European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1808

2.7.2024

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1808

tal-1 ta’ Lulju 2024

li jemenda r-Regolament (UE) 2023/915 fir-rigward tad-data tal-applikazzjoni tal-livelli massimi aktar baxxi għall-iskleroti tal-ergotina u l-alkalojdi tal-ergotina fl-ikel

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/915 (2) jistabbilixxi l-livelli massimi għal ċerti kontaminanti, inkluż l-iskleroti tal-ergotina u l-alkalojdi tal-ergotina, fl-oġġetti tal-ikel.

(2)

Livelli massimi aktar baxxi għall-iskleroti tal-ergotina fil-ħbub tas-segala mhux ipproċessati u fl-alkalojdi tal-ergotina fil-prodotti tat-tħin tax-xgħir, tal-qamħ, tal-farru u tal-ħafur (b’kontenut ta’ rmied aktar baxx minn 900 mg/100 g ta’ materja niexfa), fil-prodotti tat-tħin tas-segala u fis-segala mqiegħda fis-suq għall-konsumatur finali għandhom japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2024 skont il-punti 1.8.1.2, 1.8.2.1 u 1.8.2.3 tat-tabella fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/915.

(3)

Il-Kummissjoni kkonsultat lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati sabiex timmonitorja l-progress lejn dawk il-livelli massimi aktar baxxi u biex tivvaluta dawk il-livelli fid-dawl tal-bidliet fil-prattiki agrikoli, kif ukoll fil-fatturi klimatiċi u ambjentali.

(4)

Wara eżami dettaljat tal-informazzjoni pprovduta, ġie konkluż li l-livelli massimi aktar baxxi għadhom ma jistgħux jinkisbu għall-iskleroti tal-ergotina fil-ħbub tas-segala mhux ipproċessati u għall-alkalojdi tal-ergotina fil-prodotti tat-tħin tal-qamħ (b’kontenut ta’ rmied aktar baxx minn 900 mg/100 g ta’ materja niexfa), għall-prodotti tat-tħin tas-segala u għas-segala mqiegħda fis-suq għall-konsumatur finali minħabba żieda fil-prevalenza tal-iskleroti tal-ergotina u tal-alkalojdi tal-ergotina fiċ-ċereali minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi.

(5)

Għalhekk huwa xieraq li l-applikazzjoni tal-livelli massimi aktar baxxi għall-iskleroti tal-ergotina fil-ħbub tas-segala mhux ipproċessati tiġi differita għal sena (1) u għall-alkalojdi tal-ergotina fi prodotti tat-tħin tal-qamħ (b’kontenut ta’ rmied aktar baxx minn 900 mg/100 g ta’ materja niexfa), prodotti tat-tħin tas-segala u segala mqiegħda fis-suq għall-konsumatur finali għal 4 snin.

(6)

Sabiex ikun hemm tranżizzjoni bla xkiel u ma jitfixkilx il-kummerċ tal-ikel miċ-ċereali maħsud qabel id-dati li fihom japplikaw il-livelli massimi aktar baxxi, l-ikel li jitqiegħed fis-suq legalment qabel dawk id-dati, konformi mal-livelli massimi applikabbli fiż-żmien tat-tqegħid fis-suq, jenħtieġ li jitħalla jibqa’ fis-suq sad-data ta’ durabbiltà minima jew sad-data sa meta għandu jintuża.

(7)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2023/915 jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) 2023/915 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 10(1) huwa emendat kif ġej:

(a)

il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“L-ikel imqiegħed legalment fis-suq qabel id-dati msemmija fil-punti (a) sa (n) jista’ jibqa’ fis-suq sad-data ta’ durabbiltà minima tiegħu jew sad-data sa meta għandu jintuża:”;

(b)

jiddaħħlu l-punti li ġejjin:

“(l)

l-1 ta’ Lulju 2024 fir-rigward tal-livelli massimi għall-alkalojdi tal-ergotina stabbiliti fil-punt 1.8.2.1 tal-Anness I;

(m)

l-1 ta’ Lulju 2025 fir-rigward tal-livelli massimi għall-iskleroti tal-ergotina stabbiliti fil-punt 1.8.1.2 tal-Anness I;

(n)

l-1 ta’ Lulju 2028 fir-rigward tal-livelli massimi għall-alkalojdi tal-ergotina stabbiliti fil-punti 1.8.2.1a u 1.8.2.3 tal-Anness I.”;

(2)

L-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Lulju 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1993/315/oj.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/915 tal-25 ta’ April 2023 dwar il-livelli massimi għal ċerti kontaminanti fl-ikel u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 (ĠU L 119, 5.5.2023, p. 103, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/915/oj).


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/915 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-entrata għall-iskleroti tal-ergotina, fit-tabella, il-punt 1.8.1.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.8.1.2

Ħbub tas-segala mhux ipproċessati

0,5

0,2 mill-1 ta’ Lulju 2025”.

 

(2)

fl-entrata għall-alkalojdi tal-ergotina, fit-tabella, il-punt 1.8.2 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt 1.8.2.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.8.2.1

Prodotti tat-tħin tax-xgħir, tal-qamħ, tal-farru u tal-ħafur (b’kontenut ta’ rmied ta’ anqas minn 900 mg/100 g ta’ materja niexfa)

100

50 mill-1 ta’ Lulju 2024”;

 

(b)

il-punt 1.8.2.1a li ġej jiddaħħal wara l-punt 1.8.2.1:

“1.8.2.1a

Prodotti tat-tħin tal-qamħ (b’kontenut ta’ rmied ta’ anqas minn 900 mg/100 g ta’ materja niexfa)

100

50 mill-1 ta’ Lulju 2028”;

 

(c)

il-punt 1.8.2.3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.8.2.3

Prodotti tat-tħin tas-segala

Segala mqiegħda fis-suq għall-konsumatur finali

500

250 mill-1 ta’ Lulju 2028”.

 


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1808/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)