European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2012

23.7.2024

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/2012

tat-22 ta’ Lulju 2024

li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta’ Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(2) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta’ Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 17(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, il-Kunsill irrieżamina l-listi ta’ persuni u entitajiet iddeżinjati li jinsabu fl-Annessi II u IV ta’ dik id-Deċiżjoni.

(3)

Il-Kunsill ikkonkluda li jenħtieġ li jitħassru l-entrati għal persuna waħda, li mietet, u għal żewġ entitajiet, u jenħtieġ li jinżammu l-miżuri restrittivi kontra l-persuni u l-entitajiet l-oħra kollha fil-listi li jinsabu fl-Annessi II u IV tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi II u IV tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)   ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34.


ANNESS

Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Anness II (“Lista ta’ persuni fiżiċi u entitajiet msemmija fl-Artikolu 8(2)”), il-Parti A (“Persuni”), titħassar l-entrata 19 (dwar PRIGOZHIN, Yevgeniy Viktorovich);

(2)

fl-Anness IV (“Lista ta’ persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 9(2)”), il-Parti A (“Persuni”), titħassar l-entrata 24 (dwar PRIGOZHIN, Yevgeniy Viktorovich);

(3)

fl-Anness IV (“Lista ta’ persuni u entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 9(2)”), il-Parti B (“Entitajiet”) hija emendata kif ġej:

(a)

titħassar l-entrata 13 (dwar Ashton Global Investments Limited);

(b)

titħassar l-entrata 15 (dwar Kinloss Property Limited).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2012/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)