European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/244

28.2.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/244

tas-27 ta’ Novembru 2023

dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91(1), l-Artikolu 100(2) u l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v), u l-Artikolu 218(7) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1323 (2), il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fid-9 ta’ Lulju 2023, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 218(7) tat-Trattat, huwa xieraq li l-Kummissjoni tiġi awtorizzata tapprova, f’isem l-Unjoni, wara li tikkonsulta mal-kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 207(3) tat-Trattat, modifiki għall-Ftehim li jridu jiġu adottati permezz ta’ proċedura simplifikataskont l-Artikolu 14.4 jew 18.33, jew l-Artikolu 24.3, il-punt (h) jew (i), tal-Ftehim.

(3)

Il-Ftehim, f’konformità mal-Artikolu 27.6 tiegħu, fl-Unjoni ma jagħtix drittijiet jew jimponi obbligi fuq persuni, għajr dawk maħluqa bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand skont id-dritt internazzjonali pubbliku.

(4)

Il-Ftehim jenħtieġ li jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand (‘il-Ftehim’) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni (3).

Artikolu 2

Għall-finijiet tal-Artikoli 14.4 u l-Artikolu 24.3, il-punt (h), tal-Ftehim, il-modifiki, ir-rettifiki jew l-emendi fir-rigward tal-Anness 14 tal-Ftehim għandhom jiġu approvati mill-Kummissjoni f’isem l-Unjoni wara li tikkonsulta mal-kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 207(3) tat-Trattat.

Artikolu 3

Għall-finijiet tal-Artikoli 18.33 u l-Artikolu 24.3, il-punt (i), tal-Ftehim, l-emendi tal-Anness 18-A jew 18-B tal-Ftehim għandhom jiġu approvati mill-Kummissjoni f’isem l-Unjoni wara li tikkonsulta mal-kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 207(3) tat-Trattat.

Artikolu 4

Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 27.2(1) tal-Ftehim (4).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Novembru 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

X. MÉNDEZ BÉRTOLO


(1)  Approvazzjoni tat-22 ta’ Novembru 2023 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1323 tas-27 ta’ Ġunju 2023 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand (ĠU L 166, 30.6.2023, p. 48).

(3)  It-test tal-Ftehim huwa ppubblikat fil-ĠU L, 2024/229, 28.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree/2024/229/oj.

(4)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tkun ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/244/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)