Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
2023/2891 |
28.12.2023 |
ID-DEĊIŻJONI Nru 1/2023 TAL-KUNSILL TA’ SĦUBIJA STABBILITA MILL-FTEHIM DWAR IL-KUMMERĊ U L-KOOPERAZZJONI BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA, MINN NAĦA WAĦDA, U R-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ, MIN-NAĦA L-OĦRA
tal-21 ta’ Diċembru 2023
fir-rigward tar-regoli tranżizzjonali tal-oriġini speċifiċi għall-prodott għal akkumulaturi elettriċi u vetturi elettrifikati [2023/2891]
IL-KUNSILL TA’ SĦUBIJA,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, u b’mod partikolari l-Artikolu 68 tiegħu u l-Anness 5 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, fl-Anness 5 tiegħu, jipprevedi d-dħul fis-seħħ gradwali ta’ regoli tal-oriġini speċifiċi għall-prodott għall-akkumulaturi elettriċi u l-vetturi elettrifikati. |
(2) |
Tqajjem tħassib dwar l-isfidi ppreżentati mill-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli għall-immuntar ta’ vetturi elettriċi fl-Unjoni Ewropea u fir-Renju Unit. |
(3) |
Għalhekk, huwa xieraq li l-applikazzjoni tar-regoli tal-oriġini speċifiċi għall-prodott għall-akkumulaturi elettriċi u l-vetturi elettriċi applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2023 tiġi estiża sal-31 ta’ Diċembru 2026. Mill-1 ta’ Jannar 2027, se japplikaw ir-regoli tal-oriġini speċifiċi għall-prodott għall-akkumulaturi elettriċi u l-vetturi elettriċi kif stabbiliti fl-Anness 3 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni. |
(4) |
L-għan tar-regoli speċifiċi għall-prodott għall-akkumulaturi elettriċi u l-vetturi elettriċi stabbiliti fil-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni huwa li jiġi inċentivat l-investiment fil-kapaċità tal-manifattura fl-Unjoni Ewropea u fir-Renju Unit. Ma huwa opportun l-ebda posponiment ulterjuri tar-regoli l-ġodda. Għalhekk, jenħtieġ li l-emenda prevista telimina wkoll il-possibbiltà għal aktar bidliet fir-regoli tal-oriġini speċifiċi għall-prodott għall-akkumulaturi elettriċi u l-vetturi elettrifikati sal-1 ta’ Jannar 2032. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 68 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 68
Emendar ta’ dan il-Kapitolu u l-Annessi tiegħu
1. Il-Kunsill ta’ Sħubija jista’ jemenda dan il-Kapitolu u l-Annessi tiegħu, soġġett għall-paragrafu 2.
2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal:
(a) |
l-Anness 5 ta’ dan il-Ftehim; |
(b) |
ir-regoli tal-oriġini speċifiċi għall-prodott stabbiliti fl-Anness 3 għal prodotti elenkati fl-Anness 5, sal-1 ta’ Jannar 2032; kif ukoll |
(c) |
dan l-Artikolu, sa fejn jirrigwarda l-Anness 3 għal prodotti elenkati fl-Anness 5, u l-Anness 5, sal-1 ta’ Jannar 2032; |
Madankollu, il-paragrafu 1 għandu japplika meta r-regoli tal-oriġini speċifiċi għall-prodott stabbiliti fl-Anness 3 għal prodotti elenkati fl-Anness 5, jew fl-Anness 5 jiġu emendati minħabba aġġornamenti tas-Sistema Armonizzata.”
Artikolu 2
L-Anness 5 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell u Londra, il-21 ta’ Diċembru 2023.
Għall-Kunsill ta’ Sħubija
Il-Kopresidenti
Maroš ŠEFČOVIČ
David CAMERON
ANNESS
“ANNESS 5
REGOLI TRANŻIZZJONALI SPEĊIFIĊI GĦALL-PRODOTT GĦAL AKKUMULATURI ELETTRIĊI U VETTURI ELETTRIFIKATI
Regoli interim speċifiċi għall-prodott applikabbli mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim sal-31 ta’ Diċembru 2026
Għall-prodotti elenkati fil-kolonna 1 hawn taħt, ir-regola speċifika għall-prodott elenkata fil-kolonna 2 għandha tapplika għall-perjodu mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim sal-31 ta’ Diċembru 2026.
Kolonna 1 Klassifikazzjoni tas-Sistema Armonizzata (2017) inkluż deskrizzjoni speċifika |
Kolonna 2 Regola tal-oriġini speċifika għall-prodott applikabbli mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim sal-31 ta’ Diċembru 2026 |
||||||
85.07 |
|
||||||
|
CTSH; Assemblaġġ ta’ pakketti tal-batteriji minn ċelloli tal-batteriji jew moduli tal-batteriji mhux oriġinarji; jew MaxNOM 70 % (EXW) |
||||||
|
CTH; jew MaxNOM 70 % (EXW) |
||||||
87,02 sa 87,04 |
|
||||||
|
MaxNOM 60 % (EXW) |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2891/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)