![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2024/1338 |
15.5.2024 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2024/1338
tal-14 ta’ Mejju 2024
li temenda r-Regolament (UE) 2023/1529 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1336 tal-14 ta’ Mejju 2024 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2023/1532 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna (1).
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fl-20 ta’ Lulju 2023, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2023/1529 (2). |
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2023/1529 jagħti effett lil ċerti miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1532 (3). |
(3) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fir-rigward tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/1336 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2023/1532 fl-14 ta’ Mejju 2024. |
(4) |
Jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2023/1529 jiġi emendat u jenħtieġ li jiġu imposti miżuri ta’ ffriżar tal-assi kontra persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi responsabbli, li jappoġġaw, jew li jkunu involuti fil-programm tal-missili tal-Iran, jew li jfornu, ibigħu jew b’xi mod ieħor involuti fit-trasferiment tal-missili jew vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ jew teknoloġiji relatati tal-Iran lir-Russja b’appoġġ għall-gwerra ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna, jew lil gruppi armati u entitajiet li jdgħajfu l-paċi u s-sigurtà fil-Lvant Nofsani u r-reġjun tal-Baħar l-Aħmar, jew bi ksur tar-Riżoluzzjoni 2216 (2015) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. B’konsegwenza, jenħtieġ li t-titlu tar-Regolament (UE) 2023/1529 jiġi emendat ukoll. |
(5) |
Huwa xieraq ukoll li jiġu pprojbiti l-esportazzjoni, il-bejgħ, it-trasferiment jew il-forniment lill-Iran ta’ komponenti oħra li jistgħu jintużaw fl-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ. |
(6) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2023/1529 jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) 2023/1529 huwa emendat kif ġej:
(1) |
it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/1529 tal-20 ta’ Lulju 2023 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u lil gruppi armati u entitajiet fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Baħar l-Aħmar”. |
(2) |
fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, jew li huma proprjetà ta’, jew huma miżmuma jew ikkontrollati minn, persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi:
kif elenkati fl-Anness III, għandhom jiġu ffriżati.”. |
(3) |
L-Anness II huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Mejju 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
V. VAN PETEGHEM
(1) ĠU L, 2024/1336, 15.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1336/oj.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/1529 tal-20 ta’ Lulju 2023 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna (ĠU L 186, 25.7.2023, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1532 tal-20 ta’ Lulju 2023 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna (ĠU L 186, 25.7.2023, p. 20).
ANNESS
Ir-Regolament (UE) 2023/1529, Anness II huwa sostitwit b’dan li ġej:
“ANNESS II
Lista ta’ oġġetti msemmija fl-Artikolu 2
Kategorija 3 — Elettronika
Deskrizzjoni |
Kodiċi NM |
||||||||||||||||
Ċirkwiti integrati, kif ġej: Matriċi ta’ Gates Programmabbli mill-Utent (FPGA), mikrokontrolluri, mikroproċessuri, proċessuri tas-sinjali, analizzaturi tas-sinjali, Konvertituri Analogu-Diġitali (ADC), regolaturi tal-voltaġġ, video encoders u konvertituri DC-DC. |
eks854231 eks854239 |
||||||||||||||||
Amplifikaturi u apparati b’‘Ċirkwiti Integrati bil-Microwave Monolitiku’ (‘MMIC’) |
eks854233 8543 70 02 |
||||||||||||||||
Filtri RF jew filtri tal-Interferenza Elettromanjetika (EMI), tajbin għall-inġenji tal-ajru |
eks854800 |
||||||||||||||||
Kapaċitaturi tat-Tantalu |
8532 21 |
||||||||||||||||
Kapaċitaturi tal-Aluminju elettrolitiku |
8532 22 |
||||||||||||||||
Kapaċitaturi tad-dielettriku taċ-ċeramika, b’diversi saffi |
8532 24 |
||||||||||||||||
Ċirkwiti integrati tal-ħżin, kif ġej:
|
eks854232 |
||||||||||||||||
Kristalli pjeżoelettriċi immuntati |
8541 60 |
Kategorija 6 — Sensuri u lasers
Deskrizzjoni |
Kodiċi NM |
Kameras għal stħarriġ mill-ajru |
eks900630 |
Sensuri termali għal kameras |
