Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2024/2383 |
9.9.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2383
tas-6 ta’ Settembru 2024
li tahtar il-Koordinaturi Ewropej għall-Kurituri Ewropej tat-Trasport, is-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS) u l-Ispazju Marittimu Ewropew (EMS) u l-istabbiliment tal-arranġamenti dettaljati għat-twettiq tal-missjoni u l-kompiti tagħhom
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Ir-Regolament (UE) 2024/1679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport, li jemenda r-Regolamenti (UE) 2021/1153 u (UE) Nru 913/2010 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-kurituri Ewropej tat-Trasport bħala strumenti li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni koordinata tan-network ewlieni u tan-network ewlieni estiż huma previsti fil-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2024/1679 u elenkati fl-Artikolu 11(1) ta’ dak ir-Regolament. |
(2) |
Skont l-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) 2024/1679, il-Koordinaturi Ewropej jinħatru biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni koordinata tal-Kurituri Ewropej tat-Trasport, is-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS) u l-Ispazju Marittimu Ewropew (EMS). |
(3) |
Ir-rwol tal-Koordinaturi Ewropej huwa ta’ importanza ewlenija għall-iżvilupp tal-kurituri u l-kooperazzjoni matul il-Kurituri Ewropej tat-Trasport. |
(4) |
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-Kurituri Ewropej tat-Trasport, il-Koordinaturi Ewropej, bi qbil mal-Istat Membru kkonċernat, jenħtieġ li jiffaċilitaw id-diskussjonijiet immirati lejn it-tlestija tal-Kurituri u jidentifikaw is-sorsi ta’ finanzjament, kemm privati kif ukoll pubbliċi, fil-każ ta’ proġetti transfruntiera kumplessi, konnessjonijiet neqsin u sezzjonijiet ta’ konġestjoni, kif ukoll fil-każ ta’ kwistjonijiet ta’ interoperabbiltà u intermodalità. |
(5) |
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet orizzontali, il-Koordinaturi Ewropej għall-ERTMS u l-EMS jenħtieġ li, fi djalogu mal-Istati Membri kkonċernati, jiżviluppaw approċċ ikkoordinat għall-iżvilupp ta’ prijoritajiet orizzontali b’enfasi partikolari fuq l-interazzjoni mill-qrib mal-Kurituri Ewropej tat-Trasport kif ukoll man-networks ewlenin u ewlenin estiżi. |
(6) |
Sabiex jiġu żgurati l-imparzjalità u l-indipendenza tal-Koordinaturi Ewropej, dawn tal-aħħar jenħtieġ li ma jkunux ċittadini ta’ Stat Membru kkonċernat mill-Kuritur Ewropew tat-Trasport assenjat lilhom. |
(7) |
Sabiex jiżviluppaw il-kompiti tagħhom, jenħtieġ li l-Koordinaturi Ewropej jingħataw allowance b’rata fissa ta’ kull xahar biex ikopru l-ispejjeż segretarjali li ma jistgħux jitwasslu direttament mis-servizzi tal-Kummissjoni u jiġu rimborżati għall-ispejjeż tal-missjonijiet skont ir-regoli tal-Kummissjoni. |
(8) |
Huwa xieraq li jinħatru 9 Koordinaturi Ewropej, wieħed għal kull Kuritur Ewropew tat-Trasport, wieħed għall-ERTMS, wieħed għall-EMS, ħlief għall-Kuritur tal-Baħar Baltiku — il-Baħar l-Iswed — il-Baħar Eġew, minħabba li ma ntlaħaq l-ebda ftehim mill-Istati Membri fil-kuntest ta’ konsultazzjoni dwar il-kandidat xieraq u għall-Kuritur tar-Renu-Danubju, minħabba li l-Koordinatur propost miet fil-25 ta’ Lulju 2024. Jenħtieġ li l-Koordinaturi għal dawn iż-żewġ Kurituri Ewropej tat-Trasport jinħatru fi stadju aktar tard. |
(9) |
F’konformità mal-Artikolu 52(1) tar-Regolament (UE) 2024/1679, ġew ikkonsultati l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi, li huma parti mill-Kurituri Ewropej tat-Trasport u mill-prijoritajiet orizzontali, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill. L-Istati Membri kkonċernati esprimew il-qbil tagħhom mal-ħatra tal-Koordinaturi Ewropej, il-Parlament Ewropew ħareġ l-opinjoni pożittiva f’April 2024 u l-Kunsill, f’Lulju 2024. |
(10) |
Il-pożizzjonijiet ta’ Koordinaturi bħalissa huma vakanti, u għalhekk huwa urġenti li jinħatru. Għal din ir-raġuni, jenħtieġ li d-deċiżjoni tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-persuni elenkati fl-Anness I huma maħtura bħala Koordinaturi Ewropej għall-Kurituri Ewropej tat-Trasport, għas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju u għall-Ispazju Marittimu Ewropew.
Artikolu 2
(1) Il-mandat tal-Koordinaturi Ewropej għandu jibda fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni u għandu jintemm erba’ snin wara dik id-data.
(2) Il-mandat tal-Koordinaturi jista’ jiġġedded. Il-Koordinatur Ewropew jista’, fi kwalunkwe żmien, jitlob lill-Kummissjoni biex ittemm il-mandat tiegħu jew tagħha.
Artikolu 3
(1) L-Anness II jistabbilixxi l-arranġamenti dettaljati għat-twettiq tal-missjoni u tal-kompiti tal-Koordinaturi Ewropej.
(2) Il-Kummissarju responsabbli mit-trasport għandu jkun awtorizzat jgħaddi ittra ta’ mandat lil kull Koordinatur Ewropew stabbilit fl-Anness II.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Settembru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L, 2024/1679, 28.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1679/oj.
ANNESS I
Il-Ħatra tal-Koordinaturi Ewropej għall-Kurituri Ewropej tat-Trasport, l-ERTMS u l-Ispazju Marittimu Ewropew
Il-Baħar tat-Tramuntana – il-Baltiku |
Catherine TRAUTMANN (FR) |
Skandinavu – Mediterran |
Pat COX (IE) |
Atlantiku |
Carlo SECCHI (IT) |
Baħar tat-Tramuntana – Renu – Mediterran |
Paweł WOJCIECHOWSKI (PL) |
Mediterran |
Mathieu GROSCH (BE) |
Il-Baħar Baltiku – il-Baħar Adrijatiku |
Anne Elisabet JENSEN (DK) |
Balkani tal-Punent – Lvant tal-Mediterran |
Marian-Jean MARINESCU (RO) |
ERTMS |
Matthias RUETE (DE) |
L-Ispazju Marittimu Ewropew |
Gesine MEISSNER (DE) |
ANNESS II
Ittra ta’ Mandat għall-Koordinatur Ewropew għall-Kuritur Ewropew tat-Trasport tal-Baħar tat-Tramuntana – il-Baltiku
Ir-Regolament (UE) 2024/1679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport jipprevedi l-ħatra ta’ Koordinaturi Ewropej responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Kurituri Ewropej tat-Trasport u l-prijoritajiet orizzontali: l-ispazju Marittimu Ewropew u s-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS).
L-approċċ tal-kuritur jippermetti kooperazzjoni effiċjenti bejn l-atturi ewlenin fil-ġestjoni ta’ proġetti kemm transfruntiera kif ukoll nazzjonali b’rilevanza Ewropea li jinsabu fil-kuritur. Il-Kurituri Ewropej tat-Trasport jinkludu l-modi kollha tat-trasport, bl-għan li jkun hemm effiċjenza fuq skala wiesgħa tas-sistema Ewropea tat-trasport. Għalhekk, l-użu tal-Kurituri Ewropej tat-Trasport jikkontribwixxi b’mod qawwi biex jintlaħqu l-għanijiet politiċi tal-Unjoni tat-tranżizzjoni tat-trasport sostenibbli u tissaħħaħ l-ekonomija Ewropea.
Inti aċċettajt ir-responsabbiltà bħala l-Koordinatur għall-Kuritur tal-Baħar tat-Tramuntana – il-Kuritur tat-Trasport Ewropew Baltiku. Dan il-kuritur jestendi mill-portijiet tal-Baħar tat-Tramuntana fil-Belġju, in-Netherlands u l-Ġermanja sal-Polonja. Minn hemm, ikompli lejn it-Tramuntana mil-Litwanja, il-Latvja u l-Estonja sa Ħelsinki u Oulu fil-Finlandja u Luleå fl-Iżvezja. Lejn in-Nofsinhar, il-kuritur jestendi minn Varsavja permezz ta’ Lublin sa Kiev u minn Katowice għal Lviv sa Kiev u Mariupol fl-Ukrajna. Dan ikopri l-ferroviji, it-toroq, l-ajruporti, il-portijiet, it-terminals multimodali tal-merkanzija, il-passaġġi fuq l-ilma interni u l-konnessjonijiet tal-Ispazju Marittimu Ewropew. Wieħed mill-akbar proġetti huwa Rail Baltica, linja ferrovjarja Ewropea b’wisa’ nominali standard tal-binarji li għandha tinbena bejn Varsavja u Tallinn, li tgħaqqad lil Riga u Vilnius.
Il-Kummissjoni hija konvinta li l-appoġġ tiegħek, li fuqu qed tgħodd ħafna, se jkun kruċjali għas-suċċess kontinwu tal-Kurituri Ewropej tat-Trasport u l-prijoritajiet orizzontali.
Il-missjoni
Il-ħidma tal-Koordinatur Ewropew għandha l-għan li tavvanza l-iżvilupp ġenerali tal-kuritur permezz ta’ attivitajiet ta’ koordinazzjoni mmirati, b’mod partikolari fir-rigward tal-investiment fil-proġetti (is-sinkronizzazzjoni tax-xogħlijiet, l-allokazzjoni tal-finanzjament nazzjonali u tal-Unjoni) u, kif xieraq, azzjonijiet speċifiċi oħra għall-promozzjoni ta’ sistema tat-trasport kompetittiva u effiċjenti fir-riżorsi. Għal dan il-għan, il-Koordinatur għandu jiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri kkonċernati, jiggwida l-involviment tal-partijiet ikkonċernati rilevanti fil-Forum tal-Kurituri kif ukoll jappoġġa t-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2024/1679, abbażi tal-pjanijiet ta’ ħidma tal-kurituri msemmija fl-Artikolu 54 ta’ dak ir-Regolament.
Id-dmirijiet tiegħek, li jirriżultaw minn dawk stabbiliti fl-Artikolu 52(5), (6) u (7) tar-Regolament (UE) 2024/1679 se jinkludu:
— |
l-analiżi tal-istat ta’ konformità u l-appoġġ għall-implimentazzjoni koordinata tal-Kuritur Ewropew tat-Trasport tal-Baħar tat-Tramuntana – il-Baltiku, f’konformità mal-istandards tan-network trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T); |
— |
f’konformità mal-Artikolu 54(1), u 54(2) tar-Regolament (UE) 2024/1679, it-tfassil ta’ pjan ta’ ħidma, sa mhux aktar tard mid-19 ta’ Lulju 2026 u kull erba’ snin minn hemm ’il quddiem, flimkien mal-Istati Membri kkonċernati u, fejn rilevanti, f’konsultazzjoni mal-pajjiżi ġirien, li huma parti mill-Kuritur Ewropew tat-Trasport tal-Baħar tat-Tramuntana – il-Baltiku; |
— |
il-preżentazzjoni ta’ rapport annwali dwar l-istatus lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri kkonċernati dwar il-progress miksub fl-implimentazzjoni tal-Kuritur Ewropew tat-Trasport tal-Baħar tat-Tramuntana – il-Baltiku; dak ir-rapport annwali dwar l-istatus għandu jiffoka fuq il-progress li jkun sar fuq il-prijoritajiet u l-investimenti ewlenin, jiddeskrivi n-natura tal-problemi ffaċċjati fl-implimentazzjoni tagħhom u jissuġġerixxi soluzzjonijiet; |
— |
l-għoti ta’ appoġġ lill-Istati Membri, u, fejn xieraq lill-pajjiżi ġirien rilevanti, fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ħidma; |
— |
f’konformità mal-Artikolu 53 (2) tar-Regolament (UE) 2024/1679, l-istabbiliment u l-presidenza formali tal-Forum tal-Kurituri, magħmul minn partijiet ikkonċernati tal-ġestjoni tal-infrastruttura. Il-Forum għandu jiltaqa’ regolarment matul il-mandat tiegħek; |
— |
il-konsultazzjoni mal-Forum tal-Kurituri rigward il-pjan ta’ ħidma u l-informazzjoni regolari lill-Forum dwar l-implimentazzjoni tiegħu; |
— |
kull fejn ikun meħtieġ, l-istabbiliment u l-presidenza ta’ għadd ta’ gruppi ta’ ħidma li jirrapportaw lill-Forum tal-Kurituri, f’konformità mal-Artikolu 53(4) tar-Regolament TEN-T; |
— |
it-twettiq tal-missjonijiet kollha meħtieġa fil-bliet kapitali, ir-reġjuni, in-nodi urbani rilevanti, li jinsabu fil-kuritur tat-trasport; |
— |
is-segwitu tal-implimentazzjoni u l-koordinazzjoni tal-pjan ta’ ħidma u l-att ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li huwa bbażat fuqu kif ukoll atti ta’ implimentazzjoni speċifiċi oħra għas-sezzjonijiet transfruntiera fejn applikabbli; |
— |
il-konsultazzjoni, fejn xieraq, mal-awtoritajiet reġjonali u lokali, mal-maniġers tal-infrastruttura, mal-operaturi tat-trasport, b’mod partikolari dawk li huma membri tal-governanza tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija, l-industrija tal-provvista, l-utenti tat-trasport u l-partijiet ikkonċernati rilevanti fir-rigward tal-pjan ta’ ħidma u l-implimentazzjoni tiegħu; |
— |
ir-rappurtar lill-Istati Membri, lill-Kunsill, lill-pajjiżi ġirien li huma parti mill-Kuritur Ewropew tat-Trasport tal-Baħar tat-Tramuntana – il-Baltiku, lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni, kif ukoll lil kwalunkwe entità oħra involuta fl-iżvilupp tal-Kuritur Ewropew tat-Trasport tal-Baħar tat-Tramuntana – il-Baltiku, dwar id-diffikultajiet iffaċċjati u s-soluzzjonijiet proposti; |
— |
il-kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u l-governanza tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija biex jiġu identifikati l-prijoritajiet u l-ħtiġijiet ta’ investiment għat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija fuq il-linji tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija tal-Kuritur Ewropew tat-Trasport tal-Baħar tat-Tramuntana – il-Baltiku, filwaqt li jitqiesu l-benefiċċji pprovduti lin-network trans-Ewropew tat-trasport u d-dati ta’ tlestija ġenerali kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2024/1679, mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-governanza tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija skont ir-Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal Kunsill (2) u l-kompetenza tal-Istati Membri fir-rigward tal-ġestjoni u l-finanzjament tal-infrastruttura; |
— |
il-monitoraġġ tal-prestazzjoni tas-servizzi tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija, u l-identifikazzjoni ta’ ostakli potenzjali, bħal dawk tekniċi, amministrattivi u operazzjonali, b’enfasi partikolari fuq id-dimensjoni transfruntiera, u t-tfassil ta’ rakkomandazzjonijiet f’dan ir-rigward, fejn rilevanti; |
— |
il-kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri kkonċernati sabiex tgħin fl-identifikazzjoni tal-prijoritajiet u l-ħtiġijiet ta’ investiment għal-linji ferrovjarji tal-passiġġieri tal-Kuritur Ewropew tat-Trasport tal-Baħar tat-Tramuntana – il-Baltiku; |
— |
il-monitoraġġ tal-prestazzjoni tas-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri, u l-identifikazzjoni ta’ ostakli potenzjali, bħal dawk tekniċi, amministrattivi u operazzjonali, b’enfasi partikolari fuq id-dimensjonijiet transfruntiera, u t-tfassil ta’ rakkomandazzjonijiet f’dan ir-rigward, fejn rilevanti; |
— |
il-kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri kkonċernati sabiex jiġu ffaċilitati, fejn rilevanti, il-kuntatti u l-koordinazzjoni bejn ir-rappreżentanti marittimi u tal-passaġġi fuq l-ilma interni bil-ħsieb li jiżdiedu s-sinerġiji tagħhom; |
— |
il-verifika dwar jekk il-proġetti proposti mill-Istati Membri, jew mill-pajjiżi ġirien, fejn applikabbli, għall-kofinanzjament taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) humiex konsistenti mal-prijoritajiet tal-pjan ta’ ħidma; |
— |
il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi ġirien u l-involviment tagħhom fl-attivitajiet tal-kurituri, bħall-Forum tal-Kurituri jew gruppi ta’ ħidma; |
— |
il-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, għal attivitajiet relatati mal-kuritur li jestendu għall-pajjiżi ġirien li huma membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet internazzjonali. |
Il-kompitu tiegħek bħala Koordinatur konsegwentement se jkun ta’ natura diversa ħafna u ta’ importanza kbira għall-Unjoni u għall-proġett ġenerali fil-kuntest tal-ipprogrammar tal-finanzjament u d-djalogu politiku mal-Istati Membri biex dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jegħlbu kwalunkwe diffikultà biex iwettqu d-diversi proġetti ta’ infrastruttura.
