritajiet fdati bid-dmir pubbliku ta' superviżjoni ta' entitajiet tas-settur finanzjarju oħrajn, mal-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni tas-swieq finanzjarji, mal-istituzzjonijiet ta' kreditu u mad-ditti ta' investiment u mal-ispetturi li jaġixxu f'isimhom, mal-awtoritajiet ta' Stat Membru responsabbli għaż-żamma tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri permezz tal-użu ta' regoli makro-prudenzjali, mal-awtoritajiet responsabbli għall-protezzjoni tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, u mal-persuni inkarigati li jwettqu awditi statutorji. |
6. Il-paragrafi 1 sa 5 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali dwar l-iżvelar ta' informazzjoni għall-fini ta' proċedimenti legali f'kawżi kriminali jew ċivili.
7. L-EIOPA għandha, sad-29 ta’ Jannar 2027, toħroġ linji gwida f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 biex tispeċifika kif għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni fil-format fil-qosor jew kollettiv għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (b), ta' dan l-Artikolu.
KAPITOLU VII
Dritt ta' appell u esklużjoni ta' azzjonijiet oħrajn
Artikolu 67
Approvazzjoni ġudizzjarja ex ante u drittijiet li jiġu kkontestati d-deċiżjonijiet
1. L-Istati Membri jistgħu jesiġu li deċiżjoni li tittieħed miżura ta' prevenzjoni ta' kriżijiet jew miżura għall-ġestjoni ta' kriżijiet tkun soġġetta għal approvazzjoni ġudizzjarja ex ante, dment li fir-rigward tad-deċiżjoni li tittieħed miżura ta' maniġġar ta' kriżijiet, f'konformità mal-liġi nazzjonali, il-proċedura relatata mal-applikazzjoni għal approvazzjoni u għal kunsiderazzjoni mill-qorti tkun rapida.
2. L-Istati Membri għandhom jistipulaw fil-liġi nazzjonali dritt ta' appell kontra deċiżjoni sabiex tittieħed miżura ta' prevenzjoni ta' kriżijiet jew deċiżjoni sabiex tiġi eżerċitata kwalunkwe setgħa, għajr miżura għall-ġestjoni ta' kriżijiet, skont din id-Direttiva.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni kollha affettwati minn deċiżjoni li tittieħed miżura għall-ġestjoni ta' kriżijiet ikollhom id-dritt li jappellaw dik id-deċiżjoni.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rieżami ta' miżura għall-ġestjoni ta' kriżijiet isir rapidament u li l-qrati nazzjonali jużaw il-valutazzjonijiet ekonomiċi tal-fatti mwettqin mill-awtorità ta' riżoluzzjoni bħala bażi għall-valutazzjoni tagħhom stess.
4. Id-dritt ta' appell imsemmi fil-paragrafu 3 għandu jkun soġġett għar-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a) |
il-preżentazzjoni ta' appell ma għandhiex tinvolvi kwalunkwe sospensjoni awtomatika tal-effetti tad-deċiżjoni kkontestata; |
|
(b) |
id-deċiżjoni tal-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tkun tista' tiġi eżegwita minnufih u għandha tagħti lok għal suppożizzjoni konfutabbli li s-sospensjoni tal-infurzar tagħha tkun kontra l-interess pubbliku. |
Fejn jeħtieġ li jiġu protetti l-interessi ta' partijiet terzi li jaġixxu in bona fide li akkwistaw ishma, strumenti oħra ta' sjieda, jew assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet ta' impriża taħt riżoluzzjoni permezz tal-użu ta' għodod ta' riżoluzzjoni jew l-eżerċizzju tas-setgħat ta' riżoluzzjoni minn awtorità ta' riżoluzzjoni, l-annullament ta' deċiżjoni ta' awtorità ta' riżoluzzjoni ma għandux jaffettwa kwalunkwe att amministrattiv sussegwenti jew tranżazzjoni amministrattiva sussegwenti konkluża mill-awtorità ta' riżoluzzjoni kkonċernata li kienu bbażati fuq id-deċiżjoni annullata. F'dak il-każ, ir-rimedji għal deċiżjoni jew għal azzjoni inġusta mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom ikunu limitati għal kumpens għat-telf imġarrab mill-applikant bħala riżultat tad-deċiżjoni jew tal-att annullat.
Artikolu 68
Restrizzjonijiet fuq proċedimenti oħrajn
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 64(2), it-tieni subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw fir-rigward ta' impriża taħt riżoluzzjoni jew ta' entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), li fir-rigward tagħha jkunu ġew iddeterminati li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni msemmijin fl-Artikolu 19(1) jew fl-Artikolu 20(3), dawk il-proċedimenti normali ta' insolvenza ma għandhomx jinbdew ħlief fuq l-inizjattiva tal-awtorità ta' riżoluzzjoni u li deċiżjoni li tqiegħed entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), fi proċedimenti normali ta' insolvenza għandha tittieħed biss bil-kunsens tal-awtorità ta' riżoluzzjoni.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
|
(a) |
l-awtoritajiet superviżorji u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jiġu nnotifikati mingħajr dewmien dwar kwalunkwe applikazzjoni għall-ftuħ ta' proċedimenti normali ta' insolvenza fir-rigward ta' entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), irrispettivament minn jekk dik l-impriża jew l-entità tkunx taħt riżoluzzjoni jew jekk tkunx saret pubblika deċiżjoni f'konformità mal-Artikolu 65(3) u (4); |
|
(b) |
l-applikazzjoni għall-ftuħ ta' proċedimenti normali ta' insolvenza ma tiġix iddeterminata sakemm ma jkunux saru n-notifiki msemmijin fil-punt (a) u sseħħ waħda minn dawn li ġejjin:
|
3. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe restrizzjoni fuq l-infurzar ta' interessi ta' garanzija imposti skont l-Artikolu 50, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, jekk ikun neċessarju għall-applikazzjoni effettiva tal-għodod ta' riżoluzzjoni u l-eżerċizzju effettiv ta’ setgħat ta' riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jitolbu lil qorti tapplika sospensjoni għal perjodu xieraq f'konformità mal-objettiv fil-mira, fuq kwalunkwe azzjoni ġudizzjarja jew proċediment ġudizzjarju li għalih tkun parti jew issir parti impriża taħt riżoluzzjoni.
TITOLU IV
RIŻOLUZZJONI TA' GRUPP TRANSFRUNTIER
Artikolu 69
Prinċipji ġenerali rigward it-teħid ta' deċiżjonijiet li jinvolvu aktar minn Stat Membru wieħed
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jieħdu deċiżjonijiet jew jieħdu azzjoni skont din id-Direttiva li jista' jkollha impatt fuq Stat Membru wieħed jew aktar, l-awtoritajiet tagħhom josservaw il-prinċipji ġenerali li ġejjin:
|
(a) |
meta jieħdu azzjoni ta' riżoluzzjoni, it-teħid ta' deċiżjonijiet ikun effiċjenti u l-kostijiet ta' riżoluzzjoni jinżammu baxxi kemm jista' jkun; |
|
(b) |
id-deċiżjonijiet jittieħdu u l-azzjoni tittieħed fil-ħin u, fejn ikun meħtieġ, bl-urġenza dovuta; |
|
(c) |
l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, l-awtoritajiet superviżorji u awtoritajiet oħrajn jikkooperaw ma' xulxin sabiex jiżguraw li d-deċiżjonijiet u l-azzjoni jittieħdu b'mod ikkoordinat u effiċjenti; |
|
(d) |
ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet rilevanti f'kull Stat Membru jkunu definiti b'mod ċar; |
|
(e) |
tingħata kunsiderazzjoni xierqa lill-interessi, lill-impatt potenzjali ta' kwalunkwe deċiżjoni, azzjoni jew inazzjoni u lill-effetti negattivi fuq id-detenturi ta' poloz, fuq l-istabbiltà finanzjarja, fuq ir-riżorsi fiskali, fuq l-iskemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni, fuq l-arranġamenti ta' finanzjament u lill-effetti ekonomiċi u soċjali negattivi fl-Istati Membri kollha fejn joperaw l-impriża omm apikali u l-impriżi sussidjarji tagħha jew fejn huma jwettqu attivitajiet transfruntiera sinifikanti; |
|
(f) |
tingħata kunsiderazzjoni xierqa lill-objettivi li jiġu bbilanċjati l-interessi tad-diversi Stati Membri involuti u li jiġi evitat preġudizzju inġust jew li jiġu protetti b'mod inġust l-interessi ta' Stati Membri partikolari; |
|
(g) |
l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, meta jieħdu azzjonijiet ta' riżoluzzjoni, iqisu u jsegwu l-pjanijiet ta' riżoluzzjoni ta' grupp, sakemm l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ma jqisux, meta jqisu ċ-ċirkostanzi tal-każ, li l-objettivi ta' riżoluzzjoni jintlaħqu b'mod aktar effettiv billi jittieħdu azzjonijiet li ma jkunux previsti fil-pjanijiet ta' riżoluzzjoni; |
|
(h) |
deċiżjoni jew azzjoni proposta tkun trasparenti kull meta dik id-deċiżjoni jew azzjoni x'aktarx li jkollha implikazzjonijiet fuq id-detenturi ta' poloz, fuq l-ekonomija reali, fuq l-istabbiltà finanzjarja, fuq ir-riżorsi fiskali, u, fejn rilevanti, fuq l-iskemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni u fuq arranġamenti ta' finanzjament ta' kwalunkwe Stat Membru kkonċernat. |
Artikolu 70
Kulleġġi ta' riżoluzzjoni
1. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandhom jistabbilixxu kulleġġi ta' riżoluzzjoni sabiex iwettqu l-kompiti msemmijin fl-Artikoli 10, 11, 14, 16, 73 u 74, u, fejn xieraq, sabiex jiżguraw kooperazzjoni u koordinazzjoni mal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' pajjiżi terzi.
