European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L

2019/331

17.4.2024

Rettifika tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/873 tat-30 ta’ Jannar 2024 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2019/331 fir-rigward ta’ regoli tranżizzjonali għall-Unjoni kollha għall-allokazzjoni armonizzata bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L, 2024/873, l-4 ta’ April 2024 )

Fil-paġna 1, fil-premessa 2, it-tieni sentenza,

minflok:

“Minħabba li dawk l-installazzjonijiet ma għandhomx għalfejn iċedu kwoti f’konformità mal-Artikolu 12 ta’ dik id-Direttiva, huwa xieraq li ma titqiesx is-sħana fornuta minn dawk l-installazzjonijiet lil installazzjonijiet oħrajn kif koperti mis-Sistema tal-Unjoni Ewropea għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (EU ETS) għall-fini ta’ allokazzjoni bla ħlas.”,

aqra:

“Minħabba li dawk l-installazzjonijiet ma għandhomx għalfejn iċedu kwoti f’konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2003/87/KE, huwa xieraq li ma titqiesx is-sħana fornuta minn dawk l-installazzjonijiet lil installazzjonijiet oħrajn kif koperti mis-Sistema tal-Unjoni Ewropea għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (EU ETS) għall-fini ta’ allokazzjoni bla ħlas.”;

Fil-paġna 3, fil-premessa 21, l-ewwel sentenza,

minflok:

“Sabiex jiġu pprovduti aktar inċentivi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, ġiet introdotta dispożizzjoni dwar il-kundizzjonalità tal-allokazzjoni bla ħlas dwar l-implimentazzjoni ta’ miżuri għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika fl-Artikolu 10a, it-tielet subparagrafu tad-Direttiva 2003/87/KE, li jeħtieġ li tiġi ssupplimentata.”,

aqra:

“Sabiex jiġu pprovduti aktar inċentivi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, ġiet introdotta dispożizzjoni dwar il-kundizzjonalità tal-allokazzjoni bla ħlas dwar l-implimentazzjoni ta’ miżuri għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika fl-Artikolu 10a(1), it-tielet subparagrafu tad-Direttiva 2003/87/KE, li jeħtieġ li tiġi ssupplimentata.”;

Fil-paġna 5, il-premessa 34,

minflok:

“Wara r-rieżami, biex jiġi evitat l-għadd doppju f’termini ta’ allokazzjoni bla ħlas għall-produzzjoni tal-azzar mill-isponża tal-ħadid u biex jiġi żgurat li l-parametri referenzjarji tal-prodott għall-metall sħun, l-azzar tal-karbonju EAF u l-azzar illigat ħafna EAF ma jikkoinċidux, huwa meħtieġ li l-azzar prodott mill-isponża tal-ħadid jiġi eskluż mid-definizzjoni tal-parametri referenzjarji tal-azzar tal-karbonju EAF u tal-azzar illigat ħafna EAF.”,

aqra:

“Wara r-rieżami, biex jiġi evitat l-għadd doppju f’termini ta’ allokazzjoni bla ħlas għall-produzzjoni tal-azzar mill-ħadid mir-riduzzjoni diretta u biex jiġi żgurat li l-parametri referenzjarji tal-prodott għall-metall sħun, l-azzar tal-karbonju EAF u l-azzar illigat ħafna EAF ma jikkoinċidux, huwa meħtieġ li l-azzar prodott mill-ħadid mir-riduzzjoni diretta jiġi eskluż mid-definizzjoni tal-parametri referenzjarji tal-azzar tal-karbonju EAF u tal-azzar illigat ħafna EAF.”;

Fil-paġna 6, fil-premessa 40, l-aħħar sentenza,

minflok:

“Għal entranti ġodda li l-applikazzjonijiet tagħhom għal allokazzjoni bla ħlas jiġu sottomessi fl-1 ta’ Jannar 2024 jew wara, l-emendi għal dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw għal allokazzjonijiet relatati mal-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2024 filwaqt li għall-allokazzjonijiet relatati mal-perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2023 japplika r-Regolament fil-verżjoni tiegħu applikabbli fil-31 ta’ Diċembru 2023.”,

aqra:

“Għal entranti ġodda li l-applikazzjonijiet tagħhom għal allokazzjoni bla ħlas jiġu sottomessi fl-1 ta’ Jannar 2024 jew wara, l-emendi għar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 jenħtieġ li japplikaw għal allokazzjonijiet relatati mal-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2024 filwaqt li għall-allokazzjonijiet relatati mal-perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2023 japplika r-Regolament fil-verżjoni tiegħu applikabbli fil-31 ta’ Diċembru 2023.”;

Fil-paġna 20, fl-Anness I, fl-emenda għat-taqsima 2, il-linja 3 tat-tabella tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331,

minflok:

“Azzar tal-karbonju EAF

Azzar li fih anqas minn 8 % ta’ elementi metalliċi li jilligaw u elementi mhux regolari għal livelli tali li jillimitaw l-użu għal dawk l-applikazzjonijiet fejn l-ebda kwalità u proċessabbiltà għolja tas-superfiċje ma hija meħtieġa u jekk l-ebda wieħed mill-kriterji għall-kontenut tal-elementi metalliċi li jilligaw u l-kwalità tal-azzar għall-azzar illigat ħafna jintlaħqu. Espress f’tunnellati ta’ azzar sekondarju mhux raffinat ex-caster.

L-azzar prodott mill-ħadid b’konsistenza baxxa diġà kopert taħt il-parametru referenzjarju tal-metall sħun ma huwiex kopert minn dan il-parametru referenzjarju.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-unitajiet ta’ proċess imsejħa kalkara b’ark tal-elettriku, il-metallurġija sekondarja, l-ikkastjar u l-qtugħ, l-unità ta’ wara l-kombustjoni, l-unità għat-tneħħija tat-trab, l-istands għat-tisħin tal-kontenituri, l-istands għat-tisħin minn qabel tal-ingotti tal-ikkastjar, it-tnixxif tal-iskrepp u t-tisħin minn qabel tal-iskrepp huma inklużi.

Proċessi posterjuri tal-ikkastjar ma humiex inklużi.

Għall-fini tal-ġbir ta’ data, għandu jitqies il-konsum totali tal-elettriku fil-limiti tas-sistema.

0,283 ”,

L-azzar prodott mill-ħadid mir-riduzzjoni diretta diġà kopert taħt il-parametru referenzjarju tal-metall sħun ma huwiex kopert minn dan il-parametru referenzjarju.

0,283 ”;

Fil-paġna 20, fl-Anness I, l-emenda għat-taqsima 2, il-linja 4 tat-tabella tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331,

minflok:

“Azzar illigat ħafna manifatturat b’forn tal-ark elettriku

Azzar li fih 8 % jew aktar ta’ elementi metalliċi li jilligaw jew fejn ikunu meħtieġa kwalità u proċessabbiltà għolja tas-superfiċje. Espress f’tunnellati ta’ azzar sekondarju mhux raffinat ex-caster.

L-azzar prodott mill-ħadid b’konsistenza baxxa diġà kopert taħt il-parametru referenzjarju tal-metall sħun ma huwiex kopert minn dan il-parametru referenzjarju.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-unitajiet ta’ proċess imsejħa kalkara b’ark tal-elettriku, il-metallurġija sekondarja, l-ikkastjar u l-qtugħ, l-unità ta’ wara l-kombustjoni, l-unità għat-tneħħija tat-trab, l-istands għat-tisħin tal-kontenituri, l-istands għat-tisħin minn qabel tal-ingotti tal-ikkastjar, il-pitt għat-tkessiħ bil-mod, it-tnixxif tal-iskrepp u t-tisħin minn qabel tal-iskrepp huma inklużi. L-unitajiet ta’ proċess tal-konvertitur FeCr u l-ħżin krijoġeniku tal-gassijiet industrijali ma humiex inklużi.