Ir-regoli u l-proċeduri
Il-kompitu tiegħek bħala Koordinatur Ewropew se jkun għal perjodu ta’ erba’ snin li jibda mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni u jista’ jiġġedded bi ftehim reċiproku.
Id-durata tal-mandat tiegħek tista’ tinbidel fi kwalunkwe żmien mill-Kummissjoni fuq inzjattiva proprja tagħha jew fuq talba tiegħek. Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li tirrevoka l-mandat tiegħek fi kwalunkwe ħin.
Matul it-twettiq tal-kompiti tiegħek ma għandekx tagħmel impenji f’isem il-Kummissjoni mingħajr il-qbil tagħha bil-miktub minn qabel. Għaldaqstant, inti għandek taġixxi b’mod imparzjali, b’mod indipendenti u kunfidenzjali u tapplika bl-aħjar mod possibbli l-għarfien u l-ħiliet professjonali tiegħek fl-interessi tal-Unjoni biss.
Għandek tevita kwalunkwe sitwazzjoni li twassal għal kunflitt ta’ interess fir-rigward tal-oqsma li fihom inti mitlub tintervjeni. Inti għandek tinforma minnufih lill-Kummissjoni b’kull kunflitt ta’ interess li jinqala’ matul il-mandat tiegħek.
Barra minn hekk, ma għandek tuża jew tiżvela ebda dokument jew informazzjoni li ssir taf biha waqt il-qadi ta’ dmirijietek, sakemm tali informazzjoni ma tkunx diġà fid-dominju pubbliku. Ir-riżultati kollha prodotti minnek se jkunu l-proprjetà tal-Unjoni, li tista’ tużahom jew tippubblikahom kif jidhrilha xieraq.
Matul it-twettiq tal-kompitu tiegħek, se tingħata indennizz b’rata fissa ta’ EUR 3 000 fix-xahar biex tkopri l-kostijiet relatati mal-assistenza segretarjali, meta din ma tkunx ipprovduta direttament mis-servizzi tal-Kummissjoni, (il-komunikazzjoni, l-għamara tal-uffiċċju mixxellanja, l-ispazju tal-uffiċċju), u l-ispejjeż relatati mal-ivvjaġġar fir-rigward tar-rappreżentanza tal-missjonijiet f’konformità mar-regoli tal-Kummissjoni.
Id-Direttur għall-Investiment, it-Trasport Innovattiv u Sostenibbli huwa l-persuna ta’ kuntatt tiegħek fid-Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport. Il-Kummissjoni tista’ tassigurak, minn qabel, li fl-implimentazzjoni tal-kompitu tiegħek, se jkollok l-appoġġ sħiħ tad-Direttur u tal-membri tal-persunal maħtura biex jgħinuk fuq bażi ta’ kuljum dwar kwistjonijiet tekniċi u amministrattivi.
Id-Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport se jorganizza laqgħat regolari bejn il-Koordinaturi Ewropej biex jippermetti l-iskambju ta’ informazzjoni u esperjenzi.
Il-qrati Belġjani għandu jkollhom il-ġuriżdizzjoni esklużiva li jiddeċiedu dwar kwalunkwe tilwima li tirrigwarda l-validità, l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta’ dan il-kuntratt. Dan il-kuntratt huwa rregolat mil-liġi Belġjana.
Ittra ta’ mandat għall-Koordinatur Ewropew għall-Kuritur Ewropew tat-Trasport Skandinavu – Mediterran
Ir-Regolament (UE) 2024/1679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport jipprevedi l-ħatra ta’ Koordinaturi Ewropej responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Kurituri Ewropej tat-Trasport u l-prijoritajiet orizzontali: l-ispazju Marittimu Ewropew u s-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS).
L-approċċ tal-kuritur jippermetti kooperazzjoni effiċjenti bejn l-atturi ewlenin fil-ġestjoni ta’ proġetti kemm transfruntiera kif ukoll nazzjonali b’rilevanza Ewropea li tinsab fil-kuritur. Il-Kurituri Ewropej tat-Trasport jinkludu l-modi kollha tat-trasport, bl-għan li jkun hemm effiċjenza fuq skala wiesgħa tas-sistema Ewropea tat-trasport. Għalhekk, l-użu tal-Kurituri Ewropej tat-Trasport jikkontribwixxi b’mod qawwi biex jintlaħqu l-għanijiet politiċi tal-Unjoni tat-tranżizzjoni tat-trasport sostenibbli u tissaħħaħ l-ekonomija Ewropea.
Inti aċċettajt ir-responsabbiltà bħala l-Koordinatur tal-Kuritur Ewropew tat-Trasport Skandinavu -Mediterran. Dan il-kuritur jestendi mit-Tramuntana tal-Finlandja, l-Iżvezja u n-Norveġja, mid-Danimarka, il-Ġermanja, u l-Awstrija sal-kosta Mediterranja tan-Nofsinhar tal-Italja u lil hinn bil-baħar sa Malta. Il-portijiet ewlenin u n-nodi tan-network huma Stokkolma, Ħelsinki, Oslo, Gothenburg u Copenhagen fit-Tramuntana, Hamburg, Hannover, Berlin, Leipzig, Frankfurt am Main, Munich u Innsbruck fiċ-ċentru u fl-aħħar nett Verona, Bologna, Ruma, Napli, La Spezia, Ancona, Livorno, Firenze, Cagliari (Sardenja), Bari, Palermo (Sqallija) kif ukoll Valletta u Marsaxlokk (it-tnejn Malta) fin-Nofsinhar tal-kuritur. Dan jinkludi l-ferroviji, it-toroq, l-ajruporti, il-portijiet, it- terminals multimodali tal-merkanzija u s-sezzjonijiet tal-Ispazju Marittimu Ewropew (eż. Lübeck/Rostock sal-Iskandinavja jew in-Nofsinhar tal-Italja/Sqallija sa Malta). Il-proġetti ta’ infrastruttura ewlenin fuq dan il-kuritur huma l-konnessjoni fissa ta’ Fehmarnbelt u l-mina ta’ bażi ta’ Brenner.
Il-Kummissjoni hija konvinta li l-appoġġ tiegħek, li fuqu qed tgħodd ħafna, se jkun kruċjali għas-suċċess kontinwu tal-Kurituri Ewropej tat-Trasport u l-prijoritajiet orizzontali.
Il-missjoni
Il-ħidma tal-Koordinatur Ewropew għandha l-għan li tavvanza l-iżvilupp ġenerali tal-kuritur permezz ta’ attivitajiet ta’ koordinazzjoni mmirati, b’mod partikolari fir-rigward tal-investiment fil-proġetti (is-sinkronizzazzjoni tax-xogħlijiet, l-allokazzjoni tal-finanzjament nazzjonali u tal-Unjoni) u, kif xieraq, azzjonijiet speċifiċi oħra għall-promozzjoni ta’ sistema tat-trasport kompetittiva u effiċjenti fir-riżorsi. Għal dan il-għan, il-Koordinatur għandu jiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri kkonċernati, jiggwida l-involviment tal-partijiet ikkonċernati rilevanti fil-Forum tal-Kurituri kif ukoll jappoġġa t-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2024/1679, abbażi tal-pjanijiet ta’ ħidma tal-kurituri msemmija fl-Artikolu 54 ta’ dak ir-Regolament.
Id-dmirijiet tiegħek, li jirriżultaw minn dawk stabbiliti fl-Artikolu 52(5), (6) u (7) tar-Regolament (UE) 2024/1679 se jinkludu:
— |
analysing the state of compliance and supporting the coordinated implementation of the Scandinavian-Mediterranean European Transport Corridor, in accordance with trans-European transport network (TEN-T) standards; |
— |
f’konformità mal-Artikolu 54(1), u 54(2) tar-Regolament (UE) 2024/1679, it-tfassil ta’ pjan ta’ ħidma, sa mhux aktar tard mid-19 ta’ Lulju 2026 u kull erba’ snin minn hemm ’il quddiem, flimkien mal-Istati Membri kkonċernati u, fejn rilevanti, f’konsultazzjoni mal-pajjiżi ġirien, li huma parti mill-Kuritur Ewropew tat-Trasport Skandinavu -Mediterran; |
— |
il-preżentazzjoni ta’ rapport annwali dwar l-istatus lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri kkonċernati dwar il-progress miksub fl-implimentazzjoni tal-Kuritur Ewropew tat-Trasport Skandinavu -Mediterran; dak ir-rapport annwali dwar l-istatus għandu jiffoka fuq il-progress li jkun sar fuq il-prijoritajiet u l-investimenti ewlenin, jiddeskrivi n-natura tal-problemi ffaċċjati fl-implimentazzjoni tagħhom u jissuġġerixxi soluzzjonijiet; |
— |
l-għoti ta’ appoġġ lill-Istati Membri, u, fejn xieraq, lill-pajjiżi ġirien rilevanti, fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ħidma; |
— |
f’konformità mal-Artikolu 53 (2) tar-Regolament (UE) 2024/1679 l-istabbiliment u l-presidenza formali tal-Forum tal-Kurituri, magħmul minn partijiet ikkonċernati tal-ġestjoni tal-infrastruttura. Il-Forum għandu jiltaqa’ regolarment matul il-mandat tiegħek; |
— |
il-konsultazzjoni mal-Forum tal-Kurituri rigward il-pjan ta’ ħidma u l-informazzjoni regolari lill-Forum dwar l-implimentazzjoni tiegħu; |
— |
kull fejn ikun meħtieġ, l-istabbiliment u l-presidenza ta’ għadd ta’ gruppi ta’ ħidma li jirrapportaw lill-Forum tal-Kurituri, f’konformità mal-Artikolu 53(4) tar-Regolament TEN-T; |
— |
it-twettiq tal-missjonijiet kollha meħtieġa fil-bliet kapitali, ir-reġjuni, in-nodi urbani rilevanti li jinsabu fil-kuritur tat-trasport; |
— |
is-segwitu tal-implimentazzjoni u l-koordinazzjoni tal-pjan ta’ ħidma u l-att ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li huwa bbażat fuqu kif ukoll atti ta’ implimentazzjoni speċifiċi oħra għas-sezzjonijiet transfruntiera fejn applikabbli; |
— |
il-konsultazzjoni, fejn xieraq, mal-awtoritajiet reġjonali u lokali, mal-maniġers tal-infrastruttura, mal-operaturi tat-trasport, b’mod partikolari dawk li huma membri tal-governanza tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija, l-industrija tal-provvista, l-utenti tat-trasport u l-partijiet ikkonċernati rilevanti fir-rigward tal-pjan ta’ ħidma u l-implimentazzjoni tiegħu; |
— |
reporting to the Member States, the Council, the neighbouring countries that are part of the Scandinavian-Mediterranean European Transport Corridor, the European Parliament and the Commission, as well as any other entities involved in the development of the Scandinavian-Mediterranean European Transport Corridor, on difficulties encountered and proposed solutions; |
— |
il-kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u l-governanza tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija biex jiġu identifikati l-prijoritajiet u l-ħtiġijiet ta’ investiment għat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija fuq il-linji tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija tal-Kuritur Ewropew tat-Trasport Skandinavu -Mediterran, filwaqt li jitqiesu l-benefiċċji pprovduti lin-network trans-Ewropew tat-trasport u d-dati ta’ tlestija ġenerali kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2024/1679, mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-governanza tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija skont ir-Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u l-kompetenza tal-Istati Membri fir-rigward tal-ġestjoni u l-finanzjament tal-infrastruttura; |
— |
il-monitoraġġ tal-prestazzjoni tas-servizzi tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija, u l-identifikazzjoni ta’ ostakli potenzjali, bħal dawk tekniċi, amministrattivi u operazzjonali, b’enfasi partikolari fuq id-dimensjoni transfruntiera, u t-tfassil ta’ rakkomandazzjonijiet f’dan ir-rigward, fejn rilevanti; |
— |
il-kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri kkonċernati sabiex tgħin fl-identifikazzjoni tal-prijoritajiet u l-ħtiġijiet ta’ investiment għal-linji ferrovjarji tal-passiġġieri tal-Kuritur Ewropew tat-Trasport Skandinavu -Mediterran; |
— |
il-monitoraġġ tal-prestazzjoni tas-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri, u l-identifikazzjoni ta’ ostakli potenzjali, bħal dawk tekniċi, amministrattivi u operazzjonali, b’enfasi partikolari fuq id-dimensjonijiet transfruntiera, u t-tfassil ta’ rakkomandazzjonijiet f’dan ir-rigward, fejn rilevanti; |
— |
il-kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri kkonċernati sabiex jiġu ffaċilitati, fejn rilevanti, il-kuntatti u l-koordinazzjoni bejn ir-rappreżentanti marittimi u tal-passaġġi fuq l-ilma interni bil-ħsieb li jiżdiedu s-sinerġiji tagħhom; |
— |
il-verifika dwar jekk il-proġetti proposti mill-Istati Membri, jew mill-pajjiżi ġirien, fejn applikabbli, għall-kofinanzjament taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) humiex konsistenti mal-prijoritajiet tal-pjan ta’ ħidma; |
— |
il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi ġirien u l-involviment tagħhom fl-attivitajiet tal-kurituri, bħall-Forum tal-Kurituri jew gruppi ta’ ħidma; |
— |
il-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, għal attivitajiet relatati mal-kuritur li jestendu għall-pajjiżi ġirien li huma membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet internazzjonali. |
Il-kompitu tiegħek bħala Koordinatur konsegwentement se jkun ta’ natura diversa ħafna u ta’ importanza kbira għall-Unjoni u għall-proġett ġenerali fil-kuntest tal-ipprogrammar tal-finanzjament u d-djalogu politiku mal-Istati Membri biex dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jegħlbu kwalunkwe diffikultà biex iwettqu d-diversi proġetti ta’ infrastruttura.
Ir-regoli u l-proċeduri
Il-kompitu tiegħek bħala Koordinatur Ewropew se jkun għal perjodu ta’ erba’ snin li jibda mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni u jista’ jiġġedded bi ftehim reċiproku.
Id-durata tal-mandat tiegħek tista’ tinbidel fi kwalunkwe żmien mill-Kummissjoni fuq inzjattiva proprja tagħha jew fuq talba tiegħek. Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li tirrevoka l-mandat tiegħek fi kwalunkwe ħin.
Matul it-twettiq tal-kompiti tiegħek ma għandekx tagħmel impenji f’isem il-Kummissjoni mingħajr il-qbil tagħha bil-miktub minn qabel. Għaldaqstant, inti għandek taġixxi b’mod imparzjali, b’mod indipendenti u kunfidenzjali u tapplika bl-aħjar mod possibbli l-għarfien u l-ħiliet professjonali tiegħek fl-interessi tal-Unjoni biss.
