![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2024/2867 |
11.11.2024 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2867
tat-2 ta’ Settembru 2024
li jemenda r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-preżentazzjoni tal-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 33(6) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/848 jistabbilixxi l-mudelli tal-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea li jista’ jintuża, inkluż mudell iswed u abjad. Madankollu, mudell kompletament invertit (in-negattiv) bl-abjad u bl-iswed b’linja esterna ta’ delimitazzjoni madwar il-logo jew mingħajrha mhuwiex awtorizzat b’mod espliċitu. L-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/848 għandu jipprovdi b’mod espliċitu li mudell bħal dan huwa awtorizzat ukoll minħabba li jwieġeb għal ħtieġa teknika fuq il-post. |
(2) |
L-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/848 jipprovdi l-kulur għal-logo tal-produzzjoni organika ħadra tal-Unjoni Ewropea bil-kulur ta’ referenza fiċ-ċart tal-kuluri Pantone u fil-mudell tal-kuluri CMYK, fejn jintużaw erba’ pjanċi tal-linka — “cyan”, maġenta, isfar u “key” (iswed). Ir-referenza ekwivalenti fil-mudell tal-kuluri RGB, fejn jintużaw tliet kuluri primarji addittivi, aħmar, aħdar u blu, jenħtieġ li tiġi pprovduta wkoll għal skopijiet diġitali. |
(3) |
L-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/848 jipprevedi li tista’ tintuża linja esterna ta’ delimitazzjoni madwar il-logo meta l-logo jkun fuq sfond li jagħmilha diffiċli biex wieħed jarah. Sabiex jiġi żgurat li l-proporzjonijiet tar-relazzjoni bejn l-għoli u l-wisa’ jiġu rispettati, għandha dejjem tintuża linja esterna tad-delimitazzjoni meta l-logo jkun fuq sfond li jagħmilha diffiċli biex wieħed jarah. |
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2018/848 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/848 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Settembru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/848/oj.
ANNESS
L-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/848 huwa emendat kif ġej:
(1) |
il-punti 1.2 u 1.3 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:
|
(2) |
il-punt 1.5 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/2867/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)