![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
2024/132 |
25.1.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 140/2021
tat-23 ta’ April 2021
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/132]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1498 tal-15 ta’ Ottubru 2020 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva tijofanat-metil, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1511 tas-16 ta’ Ottubru 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi amidosulfuron, bifenox, chlorotoluron, clofentezine, clomazone, cypermethrin, daminozide, deltametrina, dikamba, difenokonażol, diflufenican, fenoxaprop-P, fenpropidin, fludioxonil, flufenacet, fosthiazate, indoksakarb, lenacil, MCPA, MCPB, nicosulfuron, żjut tal-paraffina, picloram, prosulfocarb, kubrit, triflusulfuron u tritosulfuron (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(3) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
1. |
L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu mal-punt 13a (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011):
|
2. |
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 13zzzzzzzzzzzf (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1281):
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1498 u (UE) 2020/1511 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ April 2021, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ April 2021.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Clara GANSLANDT
(1) ĠU L 342, 16.10.2020, p. 5.
(2) ĠU L 344, 19.10.2020, p. 18.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/132/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)