B'mod partikolari, il-kulleġġi ta' riżoluzzjoni għandhom jipprovdu qafas għall-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, għall-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni l-oħrajn u, fejn xieraq, għall-awtoritajiet superviżorji u għas-superviżuri tal-grupp ikkonċernati, sabiex iwettqu l-kompiti li ġejjin:
|
(a) |
jiskambjaw informazzjoni li tkun rilevanti għall-iżvilupp ta' pjanijiet ta' riżoluzzjoni ta' grupp u għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-gruppi; |
|
(b) |
jiżviluppaw pjanijiet ta' riżoluzzjoni ta' grupp; |
|
(c) |
jivvalutaw ir-riżolvibbiltà ta' gruppi skont l-Artikolu 14; |
|
(d) |
jeżerċitaw is-setgħat sabiex jindirizzaw jew ineħħu l-impedimenti għar-riżolvibbiltà ta' gruppi skont l-Artikolu 16; |
|
(e) |
jiddeċiedu dwar il-ħtieġa li tiġi stabbilita skema ta' riżoluzzjoni ta' grupp kif imsemmija fl-Artikolu 73 jew 74; |
|
(f) |
jilħqu l-ftehim dwar skema ta' riżoluzzjoni ta' grupp propost f'konformità mal-Artikolu 73 jew 74; |
|
(g) |
jikkoordinaw il-komunikazzjoni pubblika tal-istrateġiji u tal-iskemi ta' riżoluzzjoni ta' grupp; |
|
(h) |
jikkoordinaw l-użu ta' kwalunkwe skema ta' garanzija tal-assigurazzjoni jew arranġament ta' finanzjament. |
Barra minn hekk, il-kulleġġi ta' riżoluzzjoni jistgħu jintużaw bħala forum sabiex jiġu diskussi kwistjonijiet marbutin mar-riżoluzzjoni ta' gruppi transfruntiera.
2. Dawn li ġejjin għandhom ikunu membri tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni:
|
(a) |
l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp; |
|
(b) |
l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' kull Stat Membru li fih tkun stabbilita impriża sussidjarja koperta b'superviżjoni tal-grupp; |
|
(c) |
l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-Istati Membri fejn tkun stabbilita impriża prinċipali ta' impriża waħda jew aktar tal-grupp li tkun entità kif imsemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (b), (d) jew (e); |
|
(d) |
is-superviżur tal-grupp u l-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membru fejn l-awtorità ta' riżoluzzjoni tkun membru fil-kulleġġ ta' riżoluzzjoni; |
|
(e) |
il-ministeri kompetenti, fejn l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni li huma membri tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni ma jkunux il-ministeri kompetenti; |
|
(f) |
fejn rilevanti, l-awtorità li hija responsabbli għall-iskema ta' garanzija tal-assigurazzjoni ta' Stat Membru, fejn l-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' dak l-Istat Membru tkun membru tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni; |
|
(g) |
l-EIOPA, soġġetta għat-tieni subparagrafu; |
|
(h) |
l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni fl-Istati Membri fejn l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tal-grupp iwettqu attivitajiet transfruntiera sinifikanti. |
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (g), l-EIOPA għandha tikkontribwixxi għall-promozzjoni u għall-monitoraġġ tal-funzjonament effiċjenti, effettiv u konsistenti tal-kulleġġi ta' riżoluzzjoni u għall-konverġenza fil-kulleġġi ta' riżoluzzjoni. L-EIOPA għandha tkun mistiedna tattendi għal-laqgħat tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni għal dak l-għan. L-EIOPA ma għandu jkollha l-ebda dritt tal-vot.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (h), il-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandha tkun limitata għall-ilħuq tal-objettivi ta' skambju effiċjenti ta' informazzjoni.
3. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' pajjiżi terzi, fejn impriża prinċipali jew impriża stabbilita fl-Unjoni jkollha istituzzjoni sussidjarja jew impriża tar-riassigurazzjoni jew fergħa li tkun ikkunsidrata bħala sinifikanti li kieku kienet tinstab fl-Unjoni jistgħu jiġu mistiedna jieħdu sehem fil-kulleġġ ta' riżoluzzjoni bħala osservaturi, dment li dawk l-awtoritajiet ikunu soġġetti għal rekwiżiti ta' kunfidenzjalità li, fl-opinjoni tal-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, ikunu ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 80.
4. Meta l-grupp ikun konglomerat finanzjarju jew parti minn konglomerat finanzjarju, l-awtoritajiet maħtura f'konformità mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/59/UE kkonċernati għandhom jiġu mistiedna fil-kulleġġ ta' riżoluzzjoni bħala osservaturi.
5. L-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tippresiedi l-kulleġġ ta' riżoluzzjoni. F'dik il-kapaċità, hija għandha:
|
(a) |
tistabbilixxi arranġamenti u proċeduri bil-miktub għall-funzjonament tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni, wara konsultazzjoni lill-membri l-oħrajn tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni; |
|
(b) |
tikkoordina l-attivitajiet kollha tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni; |
|
(c) |
tlaqqa' u tippresiedi l-laqgħat kollha tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni u żżomm lill-membri kollha tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni informati bis-sħiħ u bil-quddiem dwar l-organizzazzjoni tal-laqgħat tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni, dwar it-temi prinċipali li għandhom jiġu diskussi u dwar l-elementi li għandhom jiġu kkunsidrati; |
|
(d) |
tinnotifika lill-membri tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni dwar kwalunkwe laqgħa ppjanata sabiex ikunu jistgħu jitolbu li jipparteċipaw; |
|
(e) |
tiddeċiedi liema membri u osservaturi għandhom jiġu mistednin jattendu għal laqgħat partikolari tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni, abbażi tal-bżonnijiet speċifiċi, b'kont meħud tar-rilevanza tat-tema li tkun ser tiġi diskussa għal dawk il-membri u l-osservaturi; |
|
(f) |
iżżomm lill-membri kollha tal-kulleġġ informati, fil-ħin, dwar id-deċiżjonijiet u l-eżiti ta' dawk il-laqgħat. |
Minkejja l-ewwel subparagrafu, il-punt (e), l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandu jkollhom id-dritt jipparteċipaw fil-laqgħat tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni kull meta fuq l-aġenda jkun hemm temi soġġetti għal teħid ta' deċiżjonijiet konġunti jew relatati ma' entità fi grupp li tinsab fl-Istat Membru tagħhom.
6. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp ma għandhomx ikunu obbligati jistabbilixxu kulleġġ ta' riżoluzzjoni jekk gruppi jew kulleġġi oħrajn iwettqu l-istess funzjonijiet u jwettqu l-istess kompiti speċifikati fil-paragrafu 1 u jikkonformaw mal-kundizzjonijiet u mal-proċeduri kollha, inkluż dawk li jkopru s-sħubija u l-parteċipazzjoni f'kulleġġi ta' riżoluzzjoni, stabbiliti f'dan l-Artikolu u fl-Artikolu 72. F'tali każ, ir-referenzi kollha għall-kulleġġi ta' riżoluzzjoni f'din id-Direttiva għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dawk il-gruppi jew il-kulleġġi l-oħrajn.
7. L-EIOPA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-funzjonament operazzjonali tal-kulleġġi ta' riżoluzzjoni għat-twettiq tal-kompiti msemmijin fil-paragrafi 1.
L-EIOPA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sad-29 ta’ Lulju 2026.
Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.
Artikolu 71
Kulleġġi ta' riżoluzzjoni Ewropej
1. Fejn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ta' pajjiż terz jew impriża prinċipali ta' pajjiż terz ikollha impriżi sussidjarji fl-Unjoni stabbiliti f'żewġ Stati Membri jew aktar, jew ikollha żewġ fergħat jew aktar fl-Unjoni ta' impriża ta' pajjiż terz li jkunu meqjusa bħala sinifikanti minn żewġ Stati Membri jew aktar, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-Istati Membri fejn dawk l-impriżi sussidjarji fl-Unjoni jkunu stabbiliti jew fejn ikunu jinsabu dawk il-fergħat fl-Unjoni ta' impriża ta' pajjiż terz jistgħu jistabbilixxu kulleġġ ta' riżoluzzjoni Ewropew.
2. Il-kulleġġ ta' riżoluzzjoni Ewropew għandu jwettaq il-funzjonijiet u l-kompiti speċifikati fl-Artikolu 70 fir-rigward tal-impriżi sussidjarji tal-Unjoni u, sa fejn dawk il-kompiti jkunu rilevanti, fir-rigward tal-fergħat tal-Unjoni ta' impriża ta' pajjiż terz imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u għandu b'xi mod ieħor jiffunzjona f'konformità mar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 70.
3. Meta impriża prinċipali waħda biss stabbilita fi Stat Membru jkollha l-impriżi sussidjarji kollha tal-Unjoni ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ta' pajjiż terz jew impriża prinċipali ta' pajjiż terz, il-kulleġġ ta' riżoluzzjoni Ewropew għandu jkun ippresedut mill-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita dik l-impriża prinċipali.
Fejn l-ewwel subparagrafu ma japplikax, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-Istat Membru fejn impriża sussidjarja tal-Unjoni bl-ogħla valur ta' assi fuq il-karta tal-bilanċ totali hija stabbilita għandha tippresiedi l-kulleġġ ta' riżoluzzjoni Ewropew.
Artikolu 72
Skambju ta' informazzjoni
1. Soġġetti għall-Artikolu 66, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u l-awtoritajiet superviżorji għandhom, fuq talba, jipprovdu lil xulxin l-informazzjoni rilevanti kollha għall-eżerċizzju tal-kompiti tal-awtoritajiet l-oħrajn skont din id-Direttiva.
2. L-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tikkoordina l-fluss tal-informazzjoni rilevanti kollha bejn l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni. B'mod partikolari, l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tipprovdi lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni fi Stati Membri oħrajn bl-informazzjoni rilevanti kollha fil-ħin sabiex tiffaċilita l-eżerċizzju tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 70(1), it-tieni subparagrafu, il-punti (b) sa (h).
3. Awtorità ta' riżoluzzjoni ma għandhiex tittrażmetti informazzjoni li tkun ġiet ipprovduta minn awtorità superviżorja jew ta' riżoluzzjoni ta' pajjiż terz sakemm dik l-awtorità superviżorja jew ta' riżoluzzjoni ta' pajjiż terz ma tkunx tat il-kunsens tagħha għal tali trażmissjoni.
