European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/90490

8.8.2024

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1618 tas-6 ta' Ġunju 2024 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/763 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rapportar superviżorju u d-divulgazzjoni pubblika tar-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L, 2024/1618, is-7 ta’ Ġunju 2024 )

Fl-aħħar tad-dokument, jiżdied l-Anness IV li ġej:

“ANNESS IV

DIVULGAZZJONI DWAR IR-REKWIŻIT MINIMU GĦALL-FONDI PROPRJI U L-OBBLIGAZZJONIJIET ELIĠIBBLI — STRUZZJONIJIET

1.   Struzzjonijiet ġenerali: Struttura u konvenzjonijiet

1.1.   Struttura

1.

Dan il-qafas għal divulgazzjonijiet dwar l-MREL u t-TLAC jikkonsisti fi tliet gruppi ta’ mudelli:

(a)

MREL u TLAC ta’ gruppi ta’ riżoluzzjoni u entitajiet ta’ riżoluzzjoni;

(b)

MREL u TLAC ta’ entitajiet mhux ta’ riżoluzzjoni u sussidjarji materjali ta’ istituzzjonijiet globali sistemikament importanti mhux tal-UE (G-SIIs);

(c)

klassifikazzjoni tal-kredituri tal-entitajiet emittenti.

2.

Għal kull formola huma pprovduti referenzi legali. Aktar informazzjoni dettaljata rigward aspetti aktar ġenerali tar-rapportar ta’ kull sett ta’ mudelli u struzzjonijiet li jikkonċernaw pożizzjonijiet speċifiċi hija inkluża f’dan l-Anness.

1.2.   Abbrevjazzjonijiet

3.

Għall-finijiet tal-Annessi għal dan ir-Regolament japplikaw it-taqsiriet li ġejjin:

(a)

‘MREL’ jirreferi għar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 45 tad-Direttiva 2014/59/UE;

(b)

‘TLAC’ tirreferi għar-rekwiżit għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għal G-SIIs skont l-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c)

‘TLAC interna’ tirreferi għar-rekwiżit għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għal G-SIIs mhux tal-UE skont l-Artikolu 92b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(d)

‘MREL intern’ jirreferi għall-MREL applikat għal entitajiet li huma stess mhumiex entitajiet ta’ riżoluzzjoni skont l-Artikolu 45f tad-Direttiva 2014/59/UE.

2.   EU KM2: Metriċi ewlenin — MREL u, fejn applikabbli, ir-rekwiżit tal-G-SII għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli

4.

L-entitajiet għandhom jispjegaw fin-narrattiva li takkumpanja l-mudell kwalunkwe differenza materjali bejn l-ammonti ta’ fondi proprji divulgati u l-ammont mgħobbi kompletament tal-IFRS 9 fil-livell tal-grupp ta’ riżoluzzjoni. Huma għandhom jispjegaw ukoll kwalunkwe differenza materjali bejn l-ammont mgħobbi kompletament tal-IFRS 9 fil-livell tal-grupp ta’ riżoluzzjoni meta mqabbel mal-ammont mgħobbi kompletament tal-IFRS 9 fil-livell tal-grupp prudenzjali.

Kolonni

Referenzi u struzzjonijiet legali

a

L-entitajiet għandhom jiddivulgaw f’din il-kolonna l-informazzjoni rilevanti dwar l-MREL f’konformità mal-Artikoli 45 u 45e tad-Direttiva 2014/59/UE.

L-entitajiet għandhom jiddivulgaw il-valur fi tmiem il-perjodu tad-divulgazzjoni.

b sa f

L-entitajiet li huma G-SIIs soġġetti għar-rekwiżit tat-TLAC skont l-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jiddivulgaw f’dawn il-kolonni l-informazzjoni rilevanti dwar dak ir-rekwiżit.

Il-perjodi ta’ divulgazzjoni T, T-1, T-2, T-3 u T-4 huma perjodi trimestrali. L-entitajiet għandhom jiddivulgaw id-dati li jikkorrispondu għall-perjodi ta’ divulgazzjoni. L-entitajiet li jiddivulgaw din l-informazzjoni fuq bażi trimestrali għandhom jipprovdu d-data għall-perjodi T, T-1, T-2, T-3 u T-4; l-entitajiet li jiddivulgaw din l-informazzjoni fuq bażi semi-annwali għandhom jipprovdu d-data għall-perjodi T, T-2 u T-4; u l-entitajiet li jiddivulgaw din l-informazzjoni fuq bażi annwali għandhom jipprovdu d-data għall-perjodi T u T-4

Ringieli

Referenzi u struzzjonijiet legali

1

Fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli

Daqs il-valuri divulgati fir-ringiela 22 tal-mudell tad-divulgazzjoni EU TLAC1.

EU-1a

Fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli — Li minnhom fondi proprji u obbligazzjonijiet subordinati

Daqs il-valur divulgat fir-ringiela EU-22a tal-mudell tad-divulgazzjoni EU TLAC1.

Fondi proprji, obbligazzjonijiet eliġibbli inklużi fl-ammont ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 45b tad-Direttiva 2014/59/UE, li huma strumenti eliġibbli subordinati kif definiti Fl-Artikolu 2(1), il-punt (71b) ta’ dik id-Direttiva u obbligazzjonijiet inklużi fl-ammont ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 45b(3) tad-Direttiva 2014/59/UE. Fil-każ ta’ strumenti rregolati mil-liġi ta’ pajjiż terz, l-istrument għandu jiġi inkluż biss f’din ir-ringiela jekk jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2014/59/UE.

2

L-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju (TREA) tal-grupp ta’ riżoluzzjoni

Daqs il-valur divulgat fir-ringiela 23 tal-mudell tad-divulgazzjoni EU TLAC1.

L-Artikolu 45(2), il-punt (a), tad-Direttiva 2014/59/UE, l-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

3

Fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli bħala persentaġġ tat-TREA

Daqs il-valuri divulgati fir-ringiela 25 tal-mudell tad-divulgazzjoni EU TLAC1.

Għall-finijiet ta’ din ir-ringiela, l-ammont ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli li huwa divulgat fir-ringiela 1 għandu jiġi espress bħala persentaġġ tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

EU-3 a

Fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli bħala persentaġġ tat-TREA — Li minnhom fondi proprji u obbligazzjonijiet subordinati

Daqs il-valur divulgat fir-ringiela EU-25a tal-mudell tad-divulgazzjoni EU TLAC1.

Għall-finijiet ta’ din ir-ringiela, l-ammont ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli subordinati li huwa ppreżentat fir-ringiela EU-1a għandu jiġi espress bħala persentaġġ tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

4

Il-kejl tal-iskopertura totali (total exposure measure, ‘TEM’) tal-grupp ta’ riżoluzzjoni

Daqs il-valur divulgat fir-ringiela 24 tal-mudell tad-divulgazzjoni EU TLAC1.

L-Artikolu 45(2), il-punt (b), tad-Direttiva 2014/59/UE, l-Artikolu 429(4) u l-Artikolu 429a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

5

Fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli bħala persentaġġ tat-TEM

Daqs il-valur divulgat fir-ringiela 26 tal-mudell tad-divulgazzjoni EU TLAC1.

Għall-finijiet ta’ din ir-ringiela, l-ammont ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli li huwa ppreżentat fir-ringiela 1 għandu jiġi espress bħala persentaġġ tal-kejl tal-iskopertura totali kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 429(4) u l-Artikolu 429a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

EU-5a

Fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli bħala persentaġġ tat-TEM — Li minnhom fondi proprji u obbligazzjonijiet subordinati

Daqs il-valur divulgat fir-ringiela EU-26a tal-mudell tad-divulgazzjoni EU TLAC1.

Għall-finijiet ta’ din ir-ringiela, l-ammont ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli subordinati li huwa ppreżentat fir-ringiela EU-1a għandu jiġi espress bħala persentaġġ tal-kejl tal-iskopertura totali kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 429(4) u l-Artikolu 429a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

6a

Tapplika l-eżenzjoni ta’ subordinazzjoni fl-Artikolu 72b(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013? (eżenzjoni ta’ 5 %)

Din ir-ringiela għandha tiġi divulgata biss minn entitajiet soġġetti għar-rekwiżit għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli għall-G-SIIs.

