![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2024/2008 |
22.7.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/2008
tat-22 ta’ Lulju 2024
li jimplimenta r-Regolament (UE) 2020/1998 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998 tas-7 ta’ Diċembru 2020 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-8 ta’ Diċembru 2020, fid-Dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà f’isem l-Unjoni Ewropea dwar ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha affermaw mill-ġdid l-impenn qawwi tagħhom lejn il-promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja. Ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem jenfasizza d-determinazzjoni tal-Unjoni li ssaħħaħ ir-rwol tagħha fl-indirizzar ta’ ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja. Il-kisba tat-tgawdija effettiva tad-drittijiet tal-bniedem minn kulħadd hija għan strateġiku tal-Unjoni.. Ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem huma valuri fundamentali tal-Unjoni u tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tagħha. |
(2) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-14 ta’ Novembru 2022, il-Kunsill esprima t-tħassib tiegħu dwar l-effett sproporzjonat li l-konflitti armati qed ikomplu jkollhom fuq in-nisa u l-bniet madwar id-dinja, kif ukoll il-prevalenza tal-vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru inkluż il-vjolenza sesswali relatata mal-konflitti, offline u online. Huwa impenja ruħu għat-tisħiħ tal-isforzi biex tiġi miġġielda din il-vjolenza sabiex tiġi żgurata responsabbiltà sħiħa u biex tiġi miġġielda l-impunità. Barra minn hekk, fil-konklużjonijiet tiegħu ta’ Ġunju 2014, il-Kunsill kien enfasizza li l-eliminazzjoni tal-forom kollha ta’ vjolenza kontra n-nisa u l-ġlieda kontrihom jeħtieġu politiki koordinati fil-livelli rilevanti kollha u approċċ komprensiv li jkollu fil-mira l-kwistjonijiet ewlenin ta’ prevenzjoni, sottorapportar, ħarsien, appoġġ għall-vittmi u l-prosekuzzjoni tal-awturi tar-reati, kif ukoll miżuri oħra. L-użu strateġiku ta’ miżuri restrittivi jsaħħaħ dan l-approċċ billi jżid il-pressjoni biex jiġu evitati aktar ksur u abbużi u, f’koordinazzjoni ma’ strumenti oħra tal-Unjoni fis-sett ta’ għodod b’rabta mad-drittijiet tal-bniedem, jiġbed l-attenzjoni għal dan il-ksur u l-abbużi u għal dawk responsabbli. |
(3) |
F’dak il-kuntest, jenħtieġ li erba’ persuni u żewġ entitajiet jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi stipulati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2020/1998. |
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2020/1998 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (UE) 2020/1998 huwa emendat kif ġej:
(1) |
l-entrati li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi taħt l-intestatura “A Persuni fiżiċi”:
|
(2) |
l-entrati li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi taħt l-intestatura “B. Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi”:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2008/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)