European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2011/83

9.2.2024

Rettifika tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 304 tat-22 ta’ Novembru 2011 )

1.

Fil-paġna 66, premessa 15,

minflok:

“(15)

Din id-Direttiva m’ għandhiex tarmonizza ir-rekwiżiti lingwistiċi applikabbli għall-kuntratti tal-konsumatur. Għalhekk, l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu fil-liġi nazzjonali tagħhom rekwiżiti lingwistiċi rigward l-informazzjoni dwar il-kuntratti u t-termini kuntrattwali.”

aqra:

“(15)

Din id-Direttiva m’ għandhiex tarmonizza ir-rekwiżiti lingwistiċi applikabbli għall-kuntratti tal-konsumatur. Għalhekk, l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu fil-liġi nazzjonali tagħhom rekwiżiti lingwistiċi rigward l-informazzjoni dwar il-kuntratti u l-klawżoli kuntrattwali.”;

2.

Fil-paġna 83, fl-Artikolu 32 li tirreferi għall-emenda għad-Direttiva 93/13/KEE,

minflok:

“Emenda għad-Direttiva 93/13/KEE

Fid-Direttiva 93/13/KEE jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

‘Artikolu 8a

1.   Meta Stat Membru jadotta dispożizzjonijiet skont l-Artikolu 8, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan, kif ukoll bi kwalunkwe modifika sussegwenti, b’mod partikolari fejn dawk id-dispożizzjonijiet:

jestendu l-valutazzjoni tal-karattru inġust għat-termini kuntrattwali negozjati individwalment jew għall-adegwatezza tal-prezz jew ir-remunerazzjoni; jew

ikun fihom listi ta’ termini tal-kuntratt li għandhom jitqiesu bħala inġusti.’ ”,

aqra:

“Emenda għad-Direttiva 93/13/KEE

Fid-Direttiva 93/13/KEE jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

‘Artikolu 8a

1.   Meta Stat Membru jadotta dispożizzjonijiet skont l-Artikolu 8, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan, kif ukoll bi kwalunkwe modifika sussegwenti, b’mod partikolari fejn dawk id-dispożizzjonijiet:

jestendu l-valutazzjoni tal-karattru inġust għall-klawżoli kuntrattwali negozjati individwalment jew għall-adegwatezza tal-prezz jew ir-remunerazzjoni; jew

ikun fihom listi ta’ klawżoli kuntrattwali li għandhom jitqiesu bħala inġusti.’ ”


ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2011/83/corrigendum/2024-02-09/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)