Għandek tevita kwalunkwe sitwazzjoni li twassal għal kunflitt ta’ interess fir-rigward tal-oqsma li fihom inti mitlub tintervjeni. Inti għandek tinforma minnufih lill-Kummissjoni b’kull kunflitt ta’ interess li jinqala’ matul il-mandat tiegħek.
Barra minn hekk, ma għandek tuża jew tiżvela ebda dokument jew informazzjoni li ssir taf biha waqt il-qadi ta’ dmirijietek, sakemm tali informazzjoni ma tkunx diġà fid-dominju pubbliku. Ir-riżultati kollha prodotti minnek se jkunu l-proprjetà tal-Unjoni, li tista’ tużahom jew tippubblikahom kif jidhrilha xieraq.
Matul it-twettiq tal-kompitu tiegħek, se tingħata indennizz b’rata fissa ta’ EUR 3 000 fix-xahar biex tkopri l-kostijiet relatati mal-assistenza segretarjali, meta din ma tkunx ipprovduta direttament mis-servizzi tal-Kummissjoni, (il-komunikazzjoni, l-għamara tal-uffiċċju mixxellanja, l-ispazju tal-uffiċċju), u l-ispejjeż relatati mal-ivvjaġġar fir-rigward tar-rappreżentanza tal-missjonijiet f’konformità mar-regoli tal-Kummissjoni.
Id-Direttur għall-Investiment, it-Trasport Innovattiv u Sostenibbli huwa l-persuna ta’ kuntatt tiegħek fid-Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport. Il-Kummissjoni tista’ tassigurak minn qabel li fl-implimentazzjoni tal-kompitu tiegħek se jkollok l-appoġġ sħiħ tad-Direttur u tal-membri tal-persunal maħtura biex jgħinuk fuq bażi ta’ kuljum dwar kwistjonijiet tekniċi u amministrattivi.
Id-Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport se jorganizza laqgħat regolari bejn il-Koordinaturi Ewropej biex jippermetti l-iskambju ta’ informazzjoni u esperjenzi.
Il-qrati Belġjani għandu jkollhom il-ġuriżdizzjoni esklużiva li jiddeċiedu dwar kwalunkwe tilwima li tirrigwarda l-validità, l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta’ dan il-kuntratt. Dan il-kuntratt huwa rregolat mil-liġi Belġjana.
Ittra ta’ mandat għall-Koordinatur Ewropew għall-Kuritur Ewropew tat-Trasport Atlantiku
Ir-Regolament (UE) 2024/1679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport jipprevedi l-ħatra ta’ Koordinaturi Ewropej responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Kurituri Ewropej tat-Trasport u l-prijoritajiet orizzontali: l-ispazju Marittimu Ewropew u s-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS).
L-approċċ tal-kuritur jippermetti kooperazzjoni effiċjenti bejn l-atturi ewlenin fil-ġestjoni ta’ proġetti kemm transfruntiera kif ukoll nazzjonali b’rilevanza Ewropea li jinsabu fil-kuritur. Il-Kurituri Ewropej tat-Trasport jinkludu l-modi kollha tat-trasport, bl-għan li jkun hemm effiċjenza fuq skala wiesgħa tas-sistema Ewropea tat-trasport. Għalhekk, l-użu tal-Kurituri Ewropej tat-Trasport jikkontribwixxi b’mod qawwi biex jintlaħqu l-għanijiet politiċi tal-Unjoni tat-tranżizzjoni tat-trasport sostenibbli u tissaħħaħ l-ekonomija Ewropea.
Inti aċċettajt ir-responsabbiltà bħala l-Koordinatur għall-Kuritur Ewropew tat-Trasport Atlantiku. Dan il-kuritur jgħaqqad il-portijiet Spanjoli u Portugiżi ta’ Algeciras, Sines, Liżbona, Porto, A Coruña u Bilbao minn ġol-Punent ta’ Franza u, b’konnessjoni minn Le Havre u Rouen, sa Pariġi u aktar lejn il-Lvant sa Strażburgu u Mannheim fil-Ġermanja. Dan ikopri l-ferroviji, it-toroq, l-ajruporti, il-portijiet, it-terminals multimodali tal-merkanzija, it- terminals multimodali tal-merkanzija, in-nodi urbani u s-Seine, id-Douro, it-Tagus u Guadalquivir bħala passaġġi fuq l-ilma interni. Objettiv ewlieni huwa li jiġi sfruttat il-potenzjal marittimu tal-faċċata tal-Atlantiku tal-Unjoni permezz ta’ integrazzjoni modali mtejba, it-titjib tal-interoperabbiltà ferrovjarja permezz tal-użu tal-ERTMS u l-istandards l-oħra tan-network trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T) tul il-kuritur kollu u l-bidla fil-wisa’ nominali tal-binarji għall-istandard tal-Unjoni Internazzjonali Ferrovjarja (UIC) fil-Peniżola Iberika. Fost il-proġetti infrastrutturali ta’ importanza kbira hemm is-sezzjonijiet transfruntiera bejn il-Portugall u Spanja u bejn Spanja u Franza.
Il-Kummissjoni hija konvinta li l-appoġġ tiegħek, li fuqu qed tgħodd ħafna, se jkun kruċjali għas-suċċess kontinwu tal-Kurituri Ewropej tat-Trasport u l-prijoritajiet orizzontali.
Il-missjoni
Il-ħidma tal-Koordinatur Ewropew għandha l-għan li tavvanza l-iżvilupp ġenerali tal-kuritur permezz ta’ attivitajiet ta’ koordinazzjoni mmirati, b’mod partikolari fir-rigward tal-investiment fil-proġetti (is-sinkronizzazzjoni tax-xogħlijiet, l-allokazzjoni tal-finanzjament nazzjonali u tal-Unjoni) u, kif xieraq, azzjonijiet speċifiċi oħra għall-promozzjoni ta’ sistema tat-trasport kompetittiva u effiċjenti fir-riżorsi. Għal dan il-għan, il-Koordinatur għandu jiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri kkonċernati, jiggwida l-involviment tal-partijiet ikkonċernati rilevanti fil-Forum tal-Kurituri kif ukoll jappoġġa t-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2024/1679, abbażi tal-pjanijiet ta’ ħidma tal-kurituri msemmija fl-Artikolu 54 ta’ dak ir-Regolament.
Id-dmirijiet tiegħek, li jirriżultaw minn dawk stabbiliti fl-Artikolu 52(5), (6) u (7) tar-Regolament (UE) 2024/1679 se jinkludu:
— |
l-analiżi tal-istat ta’ konformità u l-appoġġ għall-implimentazzjoni koordinata tal-Kuritur Ewropew tat-Trasport Atlantiku, f’konformità mal-istandards tat-TEN-T; |
— |
f’konformità mal-Artikolu 54(1), u 54(2) tar-Regolament (UE) 2024/1679, it-tfassil ta’ pjan ta’ ħidma, sa mhux aktar tard mid-19 ta’ Lulju 2026 u kull erba’ snin minn hemm ’il quddiem, flimkien mal-Istati Membri kkonċernati, li huma parti mill-Kuritur Ewropew tat-Trasport Atlantiku; |
— |
il-preżentazzjoni ta’ rapport annwali dwar l-istatus lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri kkonċernati dwar il-progress miksub fl-implimentazzjoni tal-Kuritur Ewropew tat-Trasport Atlantiku; dak ir-rapport annwali dwar l-istatus għandu jiffoka fuq il-progress li jkun sar fuq il-prijoritajiet u l-investimenti ewlenin, jiddeskrivi n-natura tal-problemi ffaċċjati fl-implimentazzjoni tagħhom u jissuġġerixxi soluzzjonijiet; |
— |
l-għoti ta’ appoġġ lill-Istati Membri, fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ħidma; |
— |
f’konformità mal-Artikolu 53 (2) tar-Regolament (UE) 2024/1679, l-istabbiliment u l-presidenza formali tal-Forum tal-Kurituri, magħmul minn partijiet ikkonċernati tal-ġestjoni tal-infrastruttura. Il-Forum għandu jiltaqa’ regolarment matul il-mandat tiegħek; |
— |
il-konsultazzjoni mal-Forum tal-Kurituri rigward il-pjan ta’ ħidma u l-informazzjoni regolari lill-Forum dwar l-implimentazzjoni tiegħu; |
— |
kull fejn ikun meħtieġ, l-istabbiliment u l-presidenza ta’ għadd ta’ gruppi ta’ ħidma li jirrapportaw lill-Forum tal-Kurituri, f’konformità mal-Artikolu 53(4) tar-Regolament TEN-T; |
— |
it-twettiq tal-missjonijiet kollha meħtieġa fil-bliet kapitali, ir-reġjuni, in-nodi urbani rilevanti, li jinsabu fil-kuritur tat-trasport; |
— |
is-segwitu tal-implimentazzjoni u l-koordinazzjoni tal-pjan ta’ ħidma u l-att ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li huwa bbażat fuqu kif ukoll atti ta’ implimentazzjoni speċifiċi oħra għas-sezzjonijiet transfruntiera fejn applikabbli; |
— |
il-konsultazzjoni, fejn xieraq, mal-awtoritajiet reġjonali u lokali, mal-maniġers tal-infrastruttura, mal-operaturi tat-trasport, b’mod partikolari dawk li huma membri tal-governanza tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija, l-industrija tal-provvista, l-utenti tat-trasport u l-partijiet ikkonċernati rilevanti fir-rigward tal-pjan ta’ ħidma u l-implimentazzjoni tiegħu; |
— |
ir-rappurtar lill-Istati Membri, lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni, kif ukoll lil kwalunkwe entità oħra involuta fl-iżvilupp tal-Kuritur Ewropew tat-Trasport Atlantiku, dwar id-diffikultajiet iffaċċjati u s-soluzzjonijiet proposti; |
— |
il-kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u l-governanza tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija biex jiġu identifikati l-prijoritajiet u l-ħtiġijiet ta’ investiment għat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija fuq il-linji tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija tal-Kuritur Ewropew tat-Trasport Atlantiku, filwaqt li jitqiesu l-benefiċċji pprovduti lin-network trans-Ewropew tat-trasport u d-dati ta’ tlestija ġenerali kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2024/1679, mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-governanza tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija skont ir-Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6)u l-kompetenza tal-Istati Membri fir-rigward tal-ġestjoni u l-finanzjament tal-infrastruttura; |
— |
il-monitoraġġ tal-prestazzjoni tas-servizzi tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija, u l-identifikazzjoni ta’ ostakli potenzjali, bħal dawk tekniċi, amministrattivi u operazzjonali, b’enfasi partikolari fuq id-dimensjoni transfruntiera, u t-tfassil ta’ rakkomandazzjonijiet f’dan ir-rigward, fejn rilevanti; |
— |
il-kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri kkonċernati sabiex tgħin fl-identifikazzjoni tal-prijoritajiet u l-ħtiġijiet ta’ investiment għal-linji ferrovjarji tal-passiġġieri tal-Kuritur Ewropew tat-Trasport Atlantiku; |
— |
il-monitoraġġ tal-prestazzjoni tas-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri, u l-identifikazzjoni ta’ ostakli potenzjali, bħal dawk tekniċi, amministrattivi u operazzjonali, b’enfasi partikolari fuq id-dimensjonijiet transfruntiera, u t-tfassil ta’ rakkomandazzjonijiet f’dan ir-rigward, fejn rilevanti; |
— |
il-kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri kkonċernati sabiex jiġu ffaċilitati, fejn rilevanti, il-kuntatti u l-koordinazzjoni bejn ir-rappreżentanti marittimi u tal-passaġġi fuq l-ilma interni bil-ħsieb li jiżdiedu s-sinerġiji tagħhom; |
— |
il-verifika dwar jekk il-proġetti proposti mill-Istati Membri, jew mill-pajjiżi ġirien, fejn applikabbli, għall-kofinanzjament taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) humiex konsistenti mal-prijoritajiet tal-pjan ta’ ħidma; |
— |
il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi ġirien u l-involviment tagħhom fl-attivitajiet tal-kurituri, bħall-Forum tal-Kurituri jew gruppi ta’ ħidma; |
— |
il-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, għal attivitajiet relatati mal-kuritur li jestendu għall-pajjiżi ġirien li huma membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet internazzjonali. |
Il-kompitu tiegħek bħala Koordinatur konsegwentement se jkun ta’ natura diversa ħafna u ta’ importanza kbira għall-Unjoni u għall-proġett ġenerali fil-kuntest tal-ipprogrammar tal-finanzjament u d-djalogu politiku mal-Istati Membri biex dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jegħlbu kwalunkwe diffikultà biex iwettqu d-diversi proġetti ta’ infrastruttura.
Ir-regoli u l-proċeduri
Il-kompitu tiegħek bħala Koordinatur Ewropew se jkun għal perjodu ta’ erba’ snin li jibda mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni u jista’ jiġġedded bi ftehim reċiproku.
Id-durata tal-mandat tiegħek tista’ tinbidel fi kwalunkwe żmien mill-Kummissjoni fuq inzjattiva proprja tagħha jew fuq talba tiegħek. Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li tirrevoka l-mandat tiegħek fi kwalunkwe ħin.
Matul it-twettiq tal-kompiti tiegħek ma għandekx tagħmel impenji f’isem il-Kummissjoni mingħajr il-qbil tagħha bil-miktub minn qabel. Għaldaqstant, inti għandek taġixxi b’mod imparzjali, b’mod indipendenti u kunfidenzjali u tapplika bl-aħjar mod possibbli l-għarfien u l-ħiliet professjonali tiegħek fl-interessi tal-Unjoni biss.
Għandek tevita kwalunkwe sitwazzjoni li twassal għal kunflitt ta’ interess fir-rigward tal-oqsma li fihom inti mitlub tintervjeni. Inti għandek tinforma minnufih lill-Kummissjoni b’kull kunflitt ta’ interess li jinqala’ matul il-mandat tiegħek.
Barra minn hekk, ma għandek tuża jew tiżvela ebda dokument jew informazzjoni li ssir taf biha waqt il-qadi ta’ dmirijietek, sakemm tali informazzjoni ma tkunx diġà fid-dominju pubbliku. Ir-riżultati kollha prodotti minnek se jkunu l-proprjetà tal-Unjoni, li tista’ tużahom jew tippubblikahom kif jidhrilha xieraq.
Matul it-twettiq tal-kompitu tiegħek, se tingħata indennizz b’rata fissa ta’ EUR 3 000 fix-xahar biex tkopri l-kostijiet relatati mal-assistenza segretarjali, meta din ma tkunx ipprovduta direttament mis-servizzi tal-Kummissjoni, (il-komunikazzjoni, l-għamara tal-uffiċċju mixxellanja, l-ispazju tal-uffiċċju), u l-ispejjeż relatati mal-ivvjaġġar fir-rigward tar-rappreżentanza tal-missjonijiet f’konformità mar-regoli tal-Kummissjoni.
Id-Direttur għall-Investiment, it-Trasport Innovattiv u Sostenibbli huwa l-persuna ta’ kuntatt tiegħek fid-Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport. Il-Kummissjoni tista’ tassigurak minn qabel li fl-implimentazzjoni tal-kompitu tiegħek se jkollok l-appoġġ sħiħ tad-Direttur u tal-membri tal-persunal maħtura biex jgħinuk fuq bażi ta’ kuljum dwar kwistjonijiet tekniċi u amministrattivi.
Id-Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport se jorganizza laqgħat regolari bejn il-Koordinaturi Ewropej biex jippermetti l-iskambju ta’ informazzjoni u esperjenzi.
Il-qrati Belġjani għandu jkollhom il-ġuriżdizzjoni esklużiva li jiddeċiedu dwar kwalunkwe tilwima li tirrigwarda l-validità, l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta’ dan il-kuntratt. Dan il-kuntratt huwa rregolat mil-liġi Belġjana.