Artikolu 73
Riżoluzzjoni ta' grupp li tinvolvi impriża sussidjarja tal-grupp
1. Awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tinnotifika l-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 2 mingħajr dewmien lill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, jekk differenti, lis-superviżur tal-grupp, u lill-membri tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni kkonċernat fejn:
|
(a) |
l-awtorità ta' riżoluzzjoni tiddeċiedi li impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, li tkun impriża sussidjarja ta' grupp, tkun qed tfalli jew x'aktarx tfalli; jew |
|
(b) |
l-awtorità ta' riżoluzzjoni tkun ġiet infurmata mill-awtorità superviżorja li tkun ittieħdet deċiżjoni li impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, li tkun impriża sussidjarja ta' grupp, tkun qed tfalli jew x'aktarx tfalli; jew |
|
(c) |
awtorità ta' riżoluzzjoni tiddeċiedi li entità kif imsemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), li hija impriża sussidjarja ta' grupp, tissodisfa l-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 19(1) jew fl-Artikolu 20(3). |
2. L-informazzjoni li għandha tiġi nnotifikata skont il-paragrafu 1 għandha tkun din li ġejja:
|
(a) |
id-deċiżjoni li tiddetermina li l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni qed tfalli jew x'aktarx tfalli; |
|
(b) |
id-deċiżjoni li l-entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), tissodisfa l-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 19(1) jew l-Artikolu 20(3); |
|
(c) |
l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jew il-miżuri ta' insolvenza li l-awtorità ta' riżoluzzjoni tqis li jkunu xierqa għal dik l-entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e). |
3. Malli tirċievi n-notifika msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, wara li tkun ikkonsultat lill-membri l-oħrajn tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni kkonċernat, għandha tivvaluta l-impatt probabbli tal-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jew ta' miżuri oħrajn notifikati skont il-paragrafu 2, il-punt (c), fuq il-grupp u fuq l-entitajiet fi grupp fi Stati Membri oħrajn, u jekk l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jew miżuri oħrajn jagħmluhiex probabbli li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni msemmijin fl-Artikolu 19(1) jew fl-Artikolu 20(3) fir-rigward ta' entità fi grupp fi Stat Membru ieħor.
4. Meta l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp tivvaluta li l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jew miżuri oħrajn notifikati skont il-paragrafu 2, il-punt (c), ma jagħmluhiex probabbli li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(1) jew fl-Artikolu 20(3) jiġu ssodisfati fir-rigward ta' entità fi grupp fi Stat Membru ieħor, l-awtorità ta' riżoluzzjoni responsabbli għall-entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), tista' tieħu l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jew miżuri oħrajn li hija nnotifikat.
5. Meta l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp tivvaluta li l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jew miżuri oħrajn notifikati skont il-paragrafu 2, il-punt (c), jagħmluha probabbli li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(1) jew fl-Artikolu 20(3) jiġu ssodisfati fir-rigward ta' entità fi grupp fi Stat Membru ieħor, l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha, wara li tirċievi n-notifika msemmija fil-paragrafu 1, tipproponi skema ta' riżoluzzjoni ta' grupp fi żmien ħamest ijiem u tippreżenta dik l-iskema lill-kulleġġ ta' riżoluzzjoni. Dak il-perjodu ta' ħamest ijiem jista' jiġi estiż bil-kunsens tal-awtorità ta' riżoluzzjoni li tkun għamlet in-notifika.
6. Fin-nuqqas ta' valutazzjoni mill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp fi żmien ħamest ijiem, jew perjodu itwal ta' żmien li jkun intlaħaq ftehim dwaru, wara li tkun rċeviet in-notifika msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità ta' riżoluzzjoni li tkun għamlet in-notifika tista' twettaq l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jew miżuri oħrajn li tkun innotifikat.
7. L-iskema ta' riżoluzzjoni ta' grupp imsemmija fil-paragrafu 5 għandha:
|
(a) |
tiddeskrivi l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni kkonċernati jenħtieġ li jieħdu fir-rigward tal-impriża omm apikali jew entitajiet partikolari fi grupp sabiex jilħqu l-objettivi ta' riżoluzzjoni u jikkonformaw mal-prinċipji ġenerali li jirregolaw ir-riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 22; |
|
(b) |
tispeċifika kif jenħtieġ li jiġu kkoordinati l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni msemmijin fil-punt (a); |
|
(c) |
tistabbilixxi pjan ta' finanzjament li jqis il-pjan ta' riżoluzzjoni ta' grupp u l-prinċipji għall-kondiviżjoni tar-responsabbiltà stabbiliti f'dak il-pjan ta' riżoluzzjoni tal-grupp f'konformità mal-Artikolu 10(2), il-punt (e). |
8. Soġġett għall-paragrafu 9, l-iskema ta' riżoluzzjoni ta' grupp għandha tieħu l-forma ta' deċiżjoni konġunta tal-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni responsabbli għall-impriżi sussidjarji li huma koperti mill-iskema ta' riżoluzzjoni ta' grupp.
L-EIOPA tista', fuq talba tal-awtorità ta' riżoluzzjoni, tgħin lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jilħqu deċiżjoni konġunta f'konformità mal-Artikolu 31(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.
9. Awtorità ta' riżoluzzjoni li ma taqbilx mal-iskema ta' riżoluzzjoni ta' grupp proposta mill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp jew li tqis li, għal raġunijiet ta' protezzjoni tal-interessi kollettivi tad-detenturi ta' poloz, tal-ekonomija reali u tal-istabbiltà finanzjarja, jeħtieġ li tieħu azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jew miżuri indipendenti minbarra dawk proposti fl-iskema ta' riżoluzzjoni ta' grupp fir-rigward ta' entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), għandha:
|
(a) |
tagħti fid-dettall ir-raġunijiet għan-nuqqas ta' qbil jew ir-raġunijiet għat-tbegħid mill-iskema ta' riżoluzzjoni ta' grupp; |
|
(b) |
tinnotifika lill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni l-oħrajn li huma koperti mill-iskema ta' riżoluzzjoni ta' grupp bir-raġunijiet imsemmijin fil-punt (a); |
|
(c) |
tinforma lill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni l-oħrajn li huma kkonċernati mill-iskema ta' riżoluzzjoni ta' grupp dwar l-azzjonijiet jew il-miżuri ta' riżoluzzjoni li ser tieħu. |
Meta tagħti r-raġunijiet għan-nuqqas ta' qbil tagħha, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tqis il-pjanijiet ta' riżoluzzjoni ta' grupp, l-impatt potenzjali tal-azzjonijiet jew tal-miżuri ta' riżoluzzjoni li ser tieħu fuq id-detenturi ta' poloz, fuq l-ekonomija reali u fuq l-istabbiltà finanzjarja fl-Istati Membri kkonċernati, u l-effett potenzjali ta' dawk l-azzjonijiet jew il-miżuri ta' riżoluzzjoni fuq partijiet oħrajn tal-grupp.
10. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni li jaqblu mal-iskema ta' riżoluzzjoni ta' grupp proposta mill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp jistgħu jilħqu deċiżjoni konġunta dwar skema ta' riżoluzzjoni ta' grupp li tkopri l-entitajiet fi grupp fl-Istati Membri ta' dawk l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni mingħajr il-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni li ma jaqblux.
11. Id-deċiżjonijiet konġunti msemmijin fil-paragrafi 8 u 10 u l-azzjonijiet jew il-miżuri ta' riżoluzzjoni meħudin f'konformità mal-paragrafu 9 għandhom jiġu rikonoxxuti bħala konklużivi u applikati mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni fl-Istati Membri kkonċernati.
12. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jieħdu l-azzjonijiet u l-miżuri kollha ta' riżoluzzjoni msemmijin f'dan l-Artikolu mingħajr dewmien, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-urġenza tas-sitwazzjoni.
13. Meta ma tiġix implimentata skema ta' riżoluzzjoni ta' grupp, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, meta jieħdu azzjonijiet ta' riżoluzzjoni relatati ma' kwalunkwe entità fi grupp, għandhom jikkooperaw mill-qrib fil-kulleġġ ta' riżoluzzjoni bil-ħsieb li jwettqu strateġija ta' riżoluzzjoni koordinata għall-entitajiet kollha fi grupp li jkunu qed ifallu jew li aktarx ser ifallu.
14. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni li jieħdu kwalunkwe azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' kwalunkwe entità fi grupp għandhom jinformaw lill-membri tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni b'mod regolari u komplet dwar dawk l-azzjonijiet jew il-miżuri u l-progress li jkunu qed jagħmlu.
Artikolu 74
Riżoluzzjoni ta' grupp li tinvolvi impriża omm apikali
1. Awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp li tiddeċiedi li impriża omm apikali li għaliha hija responsabbli tissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 19(1) jew fl-Artikolu 20(3) għandha tinnotifika l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 73(2) lis-superviżur tal-grupp u lill-membri l-oħrajn tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni tal-grupp inkwistjoni mingħajr dewmien.
L-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jew il-miżuri ta' insolvenza msemmijin fl-Artikolu 73(2), il-punt (c), jistgħu jinkludu l-implimentazzjoni ta' skema ta' riżoluzzjoni ta' grupp imfassla f'konformità mal-Artikolu 73(7) fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
|
(a) |
l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jew miżuri fil-livell tal-kumpanija omm innotifikati f'konformità mal-Artikolu 73(2), il-punt (c), jagħmluha probabbli li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(1) jew fl-Artikolu 20(3) jiġu ssodisfati b’rabta mal-entità fi grupp fi Stat Membru ieħor; |
|
(b) |
l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni jew miżuri oħrajn fil-livell tal-kumpanija omm biss ma jkunux biżżejjed sabiex tiġi stabbilizzata s-sitwazzjoni jew ma jkunx probabbli li jipprovdu l-aħjar eżitu possibbli; |
|
(c) |
l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkunu ddeterminaw li waħda jew aktar mill-impriżi sussidjarji li għalihom ikunu responsabbli jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 19(1) jew fl-Artikolu 20(3); |
|
(d) |
l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jew miżuri oħrajn fil-livell tal-grupp ser ikunu ta' benefiċċju għall-impriżi sussidjarji tal-grupp b'mod li skema ta' riżoluzzjoni ta' grupp titqies xierqa. |
2. Meta l-azzjonijiet jew il-miżuri proposti mill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp ma jinkludux skema ta' riżoluzzjoni ta' grupp, l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha wara li tikkonsulta lill-membri tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni.
3. Meta l-azzjonijiet jew il-miżuri proposti mill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp ikun fihom skema ta' riżoluzzjoni ta' grupp, l-iskema ta' riżoluzzjoni ta' grupp għandha tieħu l-forma ta' deċiżjoni konġunta tal-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni responsabbli għall-impriżi sussidjarji li huma koperti mill-iskema ta' riżoluzzjoni ta' grupp.
L-EIOPA tista', fuq talba tal-awtorità ta' riżoluzzjoni, tgħin lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jilħqu deċiżjoni konġunta f'konformità mal-Artikolu 31(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.