Jekk l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tippermetti li l-obbligazzjonijiet jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli f’konformità mal-Artikolu 72b(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-entità li tirrapporta għandha tindika ‘iva’.

Jekk l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ma tippermettix li l-obbligazzjonijiet jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli f’konformità mal-Artikolu 72b(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-grupp ta’ riżoluzzjoni jew l-entità ta’ riżoluzzjoni għandhom jindikaw ‘le’.

Billi l-eżenzjonijiet fl-Artikolu 72b(3) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 huma esklussivi b’mod reċiproku, din ir-ringiela għandha titħalla vojta jekk l-entità li tirrapporta tkun imliet ir-ringiela 6b.

6b

L-ammont aggregat ta’ strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli mhux subordinati permessi jekk tiġi applikata d-diskrezzjoni ta’ subordinazzjoni f’konformità mal-Artikolu 72b(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (eżenzjoni massima ta’ 3,5 %)

Din ir-ringiela għandha tiġi divulgata biss minn entitajiet soġġetti għar-rekwiżit tal-G-SII għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli.

L-ammont aggregat ta’ strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli mhux subordinati li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun ippermettiet li jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli għall-finijiet ta’ TLAC skont l-Artikolu 72b(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Billi l-eżenzjonijiet fl-Artikolu 72b(3) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 huma esklussivi b’mod reċiproku, din ir-ringiela għandha titħalla vojta jekk l-entità tindika ‘iva’ fir-ringiela 6a.

6c

Jekk tapplika eżenzjoni ta’ subordinazzjoni limitata f’konformità mal-Artikolu 72b(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-ammont ta’ finanzjament maħruġ li jikklassifika pari passu mal-obbligazzjonijiet esklużi u li huwa rikonoxxut taħt ir-ringiela 1, diviż bil-finanzjament maħruġ li jikklassifika pari passu mal-obbligazzjonijiet esklużi u li jkun rikonoxxut taħt ir-ringiela 1 jekk ma jkun ġie applikat l-ebda limitu massimu (%)

Din ir-ringiela għandha tiġi divulgata biss minn entitajiet soġġetti għar-rekwiżit tal-G-SII għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli.

Din ir-ringiela tinforma lis-sidien tad-dejn superjuri maħruġ mill-entità ta’ riżoluzzjoni dwar il-persentaġġ ta’ dejn superjuri mhux eskluż li jkun tqies eliġibbli, sabiex, fejn applikabbli, ikunu jistgħu japplikaw ir-reġim ta’ tnaqqis stabbilit fl-Artikolu 72e tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Meta tapplika eżenzjoni ta’ subordinazzjoni limitata skont l-Artikolu 72b(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-entitajiet għandhom jirrapportaw:

(a)

l-ammont ta’ finanzjament maħruġ li jikklassifika pari passu mal-obbligazzjonijiet esklużi kif imsemmi fl-Artikolu 72a(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u inkluż fl-ammont ippreżentat fir-ringiela 1;

(b)

diviż bl-ammont ta’ finanzjament maħruġ li jikklassifika pari passu mal-obbligazzjonijiet esklużi kif imsemmi fl-Artikolu 72a(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u li jkun rikonoxxut taħt ir-ringiela 1 jekk ma jkun ġie applikat l-ebda limitu massimu.

 

Rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli (MREL)

EU-7

MREL espress bħala perċentwal tat-TREA

Ir-rekwiżit minimu tal-entità għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli kif iddeterminat mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-Artikolu 45e tad-Direttiva 2014/59/UE, espress bħala persentaġġ tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

EU-8

MREL espress bħala persentaġġ tat-TREA — Li minnhom għandhom jiġu ssodisfati b’fondi proprji jew obbligazzjonijiet subordinati

Fejn applikabbli, il-parti tal-MREL li, skont l-Artikolu 45b, il-paragrafi (4) sa (8), tad-Direttiva 2014/59/UE, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun talbet li tiġi ssodisfata bl-użu ta’ fondi proprji, strumenti eliġibbli subordinati jew obbligazzjonijiet kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dak l-Artikolu, espress bħala persentaġġ tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

EU-9

MREL espress bħala perċentwal tat-TEM

Ir-rekwiżit minimu tal-entità li tirrapporta għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli kif iddeterminat mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-Artikolu 45e tad-Direttiva 2014/59/UE, espress bħala persentaġġ tal-kejl tal-iskopertura totali kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 429(4) u l-Artikolu 429a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

EU-10

MREL espress bħala persentaġġ tat-TEM — Li minnhom għandhom jiġu ssodisfati b’fondi proprji jew obbligazzjonijiet subordinati

Fejn applikabbli, il-parti tal-MREL li, skont l-Artikolu 45b, il-paragrafi (4) sa (8), tad-Direttiva 2014/59/UE, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun talbet li tiġi ssodisfata bl-użu ta’ fondi proprji, strumenti eliġibbli subordinati jew obbligazzjonijiet kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dak l-Artikolu, espress bħala persentaġġ tal-miżura totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 429(4) u l-Artikolu 429a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

3.   EU TLAC 1: Kompożizzjoni — MREL u, fejn applikabbli, ir-rekwiżit tal-G-SII għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli

5.

Il-pożizzjoni tal-fondi proprji u tal-obbligazzjonijiet eliġibbli relatati mal-grupp ta’ riżoluzzjoni għandha tinkludi biss strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli maħruġa mill-entità ta’ riżoluzzjoni u, fejn konformi mal-Artikolu 45b(3) tad-Direttiva 2014/59/UE jew mal-Artikolu 88a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif applikabbli, minn sussidjarji tal-entità ta’ riżoluzzjoni, bl-esklużjoni ta’ entitajiet barra mill-grupp ta’ riżoluzzjoni. Bl-istess mod, il-pożizzjoni tal-fondi proprji u tal-obbligazzjonijiet eliġibbli hija bbażata fuq l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju (aġġustat kif permess skont l-Artikolu 45h(2) tad-Direttiva 2014/59/UE) u l-kejl tal-iskopertura totali kkalkolat fil-livell tal-grupp ta’ riżoluzzjoni.

6.

Fir-rigward tal-aġġustamenti regolatorji, l-entitajiet għandhom jiddivulgaw it-tnaqqis mill-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli bħala numri negattivi u żidiet mal-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli bħala numri pożittivi.

Kolonni

Referenzi u struzzjonijiet legali

a

L-entitajiet għandhom jiddivulgaw f’din il-kolonna l-informazzjoni rilevanti dwar l-MREL skont l-Artikoli 45 u 45e tad-Direttiva 2014/59/UE.

b

L-entitajiet li huma G-SIIs soġġetti għal rekwiżit tat-TLAC skont l-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jiddivulgaw f’din il-kolonna l-informazzjoni rilevanti dwar dak ir-rekwiżit.

c

Din il-kolonna għandha timtela biss minn entitajiet soġġetti għar-rekwiżit tat-TLAC.

Din il-kolonna għandha tirrifletti d-differenza bejn l-ammonti applikabbli fil-kuntest tar-rekwiżit stabbiliti fl-Artikolu 45 tad-Direttiva 2014/59/UE u l-ammonti applikabbli fil-kuntest tar-rekwiżit tal-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Ringiela

Referenzi u struzzjonijiet legali

1

Kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni (CET1)

Il-kapital CET1 tal-grupp ta’ riżoluzzjoni, ikkalkolat f’konformità mal-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

2

Kapital tal-Grad 1 Addizzjonali (AT1)

Il-kapital AT1 tal-grupp ta’ riżoluzzjoni, ikkalkolat f’konformità mal-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Fil-każ tal-MREL, l-istrumenti rregolati mil-liġi ta’ pajjiż terz għandhom jiġu inklużi biss f’din ir-ringiela jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2014/59/UE.

6

Kapital tal-Grad 2 (T2)

Il-kapital tal-Grad 2 tal-grupp ta’ riżoluzzjoni, ikkalkolat f’konformità mal-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Fil-każ tal-MREL, l-istrumenti rregolati mil-liġi ta’ pajjiż terz għandhom jiġu inklużi biss f’din ir-ringiela jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2014/59/UE.

