European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/570

9.2.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2024/570

tas-6 ta’ Frar 2024

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għas-sigurtà marittima fil-Punent tal-Oċean Indjan u fil-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ATALANTA), u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2023/2730 (EUNAVFOR ATALANTA/1/2024)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta’ Novembru 2008 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għas-sigurtà marittima fil-Punent tal-Oċean Indjan u fil-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ATALANTA) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(1) tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għal operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għas-sigurtà marittima fil-Punent tal-Oċean Indjan u fil-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ATALANTA) (il-“Kmandant tal-Forza tal-UE”).

(2)

Fit-30 ta’ Novembru 2023, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/2730 (2), li taħtar lill-Komodor Rogério Paulo Figueira MARTINS de BRITO bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE.

(3)

Fit-13 ta’ Novembru 2023, l-awtoritajiet militari Taljani pproponew il-ħatra tal-Kontrammirall Francesco SALADINO biex jieħu post il-Komodor Rogério Paulo Figueira MARTINS de BRITO bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE mill-11 ta’ Frar 2024.

(4)

Fit-22 ta’ Novembru 2023, il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE ta’ EUNAVFOR ATALANTA appoġġa dik il-ħatra proposta.

(5)

Fit-18 ta’ Diċembru 2023, il-Kumitat Militari tal-UE qabel li jirrakkomanda li l-KPS jaħtar lill-Kontrammirall Francesco SALADINO bħala Kmandant tal-Forza tal-UE mill-11 ta’ Frar 2024.

(6)

Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Kontrammirall Francesco SALADINO.

(7)

Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2023/2730 għalhekk titħassar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kontrammirall Francesco SALADINO huwa b’dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għas-sigurtà marittima fil-Punent tal-Oċean Indjan u fil-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ATALANTA) mill-11 ta’ Frar 2024.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (PESK) 2023/2730 hija b’dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Frar 2024.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Frar 2024.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

D. PRONK


(1)   ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2023/2730 tat-30 ta’ Novembru 2023 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għas-sigurtà marittima fil-Punent tal-Oċean Indjan u fil-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ATALANTA), u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2023/1457 (EUNAVFOR ATALANTA/4/2023) (ĠU L, 2023/2730, 1.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2730/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/570/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)