Ittra ta’ mandat għall-Koordinatur Ewropew għall-Kuritur Ewropew tat-Trasport Baħar tat-Tramuntana – Renu – Mediterran
Ir-Regolament (UE) 2024/1679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport jipprevedi l-ħatra ta’ Koordinaturi Ewropej responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Kurituri Ewropej tat-Trasport u l-prijoritajiet orizzontali: l-ispazju Marittimu Ewropew u s-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS).
L-approċċ tal-kuritur jippermetti kooperazzjoni effiċjenti bejn l-atturi ewlenin fil-ġestjoni ta’ proġetti kemm transfruntiera kif ukoll nazzjonali b’rilevanza Ewropea li jinsabu fil-kuritur. Il-Kurituri Ewropej tat-Trasport jinkludu l-modi kollha tat-trasport, bl-għan li jkun hemm effiċjenza fuq skala wiesgħa tas-sistema Ewropea tat-trasport. Għalhekk, l-użu tal-Kurituri Ewropej tat-Trasport jikkontribwixxi b’mod qawwi biex jintlaħqu l-għanijiet politiċi tal-Unjoni tat-tranżizzjoni tat-trasport sostenibbli u tissaħħaħ l-ekonomija Ewropea.
Inti aċċettajt ir-responsabbiltà bħala l-Koordinatur Ewropew għall-Kuritur Ewropew tat-Trasport Baħar tat-Tramuntana – Renu – Mediterran. Fit-Tramuntana, il-kuritur jgħaqqad il-portijiet Irlandiżi ta’ Dublin, Cork u Foynes u jipprovdi konnessjonijiet bil-ferrovija u bit-triq mal-fruntiera tar-Renju Unit. Dawn il-portijiet huma konnessi mal-parti kontinentali tal-Unjoni permezz tal-konnessjonijiet tal-Ispazju Marittimu Ewropew, li huma magħquda mal-portijiet ta’ Amsterdam, Rotterdam, Vlissingen, Antwerp, Ghent u Zeebrugge fin-Netherlands u fil-Belġju. Lejn in-Nofsinhar, il-kuritur jgħaddi minn Brussell, Liège u l-Lussemburgu, u jestendi għat-territorju ta’ Franza (Calais u Le Havre) u jilħaq il-portijiet ta’ Marsilja u Fos-sur-Mer minn Metz, Pariġi, Dijon u Lyon. Fil-Ġermanja, il-kuritur jipprovdi wkoll konnessjonijiet maż-żona tar-Ruhr kif ukoll ma’ Cologne, Frankfurt u Karlsruhe, u jkompli lejn Strażburgu fi Franza, jidħol fl-Iżvizzera f’Basel, fejn jinqasam f’żewġ fergħat minn Bern u Chiasso biex jasal l-Italja fejn ikompli jgħaddi minn Novara u Alessandria u Milan biex jasal fil-port ta’ Ġenova fil-Baħar Mediterran. Din tkopri l-ferroviji, it-toroq, il-passaġġi fuq l-ilma interni, l-ajruporti, il-portijiet, it-terminals multimodali tal-merkanzija. Il-proġetti ewlenin huma l-konnessjoni tal-passaġġi fuq l-ilma interni bejn Seine u Scheldt li tinkludi Franza u l-Belġju, u l-proġett ferrovjarju Eurocap li jinvolvi lil Franza, il-Belġju u l-Lussemburgu.
Il-Kummissjoni hija konvinta li l-appoġġ tiegħek, li fuqu qed tgħodd ħafna, se jkun kruċjali għas-suċċess kontinwu tal-Kurituri Ewropej tat-Trasport u l-prijoritajiet orizzontali.
Il-missjoni
Il-ħidma tal-Koordinatur Ewropew għandha l-għan li tavvanza l-iżvilupp ġenerali tal-kuritur permezz ta’ attivitajiet ta’ koordinazzjoni mmirati, b’mod partikolari fir-rigward tal-investiment fil-proġetti (is-sinkronizzazzjoni tax-xogħlijiet, l-allokazzjoni tal-finanzjament nazzjonali u tal-Unjoni) u, kif xieraq, azzjonijiet speċifiċi oħra għall-promozzjoni ta’ sistema tat-trasport kompetittiva u effiċjenti fir-riżorsi. Għal dan il-għan, il-Koordinatur għandu jiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri kkonċernati, jiggwida l-involviment tal-partijiet ikkonċernati rilevanti fil-Forum tal-Kurituri kif ukoll jappoġġa t-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2024/1679, abbażi tal-pjanijiet ta’ ħidma tal-kurituri msemmija fl-Artikolu 54 ta’ dak ir-Regolament.
Id-dmirijiet tiegħek, li jirriżultaw minn dawk stabbiliti fl-Artikolu 52(5), (6) u (7) tar-Regolament (UE) 2024/1679 se jinkludu:
— |
l-analiżi tal-istat ta’ konformità u l-appoġġ għall-implimentazzjoni koordinata tal-Kuritur Ewropew tat-Trasport Baħar tat-Tramuntana – Renu – Mediterran, f’konformità mal-istandards tan-network trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T); |
— |
f’konformità mal-Artikolu 54(1), u 54(2) tar-Regolament (UE) 2024/1679, it-tfassil ta’ pjan ta’ ħidma, sa mhux aktar tard mid-19 ta’ Lulju 2026 u kull erba’ snin minn hemm ’il quddiem, flimkien mal-Istati Membri kkonċernati u, fejn rilevanti, f’konsultazzjoni mal-pajjiżi ġirien, li huma parti mill-Kuritur Ewropew tat-Trasport Baħar tat-Tramuntana – Renu – Mediterran; |
— |
il-preżentazzjoni ta’ rapport annwali dwar l-istatus lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri kkonċernati dwar il-progress miksub fl-implimentazzjoni tal-Kuritur Ewropew tat-Trasport Baħar tat-Tramuntana – Renu – Mediterran; dak ir-rapport annwali dwar l-istatus għandu jiffoka fuq il-progress li jkun sar fuq il-prijoritajiet u l-investimenti ewlenin, jiddeskrivi n-natura tal-problemi ffaċċjati fl-implimentazzjoni tagħhom u jissuġġerixxi soluzzjonijiet; |
— |
l-għoti ta’ appoġġ lill-Istati Membri, u fejn xieraq lill-pajjiżi ġirien rilevanti, fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ħidma; |
— |
f’konformità mal-Artikolu 53 (2) tar-Regolament (UE) 2024/1679, l-istabbiliment u l-presidenza formali tal-Forum tal-Kurituri, magħmul minn partijiet ikkonċernati tal-ġestjoni tal-infrastruttura. Il-Forum għandu jiltaqa’ regolarment matul il-mandat tiegħek; |
— |
il-konsultazzjoni mal-Forum tal-Kurituri rigward il-pjan ta’ ħidma u l-informazzjoni regolari lill-Forum dwar l-implimentazzjoni tiegħu; |
— |
kull fejn ikun meħtieġ, l-istabbiliment u l-presidenza ta’ għadd ta’ gruppi ta’ ħidma li jirrapportaw lill-Forum tal-Kurituri, f’konformità mal-Artikolu 53(4) tar-Regolament TEN-T; |
— |
it-twettiq tal-missjonijiet kollha meħtieġa fil-bliet kapitali, ir-reġjuni, in-nodi urbani rilevanti, li jinsabu fil-kuritur tat-trasport; |
— |
is-segwitu tal-implimentazzjoni u l-koordinazzjoni tal-pjan ta’ ħidma u l-att ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li huwa bbażat fuqu kif ukoll atti ta’ implimentazzjoni speċifiċi oħra għas-sezzjonijiet transfruntiera fejn applikabbli; |
— |
il-konsultazzjoni, fejn xieraq, mal-awtoritajiet reġjonali u lokali, mal-maniġers tal-infrastruttura, mal-operaturi tat-trasport, b’mod partikolari dawk li huma membri tal-governanza tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija, l-industrija tal-provvista, l-utenti tat-trasport u l-partijiet ikkonċernati rilevanti fir-rigward tal-pjan ta’ ħidma u l-implimentazzjoni tiegħu; |
— |
ir-rappurtar lill-Istati Membri, lill-Kunsill, lill-pajjiżi ġirien li huma parti mill-Kuritur Ewropew tat-Trasport Baħar tat-Tramuntana – Renu – Mediterran, lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni, kif ukoll lil kwalunkwe entità oħra involuta fl-iżvilupp tal-Kuritur Ewropew tat-Trasport Baħar tat-Tramuntana – Renu – Mediterran, dwar id-diffikultajiet iffaċċjati u s-soluzzjonijiet proposti; |
— |
il-kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u l-governanza tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija biex jiġu identifikati l-prijoritajiet u l-ħtiġijiet ta’ investiment għat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija fuq il-linji tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija tal-Kuritur Ewropew tat-Trasport Baħar tat-Tramuntana – Renu – Mediterran, filwaqt li jitqiesu l-benefiċċji pprovduti lin-network trans-Ewropew tat-trasport u d-dati ta’ tlestija ġenerali kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2024/1679, mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-governanza tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija skont ir-Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u l-kompetenza tal-Istati Membri fir-rigward tal-ġestjoni u l-finanzjament tal-infrastruttura; |
— |
il-monitoraġġ tal-prestazzjoni tas-servizzi tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija, u l-identifikazzjoni ta’ ostakli potenzjali, bħal dawk tekniċi, amministrattivi u operazzjonali, b’enfasi partikolari fuq id-dimensjoni transfruntiera, u t-tfassil ta’ rakkomandazzjonijiet f’dan ir-rigward, fejn rilevanti; |
— |
il-kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri kkonċernati sabiex tgħin fl-identifikazzjoni tal-prijoritajiet u l-ħtiġijiet ta’ investiment għal-linji ferrovjarji tal-passiġġieri tal-Kuritur Ewropew tat-Trasport Baħar tat-Tramuntana – Renu – Mediterran; |
— |
il-monitoraġġ tal-prestazzjoni tas-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri, u l-identifikazzjoni ta’ ostakli potenzjali, bħal dawk tekniċi, amministrattivi u operazzjonali, b’enfasi partikolari fuq id-dimensjonijiet transfruntiera, u t-tfassil ta’ rakkomandazzjonijiet f’dan ir-rigward, fejn rilevanti; |
— |
il-kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri kkonċernati sabiex jiġu ffaċilitati, fejn rilevanti, il-kuntatti u l-koordinazzjoni bejn ir-rappreżentanti marittimi u tal-passaġġi fuq l-ilma interni bil-ħsieb li jiżdiedu s-sinerġiji tagħhom; |
— |
il-verifika dwar jekk il-proġetti proposti mill-Istati Membri, jew mill-pajjiżi ġirien, fejn applikabbli, għall-kofinanzjament taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) humiex konsistenti mal-prijoritajiet tal-pjan ta’ ħidma; |
— |
il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi ġirien u l-involviment tagħhom fl-attivitajiet tal-kurituri, bħall-Forum tal-Kurituri jew gruppi ta’ ħidma; |
— |
il-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, għal attivitajiet relatati mal-kuritur li jestendu għall-pajjiżi ġirien li huma membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet internazzjonali. |
Il-kompitu tiegħek bħala Koordinatur konsegwentement se jkun ta’ natura diversa ħafna u ta’ importanza kbira għall-Unjoni u għall-proġett ġenerali fil-kuntest tal-ipprogrammar tal-finanzjament u d-djalogu politiku mal-Istati Membri biex dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jegħlbu kwalunkwe diffikultà biex iwettqu d-diversi proġetti ta’ infrastruttura.
Ir-regoli u l-proċeduri
Il-kompitu tiegħek bħala Koordinatur Ewropew se jkun għal perjodu ta’ erba’ snin li jibda mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni u jista’ jiġġedded bi ftehim reċiproku.
Id-durata tal-mandat tiegħek tista’ tinbidel fi kwalunkwe żmien mill-Kummissjoni fuq inzjattiva proprja tagħha jew fuq talba tiegħek. Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li tirrevoka l-mandat tiegħek fi kwalunkwe ħin.
Matul it-twettiq tal-kompiti tiegħek ma għandekx tagħmel impenji f’isem il-Kummissjoni mingħajr il-qbil tagħha bil-miktub minn qabel. Għaldaqstant, inti għandek taġixxi b’mod imparzjali, b’mod indipendenti u kunfidenzjali u tapplika bl-aħjar mod possibbli l-għarfien u l-ħiliet professjonali tiegħek fl-interessi tal-Unjoni biss.
Għandek tevita kwalunkwe sitwazzjoni li twassal għal kunflitt ta’ interess fir-rigward tal-oqsma li fihom inti mitlub tintervjeni. Inti għandek tinforma minnufih lill-Kummissjoni b’kull kunflitt ta’ interess li jinqala’ matul il-mandat tiegħek.
Barra minn hekk, ma għandek tuża jew tiżvela ebda dokument jew informazzjoni li ssir taf biha waqt il-qadi ta’ dmirijietek, sakemm tali informazzjoni ma tkunx diġà fid-dominju pubbliku. Ir-riżultati kollha prodotti minnek se jkunu l-proprjetà tal-Unjoni, li tista’ tużahom jew tippubblikahom kif jidhrilha xieraq.
Matul it-twettiq tal-kompitu tiegħek, se tingħata indennizz b’rata fissa ta’ EUR 3 000 fix-xahar biex tkopri l-kostijiet relatati mal-assistenza segretarjali, meta din ma tkunx ipprovduta direttament mis-servizzi tal-Kummissjoni, (il-komunikazzjoni, l-għamara tal-uffiċċju mixxellanja, l-ispazju tal-uffiċċju), u l-ispejjeż relatati mal-ivvjaġġar fir-rigward tar-rappreżentanza tal-missjonijiet f’konformità mar-regoli tal-Kummissjoni.
Id-Direttur għall-Investiment, it-Trasport Innovattiv u Sostenibbli huwa l-persuna ta’ kuntatt tiegħek fid-Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport. Il-Kummissjoni tista’ tassigurak minn qabel li fl-implimentazzjoni tal-kompitu tiegħek se jkollok l-appoġġ sħiħ tad-Direttur u tal-membri tal-persunal maħtura biex jgħinuk fuq bażi ta’ kuljum dwar kwistjonijiet tekniċi u amministrattivi.
Id-Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport se jorganizza laqgħat regolari bejn il-Koordinaturi Ewropej biex jippermetti l-iskambju ta’ informazzjoni u esperjenzi.
Il-qrati Belġjani għandu jkollhom il-ġuriżdizzjoni esklużiva li jiddeċiedu dwar kwalunkwe tilwima li tirrigwarda l-validità, l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta’ dan il-kuntratt. Dan il-kuntratt huwa rregolat mil-liġi Belġjana.
Ittra ta’ mandat għall-Koordinatur Ewropew għall-Kuritur Ewropew tat-Trasport Mediterran
Ir-Regolament (UE) 2024/1679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport jipprevedi l-ħatra ta’ Koordinaturi Ewropej responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Kurituri Ewropej tat-Trasport u l-prijoritajiet orizzontali: l-ispazju Marittimu Ewropew u s-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS).
L-approċċ tal-kuritur jippermetti kooperazzjoni effiċjenti bejn l-atturi ewlenin fil-ġestjoni ta’ proġetti kemm transfruntiera kif ukoll nazzjonali b’rilevanza Ewropea li jinsabu fil-kuritur. Il-Kurituri Ewropej tat-Trasport jinkludu l-modi kollha tat-trasport, bl-għan li jkun hemm effiċjenza fuq skala wiesgħa tas-sistema Ewropea tat-trasport. Għalhekk, l-użu tal-Kurituri Ewropej tat-Trasport jikkontribwixxi b’mod qawwi biex jintlaħqu l-għanijiet politiċi tal-Unjoni tat-tranżizzjoni tat-trasport sostenibbli u tissaħħaħ l-ekonomija Ewropea.