11

Fondi proprji għall-finijiet tal-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 45 tad-Direttiva 2014/59/UE

Il-fondi proprji għall-finijiet tal-Artikoli 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 45 tad-Direttiva 2014/59/UE, li għandhom jiġu kkalkolati bħala r-ringiela 1 flimkien mar-ringiela 2 flimkien mar-ringiela 6.

12

Strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli maħruġa direttament mill-entità ta’ riżoluzzjoni li huma subordinati għall-obbligazzjonijiet esklużi (mhux soġġetti għal anterjorità)

MREL

L-obbligazzjonijiet eliġibbli inklużi fl-ammont ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 45b tad-Direttiva 2014/59/UE li huma strumenti eliġibbli subordinati kif definiti fl-Artikolu 2(1), il-punt (71b) tad-Direttiva 2014/59/UE u li jinħarġu direttament mill-entità ta’ riżoluzzjoni.

Fil-każ ta’ strumenti rregolati mil-liġi ta’ pajjiż terz, l-istrument għandu jiġi inkluż biss f’din ir-ringiela jekk jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2014/59/UE.

TLAC

L-obbligazzjonijiet eliġibbli li jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikoli 72a sa 72d tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, bl-esklużjoni tal-obbligazzjonijiet permessi li jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 72b(3) jew (4) ta’ dak ir-Regolament, u li jinħarġu direttament mill-entità ta’ riżoluzzjoni.

Din ir-ringiela la għandha tinkludi l-porzjon ammortizzat tal-istrumenti tal-Grad 2, fejn il-maturità li jifdal tkun akbar minn sena (l-Artikolu 72a(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013) u lanqas l-obbligazzjonijiet, il-punt (b), eliġibbli soġġetti għal anterjorità skont l-Artikolu 494b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

EU-12 a

Strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli maħruġa minn entitajiet oħrajn fil-grupp ta’ riżoluzzjoni li huma subordinati għall-obbligazzjonijiet esklużi (mhux soġġetti għal anterjorità)

MREL

L-obbligazzjonijiet eliġibbli inklużi fl-ammont ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 45b tad-Direttiva 2014/59/UE li jinħarġu minn sussidjarji u inklużi f’MREL f’konformità mal-Artikolu 45b(3) ta’ dik id-Direttiva.

Fil-każ ta’ strumenti rregolati mil-liġi ta’ pajjiż terz, l-istrument għandu jiġi inkluż biss f’din ir-ringiela jekk jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2014/59/UE.

TLAC

L-obbligazzjonijiet eliġibbli li jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikoli 72a sa 72d tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, bl-esklużjoni tal-obbligazzjonijiet permessi li jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 72b(3) jew (4) ta’ dak ir-Regolament, li jinħarġu minn sussidjarji u jikkwalifikaw sabiex jiġu inklużi fl-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli kkonsolidati ta’ entità skont l-Artikolu 88a ta’ dak ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Din ir-ringiela la għandha tinkludi l-porzjon ammortizzat tal-istrumenti tal-Grad 2, fejn il-maturità li jifdal tkun akbar minn sena (l-Artikolu 72a(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013) u lanqas l-obbligazzjonijiet, il-punt (b), eliġibbli soġġetti għal anterjorità skont l-Artikolu 494b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

EU-12b

Strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli li huma subordinati għall-obbligazzjonijiet esklużi maħruġa qabel is-27 ta’ Ġunju 2019 (subordinati soġġetti għal anterjorità)

MREL

L-obbligazzjonijiet eliġibbli li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

ikunu nħarġu qabel is-27 ta’ Ġunju 2019;

ikunu strumenti eliġibbli subordinati kif definiti fl-Artikolu 2(1), il-punt (71b) tad-Direttiva 2014/59/UE;

ikunu inklużi f’fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli bħala riżultat tal-Artikolu 494b(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Fil-każ ta’ strumenti rregolati mil-liġi ta’ pajjiż terz, l-istrument għandu jiġi inkluż biss f’din ir-ringiela jekk jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2014/59/UE.

TLAC

Obbligazzjonijiet li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

ikunu nħarġu qabel is-27 ta’ Ġunju 2019;

jikkonformaw mal-Artikolu 72b(2), il-punt (d), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

jikkwalifikaw bħala obbligazzjonijiet eliġibbli bħala riżultat tal-anterjorità stabbilita fl-Artikolu 494b(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

EU-12c

Strumenti tal-Grad 2 b’maturità residwa ta’ mill-inqas sena sal-punt li ma jikkwalifikawx bħala entrati tal-Grad 2

Il-porzjon ammortizzat tal-istrumenti tal-Grad 2, fejn il-maturità li jifdal tkun akbar minn sena (l-Artikolu 72a(1), il-punt (b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013).

Huwa biss l-ammont mhux rikonoxxut f’fondi proprji, iżda li jissodisfa l-kriterji kollha tal-eliġibbiltà stipulati fl-Artikolu 72b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li għandu jiġi ppreżentat f’din ir-ringiela.

Fil-każ tal-MREL, l-istrumenti rregolati mil-liġi ta’ pajjiż terz għandhom jiġu inklużi biss f’din ir-ringiela jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2014/59/UE.

13

Obbligazzjonijiet eliġibbli li mhumiex subordinati għal obbligazzjonijiet esklużi (mhux soġġetti għal anterjorità qabel il-limitu massimu)

MREL

L-obbligazzjonijiet li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 45b tad-Direttiva 2014/59/UE u li mhumiex kompletament subordinati għal pretensjonijiet li jirriżultaw mill-obbligazzjonijiet esklużi msemmija fl-Artikolu 72a(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Fil-każ ta’ strumenti rregolati mil-liġi ta’ pajjiż terz, l-istrument għandu jiġi inkluż biss f’din ir-ringiela jekk jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2014/59/UE.

TLAC

L-obbligazzjonijiet eliġibbli li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 72a sa 72d tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ħlief għall-Artikolu 72b(2), il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament, u li jistgħu jkunu permessi li jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 72b(3) ta’ dak ir-Regolament jew li huma permessi li jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 72b(4) ta’ dak ir-Regolament.

Fejn japplika l-Artikolu 72b(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew l-Artikolu 494(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-ammont sħiħ mingħajr applikazzjoni tal-limitu massimu ta’ 3,5 % u 2,5 % rispettivament għandu jiġi divulgat f’din ir-ringiela.

Din ir-ringiela ma għandha tinkludi l-ebda ammont rikonoxxibbli fuq bażi tranżitorja f’konformità mal-Artikolu 494b(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

EU-13 a

Obbligazzjonijiet eliġibbli li mhumiex subordinati għall-obbligazzjonijiet esklużi maħruġa qabel is-27 ta’ Ġunju 2019 (qabel il-limitu massimu)

MREL

L-obbligazzjonijiet eliġibbli li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

ikunu nħarġu qabel is-27 ta’ Ġunju 2019;

ikunu konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 45b tad-Direttiva 2014/59/UE u ma jkunux kompletament subordinati għal pretensjonijiet li jirriżultaw mill-obbligazzjonijiet esklużi msemmija fl-Artikolu 72a(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

jikkwalifikaw bħala obbligazzjonijiet eliġibbli bħala riżultat tal-anterjorità stabbilita fl-Artikolu 494b(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Fil-każ ta’ strumenti rregolati mil-liġi ta’ pajjiż terz, l-istrument għandu jiġi inkluż biss f’din ir-ringiela jekk jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2014/59/UE.

TLAC

L-obbligazzjonijiet eliġibbli li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

ikunu nħarġu qabel is-27 ta’ Ġunju 2019;

ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 72a sa 72d tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ħlief għall-Artikolu 72b(2), il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament, u li jistgħu jkunu permessi li jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 72b(3) ta’ dak ir-Regolament jew li huma permessi li jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 72b(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

jikkwalifikaw bħala obbligazzjonijiet eliġibbli bħala riżultat tal-anterjorità stabbilita fl-Artikolu 494b(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Fejn japplika l-Artikolu 72b(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew l-Artikolu 494(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-ammont sħiħ mingħajr applikazzjoni tal-limitu massimu ta’ 3,5 % u 2,5 % rispettivament għandu jiġi rrapportat f’din ir-ringiela.