4. Awtorità ta' riżoluzzjoni li ma taqbilx mal-iskema ta' riżoluzzjoni ta' grupp proposta mill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, titbiegħed minn din jew li tqis li, għal raġunijiet ta' stabbiltà finanzjarja, jeħtieġ li tieħu azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jew miżuri indipendenti minbarra dawk proposti fl-iskema ta' riżoluzzjoni ta' grupp fir-rigward ta' entità kif imsemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e) għandha:
|
(a) |
tagħti fid-dettall ir-raġunijiet għan-nuqqas ta' qbil jew ir-raġunijiet għat-tbegħid mill-iskema ta' riżoluzzjoni ta' grupp; |
|
(b) |
tinnotifika lill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni l-oħrajn li huma koperti mill-iskema ta' riżoluzzjoni ta' grupp bir-raġunijiet imsemmijin fil-punt (a); |
|
(c) |
tinforma lill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni l-oħrajn li huma koperti mill-iskema ta' riżoluzzjoni ta' grupp dwar l-azzjonijiet jew il-miżuri li biħsiebha tieħu. |
Meta tistabbilixxi r-raġunijiet għan-nuqqas ta' qbil tagħha, l-awtorità ta' riżoluzzjoni kkonċernata għandha tqis b'mod dovut il-pjanijiet ta' riżoluzzjoni ta' grupp, l-impatt potenzjali tal-azzjonijiet jew tal-miżuri ta' riżoluzzjoni indipendenti li ser tieħu fuq l-istabbiltà finanzjarja, fuq ir-riżorsi fiskali, fuq l-iskemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni u fuq kwalunkwe arranġament ta' finanzjament fl-Istati Membri kkonċernati, u l-effett potenzjali tal-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jew miżuri oħra fuq partijiet oħrajn tal-grupp.
5. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni li jaqblu mal-iskema ta' riżoluzzjoni ta' grupp proposta mill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp jistgħu jilħqu deċiżjoni konġunta dwar skema ta' riżoluzzjoni ta' grupp li tkopri l-entitajiet fi grupp fl-Istati Membri rispettivi tagħhom mingħajr il-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni li ma jaqblux.
6. Id-deċiżjoni konġunta msemmija fil-paragrafu 3 jew 5 u l-azzjonijiet u l-miżuri ta' riżoluzzjoni msemmijin fil-paragrafu 4 għandhom jiġu rikonoxxuti bħala konklużivi u applikati mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni fl-Istati Membri kkonċernati.
7. L-awtoritajiet għandhom iwettqu l-azzjonijiet u l-miżuri ta' riżoluzzjoni kollha msemmijin fil-paragrafi 1 sa 6 mingħajr dewmien, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-urġenza tas-sitwazzjoni.
8. Meta ma tiġix implimentata skema ta' riżoluzzjoni ta' grupp, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, meta jieħdu azzjoni ta' riżoluzzjoni relatata ma' entità fi grupp, għandhom jikkooperaw mill-qrib fil-kulleġġ ta' riżoluzzjoni bil-ħsieb li jilħqu strateġija ta' riżoluzzjoni koordinata għall-entitajiet affettwati kollha fi grupp.
9. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni li jieħdu azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' kwalunkwe entità fi grupp għandhom jinformaw lill-membri tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni b'mod regolari u bis-sħiħ dwar dawk l-azzjonijiet jew il-miżuri u l-progress kontinwu tagħhom.
TITOLU V
RELAZZJONIJIET MA' PAJJIŻI TERZI
Artikolu 75
Ftehimiet ma' pajjiżi terzi
1. F'konformità mal-Artikolu 218 TFUE, il-Kummissjoni tista' tibgħat proposti lill-Kunsill għan-negozjati ma' pajjiż terz, wieħed jew aktar, ta' ftehimiet rigward il-mezzi ta' kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u l-awtoritajiet ikkonċernati tal-pajjiżi terzi, inkluż il-kondiviżjoni tal-informazzjoni b'rabta mal-ippjanar ta' rkupru u ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni tal-pajjiżi terzi, u tal-gruppi.
2. Il-ftehimiet imsemmijin fil-paragrafu 1 għandu jkollhom il-mira li jiżguraw l-istabbiliment ta' proċessi u ta' arranġamenti bejn l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u l-awtoritajiet rilevanti ta' pajjiżi terzi għal kooperazzjoni fit-twettiq ta' xi kompiti jew tal-kompiti kollha u għall-eżerċizzju ta' xi setgħat jew tas-setgħat kollha msemmijin fl-Artikolu 79.
3. L-Istati Membri jistgħu jidħlu fi ftehimiet bilaterali ma' pajjiż terz, sakemm tali ftehimiet bilaterali ma jkunux inkonsistenti ma' dan it-Titolu, rigward il-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 sad-dħul fis-seħħ ta' ftehim kif imsemmi fil-paragrafu 1 mal-pajjiż terz rilevanti.
Artikolu 76
Rikonoxximent u infurzar ta' proċedimenti ta' riżoluzzjoni ta' pajjiżi terzi
1. Dan l-Artikolu għandu japplika fir-rigward tal-proċedimenti ta' riżoluzzjoni ta' pajjiżi terzi, sakemm jidħol fis-seħħ ftehim internazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 75(1) mal-pajjiż terz ikkonċernat dment li ma jkunx daħal. Huwa għandu japplika wkoll wara d-dħul fis-seħħ ta' tali ftehim internazzjonali mal-pajjiż terz ikkonċernat dment li r-rikonoxximent u l-infurzar tal-proċeduri ta' riżoluzzjoni ta' pajjiżi terzi ma jkunux regolati b'dak il-ftehim.
2. L-awtorità ta' riżoluzzjoni kkonċernata għandha tiddeċiedi jekk għandhiex tirrikonoxxi u tinforza, ħlief kif previst fl-Artikolu 77, proċedimenti ta' riżoluzzjoni ta' pajjiżi terzi relatati ma' impriża sussidjarja fl-Unjoni jew ma' fergħa fl-Unjoni ta' impriża ta' pajjiż terz jew ta’ impriża prinċipali.
Id-deċiżjoni għandha tqis kif xieraq l-interessi ta' kull Stat Membru fejn topera impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew impriża prinċipali ta' pajjiż terz, u b'mod partikolari l-impatt potenzjali tar-rikonoxximent u l-infurzar ta’ proċedimenti ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiżi terzi fuq il-partijiet l-oħrajn tal-grupp u fuq id-detenturi ta' poloz, fuq l-ekonomija reali u fuq l-istabbiltà finanzjarja f'dawk l-Istati Membri.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkollhom, bħala minimu, is-setgħa li jagħmlu dan li ġej:
|
(a) |
jeżerċitaw is-setgħat ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' dawn li ġejjin:
|
|
(b) |
jipperfezzjonaw, inkluż li jeħtieġu persuna oħra tieħu azzjoni sabiex jiġu pperfezzjonati, trasferiment ta' ishma jew ta' strumenti ta' sjieda oħrajn f'impriża sussidjarja fl-Unjoni stabbilita f'dak l-Istat Membru; |
|
(c) |
jeżerċitaw is-setgħat fl-Artikoli 49, 50 jew 51 fir-rigward tad-drittijiet ta' kwalunkwe parti fil-kuntratt ma' entità msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, meta tali setgħat ikunu neċessarji sabiex jiġu nfurzati l-proċedimenti ta' riżoluzzjoni ta' pajjiżi terzi; u |
|
(d) |
jirrendu mhux infurzabbli kwalunkwe dritt li iwaqqfu jew jaċċelleraw kuntratti, jew jaffettwaw id-drittijiet kuntrattwali, ta' entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 2 u ta' entitajiet fi grupp oħrajn, meta dan id-dritt ikun kaġun ta' azzjoni ta' riżoluzzjoni meħuda fir-rigward ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ta' pajjiż terz, ta' impriża prinċipali ta' tali entitajiet, jew ta' entitajiet fi grupp oħrajn, kemm jekk meħuda mill-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' pajjiż terz innifisha jew inkella skont ir-rekwiżiti legali jew regolatorji li jikkonċernaw arranġamenti ta' riżoluzzjoni f'dak il-pajjiż, sakemm ikomplu jitwettqu l-obbligi sostantivi skont il-kuntratt, inkluż l-obbligi ta' ħlas u ta' konsenja, u l-provvediment ta' kollateral. |
4. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jieħdu azzjoni ta' riżoluzzjoni, fejn tkun neċessarja fl-interess pubbliku, fir-rigward ta' impriża prinċipali meta l-awtorità ta' pajjiż terz rilevanti tiddetermina li impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li tkun impriża sussidjarja ta' dik l-impriża prinċipali u li tkun inkorporata f'dak il-pajjiż terz tissodisfa l-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni skont il-liġi ta' dak il-pajjiż terz. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jingħataw is-setgħa li jużaw kwalunkwe setgħa ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' dik l-impriża prinċipali, u għandu jkun japplika l-Artikolu 48.
5. Ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' proċedimenti ta' riżoluzzjoni ta' pajjiżi terzi għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe proċediment ta' insolvenza normali skont il-liġi nazzjonali applikabbli, fejn xieraq, f'konformità ma' din id-Direttiva.
