European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2696

14.10.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/2696

tal-10 ta’ Ottubru 2024

dwar in-nuqqas ta’ sostituzzjoni ta’ Membru tal-Kummissjoni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 246, it-tielet paragrafu, tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-President tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Kummissarju BRETON irriżenja bħala Membru tal-Kummissjoni b’effett mis-16 ta’ Settembru 2024.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 246, it-tielet paragrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b’mod unanimu fuq proposta mill-President tal-Kummissjoni, jista’ jiddeċiedi li post vakanti li jirriżulta minn riżenja fil-Kummissjoni ma hemmx għalfejn jimtela, b’mod partikolari meta ż-żmien li jkun fadal mill-mandat tal-Membru tal-Kummissjoni jkun qasir.

(3)

Mill-ġurnata li fiha r-riżenja saret effettiva, iż-żmien li fadal mill-mandat tal-Kummissjoni attwali huwa ta’ inqas minn xahrejn. Sostituzzjoni għal perjodu daqshekk qasir tal-Membru tal-Kummissjoni li rriżenja ma tidhirx meħtieġa, filwaqt li titqies l-organizzazzjoni tal-Kummissjoni bħala korp kolleġġjali skont l-Artikolu 17(6) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(4)

Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għall-kompożizzjoni tal-Kummissjoni mill-bidu tal-mandat il-ġdid tagħha fl-2024,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-post vakanti kkawżat fil-Kummissjoni minħabba r-riżenja tal-Kummissarju BRETON ma għandux jimtela.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-10 ta’ Ottubru 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

PINTÉR S.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2696/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)