14

L-ammont ta’ strumenti mhux subordinati tal-obbligazzjonijiet eliġibbli, fejn applikabbli wara l-applikazzjoni tal-Artikolu 72b(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

MREL

Din ir-ringiela għandha tkun daqs ir-ringiela 13 flimkien mar-ringiela EU-13a.

TLAC

Meta jiġi applikat l-Artikolu 72b(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, din ir-ringiela turi s-somma tal-ammonti divulgati fir-ringieli 13 u 13a hawn fuq wara l-applikazzjoni tal-Artikolu 72b(3) u tal-Artikolu 494(2) ta’ dak ir-Regolament, rispettivament.

Meta l-Artikolu 72b(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ma jiġix applikat, iżda l-entità tibbenefika mill-applikazzjoni tal-Artikolu 72b(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, din ir-ringiela għandha tkun daqs ir-ringieli 13 flimkien mar-ringiela EU-13a.

17

Entrati ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli qabel l-aġġustamenti

L-entrati ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli qabel l-aġġustamenti. Għandhom jiġu kkalkolati bħala r-ringiela 12 flimkien mar-ringiela EU-12a flimkien mar-ringiela EU-12b flimkien mar-ringiela EU-12c flimkien mar-ringiela 14.

EU-17 a

Entrati ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli qabel l-aġġustamenti — Li minnhom entrati ta’ obbligazzjonijiet subordinati

MREL

L-obbligazzjonijiet eliġibbli inklużi fl-ammont ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 45b tad-Direttiva 2014/59/UE li huma strumenti eliġibbli subordinati kif definiti fl-Artikolu 2(1), il-punt (71b) ta’ dik id-Direttiva, u l-obbligazzjonijiet maħruġa minn sussidjarji li huma inklużi fl-MREL f’konformità mal-Artikolu 45b(3) ta’ dik id-Direttiva.

Fil-każ ta’ strumenti rregolati mil-liġi ta’ pajjiż terz, l-istrument għandu jiġi inkluż biss f’din ir-ringiela jekk jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2014/59/UE.

TLAC

L-obbligazzjonijiet eliġibbli li jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikoli 72a sa 72d tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, bl-esklużjoni tal-obbligazzjonijiet permessi li jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 72b(3) jew (4) ta’ dak ir-Regolament.

Din ir-ringiela għandha tinkludi l-obbligazzjonijiet subordinati li huma eliġibbli bħala riżultat tal-anterjorità f’konformità mal-Artikolu 494b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-porzjon ammortizzat tal-istrumenti tal-Grad 2, fejn il-maturità li jifdal tkun akbar minn sena (l-Artikolu 72a(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013).

Għandhom jiġu kkalkolati bħala r-ringiela 12 flimkien mar-ringiela EU-12a flimkien mar-ringiela EU-12b flimkien mar-ringiela EU-12c.

18

Entrati ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli qabel l-aġġustamenti

L-entrati ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli qabel l-aġġustamenti. Għandhom jiġu kkalkolati bħala r-ringiela 11 flimkien mar-ringiela 17.

19

(Tnaqqis ta’ skoperturi bejn gruppi ta’ riżoluzzjoni ta’ punt ta’ dħul multiplu (MPE))

Ammont negattiv

It-tnaqqis tal-iskoperturi bejn il-gruppi ta’ riżoluzzjoni G-SII tal-MPE, li jikkorrispondu ma’ parteċipazzjonijiet diretti, indiretti jew sintetiċi ta’ strumenti ta’ fondi proprji jew strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli ta’ sussidjarja waħda jew aktar li ma jappartjenux għall-istess grupp ta’ riżoluzzjoni bħall-entità ta’ riżoluzzjoni, f’konformità mal-Artikolu 72e(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

20

(Tnaqqis tal-investimenti fi strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli oħrajn)

Ammont negattiv

TLAC

It-tnaqqis tal-investimenti fi strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli oħrajn f’konformità mal-Artikoli 72e(1), (2) u (3), u l-Artikoli 72f sa 72j tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. L-ammont li għandu jitnaqqas mill-elementi tal-obbligazzjonijiet eliġibbli f’konformità mal-Parti Tnejn, it-Titolu I, il-Kapitolu 5a, it-Taqsima 2, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

MREL u TLAC

Din ir-ringiela għandha tinkludi wkoll ammonti koperti minn permess biex jinxtraw, jinfdew, jitħallsu lura jew jinxtraw mill-ġdid strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli f’konformità mal-Artikolu 78 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sal-punt li l-entità li tiddivulga tkun għadha ma użatx dak l-ammont biex tixtri, tifdi, tħallas lura jew tixtri mill-ġdid strumenti.

22

Fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli wara l-aġġustamenti

Il-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli kif definiti fl-Artikolu 72l tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Għandhom jiġu kkalkolati bħala r-ringiela 18 flimkien mar-ringiela 19 flimkien mar-ringiela 20.

MREL

L-ammont ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli li jingħaddu lejn l-MREL għandu jiġi divulgat bħala s-somma ta’:

(i)

il-fondi proprji kif stabbiliti fl-Artikolu 4(1), il-punt (118) u l-Artikolu 72 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013,

(ii)

obbligazzjonijiet eliġibbli kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (71a), tad-Direttiva 2014/59/UE.

Fil-każ ta’ strumenti rregolati mil-liġi ta’ pajjiż terz, l-istrument għandu jiġi inkluż biss f’din ir-ringiela jekk jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2014/59/UE.

TLAC

L-ammont ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli li jgħoddu għat-TLAC għandu jkun l-ammont imsemmi fl-Artikolu 72l tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li jikkonsisti fi:

(i)

il-fondi proprji kif stabbiliti fl-Artikolu 4(1), il-punt (118) u l-Artikolu 72 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(ii)

l-obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fl-Artikolu 72k tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

EU-22a

Li minnhom fondi proprji u obbligazzjonijiet subordinati

Fondi proprji, obbligazzjonijiet eliġibbli inklużi fl-ammont ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 45b tad-Direttiva 2014/59/UE, li huma strumenti eliġibbli subordinati kif definiti Fl-Artikolu 2(1), il-punt (71b) ta’ dik id-Direttiva u obbligazzjonijiet inklużi fl-ammont ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 45b(3) tad-Direttiva 2014/59/UE.

23

L-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju (TREA)

L-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju tal-grupp ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-Artikolu 18(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

L-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju ddivulgat f’din ir-ringiela għandu jkun l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju li huwa l-bażi għall-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 45 tad-Direttiva 2014/59/UE jew tal-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif applikabbli.

24

Il-kejl tal-iskopertura totali (TEM)

Skont tal-Artikolu 45(2), il-punt (b), tad-Direttiva 2014/59/UE, il-kejl tal-iskopertura totali kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 429(4) u l-Artikolu 429a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Il-kejl tal-iskopertura totali rrapportat f’din ir-ringiela għandu jkun il-kejl tal-iskopertura totali, li huwa l-bażi għall-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 45 tad-Direttiva 2014/59/UE jew l-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif applikabbli.

25

Fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli bħala persentaġġ tat-TREA

Għall-finijiet ta’ din ir-ringiela, f’konformità mal-Artikolu 45(2), il-punt (a) tad-Direttiva 2014/59/UE u l-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-ammont ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli li jgħoddu għall-MREL jew it-TLAC, kif applikabbli, għandu jkun espress bħala persentaġġ tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Għandu jiġi kkalkolat bħala r-ringiela 22 diviża bir-ringiela 23.

EU-25a

Li minnhom fondi proprji u obbligazzjonijiet subordinati

Għall-finijiet ta’ din ir-ringiela, l-ammont ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli subordinati li jgħoddu għall-MREL għandu jiġi espress bħala persentaġġ tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Għandu jiġi kkalkolat bħala r-ringiela 22a diviża bir-ringiela 23.