Inti aċċettajt ir-responsabbiltà bħala l-Koordinatur għall-Kuritur Ewropew tat-Trasport Mediterran. Dan il-kuritur jgħaqqad il-portijiet Spanjoli ta’ Algeciras, Cartagena, Valencia, Castellὀn, Tarragona u Barċellona ma’ Madrid u tul il-kosta tal-Mediterran li tgħaddi min-Nofsinhar ta’ Franza — Marsilja u Nizza sal-Italja, Ġenova u La Spezia. Jgħaddi minn Marsilja lejn Lyon tul l-Alpes u t-Tramuntana tal-Italja minn Turin, Milan, Verona, Bologna, Padova, Venezja u Trieste. Huwa magħqud ukoll ma’ Ljubljana u fergħa mill-Kroazja (Rijeka, Zagreb), għal Budapest u għal Lviv fl-Ukrajna. Dan ikopri l-ferroviji u t-toroq, l-ajruporti, il-portijiet, it-terminals multimodali tal-merkanzija, it- terminals multimodali tal-merkanzija u, fit-Tramuntana tal-Italja, anke l-passaġġi fuq l-ilma interni tax-xmara Po. Il-proġetti ewlenin huma l-bidla fil-wisa’ nominali tal-binarji għall-istandard tal-Unjoni Internazzjonali Ferrovjarja (UIC) fi Spanja, il-mina ferrovjarja bażi bejn Lyon u Turin u l-modernizzazzjoni ġenerali tal-infrastruttura ferrovjarja fil-parti tal-Lvant tal-kuritur.
Il-Kummissjoni hija konvinta li l-appoġġ tiegħek, li fuqu qed tgħodd ħafna, se jkun kruċjali għas-suċċess kontinwu tal-Kurituri Ewropej tat-Trasport u l-prijoritajiet orizzontali.
Il-missjoni
Il-ħidma tal-Koordinatur Ewropew għandha l-għan li tavvanza l-iżvilupp ġenerali tal-kuritur permezz ta’ attivitajiet ta’ koordinazzjoni mmirati, b’mod partikolari fir-rigward tal-investiment fil-proġetti (is-sinkronizzazzjoni tax-xogħlijiet, l-allokazzjoni tal-finanzjament nazzjonali u tal-Unjoni) u, kif xieraq, azzjonijiet speċifiċi oħra għall-promozzjoni ta’ sistema tat-trasport kompetittiva u effiċjenti fir-riżorsi. Għal dan il-għan, il-Koordinatur għandu jiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri kkonċernati, jiggwida l-involviment tal-partijiet ikkonċernati rilevanti fil-Forum tal-Kurituri kif ukoll jappoġġa t-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2024/1679, abbażi tal-pjanijiet ta’ ħidma tal-kurituri msemmija fl-Artikolu 54 ta’ dak ir-Regolament.
Id-dmirijiet tiegħek, li jirriżultaw minn dawk stabbiliti fl-Artikolu 52(5), (6) u (7) tar-Regolament (UE) 2024/1679 se jinkludu:
— |
l-analiżi tal-istat ta’ konformità u l-appoġġ għall-implimentazzjoni koordinata tal-Kuritur Ewropew tat-Trasport Mediterran, f’konformità mal-istandards tan-network trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T); |
— |
f’konformità mal-Artikolu 54(1), u 54(2) tar-Regolament (UE) 2024/1679, it-tfassil ta’ pjan ta’ ħidma, sa mhux aktar tard mid-19 ta’ Lulju 2026 u kull erba’ snin minn hemm ’il quddiem, flimkien mal-Istati Membri kkonċernati u, fejn rilevanti, f’konsultazzjoni mal-pajjiżi ġirien, li huma parti mill-Kuritur Ewropew tat-Trasport Mediterran; |
— |
il-preżentazzjoni ta’ rapport annwali dwar l-istatus lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri kkonċernati dwar il-progress miksub fl-implimentazzjoni tal-Kuritur Ewropew tat-Trasport Mediterran; dak ir-rapport annwali dwar l-istatus għandu jiffoka fuq il-progress li jkun sar fuq il-prijoritajiet u l-investimenti ewlenin, jiddeskrivi n-natura tal-problemi ffaċċjati fl-implimentazzjoni tagħhom u jissuġġerixxi soluzzjonijiet; |
— |
l-għoti ta’ appoġġ lill-Istati Membri, u, fejn xieraq, lill-pajjiżi ġirien rilevanti fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ħidma; |
— |
f’konformità mal-Artikolu 53 (2) tar-Regolament (UE) 2024/1679, l-istabbiliment u l-presidenza formali tal-Forum tal-Kurituri, magħmul minn partijiet ikkonċernati tal-ġestjoni tal-infrastruttura. Il-Forum għandu jiltaqa’ regolarment matul il-mandat tiegħek; |
— |
il-konsultazzjoni mal-Forum tal-Kurituri rigward il-pjan ta’ ħidma u l-informazzjoni regolari lill-Forum dwar l-implimentazzjoni tiegħu; |
— |
kull fejn ikun meħtieġ, l-istabbiliment u l-presidenza ta’ għadd ta’ gruppi ta’ ħidma li jirrapportaw lill-Forum tal-Kurituri; f’konformità mal-Artikolu 53(4) tar-Regolament TEN-T; |
— |
it-twettiq tal-missjonijiet kollha meħtieġa fil-bliet kapitali, ir-reġjuni, in-nodi urbani rilevanti li jinsabu fil-kuritur tat-trasport; |
— |
is-segwitu tal-implimentazzjoni u l-koordinazzjoni tal-pjan ta’ ħidma u l-att ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li huwa bbażat fuqu kif ukoll atti ta’ implimentazzjoni speċifiċi oħra għas-sezzjonijiet transfruntiera fejn applikabbli; |
— |
il-konsultazzjoni, fejn xieraq, mal-awtoritajiet reġjonali u lokali, mal-maniġers tal-infrastruttura, mal-operaturi tat-trasport, b’mod partikolari dawk li huma membri tal-governanza tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija, l-industrija tal-provvista, l-utenti tat-trasport u l-partijiet ikkonċernati rilevanti fir-rigward tal-pjan ta’ ħidma u l-implimentazzjoni tiegħu; |
— |
ir-rappurtar lill-Istati Membri, lill-Kunsill, lill-pajjiżi ġirien li huma parti mill-Kuritur Ewropew tat-Trasport Mediterran, lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni, kif ukoll lil kwalunkwe entità oħra involuta fl-iżvilupp tal-Kuritur Ewropew tat-Trasport Mediterran, dwar id-diffikultajiet iffaċċjati u s-soluzzjonijiet proposti; |
— |
il-kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u l-governanza tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija biex jiġu identifikati l-prijoritajiet u l-ħtiġijiet ta’ investiment għat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija fuq il-linji tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija tal-Kuritur Ewropew tat-Trasport Mediterran, filwaqt li jitqiesu l-benefiċċji pprovduti lin-network trans-Ewropew tat-trasport u d-dati ta’ tlestija ġenerali kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2024/1679, mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-governanza tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija skont ir-Regolament (UE) Nru 913/2010 (10) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-kompetenza tal-Istati Membri fir-rigward tal-ġestjoni u l-finanzjament tal-infrastruttura; |
— |
il-monitoraġġ tal-prestazzjoni tas-servizzi tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija, u l-identifikazzjoni ta’ ostakli potenzjali, bħal dawk tekniċi, amministrattivi u operazzjonali, b’enfasi partikolari fuq id-dimensjoni transfruntiera, u t-tfassil ta’ rakkomandazzjonijiet f’dan ir-rigward, fejn rilevanti; |
— |
il-kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri kkonċernati sabiex tgħin fl-identifikazzjoni tal-prijoritajiet u l-ħtiġijiet ta’ investiment għal-linji ferrovjarji tal-passiġġieri tal-Kuritur Ewropew tat-Trasport Mediterran; |
— |
il-monitoraġġ tal-prestazzjoni tas-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri, u l-identifikazzjoni ta’ ostakli potenzjali, bħal dawk tekniċi, amministrattivi u operazzjonali, b’enfasi partikolari fuq id-dimensjonijiet transfruntiera, u t-tfassil ta’ rakkomandazzjonijiet f’dan ir-rigward, fejn rilevanti; |
— |
il-kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri kkonċernati sabiex jiġu ffaċilitati, fejn rilevanti, il-kuntatti u l-koordinazzjoni bejn ir-rappreżentanti marittimi u tal-passaġġi fuq l-ilma interni bil-ħsieb li jiżdiedu s-sinerġiji tagħhom; |
— |
il-verifika dwar jekk il-proġetti proposti mill-Istati Membri, jew mill-pajjiżi ġirien, fejn applikabbli, għall-kofinanzjament taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) humiex konsistenti mal-prijoritajiet tal-pjan ta’ ħidma; |
— |
il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi ġirien u l-involviment tagħhom fl-attivitajiet tal-kurituri, bħall-Forum tal-Kurituri jew gruppi ta’ ħidma; |
— |
il-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, għal attivitajiet relatati mal-kuritur li jestendu għall-pajjiżi ġirien li huma membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet internazzjonali. |
Il-kompitu tiegħek bħala Koordinatur konsegwentement se jkun ta’ natura diversa ħafna u ta’ importanza kbira għall-Unjoni u għall-proġett ġenerali fil-kuntest tal-ipprogrammar tal-finanzjament u d-djalogu politiku mal-Istati Membri biex dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jegħlbu kwalunkwe diffikultà biex iwettqu d-diversi proġetti ta’ infrastruttura.
Ir-regoli u l-proċeduri
Il-kompitu tiegħek bħala Koordinatur Ewropew se jkun għal perjodu ta’ erba’ snin li jibda mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni u jista’ jiġġedded bi ftehim reċiproku.
Id-durata tal-mandat tiegħek tista’ tinbidel fi kwalunkwe żmien mill-Kummissjoni fuq inzjattiva proprja tagħha jew fuq talba tiegħek. Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li tirrevoka l-mandat tiegħek fi kwalunkwe ħin.
Matul it-twettiq tal-kompiti tiegħek ma għandekx tagħmel impenji f’isem il-Kummissjoni mingħajr il-qbil tagħha bil-miktub minn qabel. Għaldaqstant, inti għandek taġixxi b’mod imparzjali, b’mod indipendenti u kunfidenzjali u tapplika bl-aħjar mod possibbli l-għarfien u l-ħiliet professjonali tiegħek fl-interessi tal-Unjoni biss.
Għandek tevita kwalunkwe sitwazzjoni li twassal għal kunflitt ta’ interess fir-rigward tal-oqsma li fihom inti mitlub tintervjeni. Inti għandek tinforma minnufih lill-Kummissjoni b’kull kunflitt ta’ interess li jinqala’ matul il-mandat tiegħek.
Barra minn hekk, ma għandek tuża jew tiżvela ebda dokument jew informazzjoni li ssir taf biha waqt il-qadi ta’ dmirijietek, sakemm tali informazzjoni ma tkunx diġà fid-dominju pubbliku. Ir-riżultati kollha prodotti minnek se jkunu l-proprjetà tal-Unjoni, li tista’ tużahom jew tippubblikahom kif jidhrilha xieraq.
Matul it-twettiq tal-kompitu tiegħek, se tingħata indennizz b’rata fissa ta’ EUR 3 000 fix-xahar biex tkopri l-kostijiet relatati mal-assistenza segretarjali, meta din ma tkunx ipprovduta direttament mis-servizzi tal-Kummissjoni, (il-komunikazzjoni, l-għamara tal-uffiċċju mixxellanja, l-ispazju tal-uffiċċju), u l-ispejjeż relatati mal-ivvjaġġar fir-rigward tar-rappreżentanza tal-missjonijiet f’konformità mar-regoli tal-Kummissjoni.
Id-Direttur għall-Investiment, it-Trasport Innovattiv u Sostenibbli huwa l-persuna ta’ kuntatt tiegħek fid-Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport. Il-Kummissjoni tista’ tassigurak minn qabel li fl-implimentazzjoni tal-kompitu tiegħek se jkollok l-appoġġ sħiħ tad-Direttur u tal-membri tal-persunal maħtura biex jgħinuk fuq bażi ta’ kuljum dwar kwistjonijiet tekniċi u amministrattivi.
Id-Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport se jorganizza laqgħat regolari bejn il-Koordinaturi Ewropej biex jippermetti l-iskambju ta’ informazzjoni u esperjenzi.
Il-qrati Belġjani għandu jkollhom il-ġuriżdizzjoni esklużiva li jiddeċiedu dwar kwalunkwe tilwima li tirrigwarda l-validità, l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta’ dan il-kuntratt. Dan il-kuntratt huwa rregolat mil-liġi Belġjana.
Ittra ta’ mandat għall-Koordinatur Ewropew għall-il-Baħar Baltiku — il-Kuritur tat-Trasport Ewropew tal-Baħar Adrijatiku
Ir-Regolament (UE) 2024/1679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport jipprevedi l-ħatra ta’ Koordinaturi Ewropej responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Kurituri Ewropej tat-Trasport u l-prijoritajiet orizzontali: l-ispazju Marittimu Ewropew u s-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS).
L-approċċ tal-kuritur jippermetti kooperazzjoni effiċjenti bejn l-atturi ewlenin fil-ġestjoni ta’ proġetti kemm transfruntiera kif ukoll nazzjonali b’rilevanza Ewropea li jinsabu fil-kuritur. Il-Kurituri Ewropej tat-Trasport jinkludu l-modi kollha tat-trasport, bl-għan li jkun hemm effiċjenza fuq skala wiesgħa tas-sistema Ewropea tat-trasport. Għalhekk, l-użu tal-Kurituri Ewropej tat-Trasport jikkontribwixxi b’mod qawwi biex jintlaħqu l-għanijiet politiċi tal-Unjoni tat-tranżizzjoni tat-trasport sostenibbli u tissaħħaħ l-ekonomija Ewropea.
Inti aċċettajt ir-responsabbiltà bħala l-Koordinatur għall-Kuritur Ewropew tat-Trasport tal-Baħar Baltiku – il-Baħar Adrijatiku. Dan il-kuritur jestendi fit-Tramuntana mill-portijiet Pollakki ta’ Gdańsk u Gdynia kif ukoll Szczecin u Świnoujście u l-belt ta’ Biała Podlaska u jgħaddi minn Kłodzko, Kraków u r-reġjun ta’ Katowice għal Brno fir-Repubblika Ċeka u Bratislava fis-Slovakkja. Huwa jestendi lil hinn minn Vjenna fl-Awstrija u Budapest fl-Ungerija u l-fergħa tal-Lvant tiegħu tispiċċa fil-port Sloven ta’ Koper u l-portijiet Kroati ta’ Rijeka u Split. L-assi tal-Punent fl-Italja jgħaqqad il-belt ta’ Bologna u jipprovdi konnessjonijiet mal-portijiet ta’ Trieste, Venezja, Ravenna u Bari. Il-Kuritur Ewropew tat-Trasport tal-Baħar Baltiku – il-Baħar Adrijatiku jkopri l-ferroviji, it-toroq, l-ajruporti, il-portijiet u t- terminals multimodali tal-merkanzija. Il-proġetti ewlenin huma l-mina bażi Semmering fl-Awstrija u l-linji ta’ veloċità għolja fil-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja u l-Ungerija.
Il-Kummissjoni hija konvinta li l-appoġġ tiegħek, li fuqu qed tgħodd ħafna, se jkun kruċjali għas-suċċess kontinwu tal-Kurituri Ewropej tat-Trasport u l-prijoritajiet orizzontali.
Il-missjoni
Il-ħidma tal-Koordinatur Ewropew għandha l-għan li tavvanza l-iżvilupp ġenerali tal-kuritur permezz ta’ attivitajiet ta’ koordinazzjoni mmirati, b’mod partikolari fir-rigward tal-investiment fil-proġetti (is-sinkronizzazzjoni tax-xogħlijiet, l-allokazzjoni tal-finanzjament nazzjonali u tal-Unjoni) u, kif xieraq, azzjonijiet speċifiċi oħra għall-promozzjoni ta’ sistema tat-trasport kompetittiva u effiċjenti fir-riżorsi. Għal dan il-għan, il-Koordinatur għandu jiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri kkonċernati, jiggwida l-involviment tal-partijiet ikkonċernati rilevanti fil-Forum tal-Kurituri kif ukoll jappoġġa t-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2024/1679, abbażi tal-pjanijiet ta’ ħidma tal-kurituri msemmija fl-Artikolu 54 ta’ dak ir-Regolament.
