European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2571

27.9.2024

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2571

tad-19 ta’ Lulju 2024

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2024/1157 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fiċ-ċertifikat li jikkonferma t-tlestija ta’ operazzjoni ta’ rkupru sussegwenti interim jew mhux interim jew ta’ operazzjoni ta’ rimi sussegwenti interim jew mhux interim

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Ir-Regolament (UE) 2024/1157 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar vjeġġi ta’ skart, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1257/2013 u (UE) 2020/1056 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 (1), u partikolarment l-Artikolu 15(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2024/1157 jistabbilixxi l-proċedura ta’ notifika u kunsens minn qabel għal vjeġġi ta’ ċertu skart, inkluż għal operazzjonijiet ta’ rkupru interim jew rimi interim.

(2)

L-Artikolu 15 ta’ dak ir-Regolament fih dispożizzjonijiet speċifiċi relatati ma’ vjeġġi ta’ skart għal operazzjonijiet ta’ rkupru interim jew rimi interim. Il-faċilitajiet li jwettqu tali operazzjonijiet interim għandhom jiġu infurmati mill-faċilitajiet li jwettqu proċessi sussegwenti tat-trattament tal-iskart, kemm interim kif ukoll mhux interim, li l-faċilitajiet sussegwenti lestew il-proċessi li għalihom ġie kkonsenjat l-iskart lilhom. Din il-konferma għandha ssir f’forma ta’ ċertifikat li jenħtieġ li jinħareġ mill-faċilitajiet li jkunu wettqu l-proċess sussegwenti tat-trattament tal-iskart. Permezz ta’ dak iċ-ċertifikat, dawk il-faċilitajiet għandhom jikkonfermaw it-tlestija ta’ operazzjoni sussegwenti ta’ rkupru interim jew mhux interim jew operazzjoni sussegwenti ta’ rimi interim jew mhux interim,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Iċ-ċertifikat li jikkonferma t-tlestija ta’ operazzjoni sussegwenti ta’ rkupru interim jew mhux interim jew operazzjoni sussegwenti ta’ rimi interim jew mhux interim f’konformità mal-Artikolu 15(5) tar-Regolament (UE) 2024/1157 huwa stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-istruzzjonijiet speċifiċi għall-mili taċ-ċertifikat stabbilit fl-Anness I huma stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Lulju 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L, 2024/1157, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1157/oj.


ANNESS I

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’ċertifikat li jikkonferma t-tlestija ta’ operazzjoni sussegwenti ta’ rkupru interim jew mhux interim jew operazzjoni sussegwenti ta’ rimi interim jew mhux interim f’konformità mal-Artikolu 15(5) tar-Regolament (UE) 2024/1157

Ċertifikat li jikkonferma t-tlestija ta’ operazzjoni sussegwenti ta’ rkupru interim jew mhux interim jew operazzjoni sussegwenti ta’ rimi interim jew mhux interim f’konformità mal-Artikolu 15(5) tar-Regolament (UE) 2024/1157

1.

Ċertifikat li jikkorrispondi man-notifika Nru:

2.

Jikkorrispondi għan-numru/i tas-serje tal-moviment  (1):

3.

Faċilità: (indika kif applikabbli)

Interim

Mhux interim

4.

Identifikazzjoni tal-iskart (imla l-kodiċijiet rilevanti):

(i)

L-Anness VIII ta’ Basel (jew IX jekk ikun applikabbli):

(ii)

L-OECD (jekk differenti minn (i)):

(iii)

L-Anness IIIA jew IIIB, jekk ikun applikabbli

(iv)

Il-lista tal-iskart tal-UE (2):

(v)

Kodiċi nazzjonali fil-pajjiż tal-importazzjoni (3):

(vi)

Oħrajn (jekk jogħġbok speċifika):

faċilità ta’ rimi

faċilità ta’ rkupru

Nru tar-Reġistrazzjoni:

Isem:

Indirizz:

Persuna ta’ kuntatt:

Telefon:

Email:

5.

Kwantità riċevuta:

Data(i):

Tunnellati (Mg):

m3:

6.

Deżinjazzjoni u kompożizzjoni tal-iskart riċevut  (4):

7.

Kwantitajiet trattati

Kwantità ppreparata għal użu mill-ġdid jew għal riċiklaġġ:

Tunnellati (Mg):

m3:

Kodiċi R:

Kwantità rkuprata b’xi mod ieħor:

Tunnellati (Mg):

m3:

Kodiċi-R:

Kwantità mormija:

Tunnellati (Mg):

m3:

Kodiċi-D:

8.