26

Fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli bħala persentaġġ tat-TEM

Għall-finijiet ta’ din ir-ringiela, f’konformità mal-Artikolu 45(2), il-punt (b), tad-Direttiva 2014/59/UE u l-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-ammont ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli li jingħaddu lejn l-MREL jew it-TLAC, kif applikabbli, għandu jiġi espress bħala persentaġġ tal-kejl tal-iskopertura totali kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 429(4) u l-Artikolu 429a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Għandu jiġi kkalkolat bħala r-ringiela 22 diviża bir-ringiela 24.

EU-26a

Li minnhom fondi proprji u obbligazzjonijiet subordinati

Għall-fini ta’ din ir-ringiela, l-ammont ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli subordinati li jgħoddu għall-MREL għandu jiġi espress bħala persentaġġ tal-kejl tal-iskopertura totali kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 429(4) u l-Artikolu 429a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Għandu jiġi kkalkolat bħala r-ringiela 22a diviża bir-ringiela 24.

27

Is-CET1 (bħala persentaġġ tat-TREA) disponibbli wara li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-grupp ta’ riżoluzzjoni

L-ammont ta’ CET1, bħala persentaġġ tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju, ugwali għal żero jew pożittiv, disponibbli wara li jiġu ssodisfati kull wieħed mir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 141, il-punti (a), (b) u (c) tad-Direttiva 2013/36/UE u l-ogħla minn:

(a)

fejn applikabbli, ir-rekwiżit tal-G-SII għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli stipulati fl-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 meta kkalkolat f’konformità mal-paragrafu (1), il-punt (a) ta’ dak l-Artikolu u

(b)

ir-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli stipulat fl-Artikolu 45 tad-Direttiva 2014/59/UE, meta kkalkolat f’konformità mal-paragrafu (2), il-punt (a) ta’ dak l-Artikolu.

Iċ-ċifra divulgata għandha tkun identika kemm fil-kolonni tal-MREL kif ukoll f’dawk tat-TLAC.

Hija għandha tqis l-effett tad-dispożizzjonijiet tranżitorji fuq il-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli, l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju u r-rekwiżiti nfushom. La l-gwida dwar il-fondi proprji addizzjonali msemmija fl-Artikolu 104b tad-Direttiva 2013/36/UE u lanqas ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata tal-Artikolu 128, l-ewwel paragrafu, il-punt (6) ta’ dik id-Direttiva, ma għandhom jiġu kkunsidrati.

28

Ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata speċifiku għall-istituzzjoni

Ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata speċifiku għall-istituzzjoni definit fl-Artikolu 128, l-ewwel paragrafu, il-punt (6) tad-Direttiva 2013/36/UE, espress bħala persentaġġ tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju, applikabbli għall-grupp ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-ewwel paragrafu, il-punt (6), ta’ dak l-Artikolu.

29

Ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata speċifiku għall-istituzzjoni — Li minnu rekwiżit ta’ riżerva ta’ konservazzjoni ta’ kapital

L-ammont tar-riżerva kombinata speċifika għall-istituzzjoni (espress bħala persentaġġ tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju) li tirrigwarda r-rekwiżit ta’ riżerva ta’ konservazzjoni tal-kapital.

30

Ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata speċifiku għall-istituzzjoni — Li minnu rekwiżit ta’ riżerva kontroċiklika

L-ammont tar-riżerva kombinata speċifika għall-istituzzjoni (espress bħala persentaġġ tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju) li tirrigwarda r-rekwiżit ta’ riżerva kontroċiklika.

31

Ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata speċifiku għall-istituzzjoni — Li minnu rekwiżit ta’ riżerva għar-riskju sistemiku

L-ammont tar-riżerva kombinata speċifika għall-istituzzjoni (espress bħala persentaġġ tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju) li tirrigwarda r-rekwiżit ta’ riżerva għar-riskju sistemiku.

EU-31a

Ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata speċifiku għall-istituzzjoni — Li minnu riżerva għal Istituzzjoni Globali Sistematikament Importanti (G-SII) jew Istituzzjoni Oħra Sistematikament Importanti (O-SII)

L-ammont tar-riżerva kombinata speċifika għall-istituzzjoni (espress bħala persentaġġ tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju) li tirrigwarda r-rekwiżit ta’ riżerva G-SII jew O-SII.

EU-32

L-ammont totali tal-obbligazzjonijiet esklużi msemmija fl-Artikolu 72a(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

4.   EU ILAC: Kapaċità interna ta’ assorbiment tat-telf: MREL intern u, fejn applikabbli, rekwiżit għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għal G-SIIs mhux tal-UE(TLAC interna)

7.

Dan il-mudell jiddivulga l-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-entitajiet li huma stess mhumiex entitajiet ta’ riżoluzzjoni għall-finijiet tar-rekwiżit għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli stipulat fl-Artikolu 45f tad-Direttiva 2014/59/UE (MREL intern), kif ukoll ir-rekwiżit għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli għal G-SIIs mhux tal-UE applikabbli għal sussidjarji materjali ta’ G-SIIs ta’ pajjiżi terzi stipulati fl-Artikolu 92b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (TLAC interna).

Kolonni

Referenzi u struzzjonijiet legali

a

L-entitajiet għandhom jiddivulgaw f’din il-kolonna l-informazzjoni rilevanti dwar l-MREL intern f’konformità mal-Artikoli 45 u 45f tad-Direttiva 2014/59/UE.

b

L-entitajiet li huma sussidjarji materjali ta’ G-SIIs mhux tal-UE skont l-Artikolu 92b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jiddivulgaw f’din il-kolonna l-informazzjoni rilevanti dwar it-TLAC interna f’konformità mal-Artikolu 92b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

c

Informazzjoni kwalitattiva relatata mar-rekwiżit applikabbli u l-livell ta’ applikazzjoni.

Ringiela

Referenzi u struzzjonijiet legali

EU-1

L-entità hija soġġetta għal rekwiżit ta’ G-SII mhux tal-UE għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli? (Iva / Le)

Jekk l-entità hijiex soġġetta għal rekwiżit ta’ TLAC interna skont l-Artikolu 92b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

EU-2

Jekk EU-1 tiġi mwieġba b’‘Iva’, ir-rekwiżit huwa applikabbli fuq bażi konsolidata jew individwali? (K/I)

Jekk l-entità hijiex soġġetta għar-rekwiżit tat-TLAC interna fuq bażi konsolidata jew individwali, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Meta r-rekwiżit ikun fuq bażi konsolidata, dan il-mudell kollu għandu jimtela fuq bażi konsolidata. Fil-każijiet l-oħrajn kollha, dan il-mudell għandu jimtela fuq bażi individwali.

EU-2a

L-entità hija soġġetta għal MREL intern? (Iva / Le)

Jekk l-entità hijiex soġġetta għal MREL skont l-Artikoli 45 u 45f tad-Direttiva 2014/59/UE.

EU-2b

Jekk EU-2a tiġi mwieġba b’‘Iva’, ir-rekwiżit huwa applikabbli fuq bażi konsolidata jew individwali? (K/I)

Jekk l-entità hijiex soġġetta għal MREL intern fuq bażi konsolidata jew individwali.

Meta r-rekwiżit ikun fuq bażi konsolidata, dan il-mudell kollu għandu jimtela fuq bażi konsolidata. Fil-każijiet l-oħrajn kollha, dan il-mudell għandu jimtela fuq bażi individwali.

EU-3

Kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni (CET1)

L-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

Kapital CET1, fuq bażi individwali jew konsolidata, fejn applikabbli, f’konformità mal-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

EU-4

Kapital tal-Grad 1 Addizzjonali Eliġibbli

L-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

L-istrumenti tal-Grad 1 addizzjonali għandhom jiġu kkunsidrati biss meta jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 92b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fl-Artikolu 45f(2), il-punt (b)(ii), tad-Direttiva 2014/59/UE.

Fil-każ ta’ MREL intern, l-istrumenti msemmija fl-Artikolu 89(2), ir-raba’ subparagrafu, tad-Direttiva 2014/59/UE għandhom jiġu inklużi meta japplika dak il-paragrafu. L-istrumenti rregolati mil-liġi ta’ pajjiż terz għandhom jiġu inklużi biss jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2014/59/UE.

