Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2024/2518 |
24.9.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/2518
tat-23 ta’ Settembru 2024
li jimplimenta l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 377/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Guinea-Bissau
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 377/2012 tat-3 ta’ Mejju 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Guinea-Bissau (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-3 ta’ Mejju 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 377/2012. |
(2) |
Skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 377/2012, il-Kunsill irrieżamina l-miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Guinea-Bissau, u jqis li jenħtieġ li tliet persuni jitneħħew mil-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi, kif stipulat fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament. |
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 377/2012 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 377/2012 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
Z. FELDMAN
ANNESS
Fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 377/2012 (Lista ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi imsemmija fl-Artikoli 2(1) u 2(2)), l-entrati li jikkonċernaw il-persuni elenkati hawn taħt huma mħassra:
“13. |
Tchipa NA BIDON |
16. |
Idrissa DJALÓ |
21. |
Logutenent Julio NA MAN”. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2518/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)