Artikolu 77
Id-dritt li jiġu rrifjutati r-rikonoxximent jew l-infurzar ta' proċedimenti ta' riżoluzzjoni ta' pajjiżi terzi
L-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' tirrifjuta li tirrikonoxxi jew li tinforza proċedimenti ta' riżoluzzjoni ta' pajjiżi terzi skont l-Artikolu 76 jekk tqis:
|
(a) |
li l-proċedimenti ta' riżoluzzjoni ta' pajjiżi terzi għandhom effetti avversi fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Istat Membru li fih l-awtorità ta' riżoluzzjoni tkun ibbażata jew li l-proċedimenti jkollhom effetti avversi fuq l-istabbiltà finanzjarja fi Stat Membru ieħor; |
|
(b) |
li hija meħtieġa azzjoni ta' riżoluzzjoni indipendenti skont l-Artikolu 78 fir-rigward ta' fergħa fl-Unjoni ta' impriża ta' pajjiż terz biex jinkiseb objettiv wieħed jew aktar ta' riżoluzzjoni; |
|
(c) |
li l-kredituri ma jirċevux l-istess trattament bħall-kredituri ta' pajjiżi terzi bi drittijiet legali simili skont il-proċedimenti ta' riżoluzzjoni tal-pajjiż terz ta' domiċilju; |
|
(d) |
li r-rikonoxximent jew l-infurzar tal-proċedimenti ta' riżoluzzjoni ta' pajjiżi terzi jkollhom implikazzjonijiet fiskali materjali għall-Istat Membru; jew |
|
(e) |
li l-effetti ta' tali rikonoxximent jew infurzar imorru kontra l-liġi nazzjonali. |
Artikolu 78
Riżoluzzjoni ta' fergħat fl-Unjoni ta' intrapriżi ta' pajjiżi terzi
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkollhom is-setgħat neċessarji sabiex jaġixxu fir-rigward ta' fergħa fl-Unjoni ta' impriża ta' pajjiż terz li ma tkun soġġetta għall-ebda proċediment ta' riżoluzzjoni jew li tkun soġġetta għall-proċedimenti ta' pajjiż terz jew tkun tapplika waħda miċ-ċirkostanzi msemmijin fl-Artikolu 77.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Artikolu 48 japplika għall-eżerċizzju ta' tali setgħat.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-setgħat meħtieġa fil-paragrafu 1 ikunu jistgħu jiġu eżerċitati mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, meta l-awtorità ta' riżoluzzjoni tqis dik l-azzjoni tkun neċessarja fl-interess pubbliku u tkun issodisfata waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-fergħa fl-Unjoni ta' impriża ta' pajjiż terz ma għadhiex tissodisfa jew probabbilment ma hijiex ser tissodisfa l-kundizzjonijiet imposti mil-liġi nazzjonali għall-awtorizzazzjoni u għall-operat tagħha f'dak l-Istat Membru u ma hemmx prospett li kwalunkwe azzjoni mis-settur privat, superviżorja jew ta' pajjiż terz rilevanti tkun tirrestawra l-fergħa għall-konformità jew tipprevjeni falliment f'perjodu ta' żmien raġonevoli; |
|
(b) |
fl-opinjoni tal-awtorità ta' riżoluzzjoni, l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ta' pajjiż terz ma tkunx kapaċi, jew ma tkunx trid, jew x'aktarx li ma tkunx kapaċi tħallas l-obbligi tagħha lill-kredituri tal-Unjoni, jew obbligi li nħolqu jew iddaħħlu fil-kotba permezz tal-fergħa, bħal pagamenti lil detenturi ta' poloz jew lil benefiċjarji, hekk kif isiru dovuti u l-awtorità ta' riżoluzzjoni tkun sodisfatta li ma nbeda jew ma hu ser jinbeda l-ebda proċediment ta' riżoluzzjoni jew proċediment ta' insolvenza ta' pajjiż terz fir-rigward ta' dik l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tal-pajjiż terz f'perjodu ta' żmien raġonevoli; |
|
(c) |
l-awtorità ta' pajjiż terz rilevanti bdiet proċedimenti ta' riżoluzzjoni tal-pajjiż terz fir-rigward tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ta' pajjiż terz, jew innotifikat lill-awtorità ta' riżoluzzjoni bl-intenzjoni tagħha li tiftaħ proċediment bħal dan. |
3. Fejn awtorità ta' riżoluzzjoni tieħu azzjoni indipendenti fir-rigward ta' fergħa fl-Unjoni ta' impriża ta' pajjiż terz, għandha tqis l-objettivi ta' riżoluzzjoni u tieħu azzjoni f'konformità mal-prinċipji u r-rekwiżiti li ġejjin, sakemm ikunu rilevanti:
|
(a) |
il-prinċipji stipulati fl-Artikolu 22; |
|
(b) |
ir-rekwiżiti relatati mal-applikazzjoni tal-għodod ta' riżoluzzjoni fit-Titolu III, il-Kapitolu II. |
Artikolu 79
Kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi
1. Dan l-Artikolu għandu japplika fir-rigward tal-kooperazzjoni ma' pajjiż terz dment li u sakemm jidħol fis-seħħ ftehim internazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 75(1) mal-pajjiż terz rilevanti. Huwa għandu japplika wkoll wara d-dħul fis-seħħ ta' tali ftehim internazzjonali sal-punt li s-suġġett ta' dan l-Artikolu ma jkunx irregolat b'dak il-ftehim.
2. L-EIOPA tista' tikkonkludi qafas ta' arranġamenti ta' kooperazzjoni mhux vinkolanti mal-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi rilevanti. Il-ftehimiet qafas ta' kooperazzjoni għandhom jistabbilixxu proċessi u arranġamenti bejn l-awtoritajiet parteċipanti għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni neċessarja u għall-kooperazzjoni għat-twettiq ta' xi wħud mill-kompiti jew tal-kompiti kollha li ġejjin u għall-eżerċizzju ta' xi wħud mis-setgħat jew tas-setgħat kollha li ġejjin fir-rigward tal-impriżi jew tal-gruppi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni:
|
(a) |
l-iżvilupp ta' pjanijiet ta' riżoluzzjoni f'konformità mal-Artikoli 9 sa 12 u ma' rekwiżiti simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti; |
|
(b) |
il-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà ta' tali impriżi u gruppi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, f'konformità mal-Artikoli 13 u 14 u ma' rekwiżiti simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti; |
|
(c) |
l-applikazzjoni tas-setgħat sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew impedimenti għar-riżolvibbiltà skont l-Artikoli 15 u 16 u kwalunkwe setgħa simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti; |
|
(d) |
l-applikazzjoni ta' miżuri preventivi skont l-Artikolu 141 tad-Direttiva 2009/138/KE u ta' setgħat simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti; |
|
(e) |
l-applikazzjoni tal-għodod ta' riżoluzzjoni u l-eżerċizzju ta' setgħat ta' riżoluzzjoni u setgħat simili eżerċitabbli mill-awtoritajiet ta' pajjiż terz rilevanti. |
3. L-awtoritajiet superviżorji jew ta' riżoluzzjoni, fejn xieraq, jistgħu jikkonkludu arranġamenti ta' kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi rilevanti f'konformità mal-arranġament qafas tal-EIOPA msemmi fil-paragrafu 2
4. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-EIOPA dwar kwalunkwe arranġamenti ta' kooperazzjoni li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u l-awtoritajiet superviżorji jkunu kkonkludew f'konformità ma' dan l-Artikolu.
Artikolu 80
Skambju ta' informazzjoni kunfidenzjali
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, l-awtoritajiet superviżorji u l-ministeri kompetenti jiskambjaw informazzjoni kunfidenzjali, inkluż pjanijiet ta' rkupru preventiv, ma' awtoritajiet ta' pajjiżi terzi rilevanti biss jekk il-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti:
|
(a) |
dawk l-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi jkunu soġġetti għal rekwiżiti u għal standards tas-segretezza professjonali tal-anqas meqjusin bħala ekwivalenti, fl-opinjoni tal-awtoritajiet kollha kkonċernati, għal dawk imposti mill-Artikolu 66. |
|
(b) |
l-informazzjoni tkun neċessarja għat-twettiq mill-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi rilevanti tal-funzjonijiet ta' riżoluzzjoni tagħhom skont il-liġi nazzjonali li jkunu komparabbli ma' dawk skont din id-Direttiva u, soġġett għall-punt (a), ma tintuża għall-ebda fini ieħor. |
Għall-finijiet tal-punt (a), fir-rigward ta' kif l-iskambju tal-informazzjoni jirrelata mad-data personali, it-trattament u t-trażmissjoni ta' dan it-tip ta' data personali lill-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi għandhom jkunu regolati bil-liġi applikabbli tal-Unjoni u nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data.
2. Meta l-informazzjoni kunfidenzjali toriġina minn Stat Membru ieħor, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, l-awtoritajiet superviżorji u l-ministeri kompetenti ma għandhomx jiżvelaw dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi rilevanti sakemm ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
l-awtorità rilevanti tal-Istat Membru fejn oriġinat l-informazzjoni (l-awtorità tal-oriġini) taqbel ma' dak l-iżvelar; |
|
(b) |
l-informazzjoni tiġi żvelata biss għall-iskopijiet permissibbli mill-awtorità tal-oriġini. |
Artikolu 81
Arranġamenti ta' finanzjament
1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi arranġament ta' finanzjament wieħed jew aktar sabiex jiżgura li l-awtorità ta' riżoluzzjoni jkollha għad-dispożizzjoni tagħha fondi adegwati permezz ta' kontribuzzjonijiet ex ante jew ex post jew taħlita tagħhom minn impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni awtorizzati f'dak l-Istat Membru u minn fergħat fl-Unjoni ta' impriżi ta' pajjiżi terzi li jinsabu fit-territorju ta' dak l-Istat Membru biex ikopru mill-inqas il-pagament tad-differenza lill-azzjonisti, lid-detenturi ta' poloz, lill-benefiċjarji, lill-pretendenti jew lil kredituri oħra msemmija fl-Artikolu 57.
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu l-possibbiltà li jintużaw l-arranġamenti ta' finanzjament imsemmija fl-ewwel subparagrafu biex ikopru wkoll kostijiet oħra assoċjati mal-użu ta' għodod ta' riżoluzzjoni, sa fejn l-użu ta' arranġamenti ta' finanzjament ikun meħtieġ għall-kisba tal-objettivi ta' riżoluzzjoni.
L-Istati Membri jistgħu jużaw l-istess struttura amministrattiva għall-arranġamenti ta' finanzjament tagħhom bħall-iskemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni tagħhom, filwaqt li jqisu r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26).
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-użu ta' arranġamenti ta' finanzjament jikkonforma mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 22.
3. Meta l-impriża taħt riżoluzzjoni topera fl-Unjoni skont id-dritt ta' stabbiliment jew il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, l-arranġament ta' finanzjament rilevanti tal-Istat Membru li fih l-impriża tkun awtorizzata għandu jintuża biex jipprovdi kumpens lill-azzjonisti, lid-detenturi ta' poloz, lill-benefiċjarji, lill-pretendenti jew lil kredituri oħra f'konformità mal-Artikolu 57.
4. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-EIOPA dwar l-arranġamenti ta' finanzjament stabbiliti.
TITOLU VI
PENALI
Artikolu 82
Penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħrajn
1. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u superviżorji stabbiliti f'din id-Direttiva u fid-Direttiva 2009/138/KE u d-dritt tal-Istati Membri li jipprevedu u jimponu pieni kriminali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħrajn applikabbli fejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva ma jkunux ġew irrispettati, u għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha sabiex jiżguraw li jiġu implimentati.
L-Istati Membri li jiddeċiedu li ma jistabbilux regoli għal penali amministrattivi jew għal miżuri amministrattivi oħrajn għal ksur li huwa soġġett għad-dritt penali nazzjonali għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet tal-liġi penali kkonċernati.