EU-5

Kapital tal-Grad 2 eliġibbli

L-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

L-istrumenti tal-Grad 2 addizzjonali għandhom jiġu kkunsidrati biss meta jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 92b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fl-Artikolu 45f(2), il-punt (b)(ii), tad-Direttiva 2014/59/UE.

Fil-każ ta’ MREL intern, l-istrumenti msemmija fl-Artikolu 89(2), ir-raba’ subparagrafu, tad-Direttiva 2014/59/UE għandhom jiġu inklużi meta japplika dak il-paragrafu. L-istrumenti rregolati mil-liġi ta’ pajjiż terz għandhom jiġu inklużi biss jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2014/59/UE.

EU-6

Fondi proprji eliġibbli

Is-somma ta’ kapital CET1, kapital tal-Grad 1 Addizzjonali eliġibbli u kapital tal-Grad 2 eliġibbli.

EU-7

Obbligazzjonijiet eliġibbli

MREL intern

L-obbligazzjonijiet eliġibbli li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2014/59/UE, l-Artikolu 45f(2), billi jitqies ukoll, fejn applikabbli, l-Artikolu 89(2), ir-raba’ subparagrafu ta’ dik id-Direttiva.

Fil-każ ta’ strumenti rregolati mil-liġi ta’ pajjiż terz, l-istrument għandu jiġi inkluż biss f’din ir-ringiela jekk jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2014/59/UE.

Meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-sussidjarja tippermetti lill-entità tissodisfa l-MREL intern b’garanziji, l-ammont ta’ garanziji li jiġu pprovduti mill-entità ta’ riżoluzzjoni u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 45f(5) tad-Direttiva 2014/59/UE għandhom jiġu inklużi f’din ir-ringiela wkoll.

TLAC Intern

L-ammont ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli għandu jiġi kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 72k tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, meta dawk l-obbligazzjonijiet jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 92b(2) ta’ dak ir-Regolament.

EU-8

Obbligazzjonijiet eliġibbli — li minnhom garanziji permessi

Meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-sussidjarja tippermetti lill-entità tissodisfa l-MREL intern b’garanziji, l-ammont ta’ garanziji li jiġu pprovduti mill-entità ta’ riżoluzzjoni u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 45f(5) tad-Direttiva 2014/59/UE.

EU-9a

(Aġġustamenti)

Ammont negattiv

L-aġġustamenti li ġejjin għandhom jiġu ddivulgati f’din ir-ringiela:

Parteċipazzjonijiet ta’ strumenti ta’ fondi proprji u strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli li għandhom jitnaqqsu f’konformità mal-Artikolu 72e(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 45c (2a), il-ħames subparagrafu, tad-Direttiva 2014/59/UE

L-ammonti koperti minn permess biex jinxtraw, jinfdew, jitħallsu lura jew jinxtraw mill-ġdid strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli f’konformità mal-Artikolu 78 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sal-punt li l-entità relatriċi tkun għadha ma użatx dak l-ammont biex tixtri, tifdi, tħallas lura jew tixtri mill-ġdid strumenti (‘ammonti ta’ permessi minn qabel mhux użati)

EU-9b

Fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli wara l-aġġustamenti

MREL intern

L-ammonti ta’ fondi proprji eliġibbli u obbligazzjonijiet eliġibbli tal-entità, netti mill-aġġustamenti, li jgħoddu għall-MREL intern kif stabbilit fl-Artikolu 45f(2) tad-Direttiva 2014/59/UE, billi jitqies ukoll, fejn applikabbli, l-Artikolu 89(2), ta’ dik id-Direttiva, ir-raba’ subparagrafu. Fil-każ ta’ strumenti rregolati mil-liġi ta’ pajjiż terz, l-istrument għandu jiġi inkluż biss f’din ir-ringiela jekk jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2014/59/UE.

Li għandhom jiġu kkalkolati bħala r-ringiela EU-6 flimkien mar-ringiela EU-7 flimkien mar-ringiela EU-9a.

TLAC interna

Il-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli li jgħoddu għar-rekwiżit għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għal G-SIIs mhux tal-UE kif stabbilit fl-Artikolu 92b(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Li għandhom jiġu kkalkolati bħala r-ringiela EU-6 flimkien mar-ringiela EU-7.

EU-10

L-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju (TREA)

L-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju tal-entità individwali jew tal-grupp konsolidat li fil-livell tiegħu ġew stabbiliti r-rekwiżiti, kif applikabbli, f’konformità mal-Artikolu 18(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

L-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju rrapportat f’din ir-ringiela għandu jkun l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju li huwa l-bażi għall-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 45 tad-Direttiva 2014/59/UE jew l-Artikolu 92b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif applikabbli.

EU-11

Il-kejl tal-iskopertura totali (TEM)

Il-kejl tal-iskopertura totali (id-denominatur tal-proporzjon tal-ingranaġġ), tal-entità individwali jew tal-grupp konsolidat li fil-livell tiegħu ġew stabbiliti r-rekwiżiti, kif applikabbli, f’konformità mal-Artikolu 429(4) u l-Artikolu 429a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Il-kejl tal-iskopertura totali rrapportat f’din ir-ringiela għandu jkun il-kejl tal-iskopertura totali, li huwa l-bażi għall-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 45 tad-Direttiva 2014/59/UE jew l-Artikolu 92b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif applikabbli.

EU-12

Fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli bħala persentaġġ tat-TREA

Il-proporzjon tal-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli, bħala persentaġġ tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju.

Għandu jiġi kkalkolat bħala r-ringiela EU-9b diviża bir-ringiela EU-10.

EU-13

Fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli bħala persentaġġ tat-TREA — li minnhom garanziji permessi

Meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-sussidjarja tippermetti lill-entità tissodisfa l-MREL intern b’garanziji, l-ammont ta’ garanziji li jiġu pprovduti mill-entità ta’ riżoluzzjoni u li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 45f(5) tad-Direttiva 2014/59/UE, bħala persentaġġ tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju.

Li għandhom jiġu kkalkolati bħala r-ringiela EU-8 diviża bir-ringiela EU-10.

EU-14

Fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli bħala persentaġġ tat-TEM

Il-proporzjon ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, bħala persentaġġ tal-kejl tal-iskopertura totali.

Għandu jiġi kkalkolat bħala r-ringiela EU-9b diviża bir-ringiela EU-11.

EU-15

Fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli bħala persentaġġ tat-TEM — li minnhom garanziji permessi

Meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-sussidjarja tippermetti lill-entità tissodisfa l-MREL intern b’garanziji, l-ammont ta’ garanziji li jiġu pprovduti mill-entità ta’ riżoluzzjoni u li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 45f(5) tad-Direttiva 2014/59/UE, bħala persentaġġ tal-miżura totali tal-iskopertura għar-riskju.

Li għandhom jiġu kkalkolati bħala r-ringiela EU-8 diviża bir-ringiela EU-11.

EU-16

Is-CET1 (bħala persentaġġ tat-TREA) disponibbli wara li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-entità

L-ammont ta’ CET1, ugwali għal żero jew pożittiv, disponibbli wara li jiġu ssodisfati kull wieħed mir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 141a, il-punti (a), (b) u (c) tad-Direttiva 2013/36/UE u l-ogħla minn:

(a)

fejn applikabbli, ir-rekwiżit G-SII mhux tal-UE għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 92b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 meta kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 92b(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 bħala 90 % tar-rekwiżit tal-Artikolu 92a(1), il-punt (a), ta’ dak ir-Regolament u

(b)

ir-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 45 tad-Direttiva 2014/59/UE, meta kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 45(2), il-punt (a) ta’ dik id-Direttiva.

Iċ-ċifra divulgata għandha tkun identika kemm fil-kolonni tal-MREL kif ukoll f’dawk tat-TLAC.