Id-dmirijiet tiegħek, li jirriżultaw minn dawk stabbiliti fl-Artikolu 52(5), (6) u (7) tar-Regolament (UE) 2024/1679 se jinkludu:
— |
l-analiżi tal-istat ta’ konformità u l-appoġġ għall-implimentazzjoni koordinata tal-Kuritur Ewropew tat-Trasport tal-Baħar Baltiku – il-Baħar Adrijatiku, f’konformità mal-istandards tan-network trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T); |
— |
f’konformità mal-Artikolu 54(1), u 54(2) tar-Regolament (UE) 2024/1679, it-tfassil ta’ pjan ta’ ħidma, sa mhux aktar tard mid-19 ta’ Lulju 2026 u kull erba’ snin minn hemm ’il quddiem, flimkien mal-Istati Membri kkonċernati, li huma parti mill-Kuritur Ewropew tat-Trasport tal-Baħar Baltiku – il-Baħar Adrijatiku; |
— |
il-preżentazzjoni ta’ rapport annwali dwar l-istatus lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri kkonċernati dwar il-progress miksub fl-implimentazzjoni tal-Kuritur Ewropew tat-Trasport tal-Baħar Baltiku – il-Baħar Adrijatiku; dak ir-rapport annwali dwar l-istatus għandu jiffoka fuq il-progress li jkun sar fuq il-prijoritajiet u l-investimenti ewlenin, jiddeskrivi n-natura tal-problemi ffaċċjati fl-implimentazzjoni tagħhom u jissuġġerixxi soluzzjonijiet; |
— |
l-għoti ta’ appoġġ lill-Istati Membri, fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ħidma; |
— |
f’konformità mal-Artikolu 53 (2) tar-Regolament (UE) 2024/1679, l-istabbiliment u l-presidenza formali tal-Forum tal-Kurituri, magħmul minn partijiet ikkonċernati tal-ġestjoni tal-infrastruttura. Il-Forum għandu jiltaqa’ regolarment matul il-mandat tiegħek; |
— |
il-konsultazzjoni mal-Forum tal-Kurituri rigward il-pjan ta’ ħidma u l-informazzjoni regolari lill-Forum dwar l-implimentazzjoni tiegħu; |
— |
kull fejn ikun meħtieġ, l-istabbiliment u l-presidenza ta’ għadd ta’ gruppi ta’ ħidma li jirrapportaw lill-Forum tal-Kurituri; f’konformità mal-Artikolu 53(4) tar-Regolament TEN-T; |
— |
it-twettiq tal-missjonijiet kollha meħtieġa fil-bliet kapitali, ir-reġjuni, in-nodi urbani rilevanti li jinsabu fil-kuritur tat-trasport; |
— |
is-segwitu tal-implimentazzjoni u l-koordinazzjoni tal-pjan ta’ ħidma u l-att ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li huwa bbażat fuqu kif ukoll atti ta’ implimentazzjoni speċifiċi oħra għas-sezzjonijiet transfruntiera fejn applikabbli; |
— |
il-konsultazzjoni, fejn xieraq, mal-awtoritajiet reġjonali u lokali, mal-maniġers tal-infrastruttura, mal-operaturi tat-trasport, b’mod partikolari dawk li huma membri tal-governanza tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija, l-industrija tal-provvista, l-utenti tat-trasport u l-partijiet ikkonċernati rilevanti fir-rigward tal-pjan ta’ ħidma u l-implimentazzjoni tiegħu; |
— |
ir-rappurtar lill-Istati Membri, lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni, kif ukoll lil kwalunkwe entità oħra involuta fl-iżvilupp tal-Kuritur Ewropew tat-Trasport tal-Baħar Baltiku – il-Baħar Adrijatiku, dwar id-diffikultajiet iffaċċjati u s-soluzzjonijiet proposti; |
— |
il-kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u l-governanza tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija biex jiġu identifikati l-prijoritajiet u l-ħtiġijiet ta’ investiment għat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija fuq il-linji tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija tal-Kuritur Ewropew tat-Trasport tal-Baħar Baltiku – il-Baħar Adrijatiku, filwaqt li jitqiesu l-benefiċċji pprovduti lin-network trans-Ewropew tat-trasport u d-dati ta’ tlestija ġenerali kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2024/1679; mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-governanza tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija skont ir-Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12)u l-kompetenza tal-Istati Membri fir-rigward tal-ġestjoni u l-finanzjament tal-infrastruttura; |
— |
il-monitoraġġ tal-prestazzjoni tas-servizzi tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija, u l-identifikazzjoni ta’ ostakli potenzjali, bħal dawk tekniċi, amministrattivi u operazzjonali, b’enfasi partikolari fuq id-dimensjoni transfruntiera, u t-tfassil ta’ rakkomandazzjonijiet f’dan ir-rigward, fejn rilevanti; |
— |
il-kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri kkonċernati sabiex tgħin fl-identifikazzjoni tal-prijoritajiet u l-ħtiġijiet ta’ investiment għal-linji ferrovjarji tal-passiġġieri tal-Kuritur Ewropew tat-Trasport tal-Baħar Baltiku – il-Baħar Adrijatiku; |
— |
il-monitoraġġ tal-prestazzjoni tas-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri, u l-identifikazzjoni ta’ ostakli potenzjali, bħal dawk tekniċi, amministrattivi u operazzjonali, b’enfasi partikolari fuq id-dimensjonijiet transfruntiera, u t-tfassil ta’ rakkomandazzjonijiet f’dan ir-rigward, fejn rilevanti; |
— |
il-kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri kkonċernati sabiex jiġu ffaċilitati, fejn rilevanti, il-kuntatti u l-koordinazzjoni bejn ir-rappreżentanti marittimi u r-rappreżentanti tal-passaġġi fuq l-ilma interni bil-ħsieb li jiżdiedu s-sinerġiji tagħhom; |
— |
il-verifika dwar jekk il-proġetti proposti mill-Istati Membri, jew mill-pajjiżi ġirien, fejn applikabbli, għall-kofinanzjament taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) humiex konsistenti mal-prijoritajiet tal-pjan ta’ ħidma; |
— |
il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi ġirien u l-involviment tagħhom fl-attivitajiet tal-kurituri, bħall-Forum tal-Kurituri jew gruppi ta’ ħidma; |
— |
il-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, għal attivitajiet relatati mal-kuritur li jestendu għall-pajjiżi ġirien li huma membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet internazzjonali. |
— |
Il-kompitu tiegħek bħala Koordinatur konsegwentement se jkun ta’ natura diversa ħafna u ta’ importanza kbira għall-Unjoni u għall-proġett ġenerali fil-kuntest tal-ipprogrammar tal-finanzjament u d-djalogu politiku mal-Istati Membri biex dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jegħlbu kwalunkwe diffikultà biex iwettqu d-diversi proġetti ta’ infrastruttura. |
Ir-regoli u l-proċeduri
Il-kompitu tiegħek bħala Koordinatur Ewropew se jkun għal perjodu ta’ erba’ snin li jibda mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni u jista’ jiġġedded bi ftehim reċiproku.
Id-durata tal-mandat tiegħek tista’ tinbidel fi kwalunkwe żmien mill-Kummissjoni fuq inzjattiva proprja tagħha jew fuq talba tiegħek. Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li tirrevoka l-mandat tiegħek fi kwalunkwe ħin.
Matul it-twettiq tal-kompiti tiegħek ma għandekx tagħmel impenji f’isem il-Kummissjoni mingħajr il-qbil tagħha bil-miktub minn qabel. Għaldaqstant, inti għandek taġixxi b’mod imparzjali, b’mod indipendenti u kunfidenzjali u tapplika bl-aħjar mod possibbli l-għarfien u l-ħiliet professjonali tiegħek fl-interessi tal-Unjoni biss.
Għandek tevita kwalunkwe sitwazzjoni li twassal għal kunflitt ta’ interess fir-rigward tal-oqsma li fihom inti mitlub tintervjeni. Inti għandek tinforma minnufih lill-Kummissjoni b’kull kunflitt ta’ interess li jinqala’ matul il-mandat tiegħek.
Barra minn hekk, ma għandek tuża jew tiżvela ebda dokument jew informazzjoni li ssir taf biha waqt il-qadi ta’ dmirijietek, sakemm tali informazzjoni ma tkunx diġà fid-dominju pubbliku. Ir-riżultati kollha prodotti minnek se jkunu l-proprjetà tal-Unjoni, li tista’ tużahom jew tippubblikahom kif jidhrilha xieraq.
Matul it-twettiq tal-kompitu tiegħek, se tingħata indennizz b’rata fissa ta’ EUR 3 000 fix-xahar biex tkopri l-kostijiet relatati mal-assistenza segretarjali, meta din ma tkunx ipprovduta direttament mis-servizzi tal-Kummissjoni, (il-komunikazzjoni, l-għamara tal-uffiċċju mixxellanja, l-ispazju tal-uffiċċju), u l-ispejjeż relatati mal-ivvjaġġar fir-rigward tar-rappreżentanza tal-missjonijiet f’konformità mar-regoli tal-Kummissjoni.
Id-Direttur għall-Investiment, it-Trasport Innovattiv u Sostenibbli huwa l-persuna ta’ kuntatt tiegħek fid-Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport. Il-Kummissjoni tista’ tassigurak minn qabel li fl-implimentazzjoni tal-kompitu tiegħek se jkollok l-appoġġ sħiħ tad-Direttur u tal-membri tal-persunal maħtura biex jgħinuk fuq bażi ta’ kuljum dwar kwistjonijiet tekniċi u amministrattivi.
Id-Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport se jorganizza laqgħat regolari bejn il-Koordinaturi Ewropej biex jippermetti l-iskambju ta’ informazzjoni u esperjenzi.
Il-qrati Belġjani għandu jkollhom il-ġuriżdizzjoni esklużiva li jiddeċiedu dwar kwalunkwe tilwima li tirrigwarda l-validità, l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta’ dan il-kuntratt. Dan il-kuntratt huwa rregolat mil-liġi Belġjana.
Ittra ta’ mandat għall-Koordinatur Ewropew għall-Kuritur Ewropew tat-Trasport Balkani tal-Punent – Lvant tal-Mediterran
Ir-Regolament (UE) 2024/1679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport jipprevedi l-ħatra ta’ Koordinaturi Ewropej responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Kurituri Ewropej tat-Trasport u l-prijoritajiet orizzontali: l-ispazju Marittimu Ewropew u s-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS).
L-approċċ tal-kuritur jippermetti kooperazzjoni effiċjenti bejn l-atturi ewlenin fil-ġestjoni ta’ proġetti kemm transfruntiera kif ukoll nazzjonali b’rilevanza Ewropea li jinsabu fil-kuritur. Il-Kurituri Ewropej tat-Trasport jinkludu l-modi kollha tat-trasport, bl-għan li jkun hemm effiċjenza fuq skala wiesgħa tas-sistema Ewropea tat-trasport. Għalhekk, l-użu tal-Kurituri Ewropej tat-Trasport jikkontribwixxi b’mod qawwi biex jintlaħqu l-għanijiet politiċi tal-Unjoni tat-tranżizzjoni tat-trasport sostenibbli u tissaħħaħ l-ekonomija Ewropea.
Inti aċċettajt ir-responsabbiltà bħala l-Koordinatur għall-Kuritur Ewropew tat-Trasport Balkani tal-Punent – Lvant tal-Mediterran. Dan il-kuritur jibda b’żewġ fergħat paralleli fl-Awstrija (minn Salzburg u Linz), li sejrin lejn ix-Xlokk lejn il-pajjiż ġar tas-Slovenja fejn iż-żewġ fergħat jikkonverġu fi Ljubljana (is-Slovenja) u jkomplu lejn il-fruntiera Kroata u jgħaddu minn Zagreb, qabel ma jingħaqdu mal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent tal-Bożnija-Ħerzegovina u s-Serbja. Ir-rotta ewlenija tal-kuritur tkompli fix-Xlokk lejn Belgrad, u wara dan tiftaħ lejn Pristina u Niš qabel ma tikkonverġi lura fi Skopje (il-Maċedonja ta’ Fuq). Fergħa oħra tat-Tramuntana testendi għal Budapest fl-Ungerija mis-Serbja. Hemm għadd ta’ fergħat tal-Punent li jipprovdu konnessjonijiet mal-portijiet tal-Baħar Adrijatiku, jiġifieri Trieste, Koper, Rijeka, Ploče (mill-Bożnija-Ħerzegovina), Bar u Durres (mis-Serbja u l-Montenegro). Il-fergħa ċentrali mbagħad tkompli lejn in-Nofsinhar permezz tal-Maċedonja ta’ Fuq biex tingħaqad mal-portijiet Griegi ta’ Igoumenitsa, Patra u Pireas. Il-kuritur finalment jintemm f’Ċipru (konnessjoni marittima). B’mod partikolari, il-kuritur jinkludi wkoll konnessjoni bejn il-Lvant u l-Punent, li tibda minn Durres fl-Albanija sa Svilengrad (it-triangolu tal-fruntiera) minn Sofija.
Il-Kuritur Ewropew tat-Trasport Balkani tal-Punent – Lvant tal-Mediterran jikkonsisti prinċipalment minn ferroviji, toroq, ajruporti, portijiet tal-baħar u interni, it-terminals multimodali tal-merkanzija, kif ukoll għadd ta’ nodi urbani identifikati. L-ebda passaġġ fuq l-ilma intern mhuwa inkluż f’dan il-kuritur. L-eċċezzjoni ewlenija hija Ċipru, fejn ma tiġi użata l-ebda infrastruttura ferrovjarja.
Il-Kummissjoni hija konvinta li l-appoġġ tiegħek, li fuqu qed tgħodd ħafna, se jkun kruċjali għas-suċċess kontinwu tal-Kurituri Ewropej tat-Trasport u l-prijoritajiet orizzontali.
Il-missjoni
Il-ħidma tal-Koordinatur Ewropew għandha l-għan li tavvanza l-iżvilupp ġenerali tal-kuritur permezz ta’ attivitajiet ta’ koordinazzjoni mmirati, b’mod partikolari fir-rigward tal-investiment fil-proġetti (is-sinkronizzazzjoni tax-xogħlijiet, l-allokazzjoni tal-finanzjament nazzjonali u tal-Unjoni) u, kif xieraq, azzjonijiet speċifiċi oħra għall-promozzjoni ta’ sistema tat-trasport kompetittiva u effiċjenti fir-riżorsi. Għal dan il-għan, il-Koordinatur għandu jiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri kkonċernati, jiggwida l-involviment tal-partijiet ikkonċernati rilevanti fil-Forum tal-Kurituri kif ukoll jappoġġa t-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2024/1679, abbażi tal-pjanijiet ta’ ħidma tal-kurituri msemmija fl-Artikolu 54 ta’ dak ir-Regolament.