Niċċertifika li l-informazzjoni fil-partijiet 3-7 hija kompluta u korretta sa fejn naf jien u l-irkupru/ir-rimi tal-iskart deskritt hawn fuq tlesta mill-faċilità:

Isem:

Data:

Firma:


(1)  Għandha timtela billi jiġi indikat in-numru/i mill-kaxxa 2 tad-dokument ta’ moviment, kif stabbilit fl-Anness IB tar-Regolament (UE) 2024/1157.

(2)  Għandha timtela f’każ ta’ vjeġġi fl-UE u ta’ importazzjonijiet fl-UE minn pajjiżi terzi.

(3)  Għandha timtela f’każ ta’ esportazzjonijiet mill-UE lejn pajjiżi terzi u ta’ tranżitu mill-UE minn u lejn pajjiżi terzi.

(4)  Ehmeż id-dettalji jekk ikun meħtieġ.


ANNESS II

Struzzjonijiet għall-mili taċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 15(5) tar-Regolament (UE) 2024/1157

1.   

Il-faċilità interim kif imsemmija fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament (UE) 2024/1157 għandha timla l-partijiet 1 u 2 taċ-ċertifikat u titlob l-irkupru interim jew mhux interim sussegwenti jew il-faċilità tar-rimi interim jew mhux interim sussegwenti kif imsemmi fl-Artikolu 15(5) ta’ dak ir-Regolament (“faċilità sussegwenti”) biex tikkompleta u tissottometti l-bqija taċ-ċertifikat.

2.   

Kull faċilità sussegwenti għandha timla l-partijiet 3 sa 8 taċ-ċertifikat.

3.   

Il-partijiet 1 u 2 għandhom jimtlew bin-numri rispettivi tad-dokument ta’ notifika korrispondenti u d-dokument jew id-dokumenti ta’ moviment korrispondenti li taħthom l-iskart wasal fil-faċilità interim kif imsemmi fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament (UE) 2024/1157.

4.   

Il-parti 3 fiha l-informazzjoni dwar il-faċilità sussegwenti.

5.   

Il-partijiet 4, 5 u 6 jirreferu għall-input fil-faċilità sussegwenti.

6.   

Il-parti 4 tirreferi għall-input fil-faċilità sussegwenti. Biex jiġi identifikat l-iskart, għandu jiġi ddikjarat il-kodiċi li jidentifika l-iskart kif elenkat skont l-Anness IV tar-Regolament (UE) 2024/1157 jew, fejn applikabbli, skont l-Annessi III, IIIA jew IIIB ta’ dak ir-Regolament. Il-kodiċi għandu jingħata skont is-sistema adottata taħt il-Konvenzjoni ta’ Basel (taħt is-subintestatura (i)) jew, fejn applikabbli, is-sistema adottata fid-Deċiżjoni tal-OECD (taħt is-subintestatura (ii)), l-Annessi IIIA jew IIIB (taħt is-subintestatura (iii)), il-lista ta’ skart stabbilita skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/98/KE (taħt is-subintestatura (iv)), sistema fil-pajjiż tal-importazzjoni (taħt is-subintestatura (v)), jew sistemi ta’ klassifikazzjoni rilevanti oħra (taħt is-subintestatura (vi)). Għall-vjeġġi fl-Unjoni, fi kwalunkwe każ għandhom jiġu pprovduti kodiċi jew kodiċijiet skont il-lista ta’ skart stabbilita skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

7.   

Il-parti 5 għandha timtela billi tiġi indikata d-data/i li fiha l-iskart ġie riċevut mill-faċilità sussegwenti, il-kwantità f’tunnellati (Mg) jew, fejn rilevanti, il-volum f’m3 tal-iskart riċevut minn dik il-faċilità.

8.   

Fil-parti 6 għandha tiġi pprovduta deskrizzjoni aktar dettaljata tal-iskart li tkun irċeviet il-faċilità sussegwenti meta mqabbla mal-kodiċi fil-parti 4, li tibqa’ aktar ġenerali.

9.   

Il-parti 7 tirreferi għat-tlestija tat-trattament fil-faċilità sussegwenti indikata fil-parti 3. Għandhom jiġu indikati l-kwantitajiet jew, fejn rilevanti, il-volumi ta’ skart irkuprat jew mormi, kif ukoll il-kodiċi-R u -D rilevanti tal-operazzjonijiet imwettqa.

10.   

Fil-parti 8, il-faċilità sussegwenti indikata fil-parti 3 għandha tiċċertifika li l-informazzjoni kollha pprovduta fil-partijiet 3 sa 7 hija kompluta u korretta, u li lestiet l-irkupru jew ir-rimi tal-iskart deskritt fiċ-ċertifikat.


(1)  Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3, ELI:http://data.europa.eu/eli/dir/2008/98/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/2571/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)