Hija għandha tqis l-effett tad-dispożizzjonijiet tranżitorji fuq il-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli, l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju u r-rekwiżiti nfushom. La l-gwida dwar il-fondi proprji addizzjonali msemmija fl-Artikolu 104b tad-Direttiva 2013/36/UE u lanqas ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata tal-Artikolu 128, l-ewwel paragrafu, il-punt (6) ta’ dik id-Direttiva, ma għandhom jiġu kkunsidrati.

EU-17

Ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata speċifiku għall-istituzzjoni

Ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata speċifiku għall-istituzzjoni definit fl-Artikolu 128, l-ewwel paragrafu, il-punt (6) tad-Direttiva 2013/36/UE, espress bħala persentaġġ tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju, applikabbli għall-entità skont l-Artikolu 128, l-ewwel paragrafu, il-punt (6), tad-Direttiva 2013/36/UE.

EU-18

Ir-rekwiżit espress bħala perċentwal tat-TREA

MREL intern

Ir-rekwiżit għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli applikabbli għall-entità f’konformità mal-Artikolu 45f tad-Direttiva 2014/59/UE, espress bħala persentaġġ tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju (fil-livell individwali jew konsolidat, kif applikabbli).

TLAC interna

Ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 92b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, espress bħala persentaġġ tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju (fil-livell individwali jew konsolidat, kif applikabbli).

EU-19

Ir-rekwiżit espress bħala persentaġġ tat-TREA — li minnu parti mir-rekwiżit li tista’ tiġi ssodisfata b’garanzija

Fejn applikabbli, parti mir-rekwiżit għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli espress bħala persentaġġ tal-ammont tal-iskopertura tar-riskju totali li tista’ tiġi ssodisfata b’garanzija pprovduta mill-entità ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-Artikolu 45f(5) tad-Direttiva 2014/59/UE.

EU-20

Ir-rekwiżit espress bħala perċentwal tat-TEM

MREL intern

Ir-rekwiżit għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli applikabbli għall-entità f’konformità mal-Artikolu 45f tad-Direttiva 2014/59/UE, espress bħala persentaġġ tal-kejl tal-iskopertura totali (fil-livell individwali jew konsolidat tal-impriża omm tal-UE, kif applikabbli).

TLAC interna

Ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 92b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, espress bħala persentaġġ tal-kejl tal-iskopertura totali għar-riskju (fil-livell individwali jew konsolidat, kif applikabbli).

EU-21

Ir-rekwiżit espress bħala persentaġġ tat-TEM — li minnu parti mir-rekwiżit li tista’ tiġi ssodisfata b’garanzija

Fejn applikabbli, parti mir-rekwiżit għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli espress bħala persentaġġ tal-kejl tal-iskopertura totali li tista’ tiġi ssodisfata b’garanzija pprovduta mill-entità ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-Artikolu 45f(5) tad-Direttiva 2014/59/UE.

EU-22

L-ammont totali tal-obbligazzjonijiet esklużi msemmija fl-Artikolu 72a(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

5.   EU TLAC2: Klassifikazzjoni tal-kredituri — entitajiet li mhumiex entitajiet ta’ riżoluzzjoni huma stess

8.

L-informazzjoni inkluża fil-mudell EU TLAC 2 hija ddivulgata fil-livell tal-entità individwali.

9.

Il-mudell EU TLAC2 jeżisti f’żewġ verżjonijiet, EU TLAC2a u EU TLAC2b. It-TLAC2a tkopri l-finanzjament kollu li huwa pari passu jew subordinat għal strumenti eliġibbli għall-MREL, inklużi l-fondi proprji u strumenti kapitali oħrajn. L-EU TLAC2b tkopri biss il-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli biex jissodisfaw ir-rekwiżit tal-Artikolu 45 tad-Direttiva 2014/59/UE f’konformità mal-Artikolu 45f ta’ dik id-Direttiva.

10.

F’konformità mal-Artikolu 13(2) ta’ dan ir-Regolament, l-entitajiet li mhumiex soġġetti għall-obbligu ta’ konformità mar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 92b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, iżda li huma soġġetti għall-obbligu ta’ konformità mar-rekwiżit tal-Artikolu 45 tad-Direttiva 2014/59/UE f’konformità mal-Artikolu 45f ta’ dik id-Direttiva jistgħu jagħżlu jekk jużawx l-EU TLAC2a jew l-EU TLAC2b biex jikkonformaw mar-rekwiżit ta’ divulgazzjoni stabbilit fl-Artikolu 45i(3), il-punt (b) tad-Direttiva 2014/59/UE.

11.

Mid-data tal-applikazzjoni tal-Artikolu 45i(3) tad-Direttiva 2014/59/UE, l-entitajiet emittenti għandhom jiddivulgaw taħt il-mudell TLAC2a l-obbligazzjonijiet potenzjalment eliġibbli biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-MREL intern u tat-TLAC interna. Qabel dik id-data, l-entitajiet emittenti għandhom jiddivulgaw l-obbligazzjonijiet potenzjalment eliġibbli biex jissodisfaw ir-rekwiżit tat-TLAC interna.

12.

L-ammonti pendenti msemmija fir-ringieli għandhom jiġu diżaggregati fi gradi ta’ insolvenza abbażi tal-liġi dwar l-insolvenza tal-entità emittenti, irrispettivament mil-liġi regolatorja tal-istrument.

13.

Il-gradi ta’ insolvenza għandhom ikunu dawk ikkomunikati mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni kompetenti f’konformità mal-preżentazzjoni standardizzata speċifikata fl-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament.

14.

Il-gradi jiġu ppreżentati mill-aktar subordinati għall-aktar superjuri. Il-kolonni għall-gradi għandhom jiżdiedu sakemm ikunu ġew divulgati l-istrumenti potenzjalment eliġibbli tal-aktar klassifikazzjoni superjuri.

15.

L-ammont attribwibbli għal kull grad jiġi diżaggregat aktar fl-ammonti tal-entità ta’ riżoluzzjoni, inklużi l-ammonti direttament jew indirettament tal-entità ta’ riżoluzzjoni permezz ta’ entitajiet tul il-katina tas-sjieda, fejn applikabbli; u ammonti oħrajn li ma jkunux tal-entità ta’ riżoluzzjoni, fejn applikabbli. L-ammont totali ta’ kull ringiela jimtela fl-aħħar kolonna ta’ kull ringiela.

Ringieli

Referenzi u struzzjonijiet legali

1

Sett vojt fl-UE

2

Deskrizzjoni tal-grad ta’ insolvenza (test liberu)

In-numru ta’ gradi ta’ insolvenza (n) fil-ġerarkija tal-kredituri se jiddependi fuq is-sett ta’ obbligazzjonijiet tal-entità emittenti. Id-deskrizzjoni jenħtieġ li tinkludi speċifikazzjoni tat-tipi ta’ pretensjonijiet li huma fi ħdan dak il-grad ta’ insolvenza (eż. CET1, strumenti tal-Grad 2).

Hemm kolonna waħda għal kull grad ta’ insolvenza, fejn l-ammont jinżamm kollu kemm hu mill-entità ta’ riżoluzzjoni, inklużi l-ammonti direttament jew indirettament tal-entità ta’ riżoluzzjoni permezz ta’ entitajiet tul il-katina tas-sjieda, fejn applikabbli, u t-tieni kolonna fejn parti mill-ammont għal kull grad tinżamm ukoll minn sidien li mhumiex l-entità ta’ riżoluzzjoni.

3

Obbligazzjonijiet u fondi proprji

L-ammont ta’ fondi proprji, obbligazzjonijiet eliġibbli u obbligazzjonijiet li jikklassifikaw aktar baxxi minn jew pari passu ma’ fondi proprji jew obbligazzjonijiet eliġibbli.

Dan għandu jinkludi wkoll obbligazzjonijiet esklużi minn rikapitalizzazzjoni interna.

Din ir-ringiela mhijiex applikabbli fil-mudell EU TLAC2b.

4

Obbligazzjonijiet u fondi proprji — Li minnhom obbligazzjonijiet esklużi

Diżaggregazzjoni tal-obbligazzjonijiet esklużi skont l-Artikolu 72a(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew l-Artikolu 44(2) tad-Direttiva 2014/59/UE u, fejn applikabbli, l-Artikolu 44(3) tad-Direttiva 2014/59/UE.

