![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2024/2208 |
30.8.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2208
tad-29 ta’ Awwissu 2024
li jemenda għat-343 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. |
(2) |
Fit-23 ta’ Awwissu 2024, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda, f’konformità mar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1267(1999), 1989(2011) u 2253(2015), li jneħħi annotazzjoni waħda mil-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi finanzjarji. |
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Awwissu 2024.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President
Direttur Ġenerali
Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabilità Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali
(1) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2002/881/oj
ANNESS
Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, l-entrata li ġejja taħt l-intestatura “Persuni naturali” titħassar:
“Yassine Chekkouri. Indirizz: 7, 7th Street, Hay Anas Safi, il-Marokk. Data tat-twelid: 6.10.1966. Post tat-twelid: Safi, il-Marokk. Nazzjonalità: Marokkina. Nru tal-Passaport: F46947 (passaport Marokkin). Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: H-135467 (karta tal-identità nazzjonali Marokkina). Informazzjoni oħra: (a) L-omm jisimha Feue Hlima Bent Barka u l-missier jismu Abderrahmane Mohammed Ben Azzouz, (b) Iddeportat mill-Italja lejn il-Marokk fis-26.2.2004. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 3.9.2002.”
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2208/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)