European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/840

7.3.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/840

tas-6 ta’ Marzu 2024

li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni għal ċerti tipi ta’ ross meħluf, applikabbli mis-7 ta’ Marzu 2024

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 183, il-punt (a), l-ewwel subparagrafu tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka dwar il-metodu għall-kalkolu tad-dazji applikati għar-ross meħluf, approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/476/KE (2), jistabbilixxi metodu għall-kalkolu tad-dazji applikati għall-importazzjonijiet tar-ross meħluf.

(2)

Abbażi tal-informazzjoni mibgħuta mill-awtoritajiet kompetenti, il-Kummissjoni tinnota li ċ-ċertifikati ta’ importazzjoni għar-ross meħluf tal-Kodiċi NM 1006 20, għajr iċ-ċertifikati ta’ importazzjoni tar-ross Basmati, inħarġu għal kwantità ta’ 105 172 tunnellata għall-perjodu mill-1 ta’ Settembru 2023 sad-29 ta’ Frar 2024. Għalhekk jenħtieġ li d-dazju tal-importazzjoni għar-ross meħluf tal-kodiċi NM 1006 20, għajr r-ross Basmati, iffissat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1701 (3), jiġi emendat.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1701 jitħassar.

(4)

Id-dazju applikabbli jenħtieġ li jiġi ffissat fi żmien 10 ijiem minn tmiem il-perjodu referenzjarju. Għalhekk jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għal kull tunnellata ta’ ross meħluf tal-kodiċi NM 1006 20, għajr il-varjetajiet tar-ross meħluf Basmati msemmi fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1, tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2835 (4), id-dazju tal-importazzjoni għandu jkun ta’ EUR 30.

Artikolu 2

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1701 jitħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Marzu 2024.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Wolfgang BURTSCHER

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671. ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1308/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/476/KE tal-21 ta’ Ġunju 2005 rigward il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka rigward il-metodu għall-kalkolu tad-dazji applikati għar-ross meħluf u li temenda d-Deċiżjonijiet 2004/617/KE, 2004/618/KE u 2004/619/KE (ĠU L 170, 1.7.2005, p. 67, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/476/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1701 tas-6 ta’ Settembru 2023 li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni għal ċerti tipi ta’ ross meħluf applikabbli mis-7 ta’ Settembru 2023 (ĠU L 220, 7.9.2023, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1701/oj?locale=mt).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2835 tal-10 ta’ Ottubru 2023 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dwar l-importazzjoni fis-setturi tar-ross, taċ-ċereali, taz-zokkor u tal-ħops, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 3330/94, (KE) Nru 2810/95, (KE) Nru 951/2006, (KE) Nru 972/2006, (KE) Nru 504/2007, (KE) Nru 1375/2007, (KE) Nru 402/2008, (KE) Nru 1295/2008, (KE) Nru 1312/2008 u (UE) Nru 642/2010, (KEE) Nru 1361/76, (KEE) Nru 1842/81, (KEE) Nru 3556/87, (KEE) Nru 3846/87, (KEE) Nru 815/89, (KE) Nru 765/2002, (KE) Nru 1993/2005, (KE) Nru 1670/2006, (KE) Nru 1731/2006, (KE) Nru 1741/2006, (KE) Nru 433/2007, (KE) Nru 1359/2007, (KE) Nru 1454/2007, (KE) Nru 508/2008, (KE) Nru 903/2008, (KE) Nru 147/2009, (KE) Nru 612/2009, (UE) Nru 817/2010, (UE) Nru 1178/2010, (UE) Nru 90/2011 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1373/2013 (ĠU L, 2023/2835, 21.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2835/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/840/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)