Id-dmirijiet tiegħek, li jirriżultaw minn dawk stabbiliti fl-Artikolu 52(5), (6) u (7) tar-Regolament (UE) 2024/1679 se jinkludu:
— |
l-analiżi tal-istat ta’ konformità u l-appoġġ għall-implimentazzjoni koordinata tal-Kuritur Ewropew tat-Trasport Balkani tal-Punent – Lvant tal-Mediterran, f’konformità mal-istandards tan-network trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T); |
— |
f’konformità mal-Artikolu 54(1), u 54(2) tar-Regolament (UE) 2024/1679, it-tfassil ta’ pjan ta’ ħidma, sa mhux aktar tard mid-19 ta’ Lulju 2026 u kull erba’ snin minn hemm ’il quddiem, flimkien mal-Istati Membri kkonċernati u, fejn rilevanti, f’konsultazzjoni mal-pajjiżi ġirien, li huma parti mill-Kuritur Ewropew tat-Trasport Balkani tal-Punent – Lvant tal-Mediterran; |
— |
il-preżentazzjoni ta’ rapport annwali dwar l-istatus lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri kkonċernati dwar il-progress miksub fl-implimentazzjoni tal-Kuritur Ewropew tat-Trasport Balkani tal-Punent – Lvant tal-Mediterran; dak ir-rapport annwali dwar l-istatus għandu jiffoka fuq il-progress li jkun sar fuq il-prijoritajiet u l-investimenti ewlenin, jiddeskrivi n-natura tal-problemi ffaċċjati fl-implimentazzjoni tagħhom u jissuġġerixxi soluzzjonijiet; |
— |
l-għoti ta’ appoġġ lill-Istati Membri, u, fejn xieraq u rilevanti, lill-pajjiżi ġirien fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ħidma; |
— |
f’konformità mal-Artikolu 53 (2) tar-Regolament (UE) 2024/1679, l-istabbiliment u l-presidenza formali tal-Forum tal-Kurituri, magħmul minn partijiet ikkonċernati tal-ġestjoni tal-infrastruttura. Il-Forum għandu jiltaqa’ regolarment matul il-mandat tiegħek; |
— |
il-konsultazzjoni mal-Forum tal-Kurituri rigward il-pjan ta’ ħidma u l-informazzjoni regolari lill-Forum dwar l-implimentazzjoni tiegħu; |
— |
kull fejn ikun meħtieġ, l-istabbiliment u l-presidenza ta’ għadd ta’ gruppi ta’ ħidma li jirrapportaw lill-Forum tal-Kurituri; f’konformità mal-Artikolu 53(4) tar-Regolament TEN-T; |
— |
it-twettiq tal-missjonijiet kollha meħtieġa fil-bliet kapitali, ir-reġjuni, in-nodi urbani rilevanti li jinsabu fil-kuritur tat-trasport; |
— |
is-segwitu tal-implimentazzjoni u l-koordinazzjoni tal-pjan ta’ ħidma u l-att ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li huwa bbażat fuqu kif ukoll atti ta’ implimentazzjoni speċifiċi oħra għas-sezzjonijiet transfruntiera fejn applikabbli; |
— |
il-konsultazzjoni, fejn xieraq, mal-awtoritajiet reġjonali u lokali, mal-maniġers tal-infrastruttura, mal-operaturi tat-trasport, b’mod partikolari dawk li huma membri tal-governanza tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija, l-industrija tal-provvista, l-utenti tat-trasport u l-partijiet ikkonċernati rilevanti fir-rigward tal-pjan ta’ ħidma u l-implimentazzjoni tiegħu; |
— |
ir-rappurtar lill-Istati Membri, lill-Kunsill, lill-pajjiżi ġirien li huma parti mill-Kuritur Ewropew tat-Trasport Balkani tal-Punent – Lvant tal-Mediterran, lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni, kif ukoll lil kwalunkwe entità oħra involuta fl-iżvilupp tal-Kuritur Ewropew tat-Trasport Balkani tal-Punent – Lvant tal-Mediterran, dwar id-diffikultajiet iffaċċjati u s-soluzzjonijiet proposti; |
— |
il-kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u l-governanza tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija biex jiġu identifikati l-prijoritajiet u l-ħtiġijiet ta’ investiment għat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija fuq il-linji tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija tal-Kuritur Ewropew tat-Trasport Balkani tal-Punent – Lvant tal-Mediterran, filwaqt li jitqiesu l-benefiċċji pprovduti lin-network trans-Ewropew tat-trasport u d-dati ta’ tlestija ġenerali kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2024/1679, mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-governanza tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija skont ir-Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) u l-kompetenza tal-Istati Membri fir-rigward tal-ġestjoni u l-finanzjament tal-infrastruttura; |
— |
il-monitoraġġ tal-prestazzjoni tas-servizzi tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija, u l-identifikazzjoni ta’ ostakli potenzjali, bħal dawk tekniċi, amministrattivi u operazzjonali, b’enfasi partikolari fuq id-dimensjoni transfruntiera, u t-tfassil ta’ rakkomandazzjonijiet f’dan ir-rigward, fejn rilevanti; |
— |
il-kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri kkonċernati sabiex tgħin fl-identifikazzjoni tal-prijoritajiet u l-ħtiġijiet ta’ investiment għal-linji ferrovjarji tal-passiġġieri tal-Kuritur Ewropew tat-Trasport Balkani tal-Punent – Lvant tal-Mediterran; |
— |
il-monitoraġġ tal-prestazzjoni tas-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri, u l-identifikazzjoni ta’ ostakli potenzjali, bħal dawk tekniċi, amministrattivi u operazzjonali, b’enfasi partikolari fuq id-dimensjonijiet transfruntiera, u t-tfassil ta’ rakkomandazzjonijiet f’dan ir-rigward, fejn rilevanti; |
— |
il-kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri kkonċernati sabiex jiġu ffaċilitati, fejn rilevanti, il-kuntatti u l-koordinazzjoni bejn ir-rappreżentanti marittimi u tal-passaġġi fuq l-ilma interni bil-ħsieb li jiżdiedu s-sinerġiji tagħhom; |
— |
il-verifika dwar jekk il-proġetti proposti mill-Istati Membri, jew mill-pajjiżi ġirien, fejn applikabbli, għall-kofinanzjament taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) humiex konsistenti mal-prijoritajiet tal-pjan ta’ ħidma; |
— |
il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi ġirien u l-involviment tagħhom fl-attivitajiet tal-kurituri, bħall-Forum tal-Kurituri jew gruppi ta’ ħidma; |
— |
il-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, għal attivitajiet relatati mal-kuritur li jestendu għall-pajjiżi ġirien li huma membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet internazzjonali. |
Il-kompitu tiegħek bħala Koordinatur konsegwentement se jkun ta’ natura diversa ħafna u ta’ importanza kbira għall-Unjoni u għall-proġett ġenerali fil-kuntest tal-ipprogrammar tal-finanzjament u d-djalogu politiku mal-Istati Membri biex dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jegħlbu kwalunkwe diffikultà biex iwettqu d-diversi proġetti ta’ infrastruttura.
Ir-regoli u l-proċeduri
Il-kompitu tiegħek bħala Koordinatur Ewropew se jkun għal perjodu ta’ erba’ snin li jibda mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni u jista’ jiġġedded bi ftehim reċiproku.
Id-durata tal-mandat tiegħek tista’ tinbidel fi kwalunkwe żmien mill-Kummissjoni fuq inzjattiva proprja tagħha jew fuq talba tiegħek. Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li tirrevoka l-mandat tiegħek fi kwalunkwe ħin.
Matul it-twettiq tal-kompiti tiegħek ma għandekx tagħmel impenji f’isem il-Kummissjoni mingħajr il-qbil tagħha bil-miktub minn qabel. Għaldaqstant, inti għandek taġixxi b’mod imparzjali, b’mod indipendenti u kunfidenzjali u tapplika bl-aħjar mod possibbli l-għarfien u l-ħiliet professjonali tiegħek fl-interessi tal-Unjoni biss.
Għandek tevita kwalunkwe sitwazzjoni li twassal għal kunflitt ta’ interess fir-rigward tal-oqsma li fihom inti mitlub tintervjeni. Inti għandek tinforma minnufih lill-Kummissjoni b’kull kunflitt ta’ interess li jinqala’ matul il-mandat tiegħek.
Barra minn hekk, ma għandek tuża jew tiżvela ebda dokument jew informazzjoni li ssir taf biha waqt il-qadi ta’ dmirijietek, sakemm tali informazzjoni ma tkunx diġà fid-dominju pubbliku. Ir-riżultati kollha prodotti minnek se jkunu l-proprjetà tal-Unjoni, li tista’ tużahom jew tippubblikahom kif jidhrilha xieraq.
Matul it-twettiq tal-kompitu tiegħek, se tingħata indennizz b’rata fissa ta’ EUR 3 000 fix-xahar biex tkopri l-kostijiet relatati mal-assistenza segretarjali, meta din ma tkunx ipprovduta direttament mis-servizzi tal-Kummissjoni, (il-komunikazzjoni, l-għamara tal-uffiċċju mixxellanja, l-ispazju tal-uffiċċju), u l-ispejjeż relatati mal-ivvjaġġar fir-rigward tar-rappreżentanza tal-missjonijiet f’konformità mar-regoli tal-Kummissjoni.
Id-Direttur għall-Investiment, it-Trasport Innovattiv u Sostenibbli huwa l-persuna ta’ kuntatt tiegħek fid-Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport. Il-Kummissjoni tista’ tassigurak minn qabel li fl-implimentazzjoni tal-kompitu tiegħek se jkollok l-appoġġ sħiħ tad-Direttur u tal-membri tal-persunal maħtura biex jgħinuk fuq bażi ta’ kuljum dwar kwistjonijiet tekniċi u amministrattivi.
Id-Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport se jorganizza laqgħat regolari bejn il-Koordinaturi Ewropej biex jippermetti l-iskambju ta’ informazzjoni u esperjenzi.
Il-qrati Belġjani għandu jkollhom il-ġuriżdizzjoni esklużiva li jiddeċiedu dwar kwalunkwe tilwima li tirrigwarda l-validità, l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta’ dan il-kuntratt. Dan il-kuntratt huwa rregolat mil-liġi Belġjana.
Ittra ta’ mandat għall-Koordinatur Ewropew għall-ERTMS
Ir-Regolament (UE) 2024/1679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport jipprevedi l-ħatra ta’ Koordinaturi Ewropej responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Kurituri Ewropej tat-Trasport u l-prijoritajiet orizzontali: l-ispazju Marittimu Ewropew u s-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS).
Inti aċċettajt ir-responsabbiltà bħala l-Koordinatur għall-interoperabbiltà ferrovjarja, b’mod partikolari l-ERTMS fuq in-network trans-Ewropew tat-trasport. Din il-prijorità orizzontali tenfasizza fuq l-implimentazzjoni f’waqtha tal-ERTMS li tiżgura l-interoperabbiltà bejn il-fruntieri biex tippermetti s-servizzi tal-passiġġieri u tal-merkanzija.
Il-Kummissjoni hija konvinta li l-appoġġ tiegħek, li fuqu qed tgħodd ħafna, se jkun kruċjali għas-suċċess kontinwu tal-Kurituri Ewropej tat-Trasport u l-prijoritajiet orizzontali.
Il-missjoni
Il-ħidma tal-Koordinatur Ewropew għall-ERTMS għandha l-għan li tavvanza l-iżvilupp u l-użu tal-ERTMS fil-livell Ewropew permezz ta’ attivitajiet ta’ koordinazzjoni mmirati, b’mod partikolari fir-rigward tal-investiment fil-proġetti (is-sinkronizzazzjoni tax-xogħlijiet, l-allokazzjoni tal-finanzjament nazzjonali u tal-Unjoni) u, kif xieraq, azzjonijiet speċifiċi oħra għall-promozzjoni ta’ sistema tat-trasport kompetittiva u effiċjenti fir-riżorsi. Għal dan il-għan, il-Koordinatur għandu jiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri kkonċernati, jiggwida l-involviment tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kif ukoll jappoġġa t-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2024/1679, abbażi tal-pjan ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 54 ta’ dak ir-Regolament
Id-dmirijiet tiegħek, li jirriżultaw minn dawk stabbiliti fl-Artikolu 52(5), (6) u (7) tar-Regolament (UE) 2024/1679 se jinkludu:
— |
l-analiżi tal-istat ta’ konformità u l-appoġġ għall-implimentazzjoni koordinata tal-ERTMS, f’konformità mal-istandards tan-network trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T); |
— |
f’konformità mal-Artikolu 54(1), u 54(2) tar-Regolament (UE) 2024/1679, it-tfassil ta’ pjan ta’ ħidma, sa mhux aktar tard mid-19 ta’ Lulju 2026 u kull erba’ snin minn hemm ’il quddiem, flimkien mal-Istati Membri kkonċernati; |
— |
il-preżentazzjoni ta’ rapport annwali dwar l-istatus lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri kkonċernati dwar il-progress miksub fl-implimentazzjoni tal-ERTMS; dak ir-rapport annwali dwar l-istatus għandu jiffoka fuq il-progress li jkun sar fuq il-prijoritajiet u l-investimenti ewlenin, jiddeskrivi n-natura tal-problemi ffaċċjati fl-implimentazzjoni tagħhom u jissuġġerixxi soluzzjonijiet; |
— |
l-għoti ta’ pariri lid-disa’ Koordinaturi responsabbli mill-Kurituri Ewropej tat-Trasport fi kwistjonijiet li jirrigwardaw implimentazzjoni koerenti tal-ERTMS fin-network kollu; |
— |
il-kontribut għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ pjan Ewropew ta’ implimentazzjoni, li għandu jiġi adottat permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2024/1679, inkluż finanzjament possibbli u kwalunkwe riskju li jista’ jaffettwa l-implimentazzjoni; |
— |
il-kontribut għall-iżvilupp ta’ approċċi metodoloġiċi xierqa biex jiġu stabbiliti r-rekwiżiti għall-implimentazzjoni tal-ERTMS f’konformità mal-Ispeċifikazzjoni Teknika ta’ Interoperabbiltà (TSI) relatata mas-subsistema ta’ kontroll-kmand u sinjalazzjoni (CCS) tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea stabbilita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1695 (16); |
— |
konsultazzjoni regolari mal-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati kollha sabiex jiġu identifikati l-fatturi kollha relatati mal-iżvilupp tal-ERTMS u l-possibbiltajiet għall-finanzjament. Dan jinkludi l-istabbiliment u l-presidenza ta’ forum konsultattiv tal-ERTMS dedikat, f’konformità mal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) 2024/1679 u l-kooperazzjoni ma’ rappreżentanti tal-ERTMS maħtura fil-livell nazzjonali involuti fil-koordinazzjoni tal-implimentazzjoni tal-ERTMS, u kull meta jkun meħtieġ, l-istabbiliment ta’ gruppi ta’ ħidma ad hoc f’dak il-forum; |
— |
il-kooperazzjoni mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u l-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea; |
— |
it-twettiq tal-missjonijiet kollha meħtieġa fl-Istati Membri, ir-reġjuni u l-konġestjonijiet u n-nodi ewlenin rilevanti; |
— |
il-verifika dwar jekk il-proġetti proposti mill-Istati Membri, jew mill-pajjiżi ġirien, fejn applikabbli, għall-kofinanzjament bħala parti mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE), humiex konsistenti mal-prijoritajiet tal-pjan ta’ ħidma; |
— |
il-konsultazzjoni fejn xieraq mal-awtoritajiet reġjonali u lokali, mal-maniġers tal-infrastruttura, mal-operaturi tat-trasport, b’mod partikolari dawk li huma membri tal-governanza tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija, l-industrija tal-provvista, l-utenti tat-trasport u l-partijiet ikkonċernati rilevanti fir-rigward tal-pjan ta’ ħidma u l-implimentazzjoni tiegħu; |
— |
il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi ġirien u l-involviment tagħhom fl-attivitajiet tal-Forum konsultattiv jew tal-gruppi ta’ ħidma tal-ERTMS; |
— |
il-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, għal attivitajiet relatati mal-ERTMS li jestendu għall-pajjiżi ġirien li huma membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet internazzjonali. |
Il-kompitu tiegħek bħala Koordinatur konsegwentement se jkun ta’ natura diversa ħafna u ta’ importanza kbira għall-Unjoni u għall-proġett ġenerali fil-kuntest tal-ipprogrammar tal-finanzjament u d-djalogu politiku mal-Istati Membri biex dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jegħlbu kwalunkwe diffikultà biex iwettqu d-diversi proġetti ta’ infrastruttura.
Ir-regoli u l-proċeduri
Il-kompitu tiegħek bħala Koordinatur Ewropew se jkun għal perjodu ta’ erba’ snin li jibda mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni u jista’ jiġġedded bi ftehim reċiproku.