Il-penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħrajn previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f'każ ta' ksur, jistgħu jiġu applikati penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħrajn, soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-liġi nazzjonali, fuq il-membri tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju, u fuq persuni fiżiċi oħrajn li skont il-liġi nazzjonali jkunu responsabbli għall-ksur.
3. Is-setgħat ta' impożizzjoni ta' penali amministrattivi jew ta' miżuri amministrattivi oħrajn previsti f'din id-Direttiva għandhom jiġu attribwiti lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jew lill-awtoritajiet superviżorji, skont it-tip ta' ksur. L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni u l-awtoritajiet superviżorji għandu jkollhom is-setgħat investigattivi u ta' ġbir ta' informazzjoni kollha li huma neċessarji għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet rispettivi tagħhom. Fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom li jimponu penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħrajn, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u l-awtoritajiet superviżorji għandhom jikkooperaw mill-qrib sabiex jiżguraw li l-penali amministrattivi jew il-miżuri amministrattivi l-oħrajn jipproduċu r-riżultati mixtieqa u jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom meta jittrattaw każijiet transfruntiera.
4. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u l-awtoritajiet superviżorji għandhom jeżerċitaw is-setgħat amministrattivi tagħhom sabiex jimponu penali u miżuri amministrattivi oħrajn f'konformità ma' din id-Direttiva u mal-liġi nazzjonali fi kwalunkwe wieħed mill-modi li ġejjin:
|
(a) |
direttament; |
|
(b) |
f'kollaborazzjoni ma' awtoritajiet oħrajn; |
|
(c) |
taħt ir-responsabbiltà tagħhom b'delega lil awtoritajiet oħrajn; |
|
(d) |
b'applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti. |
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet meħudin mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u mill-awtoritajiet superviżorji f'konformità ma' dan it-Titolu jkunu soġġetti għal dritt ta' appell.
Artikolu 83
Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħrajn
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tagħhom jipprevedu penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħrajn tal-anqas fir-rigward tas-sitwazzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
ksur tal-Artikoli 5 jew 7 minħabba n-nuqqas ta' tfassil, ta' manutenzjoni u ta' aġġornament ta' pjanijiet ta' rkupru preventiv u ta' pjanijiet ta' rkupru preventiv ta' grupp; |
|
(b) |
ksur tal-Artikolu 12 minħabba n-nuqqas ta' provvista tal-informazzjoni kollha neċessarja għall-iżvilupp ta' pjanijiet ta' riżoluzzjoni; |
|
(c) |
ksur tal-Artikolu 63(1) minħabba n-nuqqas tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju ta' entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), li jinnotifika lill-awtorità superviżorja meta dik l-entità tkun qed tfalli jew x'aktarx li tfalli. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, il-penali amministrattivi u l-miżuri amministrattivi l-oħrajn li jkunu jistgħu jiġu applikati jkunu tal-anqas jinkludu dawn li ġejjin:
|
(a) |
dikjarazzjoni pubblika li tindika l-persuna fiżika, l-entità kif imsemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), impriża omm apikali jew persuna ġuridika oħra responsabbli għall-ksur u n-natura tal-ksur; |
|
(b) |
ordni li teħtieġ li l-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli twaqqaf l-imġiba u li ma tirrepetix dik l-imġiba; |
|
(c) |
projbizzjoni temporanja ta' kwalunkwe membru tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju jew tal-maniġment superjuri tal-entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), jew ta' kwalunkwe persuna fiżika oħra, li tinżamm responsabbli, milli teżerċita funzjonijiet f'impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew f'entità kif imsemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e); |
|
(d) |
fil-każ ta' persuna ġuridika, multi amministrattivi sa 10 % tal-fatturat nett annwali totali ta' dik il-persuna ġuridika fis-sena kontabilistika preċedenti; |
|
(e) |
fil-każ ta' persuna fiżika, multi amministrattivi sa massimu ta' EUR 5 000 000, jew fl-Istati Membri fejn l-euro ma hijiex il-munita uffiċjali, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fit-28 ta’ Jannar 2025; |
|
(f) |
multi amministrattivi sad-doppju tal-ammont tal-benefiċċju miksub minħabba l-ksur meta dak il-benefiċċju jkun jista' jiġi ddeterminat. |
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (d), meta l-persuna ġuridika tkun impriża sussidjarja ta' impriża prinċipali, il-fatturat rilevanti għandu jkun il-fatturat annwali totali li jirriżulta mill-kontijiet konsolidati tal-impriża omm apikali fis-sena kontabilistika preċedenti.
Artikolu 84
Pubblikazzjoni ta' penali amministrattivi jew ta' miżuri amministrattivi oħrajn
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u l-awtoritajiet superviżorji jippubblikaw fuq is-sit web uffiċjali tagħhom tal-anqas kwalunkwe penali amministrattiva u kwalunkwe miżura amministrattiva oħra li jkunu ġew imposti minn dawk l-awtoritajiet għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva meta tali penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħrajn ma kinux is-suġġett ta' appell jew fejn id-dritt ta' appell ikun ġie eżawrit. Tali pubblikazzjoni għandha ssir mingħajr dewmien żejjed wara li l-persuna fiżika jew ġuridika tiġi informata b'dik il-penali amministrattiva jew b'miżura amministrattiva oħra. Il-pubblikazzjoni għandu jkun fiha informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuna fiżika jew ġuridika li fuqha tkun imposta l-penali amministrattiva jew miżura amministrattiva oħra.
Meta l-Istati Membri jippermettu l-pubblikazzjoni ta' penali amministrattivi u ta' miżuri amministrattivi oħrajn li dwarhom ikun hemm appell, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u l-awtoritajiet superviżorji għandhom, mingħajr dewmien mhux dovut, jippubblikaw fuq is-siti web uffiċjali tagħhom, informazzjoni dwar l-istatus ta' dak l-appell u l-eżitu tiegħu.
2. Meta l-awtorità ta' riżoluzzjoni jew l-awtorità superviżorja tqis li l-pubblikazzjoni tal-identità tal-persuni ġuridiċi, jew l-identità jew id-data personali ta' persuni fiżiċi tkun sproporzjonata wara valutazzjoni skont il-każ imwettqa dwar il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta' tali data, jew meta tali pubblikazzjoni tkun tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew investigazzjoni li tkun għaddejja, l-awtorità ta' riżoluzzjoni jew l-awtorità superviżorja għandha tieħu kwalunkwe azzjoni minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
tiddifferixxi l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni li timponi l-penali amministrattiva jew miżuri amministrattivi oħrajn sakemm ma jibqgħux jeżistu r-raġunijiet għal dak id-differiment; |
|
(b) |
tippubblika d-deċiżjoni li timponi l-penali amministrattiva jew miżuri amministrattivi oħrajn fuq bażi anonima f'konformità mal-liġi nazzjonali meta tali pubblikazzjoni anonima tkun tiżgura l-protezzjoni effettiva tad-data personali konċernata; |
|
(c) |
ma tippubblikax id-deċiżjoni li timponi l-penali amministrattiva jew miżuri amministrattivi oħrajn meta l-awtorità ta' riżoluzzjoni jew l-awtorità superviżorja tkun tal-fehma li l-pubblikazzjoni f'konformità mal-punt (a) jew (b) ma tkunx biżżejjed sabiex tiżgura waħda minn dawn li ġejjin:
|
L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u l-awtoritajiet superviżorji għandhom jiżguraw li kwalunkwe pubblikazzjoni f'konformità ma' dan l-Artikolu tibqa' fuq is-sit web uffiċjali tagħhom għal perjodu ta' mill-inqas ħames snin. Id-data personali li tinsab fil-pubblikazzjoni għandha tinżamm fuq is-sit web uffiċjali tal-awtorità ta' riżoluzzjoni jew tal-awtorità superviżorju għall-perjodu biss li jkun neċessarju skont ir-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.
Artikolu 85
Manutenzjoni tal-bażi tad-data ċentrali mill-EIOPA
1. Soġġetti għar-rekwiżiti ta' segretezza professjonali msemmijin fl-Artikolu 66, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u l-awtoritajiet superviżorji għandhom jinformaw lill-EIOPA dwar il-penali amministrattivi u l-miżuri amministrattivi l-oħrajn kollha li ġew imposti minnhom skont l-Artikolu 83 u dwar l-istatus ta' dak l-appell u l-eżitu tiegħu.
L-EIOPA għandha żżomm u taġġorna bażi tad-data ċentrali tal-penali u ta' miżuri amministrattivi oħrajn irrapportati lilha mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, unikament sabiex tippermetti lil dawk l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jiskambjaw informazzjoni, li għandha tkun aċċessibbli għal dawk l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni biss.
L-EIOPA għandha żżomm u taġġorna bażi tad-data ċentrali ta' penali u ta' miżuri amministrattivi oħrajn irrapportati lilha mill-awtoritajiet superviżorji, unikament sabiex tippermetti lil dawk l-awtoritajiet superviżorji jiskambjaw informazzjoni, li għandha tkun aċċessibbli għal dawk l-awtoritajiet superviżorji biss.
2. L-EIOPA għandha żżomm u taġġorna paġna web bl-informazzjoni jew bil-links li ġejjin għal dik l-informazzjoni:
|
(a) |
il-pubblikazzjoni tal-penali minn kull awtorità ta' riżoluzzjoni; |
|
(b) |
il-pubblikazzjoni tal-penali minn kull awtorità superviżorja skont l-Artikolu 84; |
|
(c) |
il-perjodu li għalih kull Stat Membru jippubblika l-penali. |
Artikolu 86
Applikazzjoni effettiva tal-penali u eżerċizzju tas-setgħat ta' impożizzjoni tal-penali mill-awtoritajiet superviżorji u mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jkunu qegħdin jiddeterminaw it-tip ta' penali amministrattivi jew ta' miżuri amministrattivi oħrajn u l-livell tal-multi amministrattivi, l-awtoritajiet superviżorji u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jikkunsidraw iċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inkluż, jekk xierqa:
|
(a) |
il-gravità u d-durata tal-ksur; |
|
(b) |
il-livell ta' responsabbiltà tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli; |
|
(c) |
is-saħħa finanzjarja tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli; |
|
(d) |
l-ammont tal-profitt gwadanjat jew tat-telf evitat mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli, sa fejn dawk il-profitti jew dak it-telf ikun jista' jiġi ddeterminat; |
|
(e) |
it-telf għal partijiet terzi, li jinkludu detenturi ta' poloz, ikkaġunat mill-ksur, sa fejn dak it-telf ikun jista' jiġi ddeterminat; |
|
(f) |
il-livell ta' kooperazzjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mal-awtorità superviżorja u mal-awtorità ta' riżoluzzjoni; |
|
(g) |
ksur preċedenti mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli. |
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c), l-indikaturi tas-saħħa finanzjarja ta' persuna fiżika jew ġuridika għandhom jinkludu l-fatturat totali tal-persuna ġuridika responsabbli jew l-introjtu annwali tal-persuna fiżika responsabbli.
