Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2024/2161 |
14.8.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/2161
tal-14 ta’ Awwissu 2024
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 1352/2014 rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1352/2014 tat-18 ta’ Diċembru 2014 rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-18 ta’ Diċembru 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 1352/2014. |
(2) |
Fit-30 ta’ Lulju 2024, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 2140 (2014) neħħa żewġ persuni mil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi. |
(3) |
Jenħtieġ għalhekk li l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1352/2014 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1352/2014 huwa emendat f’konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Awwissu 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
BÓKA J.
ANNESS
L-entrati li ġejjin huma mħassra mil-lista li tinsab taħt is-subintestatura “A. Persuni” fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1352/2014 (“Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi msemmijin fl-Artikoli 1a u 2”):
3. |
Ali Abdullah Saleh (magħruf ukoll bħala: Ali Abdallah Salih); |
5. |
Ahmed Ali Abdullah Saleh (magħruf ukoll bħala: Ahmed Ali Abdullah Al-Ahmar). |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2161/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)