Id-durata tal-mandat tiegħek tista’ tinbidel fi kwalunkwe żmien mill-Kummissjoni fuq inzjattiva proprja tagħha jew fuq talba tiegħek. Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li tirrevoka l-mandat tiegħek fi kwalunkwe ħin.
Matul it-twettiq tal-kompiti tiegħek ma għandekx tagħmel impenji f’isem il-Kummissjoni mingħajr il-qbil tagħha bil-miktub minn qabel. Għaldaqstant, inti għandek taġixxi b’mod imparzjali, b’mod indipendenti u kunfidenzjali u tapplika bl-aħjar mod possibbli l-għarfien u l-ħiliet professjonali tiegħek fl-interessi tal-Unjoni biss.
Għandek tevita kwalunkwe sitwazzjoni li twassal għal kunflitt ta’ interess fir-rigward tal-oqsma li fihom inti mitlub tintervjeni. Inti għandek tinforma minnufih lill-Kummissjoni b’kull kunflitt ta’ interess li jinqala’ matul il-mandat tiegħek.
Barra minn hekk, ma għandek tuża jew tiżvela ebda dokument jew informazzjoni li ssir taf biha waqt il-qadi ta’ dmirijietek, sakemm tali informazzjoni ma tkunx diġà fid-dominju pubbliku. Ir-riżultati kollha prodotti minnek se jkunu l-proprjetà tal-Unjoni, li tista’ tużahom jew tippubblikahom kif jidhrilha xieraq.
Matul it-twettiq tal-kompitu tiegħek, se tingħata indennizz b’rata fissa ta’ EUR 3 000 fix-xahar biex tkopri l-kostijiet relatati mal-assistenza segretarjali, meta din ma tkunx ipprovduta direttament mis-servizzi tal-Kummissjoni, (il-komunikazzjoni, l-għamara tal-uffiċċju mixxellanja, l-ispazju tal-uffiċċju), u l-ispejjeż relatati mal-ivvjaġġar fir-rigward tar-rappreżentanza tal-missjonijiet f’konformità mar-regoli tal-Kummissjoni.
Id-Direttur għall-Investiment, it-Trasport Innovattiv u Sostenibbli huwa l-persuna ta’ kuntatt tiegħek fid-Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport. Il-Kummissjoni tista’ tassigurak minn qabel li fl-implimentazzjoni tal-kompitu tiegħek se jkollok l-appoġġ sħiħ tad-Direttur u tal-membri tal-persunal maħtura biex jgħinuk fuq bażi ta’ kuljum dwar kwistjonijiet tekniċi u amministrattivi.
Id-Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport se jorganizza laqgħat regolari bejn il-Koordinaturi Ewropej biex jippermetti l-iskambju ta’ informazzjoni u esperjenzi.
Il-qrati Belġjani għandu jkollhom il-ġuriżdizzjoni esklużiva li jiddeċiedu dwar kwalunkwe tilwima li tirrigwarda l-validità, l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta’ dan il-kuntratt. Dan il-kuntratt huwa rregolat mil-liġi Belġjana.
Ittra ta’ mandat għall-Koordinatur Ewropew għall-L-Ispazju Marittimu Ewropew
Ir-Regolament (UE) 2024/1679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport jipprevedi l-ħatra ta’ Koordinaturi Ewropej responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Kurituri Ewropej tat-Trasport u l-prijoritajiet orizzontali: l-ispazju Marittimu Ewropew u s-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS).
Inti aċċettajt ir-responsabbiltà bħala l-Koordinatur għall-Ispazju Marittimu Ewropew. Din il-prijorità orizzontali tenfasizza fuq l-implimentazzjoni ta’ Spazju Marittimu Ewropew verament sostenibbli, intelliġenti, fl-assjem tiegħu u reżiljenti li jista’ jiġi integrat bis-sħiħ f’katina tat-trasport bieb bieb fuq in-network trans-Ewropew tat-trasport.
Il-Kummissjoni hija konvinta li l-appoġġ tiegħek, li fuqu qed tgħodd ħafna, se jkun kruċjali għas-suċċess kontinwu tal-Kurituri Ewropej tat-Trasport u l-prijoritajiet orizzontali.
Il-missjoni
Il-ħidma tal-Koordinatur Ewropew għall-Ispazju Marittimu Ewropew għandha l-għan li tavvanza l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ġenerali ta’ din il-prijorità orizzontali fil-livell Ewropew permezz ta’ attivitajiet ta’ koordinazzjoni mmirati, b’mod partikolari fir-rigward tal-investiment fil-proġetti (is-sinkronizzazzjoni tax-xogħlijiet, l-allokazzjoni ta’ finanzjament nazzjonali u tal-Unjoni) u, kif xieraq, azzjonijiet speċifiċi oħra biex jippromwovu l-ħolqien jew it-titjib ta’ rotot tat-trasport marittimu fuq distanzi qosra u l-iżvilupp ta’ portijiet marittimi u l-konnessjonijiet tagħhom mal-intern tal-pajjiż sabiex tiġi żgurata integrazzjoni effiċjenti u sostenibbli ma’ modi oħra ta’ trasport. Għal dan il-għan, il-Koordinatur għandu jiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri kkonċernati, jiggwida l-involviment tal-partijiet ikkonċernati rilevanti fil-Forum tal-Kurituri kif ukoll jappoġġa t-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2024/1679, abbażi tal-pjan ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 54 ta’ dak ir-Regolament.
Id-dmirijiet tiegħek, li jirriżultaw minn dawk stabbiliti fl-Artikolu 52(5), (6) u (7) tar-Regolament (UE) 2024/1679 se jinkludu:
— |
l-analiżi tal-istat ta’ konformità u l-appoġġ għall-implimentazzjoni koordinata tal-Ispazju Marittimu Ewropew, f’konformità mal-istandards tan-network trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T); |
— |
f’konformità mal-Artikolu 54(1), u 54(2) tar-Regolament (UE) 2024/1679, it-tfassil ta’ pjan ta’ ħidma, sa mhux aktar tard mid-19 ta’ Lulju 2026 u kull erba’ snin minn hemm ’il quddiem, flimkien mal-Istati Membri kkonċernati; |
— |
il-preżentazzjoni ta’ rapport annwali dwar l-istatus lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri kkonċernati dwar il-progress miksub fl-implimentazzjoni tal-Ispazju Marittimu Ewropew; dak ir-rapport annwali dwar l-istatus għandu jiffoka fuq il-progress li jkun sar fuq il-prijoritajiet u l-investimenti ewlenin, jiddeskrivi n-natura tal-problemi ffaċċjati fl-implimentazzjoni tagħhom u jissuġġerixxi soluzzjonijiet; |
— |
F’konformità mal-Artikolu 55, il-kontribut għall-iżvilupp ta’ att ta’ implimentazzjoni għall-Ispazju Marittimu Ewropew. |
— |
is-sorveljanza tal-analiżi u l-istudji meħtieġa li jkunu qed jitwettqu għal kull Kuritur Ewropew tat-Trasport u l-integrazzjoni ta’ dawn l-istudji fi pjan ta’ ħidma koerenti għall-Ispazju Marittimu Ewropew; |
— |
l-għoti ta’ pariri lid-disa’ Koordinaturi responsabbli mill-Kurituri Ewropej tat-Trasport fi kwistjonijiet li jirrigwardaw l-Ispazju Marittimu Ewropew u mill-iżgurar ta’ implimentazzjoni koerenti fin-network kollu; |
— |
konsultazzjoni regolari tal-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati kollha sabiex jiġu identifikati l-fatturi kollha relatati mal-iżvilupp tal-Ispazju Marittimu Ewropew, il-possibbiltajiet għall-finanzjament tal-investimenti meqjusa meħtieġa u l-mezzi biex jinkiseb aċċess għal tali finanzjament. Dan jinkludi l-istabbiliment u l-presidenza ta’ Forum Marittimu Ewropew konsultattiv dedikat, f’konformità mal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) 2024/1679 u kull meta jkun meħtieġ, l-istabbiliment ta’ gruppi ta’ ħidma ad hoc f’dak il-forum; |
— |
il-kooperazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima; |
— |
it-twettiq tal-missjonijiet kollha meħtieġa fil-bliet kapitali, ir-reġjuni u l-portijiet ewlenin rilevanti relatati mal-Ispazju Marittimu Ewropew; |
— |
segwitu għall-għażla u l-implimentazzjoni ta’ proġetti mwettqa fuq l-Ispazju Marittimu Ewropew, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-kuntrattur magħżul; |
— |
il-verifika dwar jekk il-proġetti proposti mill-Istati Membri, jew mill-pajjiżi ġirien, fejn applikabbli, għall-kofinanzjament bħala parti mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE), humiex konsistenti mal-prijoritajiet tal-pjan ta’ ħidma; |
— |
il-konsultazzjoni fejn xieraq mal-awtoritajiet reġjonali u lokali, mal-maniġers tal-infrastruttura, mal-operaturi tat-trasport, l-industrija tal-provvista, l-utenti tat-trasport u l-partijiet ikkonċernati rilevanti fir-rigward tal-pjan ta’ ħidma u l-implimentazzjoni tiegħu; |
— |
il-kooperazzjoni mal-pajjiżi ġirien u l-involviment tagħhom fl-attivitajiet tal-Forum Marittimu Ewropew Konsultattiv jew tal-gruppi ta’ ħidma; |
— |
il-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, għal attivitajiet relatati mal-Ispazju Marittimu Ewropew li jestendu għall-pajjiżi ġirien li huma membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet internazzjonali. |
Il-kompitu tiegħek bħala Koordinatur konsegwentement se jkun ta’ natura diversa ħafna u ta’ importanza kbira għall-Unjoni u għall-proġett ġenerali fil-kuntest tal-ipprogrammar tal-finanzjament u d-djalogu politiku mal-Istati Membri biex dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jegħlbu kwalunkwe diffikultà biex iwettqu d-diversi proġetti ta’ infrastruttura.
Ir-regoli u l-proċeduri
Il-kompitu tiegħek bħala Koordinatur Ewropew se jkun għal perjodu ta’ erba’ snin li jibda mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni u jista’ jiġġedded bi ftehim reċiproku.
Id-durata tal-mandat tiegħek tista’ tinbidel fi kwalunkwe żmien mill-Kummissjoni fuq inzjattiva proprja tagħha jew fuq talba tiegħek. Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li tirrevoka l-mandat tiegħek fi kwalunkwe ħin.
Matul it-twettiq tal-kompiti tiegħek ma għandekx tagħmel impenji f’isem il-Kummissjoni mingħajr il-qbil tagħha bil-miktub minn qabel. Għaldaqstant, inti għandek taġixxi b’mod imparzjali, b’mod indipendenti u kunfidenzjali u tapplika bl-aħjar mod possibbli l-għarfien u l-ħiliet professjonali tiegħek fl-interessi tal-Unjoni biss.
Għandek tevita kwalunkwe sitwazzjoni li twassal għal kunflitt ta’ interess fir-rigward tal-oqsma li fihom inti mitlub tintervjeni. Inti għandek tinforma minnufih lill-Kummissjoni b’kull kunflitt ta’ interess li jinqala’ matul il-mandat tiegħek.
Barra minn hekk, ma għandek tuża jew tiżvela ebda dokument jew informazzjoni li ssir taf biha waqt il-qadi ta’ dmirijietek, sakemm tali informazzjoni ma tkunx diġà fid-dominju pubbliku. Ir-riżultati kollha prodotti minnek se jkunu l-proprjetà tal-Unjoni, li tista’ tużahom jew tippubblikahom kif jidhrilha xieraq.
Matul it-twettiq tal-kompitu tiegħek, se tingħata indennizz b’rata fissa ta’ EUR 3 000 fix-xahar biex tkopri l-kostijiet relatati mal-assistenza segretarjali, meta din ma tkunx ipprovduta direttament mis-servizzi tal-Kummissjoni, (il-komunikazzjoni, l-għamara tal-uffiċċju mixxellanja, l-ispazju tal-uffiċċju), u l-ispejjeż relatati mal-ivvjaġġar fir-rigward tar-rappreżentanza tal-missjonijiet f’konformità mar-regoli tal-Kummissjoni.
Id-Direttur għall-Investiment, it-Trasport Innovattiv u Sostenibbli huwa l-persuna ta’ kuntatt tiegħek fid-Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport. Il-Kummissjoni tista’ tassigurak minn qabel li fl-implimentazzjoni tal-kompitu tiegħek se jkollok l-appoġġ sħiħ tad-Direttur u tal-membri tal-persunal maħtura biex jgħinuk fuq bażi ta’ kuljum dwar kwistjonijiet tekniċi u amministrattivi.
Id-Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport se jorganizza laqgħat regolari bejn il-Koordinaturi Ewropej biex jippermetti l-iskambju ta’ informazzjoni u esperjenzi.
Il-qrati Belġjani għandu jkollhom il-ġuriżdizzjoni esklużiva li jiddeċiedu dwar kwalunkwe tilwima li tirrigwarda l-validità, l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta’ dan il-kuntratt. Dan il-kuntratt huwa rregolat mil-liġi Belġjana.
(1) Ir-Regolament (UE) 2024/1679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport, li jemenda r-Regolamenti (UE) 2021/1153 u (UE) Nru 913/2010 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 (ĠU L, 2024/1679, 28.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1679/oj).
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta' merkanzija kompetittiv (ĠU L 276, 20.10.2010, p. 22, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/913/oj).
(3) Ir-Regolament (UE) 2024/1679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport, li jemenda r-Regolamenti (UE) 2021/1153 u (UE) Nru 913/2010 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 (ĠU L, 2024/1679, 28.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1679/oj).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta' merkanzija kompetittiv (ĠU L 276, 20.10.2010, p. 22, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/913/oj).
(5) Ir-Regolament (UE) 2024/1679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport, li jemenda r-Regolamenti (UE) 2021/1153 u (UE) Nru 913/2010 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 (ĠU L, 2024/1679, 28.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1679/oj).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta' merkanzija kompetittiv (ĠU L 276, 20.10.2010, p. 22, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/913/oj).
(7) Ir-Regolament (UE) 2024/1679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport, li jemenda r-Regolamenti (UE) 2021/1153 u (UE) Nru 913/2010 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 (ĠU L, 2024/1679, 28.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1679/oj).
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta' merkanzija kompetittiv (ĠU L 276, 20.10.2010, p. 22, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/913/oj).
(9) Ir-Regolament (UE) 2024/1679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport, li jemenda r-Regolamenti (UE) 2021/1153 u (UE) Nru 913/2010 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 (ĠU L, 2024/1679, 28.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1679/oj).
(10) Ir-Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta' merkanzija kompetittiv (ĠU L 276, 20.10.2010, p. 22, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/913/oj).
(11) Ir-Regolament (UE) 2024/1679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport, li jemenda r-Regolamenti (UE) 2021/1153 u (UE) Nru 913/2010 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 (ĠU L, 2024/1679, 28.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1679/oj).
(12) Ir-Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta' merkanzija kompetittiv (ĠU L 276, 20.10.2010, p. 22, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/913/oj).
(13) Ir-Regolament (UE) 2024/1679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport, li jemenda r-Regolamenti (UE) 2021/1153 u (UE) Nru 913/2010 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 (ĠU L, 2024/1679, 28.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1679/oj).
(14) Ir-Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta' merkanzija kompetittiv (ĠU L 276, 20.10.2010, p. 22, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/913/oj).
(15) Ir-Regolament (UE) 2024/1679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport, li jemenda r-Regolamenti (UE) 2021/1153 u (UE) Nru 913/2010 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 (ĠU L, 2024/1679, 28.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1679/oj).
(16) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1695 tal-10 ta’ Awwissu 2023 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema tal-kontroll-kmand u sinjalazzjoni tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament (UE) 2016/919 (ĠU L 222, 8.9.2023, p. 380, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1695/oj).
(17) Ir-Regolament (UE) 2024/1679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport, li jemenda r-Regolamenti (UE) 2021/1153 u (UE) Nru 913/2010 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 (ĠU L, 2024/1679, 28.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1679/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2383/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)