Proċessi posterjuri tal-ikkastjar ma humiex inklużi.

Għall-fini tal-ġbir ta’ data, għandu jitqies il-konsum totali tal-elettriku fil-limiti tas-sistema.

0,352 ”,

aqra:

“Azzar illigat ħafna manifatturat b’forn tal-ark elettriku

Azzar li fih 8 % jew aktar ta’ elementi metalliċi li jilligaw jew fejn ikunu meħtieġa kwalità u proċessabbiltà għolja tas-superfiċje. Espress f’tunnellati ta’ azzar sekondarju mhux raffinat ex-caster.

L-azzar prodott mill-ħadid mir-riduzzjoni diretta diġà kopert taħt il-parametru referenzjarju tal-metall sħun ma huwiex kopert minn dan il-parametru referenzjarju.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-unitajiet ta’ proċess imsejħa kalkara b’ark tal-elettriku, il-metallurġija sekondarja, l-ikkastjar u l-qtugħ, l-unità ta’ wara l-kombustjoni, l-unità għat-tneħħija tat-trab, l-istands għat-tisħin tal-kontenituri, l-istands għat-tisħin minn qabel tal-ingotti tal-ikkastjar, il-pitt għat-tkessiħ bil-mod, it-tnixxif tal-iskrepp u t-tisħin minn qabel tal-iskrepp huma inklużi. L-unitajiet ta’ proċess tal-konvertitur FeCr u l-ħżin krijoġeniku tal-gassijiet industrijali ma humiex inklużi.

Proċessi posterjuri tal-ikkastjar ma humiex inklużi.

Għall-fini tal-ġbir ta’ data, għandu jitqies il-konsum totali tal-elettriku fil-limiti tas-sistema.

0,352 ”;

Fil-paġna 29, fl-Anness III, l-emenda għat-taqsima 2.3, il-punt (b)(f) tal-Anness IV tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331,

minflok:

“(f)

L-ammont ta’ input ta’ enerġija minn fjuwils attribwiti lil subinstallazzjonijiet tal-parametru referenzjarju tal-fjuwil (irrapportati separatament għas-subinstallazzjoni tal-parametru referenzjarju tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u għar-rilokazzjoni mhux tal-karbonju kif ukoll għal kull wieħed mill-ammonti rispettivi kemm jintuża biex jiġu prodotti l-oġġetti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956;”,

aqra:

“(f)

L-ammont ta’ input ta’ enerġija minn fjuwils attribwiti lil subinstallazzjonijiet tal-parametru referenzjarju tal-fjuwil (irrapportati separatament għas-subinstallazzjoni tal-parametru referenzjarju tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u għar-rilokazzjoni mhux tal-karbonju) kif ukoll, għal kull wieħed mill-ammonti rispettivi kemm jintuża biex jiġu prodotti l-oġġetti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956;”;

Fil-paġna 29, fl-Anness III, l-emenda għat-taqsima 2.3, il-punt (p) tal-Anness IV tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331,

minflok:

“(p)

L-ammont nett ta’ sħana li titkejjel attribwibbli għas-subinstallazzjonijiet tal-parametru referenzjarju tas-sħana (irrapportat separatament għar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u għall-parametru referenzjarju tas-sħana tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet mhux tal-karbonju u għas-subinstallazzjonijiet tat-tisħin distrettwali kif ukoll għal kull wieħed mill-ammonti rispettivi kemm jintuża biex jipproduċi l-oġġetti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956;”,

aqra:

“(p)

L-ammont nett ta’ sħana li titkejjel attribwibbli għas-subinstallazzjonijiet tal-parametru referenzjarju tas-sħana (irrapportat separatament għar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u għall-parametru referenzjarju tas-sħana tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet mhux tal-karbonju u għas-subinstallazzjonijiet tat-tisħin distrettwali) kif ukoll, għal kull wieħed mill-ammonti rispettivi, kemm jintuża biex jipproduċi l-oġġetti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956;”.

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/873/corrigendum/2024-04-17/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)