TITOLU VII
EMENDI GĦAD-DIRETTIVI 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2007/36/KE, 2014/59/UE, (UE) 2017/1132 U GĦAR-REGOLAMENTI (UE) Nru 1094/2010, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 806/2014 U (UE) 2017/1129
Artikolu 87
Emendi għad-Direttiva 2002/47/KE
Id-Direttiva 2002/47/KE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 1, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej: “6. L-Artikoli 4 sa 7 ta' din id-Direttiva ma għandhomx japplikaw għal kwalunkwe restrizzjoni fuq l-infurzar ta' arranġamenti ta' kollateral finanzjarju jew għal kwalunkwe restrizzjoni fuq l-effett ta' arranġament ta' kollateral finanzjarju ta' garanzija, għal kwalunkwe dispożizzjoni ta' netting b'saldu antiċipat jew ta' tpaċija imposta skont it-Titolu IV, il-Kapitolu V jew VI, tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1), jew tat-Titolu V, il-Kapitolu III, it-Taqsima 3, jew il-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2), jew it-Titolu III, il-Kapitolu III, it-Taqsima 4, jew il-Kapitolu IV tad-Direttiva (UE) 2025/1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3), jew għal kwalunkwe restrizzjoni bħal din imposta bis-saħħa ta' setgħat simili fil-liġi domestika ta' Stat Membru sabiex tiffaċilita r-riżoluzzjoni ordnata ta' kwalunkwe entità kif imsemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu li hija soġġetta għal salvagwardji tal-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti fit-Titolu IV, Kapitolu VII, tad-Direttiva 2014/59/UE u fit-Titolu V, il-Kapitolu V, tar-Regolament (UE) 2021/23; (*1) Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190)." (*2) Ir-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2020 dwar qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1095/2010, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 806/2014 u (UE) 2015/2365 u d-Direttivi 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2007/36/KE, 2014/59/UE u (UE) 2017/1132 (ĠU L 22, 22.1.2021, p. 1)." (*3) Id-Direttiva (UE) 2025/1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2024 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u għar-riżoluzzjoni tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u li temenda d-Direttivi 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2007/36/KE, 2014/59/UE u (UE) 2017/1132 u r-Regolamenti (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 806/2014 u (UE) 2017/1129 (ĠU L, 2025/1, 8.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2025/1/oj).”;" |
|
(2) |
L-Artikolu 9a huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 9a Id-Direttiva 2008/48/KE, id-Direttiva 2014/59/UE, ir-Regolament (UE) 2021/23 u d-Direttiva (UE) 2025/1 Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2008/48/KE, għad-Direttiva 2014/59/UE, għar-Regolament (UE) 2021/23 u għad-Direttiva (UE) 2025/1.” |
Artikolu 88
Emendi għad-Direttiva 2004/25/KE
Fl-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2004/25/KE, il-tielet subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:
“L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Artikolu 5(1) din id-Direttiva ma tapplikax fil-każ tal-applikazzjoni ta' għodod, ta' setgħat u ta' mekkaniżmi ta' riżoluzzjoni previsti fit-Titolu IV tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4), fit-Titolu V tar-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*5) jew fit-Titolu III tad-Direttiva (UE) 2025/1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*6).
Artikolu 89
Emendi għad-Direttiva 2007/36/KE
Fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2007/36/KE, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li din id-Direttiva ma tapplikax fil-każ tal-applikazzjoni ta' għodod, ta' setgħat u ta' mekkaniżmi ta' riżoluzzjoni previsti fit-Titolu IV tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*7), fit-Titolu V tar-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*8) jew fit-Titolu III tad-Direttiva (UE) 2025/1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*9).
Artikolu 90
Emendi għad-Direttiva 2014/59/UE
Id-Direttiva 2014/59/UE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 2(1) jiżdiedu l-punti li ġejjin:
(*10) Id-Direttiva (UE) 2025/1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2024 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u għar-riżoluzzjoni tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u li temenda d-Direttivi 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2007/36/KE, 2014/59/UE u (UE) 2017/1132 u r-Regolamenti (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 806/2014 u (UE) 2017/1129 (ĠU L, 2025/1, 8.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2025/1/oj)." (*11) Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II), (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1)." (*12) Id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu dwar impriżi ta' assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1).”;" |
|
(2) |
fl-Artikolu 7(3), jiżdied il-punt li ġej:
; |
|
(3) |
fl-Artikolu 14, jiżdied il-paragrafu li ġej: “3. Meta l-istituzzjoni jew l-entità jew il-grupp ikun konglomerat finanzjarju jew parti minn konglomerat finanzjarju, l-awtorità ta' riżoluzzjoni jew l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tittrażmetti wkoll il-pjanijiet ta' riżoluzzjoni jew il-pjanijiet ta' riżoluzzjoni ta' grupp lill-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-assigurazzjoni u lill-awtorità superviżorja tal-assigurazzjoni kkonċernati.” |
|
(4) |
fl-Artikolu 81(3), jiżdied il-punt li ġej:
; |
|
(5) |
fl-Artikolu 83(2), jiżdied il-punt li ġej:
; |
|
(6) |
fl-Artikolu 84(1), jiżdied il-punt li ġej:
; |
|
(7) |
fl-Artikolu 88, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “3a. Meta l-istituzzjoni jew l-entità jew il-grupp ikun konglomerat finanzjarju jew parti minn konglomerat finanzjarju, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-assigurazzjoni kkonċernati għandhom jiġu mistiedna jipparteċipaw fil-kulleġġ ta' riżoluzzjoni bħala osservaturi, dment li dawk l-awtoritajiet ikunu soġġetti għal rekwiżiti ta' kunfidenzjalità ekwivalenti, fl-opinjoni tal-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, għal dawk stabbiliti mill-Artikolu 90.”. |
Artikolu 91
Emenda għad-Direttiva (UE) 2017/1132
Id-Direttiva (UE) 2017/1132 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 84, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej: “3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Artikolu 49, l-Artikolu 58(1), l-Artikolu 68(1), (2) u (3), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 70(2), u l-Artikoli 72 sa 75, 79, 80 u 81 ta' din id-Direttiva ma japplikawx fil-każ tal-applikazzjoni tal-għodod, is-setgħat u l-mekkaniżmi ta' riżoluzzjoni previsti fit-Titolu IV tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*13), jew fit-Titolu V tar-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*14) jew fit-Titolu III tad-Direttiva (UE) 2025/1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*15). (*13) Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190)." (*14) Ir-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2020 dwar qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1095/2010, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 806/2014 u (UE) 2015/2365 u d-Direttivi 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2007/36/KE, 2014/59/UE u (UE) 2017/1132 (ĠU L 22, 22.1.2021, p. 1)." (*15) Id-Direttiva (UE) 2025/1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2024 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u għar-riżoluzzjoni tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u li temenda d-Direttivi 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2007/36/KE, 2014/59/UE u (UE) 2017/1132 u r-Regolamenti (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 806/2014 u (UE) 2017/1129 (ĠU L, 2025/1, 8.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2025/1/oj).”;" |
|
(2) |
l-Artikolu 86a huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
fl-Artikolu 87, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej: “4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dan il-Kapitolu ma japplikax għal kumpaniji li huma s-suġġett tal-applikazzjoni ta' għodod, ta' setgħat u ta' mekkaniżmi ta' riżoluzzjoni previsti fit-Titolu IV tad-Direttiva 2014/59/UE, fit-Titolu V tar-Regolament (UE) 2021/23 jew fit-Titolu III tad-Direttiva (UE) 2025/1.” |
|
(4) |
l-Artikolu 120 huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
l-Artikolu 160a huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 92
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1094/2010
Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 4, il-punt (2), il-punt (i) huwa sostitwit b'dan li ġej:
(*16) Id-Direttiva (UE) 2025/1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2024 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u għar-riżoluzzjoni tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u li temenda d-Direttivi 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2007/36/KE, 2014/59/UE u (UE) 2017/1132 u r-Regolamenti (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 806/2014 u (UE) 2017/1129 (ĠU L, 2025/1, 8.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2025/1/oj)." (*17) Id-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta' istituzzjonijiet għall-provvista ta' rtirar okkupazzjonali (IORPs) (ĠU L 354, 23.12.2016, p. 37)." (*18) Id-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Jannar 2016 dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni (ĠU L 26, 2.2.2016, p. 19).”;" |
|
(2) |
fl-Artikolu 40(6), jiżdied is-subparagrafu li ġej: “Għall-fini li jaġixxi fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2025/1, il-membru tal-Bord tas-Superviżuri msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), jista', fejn xieraq, ikun akkumpanjat minn rappreżentant mill-awtorità tar-riżoluzzjoni f'kull Stat Membru, li ma għandux ikollu vot.”. |
Artikolu 93
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 648/2012
Fl-Artikolu 81(3), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, jiżdied il-punt li ġej:
|
“(s) |
l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni maħtura skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2025/1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*19). |
Artikolu 94
Emenda għar-Regolament (UE) Nru 806/2014
Fl-Artikolu 88 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“6. Dan l-Artikolu ma għandux jipprevjeni lill-Bord, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-BĊE, lill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni jew lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, inkluż l-impjegati u l-esperti tagħhom, milli jikkondividu informazzjoni ma' xulxin u ma' ministeri kompetenti, banek ċentrali, skemi ta' garanzija tad-depożiti, skemi ta' kumpens għall-investituri, awtoritajiet responsabbli għal proċedimenti normali ta' insolvenza, awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-assigurazzjoni, awtoritajiet superviżorji tal-assigurazzjoni, awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u awtoritajiet kompetenti minn Stati Membri mhux parteċipanti, l-EBA, jew, soġġett għall-Artikolu 33 ta' dan ir-Regolament, awtoritajiet ta' pajjiżi terzi li jwettqu funzjonijiet ekwivalenti għal dawk ta' awtorità ta' riżoluzzjoni, jew, soġġett għal rekwiżiti stretti ta' kunfidenzjalità, ma' xerrej potenzjali għall-finijiet tal-ippjanar jew it-twettiq ta' azzjoni ta' riżoluzzjoni.”.
