European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2668

9.10.2024

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/2668

tat-8 ta’ Ottubru 2024

li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK tal-20 ta’ Diċembru 2010 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-20 ta’ Diċembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK.

(2)

Fit-12 ta’ Diċembru 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2231 (2) b’rispons għat-tfixkil tal-proċess elettorali u l-ksur relatat tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK). Id-Deċiżjoni (PESK) 2016/2231 emendat id-Deċiżjoni 2010/788/PESK u introduċiet miżuri restrittivi awtonomi.

(3)

Wara s-sentenzi tal-Qorti Ġenerali fil-Kawżi T-88/23 u T-89/23, jenħtieġ li jitneħħew żewġ entrati mil-lista ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK jiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK huwa emendat kif jinsab fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-8 ta’ Ottubru 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

VARGA M.


(1)   ĠU L 336, 21.12.2010, p. 30.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2231 tat-12 ta' Diċembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU L 336 I, 12.12.2016, p. 7).


ANNESS

Fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK (“LISTA TA’ PERSUNI FIŻIĊI JEW ĠURIDIĊI, ENTITAJIET U KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3(2)”), l-entrati għall-persuni li ġejjin jitħassru mil-lista li tinsab fit-Taqsima A (“Persuni”):

“5.

Evariste BOSHAB;

6.

Alex Kande MUPOMPA”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2668/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)