European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1014

3.4.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2024/1014

tas-26 ta’ Marzu 2024

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2023/2078 (EUNAVFOR MED IRINI/1/2024)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/472 tal-31 ta’ Marzu 2020 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,

Billi:

(1)

Fil-31 ta’ Marzu 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/472, li stabbiliet u nediet operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI).

(2)

Skont l-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/472, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) biex jieħu d-deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għal EUNAVFOR MED IRINI.

(3)

Fis-26 ta’ Settembru 2023, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/2078 (2), li taħtar il-Komodor Konstantinos BAKALAKOS bħala Kmandant tal-EUNAVFOR MED IRINI mill-1 ta’ Ottubru 2023.

(4)

Fid-29 ta’ Frar 2024, l-awtoritajiet militari Taljani pproponew il-ħatra tal-Kaptan tal-Forza Navali Armando Paolo SIMI biex jieħu post il-Komodor Konstantinos BAKALAKOS bħala Kmandant tal-Forza tal-UE għal EUNAVFOR MED IRINI. Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE appoġġa dik il-ħatra proposta.

(5)

Fis-6 ta’ Marzu 2024, il-Kumitat Militari tal-UE (EUMC) appoġġa r-rakkomandazzjoni magħmula mill-awtoritajiet militari Taljani u qabel li l-Kaptan tal-Forza Navali Armando Paolo SIMI jinħatar bħala Kmandant tal-Forza tal-UE għal EUNAVFOR MED IRINI. Il-President tal-EUMC indika li l-Kaptan tal-Forza Navali Armando Paolo SIMI huwa mistenni li jiġi promoss għall-Kontrammirall mal-ħatra tiegħu bħala Kmandant tal-Forza tal-UE. Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE indika li d-data tal-ħatra jenħtieġ li tkun il-5 ta’ April 2024.

(6)

Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Kontrammirall Armando Paolo SIMI bħala Kmandant tal-Forza tal-UE tal-EUNAVFOR MED IRINI.

(7)

Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2023/2078 titħassar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kontrammirall Armando Paolo SIMI huwa b’dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) mill-5 ta’ April 2024.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (PESK) 2023/2078 hija b’dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-addozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-5 ta’ April 2024.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Marzu 2024.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

D. PRONK


(1)   ĠU L 101, 1.4.2020, p. 4.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2023/2078 tas-26 ta’ Settembru 2023 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2023/743 (EUNAVFOR MED IRINI/3/2023) (ĠU L 239, 28.9.2023, p. 35).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1014/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)