![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2024/1709 |
18.6.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/1709
tas-17 ta’ Ġunju 2024
li temenda d-Deċiżjoni 2014/386/PESK dwar miżuri restrittivi minħabba l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-23 ta’ Ġunju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/386/PESK (1). |
(2) |
Fil-21 u t-22 ta’ Marzu 2024, il-Kunsill Ewropew afferma mill-ġdid l-appoġġ sod tal-Unjoni għall-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna fil-fruntieri tagħha rikonoxxuti internazzjonalment u għad-dritt inerenti tagħha li tiddefendi ruħha kontra l-aggressjoni Russa. L-Unjoni ma tirrikonoxxix l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol mill-Federazzjoni Russa u tibqa’ tikkundannaha bħala ksur tad-dritt internazzjonali. L-Unjoni tibqa’ dedikata li timplimenta bis-sħiħ il-politika tagħha ta’ nonrikonoxximent. |
(3) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, u sakemm l-azzjonijiet illegali mill-Federazzjoni Russa jkomplu jiksru r-regoli fundamentali tad-dritt internazzjonali, inkluż, b’mod partikolari, il-projbizzjoni fuq l-użu tal-forza minquxa fl-Artikolu 2(4) tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, jew tad-dritt umanitarju internazzjonali, huwa xieraq li jinżammu fis-seħħ il-miżuri kollha imposti mill-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/386/PESK tiġġedded sat-23 ta’ Ġunju 2025. |
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/386/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2014/386/PESK, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-23 ta’ Ġunju 2025.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lusemburgu, is-17 ta’ Ġunju 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
A. MARON
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/386/PESK tat-23 ta' Ġunju 2014 dwar miżuri restrittivi minħabba l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol (ĠU L 183, 24.6.2014, p. 70).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1709/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)