Artikolu 95
Emenda għar-Regolament (UE) 2017/1129
Fl-Artikolu 1(5) tar-Regolament (UE) 2017/1129, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(c) |
titoli li jirriżultaw mill-konverżjoni jew l-iskambju ta' titoli oħra, fondi proprji, jew obbligazzjonijiet eliġibbli minn awtorità ta' riżoluzzjoni minħabba l-eżerċizzju ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 53(2), fl-Artikolu 59(2) jew fl-Artikolu 63(1) jew (2) tad-Direttiva 2014/59/UE jew l-eżerċizzju ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 39(2) jew fl-Artikolu 42(1) jew (2) tad-Direttiva (UE) 2025/1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*20); |
TITOLU VIII
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 96
Kumitat ta' Riżoluzzjoni tal-EIOPA
1. L-EIOPA għandha toħloq kumitat intern permanenti skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 sabiex iħejji d-deċiżjonijiet tal-EIOPA kif imsemmi fl-Artikolu 44 ta' dak ir-Regolament, li jinkludu deċiżjonijiet dwar l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji u l-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar il-kompiti li jkunu ngħataw lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni f'konformità ma' din id-Direttiva. Dak il-kumitat intern għandu jkun kompost mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni msemmijin fl-Artikolu 3 ta' din id-Direttiva.
2. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, l-EIOPA għandha tikkoopera mal-ESMA u mal-EBA fil-qafas tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej stabbilit fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
3. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, l-EIOPA għandha tiżgura separazzjoni strutturali bejn il-kumitat ta' riżoluzzjoni u funzjonijiet oħrajn imsemmijin fir-Regolament (UE) Nru 1094/2010. Il-kumitat ta' riżoluzzjoni għandu jippromwovi l-iżvilupp u l-koordinazzjoni tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni u jiżviluppa metodi għar-riżoluzzjoni tal-entitajiet kif imsemmijin fl-Artikolu 1(1) ta' din id-Direttiva li jkunu qed ifallu.
Artikolu 97
Kooperazzjoni mal-EIOPA
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji u ta' riżoluzzjoni jikkooperaw mal-EIOPA għall-finijiet ta' din id-Direttiva f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji u ta' riżoluzzjoni għandhom, bla dewmien, jipprovdu lill-EIOPA bl-informazzjoni kollha neċessarja sabiex twettaq dmirijietha f'konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.
Artikolu 98
Skemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni
Sad-29 ta’ Jannar 2027, il-Kummissjoni, wara li tkun ikkonsultat lill-EIOPA, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta l-adegwatezza tal-istandards komuni minimi għall-iskemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni fl-Unjoni. Dak ir-rapport għandu tal-anqas:
|
(a) |
jivvaluta s-sitwazzjoni attwali tal-iskemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni fl-Istati Membri (livell ta' kopertura, tipi ta' assigurazzjoni koperti, skattaturi); |
|
(b) |
jiddiskuti opzjonijiet politiċi, inkluż l-opzjonijiet politiċi differenti bħall-użu ta' skemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni biex ikomplu jew biex jillikwidaw poloz tal-assigurazzjoni, u b'hekk jittieħed kont debitu tad-differenzi fil-prodotti tal-assigurazzjoni f'diversi Stati Membri; |
|
(c) |
jivvaluta l-ħtieġa li tiġi introdotta u, fejn xieraq, jiddeskrivi l-passi meħtieġa biex tiġi introdotta linja bażi minima għall-iskemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni madwar l-Unjoni. |
Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva, fejn xieraq.
Artikolu 99
Rieżami
Sad-29 ta’ Jannar 2030, il-Kummissjoni, wara li tkun ikkonsultat lill-EIOPA, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Ir-rapport għandu, b'mod partikolari:
|
(a) |
jevalwa jekk l-objettivi ta' din id-Direttiva ntlaħqux u sa liema punt ikunu ntlaħqu fir-rigward tal-funzjonament tas-suq intern u t-tisħiħ tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni fid-dawl tal-iżviluppi ekonomiċi u tas-suq; |
|
(b) |
jivvaluta s-sitwazzjoni attwali tal-arranġamenti ta' finanzjament tar-riżoluzzjoni; |
|
(c) |
jivvaluta l-ħtieġa li jiġu introdotti, u, fejn xieraq, jiddeskrivi l-passi meħtieġa biex jiġu introdotti, definizzjonijiet armonizzati minimi fil-livell ta' poloz koperti u pretendenti eliġibbli u politiki; |
|
(d) |
janalizza l-esperjenza tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti għas-superviżjoni jew għar-riżoluzzjoni tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u tal-istituzzjonijiet ta' kreditu f'każijiet fejn l-entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), tkun parti minn konglomerat finanzjarju; |
|
(e) |
jivvaluta l-fattibbiltà tal-konglomerati finanzjarji u l-prekundizzjonijiet biex il-konglomerati finanzjarji jkunu jistgħu jabbozzaw pjanijiet ta' rkupru (preventiv) ta' grupp uniku għall-konglomerat kollu kemm hu kif ukoll għall-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni biex jabbozzaw pjanijiet ta' riżoluzzjoni ta' grupp uniku għall-konglomerat finanzjarju kollu kemm hu; |
|
(f) |
janalizza l-merti ta' armonizzazzjoni ulterjuri tal-qafas tal-ġestjoni tal-kriżijiet għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni. |
Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva, fejn xieraq.
Artikolu 100
Traspożizzjoni
1. Sad-29 ta’ Jannar 2027, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikoli 1 sa 91, 96 u 97 ta' din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni f'dak ir-rigward.
Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mit-30 ta’ Jannar 2027.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jinkludu dik ir-referenza meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi ta' kif issir dik ir referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 101
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
1. Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. L-Artikoli 92 sa 95 għandhom japplikaw mit-30 ta’ Jannar 2027.
Artikolu 102
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, is-27 ta’ Novembru 2024.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
BÓKA J.
(1) ĠU C 275, 18.7.2022, p. 45.
(2) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ April 2024 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2024.
(3) Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).
(4) Id-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta' vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta' assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU L 263, 7.10.2009, p. 11).
(5) Id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu dwar impriżi ta' assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).
(7) Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1).
(8) Id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 1998 dwar finalità ta' settlement fis-sistemi ta' settlement ta' pagamenti u titoli (ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45).
(9) Id-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 fuq offerti ta' xiri, (ĠU L 142, 30.4.2004, p. 12).
(10) Id-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 dwar l-eżerċizzju ta' ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta' kumpaniji kkwotati (ĠU L 184, 14.7.2007, p. 17).
(11) Id-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar ċerti aspetti tal-liġi dwar il-kumpaniji (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 46).
(12) Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).
(13) Ir-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2020 dwar qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1095/2010, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 806/2014 u (UE) 2015/2365 u d-Direttivi 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2007/36/KE, 2014/59/UE u (UE) 2017/1132 (ĠU L 22, 22.1.2021, p. 1).
(14) Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).
(15) Id-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ġunju 2002 dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali (ĠU L 168, 27.6.2002, p. 43).
(16) Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).
(17) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(18) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 12, 17.1.2015, p. 1).
(19) Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta' Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta' trasferiment ta' impriżi, negozji jew partijiet ta' impriżi jew negozji (ĠU L 82, 22.3.2001, p. 16).
(20) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
(21) Ir-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, u li jħassar id-Direttiva 2003/71/KE (ĠU L 168, 30.6.2017, p. 12).
(22) Id-Direttiva 2001/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Mejju 2001 fuq l-ammissjoni ta' titoli għal-listi ta' stock exchange uffiċjali u fuq informazzjoni li għandha tkun ippubblikata fuq dawk il-titoli (ĠU L 184, 6.7.2001, p. 1).
(23) Ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6).
(24) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(25) Id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38).
(26) Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali (ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1).
ANNESS
Dimensjonijiet tar-riżolvibbiltà
Meta jwettqu l-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandhom, filwaqt li jqisu n-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-impriża, jeżaminaw id-dimensjonijiet li ġejjin:
|
1. |
Kontinwità operazzjonali
|
|
2. |
Aċċess għall-infrastrutturi tas-suq finanzjarju Il-punt sa fejn l-impriżi jew il-gruppi jkunu stabbilew il-proċessi u l-arranġamenti meħtieġa biex iżommu l-aċċess, qabel, matul u wara r-riżoluzzjoni, għall-infrastrutturi tas-suq finanzjarju u għas-servizzi ta' pagament, ikklerjar, saldu u kustodja pprovduti minn intermedjarji. |
|
3. |
Separabbiltà
|
|
4. |
Kapaċità ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni
|
|
5. |
Likwidità u finanzjament f'riżoluzzjoni
|
|
6. |
Sistemi ta' informazzjoni u rekwiżiti tad-data Il-punt sa fejn l-impriżi jew il-gruppi jkollhom fis-seħħ sistemi adegwati ta' informazzjoni dwar il-ġestjoni, kapaċitajiet ta' valwazzjoni u infrastruttura teknoloġika biex jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa għal (i) l-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni, (ii) l-eżekuzzjoni ta' valwazzjoni ġusta, prudenti u realistika u (iii) l-applikazzjoni effettiva tal-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni, anke taħt kundizzjonijiet li jinbidlu malajr. |
|
7. |
Komunikazzjoni Il-punt sa fejn l-impriżi jew il-gruppi jkollhom fis-seħħ pjanijiet ta' komunikazzjoni biex jiżguraw komunikazzjoni f'waqtha, robusta u konsistenti lill-partijiet ikkonċernati rilevanti, u biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-azzjoni ta' riżoluzzjoni, kif ukoll arranġamenti ta' governanza biex tiġi żgurata eżekuzzjoni effettiva ta' dawn il-pjanijiet. |
|
8. |
Governanza Il-punt sa fejn jeżistu proċessi ta' governanza robusti li jiffaċilitaw it-tħejjija kif ukoll l-implimentazzjoni tal-azzjoni ta' riżoluzzjoni, inkluż (i) għoti f'waqtu u akkurat ta' informazzjoni rilevanti fuq bażi regolari u ad hoc, (ii) sorveljanza effettiva matul l-ippjanar tar-riżoluzzjoni u fi kriżi u (iii) teħid ta' deċiżjonijiet effiċjenti fiż-żmien tar-riżoluzzjoni. |
|
9. |
Kredibbiltà u impatt
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2025/1/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)