eks852990 eks854239 eks900691 eks901380 eks902580 eks902590 eks902680 eks902690 eks902750 eks903210 |
Kameras għall-viżjoni bil-lejl |
8525 83 |
Kameras li jissodisfaw il-kriterji tan-Nota 3 għal 6A003.b.4. (1) |
eks852589 eks900630 |
Telemetri laser tal-ajru |
eks90132000 eks90138000 eks90139080 eks901510 eks901580 eks901590 eks90318020 eks90318080 eks90319000 eks90330090 |
‘Ċelloli primarji’ jew batteriji li għandhom densità tal-enerġija ta’ 150 Wh/kg jew aktar f’293 K (20 oC); |
eks8506 |
Kategorija 7 — Navigazzjoni u avjonika
Deskrizzjoni |
Kodiċi NM |
Sistemi ta’ Navigazzjoni Inerzjali, Unità Inerzjali ta’ Kejl (IMU), aċċellerometri jew ġiroskopji |
eks901420 |
Antenni u rifletturi ta’ antenni għall-‘inġenji tal-ajru’ |
eks851771 eks852910 |
Tagħmir ta’ ‘sistema ta’ navigazzjoni bis-satellita’, inklużi aerials u antennas adattati għar-riċezzjoni ta’ sinjali GNSS |
eks852691 eks852990 eks852610 eks852692 eks851771 eks852910 |
Reġistraturi diġitali tad-data tat-titjiriet |
8543 70 04 |
Radars għal ‘Vetturi tal-Ajru Mingħajr Ekwipaġġ’ u l-komponenti ddisinjati apposta tagħhom. Nota: dan il-kontroll jinkludi iżda mhux limitat għar-radars li ġejjin; Id-Detezzjoni tad-Dawl u d-Distanza (LIDAR), l-Interċettaġġ fl-Ajru (AI), it-Traċċar fil-Mira (TT), l-Artillerija Kontra l-Inġenji tal-Ajru (AAA), l-Akkwiżizzjoni fil-Mira (TA), it-Twissija Bikrija fl-Ajru (AEW). |
eks852610 eks852990 |
Apparat għall-għajnuna bir-radjunavigazzjoni għall-‘inġenji tal-ajru’ u l-komponenti ddisinjati apposta tiegħu |
eks852691 eks852990 |
Tagħmir, apparat u magni tat-telekomunikazzjoni, għall-‘inġenji tal-ajru’ |
eks851762 eks851769 |
Unitajiet ta’ kontroll tat-titjira għal ‘Vetturi tal-Ajru Mingħajr Ekwipaġġ’ (‘UAVs’) |
eks853710 eks880730 |
Unitajiet ta’ kontroll mill-bogħod għal ‘Vetturi tal-Ajru Mingħajr Ekwipaġġ’ (‘UAVs’) |
eks851761 eks852692 eks853710 eks85437090 eks880730 |
Kategorija 9 — Arjuspazju u propulsjoni
Deskrizzjoni |
Kodiċi NM |
‘Vetturi tal-Ajru Mingħajr Ekwipaġġ’ (‘UAVs’) għajr dawk iddiżinjati biex iġorru passiġġieri |
8806 91 8806 92 8806 93 8806 94 8806 99 |
Magni b’turbini tal-gass aero (turboprop, turboġett u turbofan) għall-‘inġenji tal-ajru’, u l-komponenti ddisinjati apposta tagħhom |
eks841111 eks841112 eks841121 eks841122 eks841191 |
Magni spark-ignition bil-moviment alternat jew magni rotatorji bil-pistuni b’kombustjoni interna, għall-‘inġenji tal-ajru’ |
8407 10 |
Parts tajbin għall-użu biss jew l-aktar ma’ magni tal-kombustjoni interna bil-pistuni għall-‘inġenji tal-ajru’ |
8409 10 |
Magni tal-kombustjoni interna bil-pistuni mqabbda bil-kompressjoni għall-‘inġenji tal-ajru’ |
eks840890 |
Servomutur għal ‘Vetturi tal-Ajru Mingħajr Ekwipaġġ’ (‘UAVs’) |
eks8501 eks880730 |
Sistema ta’ sparar għal ‘UAVs’ |
eks880510 eks880730 |
Tagħmir għall-appoġġ fuq l-art għal ‘UAVs’ |
eks880730 |
Kategorija 10 — Teknoloġija
Teknoloġija, iddesinjata jew adottata speċifikament għall-ittestjar, l-iżvilupp jew il-produzzjoni tat-tagħmir elenkat hawn fuq.
DEFINIZZJONIJIET:
‘Inġenju tal-ajru’ tfisservettura li ttir bi ġwienaħ fissi, ġwienaħ b’ġometrija varjabbli, ġwienaħ iduru (ħelikopter), tilt rotor jew ġwienaħ li jinklinaw.
‘Ċirkwiti Integrati bil-Microwave Monolitiku’ (‘MMIC’) tfisser ċirkwit integrat monolitiku li jaħdem fi frekwenzi microwave jew mewġ millimetriku.
‘Ċellola primarja’ tfisser ċellola li mhijiex iddisinjata biex tiġi ċċarċjata minn xi sors ieħor.
‘Sistema ta’ navigazzjoni bis-satellita’ tfisser sistema li tkun tikkonsisti minn stazzjonijiet fl-art, konstellazzjoni ta’ satelliti, u riċevituri, li jippermettu li l-lokalità tar-riċevitur tkun ikkalkulata abbażi tas-sinjali li jaslu mis-satelliti; hija tinkludi Sistemi Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) u Sistemi Reġjonali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (RNSS).
‘Vetturi tal-Ajru Mingħajr Ekwipaġġ’ (‘UAVs’) tfisser kwalunkwe inġenju tal-ajru li jista’ jibda titjira u jkompli titjira u navigazzjoni kkontrollati mingħajr preżenza umana abbord.”
(1) Ara l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi reġim tal-Unjoni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, is-senserija, l-assistenza teknika, it-tranżitu u t-trasferiment ta’ oġġetti b’użu doppju (ĠU L 206 11.6.2021, p. 1).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1338/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)