Din ir-ringiela mhijiex applikabbli fil-mudell EU TLAC2b.

5

Obbligazzjonijiet u fondi proprji wara li jitnaqqsu l-obbligazzjonijiet esklużi

Obbligazzjonijiet u fondi proprji netti mill-obbligazzjonijiet esklużi.

Din ir-ringiela mhijiex applikabbli fil-mudell EU TLAC2b.

6

Subsett ta’ obbligazzjonijiet u fondi proprji wara li jitnaqqsu l-obbligazzjonijiet esklużi li huma fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għall-finijiet ta’ MREL intern/TLAC interna

Diżaggregazzjoni tal-ammont ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għall-fini ta’ MREL intern jew għall-finijiet ta’ TLAC interna, kif applikabbli f’konformità mal-paragrafu 11 hawn fuq.

7

Li minnhom maturità residwa ≥ sena < sentejn

Is-subsett tar-ringiela 6 bil-maturità residwa rilevanti.

8

Li minnhom maturità residwa ≥ sentejn < 5 snin

Is-subsett tar-ringiela 6 bil-maturità residwa rilevanti.

9

Li minnhom maturità residwa ≥ 5 snin < 10 snin

Is-subsett tar-ringiela 6 bil-maturità residwa rilevanti.

10

Li minnhom maturità residwa ≥ 10 snin, iżda esklużi t-titoli perpetwi

Is-subsett tar-ringiela 6 bil-maturità residwa rilevanti.

11

Li minnhom titoli perpetwi

Is-subsett tar-ringiela 6 li huma titoli perpetwi.

6.   EU TLAC3: Klassifikazzjoni tal-kredituri — entità ta’ riżoluzzjoni

16.

L-informazzjoni inkluża fil-mudell EU TLAC3 tiġi divulgata fil-livell tal-entità individwali.

17.

Il-mudell EU TLAC3 jeżisti f’żewġ verżjonijiet, EU TLAC3a u EU TLAC3b. L-EU TLAC3a tkopri l-finanzjament kollu li huwa pari passu jew subordinat għal strumenti potenzjalment eliġibbli għall-MREL, inklużi l-fondi proprji u strumenti kapitali oħrajn. L-ammonti li huma ineliġibbli biss bħala riżultat tar-rekwiżiti ta’ subordinazzjoni għandhom jiġu inklużi b’mod sħiħ fir-ringiela li tikkorrespondi għall-grad ta’ insolvenza rilevanti, jiġifieri mingħajr ma jiġu applikati l-limiti massimi. L-EU TLAC3b tkopri biss il-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli biex jissodisfaw ir-rekwiżit tal-Artikolu 45 tad-Direttiva 2014/59/UE f’konformità mal-Artikolu 45e ta’ dik id-Direttiva.

18.

F’konformità mal-Artikolu 14(2) ta’ dan ir-Regolament, l-entitajiet li mhumiex soġġetti għall-obbligu ta’ konformità mar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, iżda li huma soġġetti għall-obbligu ta’ konformità mar-rekwiżit tal-Artikolu 45 tad-Direttiva 2014/59/UE f’konformità mal-Artikolu 45e ta’ dik id-Direttiva jistgħu jagħżlu jekk jużawx l-EU TLAC3a jew l-EU TLAC3b biex jikkonformaw mar-rekwiżit ta’ divulgazzjoni stabbilit fl-Artikolu 45i(3), il-punt (b) tad-Direttiva 2014/59/UE.

19.

Mid-data tal-applikazzjoni tal-Artikolu 45i(3) tad-Direttiva 2014/59/UE, l-entitajiet emittenti għandhom jiddivulgaw taħt il-mudell EU TLAC3a l-obbligazzjonijiet potenzjalment eliġibbli biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-MREL u tat-TLAC. Qabel dik id-data, l-entitajiet emittenti għandhom jiddivulgaw l-obbligazzjonijiet potenzjalment eliġibbli biex jissodisfaw ir-rekwiżit tat-TLAC interna.

20.

L-ammonti pendenti msemmija fir-ringieli 2 sa 10 għandhom jiġu diżaggregati fi gradi ta’ insolvenza abbażi tal-liġi dwar l-insolvenza tal-entità emittenti, irrispettivament mil-liġi regolatorja tal-istrument.

21.

Il-gradi ta’ insolvenza għandhom ikunu dawk ikkomunikati mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni kompetenti f’konformità mal-preżentazzjoni standardizzata speċifikata fil-mudell tar-rapportar rilevanti.

22.

Il-gradi jiġu ppreżentati mill-aktar subordinati għall-aktar superjuri. Il-kolonni għall-gradi għandhom jiżdiedu sakemm ikunu ġew divulgati l-istrumenti potenzjalment eliġibbli tal-aktar klassifikazzjoni superjuri.

Ringieli

Referenzi u struzzjonijiet legali

1

Deskrizzjoni tal-grad ta’ insolvenza (test liberu)

In-numru ta’ gradi ta’ insolvenza (n) fil-ġerarkija tal-kredituri se jiddependi fuq is-sett ta’ obbligazzjonijiet tal-entità. Hemm kolonna waħda għal kull grad ta’ insolvenza. Id-deskrizzjoni jenħtieġ li tinkludi speċifikazzjoni tat-tipi ta’ pretensjonijiet li huma fi ħdan dak il-grad ta’ insolvenza (eż. CET1, strumenti tal-Grad 2).

2

Obbligazzjonijiet u fondi proprji

L-ammont ta’ fondi proprji, obbligazzjonijiet eliġibbli u obbligazzjonijiet li jikklassifikaw aktar baxxi minn jew pari passu ma’ fondi proprji jew obbligazzjonijiet eliġibbli.

Dan għandu jinkludi wkoll obbligazzjonijiet esklużi minn rikapitalizzazzjoni interna.

Din ir-ringiela mhijiex applikabbli fil-mudell EU TLAC3b.

3

Obbligazzjonijiet u fondi proprji — Li minnhom obbligazzjonijiet esklużi

Diżaggregazzjoni tal-obbligazzjonijiet esklużi skont l-Artikolu 72a(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew l-Artikolu 44(2) tad-Direttiva 2014/59/UE u, fejn applikabbli, l-Artikolu 44(3) ta’ dik id-Direttiva.

Din ir-ringiela mhijiex applikabbli fil-mudell EU TLAC3b.

4

Obbligazzjonijiet u fondi proprji wara li jitnaqqsu l-obbligazzjonijiet esklużi

Obbligazzjonijiet u fondi proprji netti mill-obbligazzjonijiet esklużi.

Din ir-ringiela mhijiex applikabbli fil-mudell EU TLAC3b.

5

Subsett ta’ obbligazzjonijiet u fondi proprji wara li jitnaqqsu l-obbligazzjonijiet esklużi li huma fondi proprji u obbligazzjonijiet potenzjalment eliġibbli biex jissodisfaw l-MREL/it-TLAC

Diżaggregazzjoni tal-ammont ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għall-finijiet ta’ MREL jew għall-finijiet ta’ TLAC, kif applikabbli f’konformità mal-paragrafu 19 hawn fuq, mingħajr applikazzjoni tal-limiti massimi fuq ir-rikonoxximent ta’ obbligazzjonijiet mhux subordinati.

6

Li minnhom maturità residwa ≥ sena < sentejn

Is-subsett tar-ringiela 5 bil-maturità residwa rilevanti.

7

Li minnhom maturità residwa ≥ sentejn < 5 snin

Is-subsett tar-ringiela 5 bil-maturità residwa rilevanti.

8

Li minnhom maturità residwa ≥ 5 snin < 10 snin

Is-subsett tar-ringiela 5 bil-maturità residwa rilevanti.

9

Li minnhom maturità residwa ≥ 10 snin, iżda esklużi t-titoli perpetwi

Is-subsett tar-ringiela 5 bil-maturità residwa rilevanti.

10

Li minnhom titoli perpetwi

Is-subsett tar-ringiela 5 li huma titoli perpetwi.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1618/corrigendum/2024-08-08/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)