Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
2023/2849 |
15.12.2023 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2849
tat-12 ta’ Ottubru 2023
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għar-rappurtar u s-sottomissjoni tad-data aggregata dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-kumpaniji
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra mit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11a(4) tagħha,
Billi:
(1) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli għar-rappurtar tad-data aggregata dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-kumpaniji fit-trasport marittimu, kif ukoll għas-sottomissjoni tad-data aggregata dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-kumpaniji lill-awtorità amministrattiva responsabbli. |
(2) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti wkoll regoli għad-determinazzjoni tad-data aggregata dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-kumpaniji mill-awtorità amministrattiva responsabbli f’sitwazzjonijiet speċifiċi, bħal meta ma tkun ġiet ippreżentata l-ebda data aggregata dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-kumpaniji mill-kumpanija lill-awtorità amministrattiva responsabbli sal-iskadenza. |
(3) |
L-entitajiet responsabbli għall-konformità mar-Regolament (UE) 2015/757 u mad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) iridu jiġu identifikati b’mod ċar il-ħin kollu. Għal dan l-għan, u bil-ħsieb li tiġi żgurata l-koerenza fl-amministrazzjoni u l-infurzar, ir-Regolament (UE) 2015/757 jipprevedi li l-istess entità trid tkun responsabbli għat-tnejn li huma. Minkejja dan, fil-kuntest tar-rieżami tar-Regolament (UE) 2015/757, jenħtieġ li tiġi vvalutata l-konsistenza ta’ tali approċċ ma’ politiki u prattiki internazzjonali oħra tal-UE u, meta jkun xieraq, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel proposta leġiżlattiva għar-reviżjoni tar-Regolament (UE) 2015/757. |
(4) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta wkoll il-konsistenza tal-klassifikazzjoni żero tal-bijomassa, b’mod partikolari tal-bijomassa bbażata fuq l-għelejjel tal-ikel u tal-għalf, fid-Direttiva 2003/87/KE ma’ politiki oħra tal-UE, u, meta jkun xieraq, il-Kummissjoni jenħtieġ li tagħmel proposta biex tirrevedi l-leġiżlazzjoni rilevanti. |
(5) |
Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament effettiv tas-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet, li għandha tinkludi l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mit-trasport marittimu mill-perjodu ta’ rappurtar li jibda fl-1 ta’ Jannar 2024, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika minn dik id-data, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Regoli għar-rappurtar tad- data aggregata dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-kumpaniji
1. Il-kumpaniji għandhom jissottomettu lill-awtorità amministrattiva responsabbli d-data aggregata dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-kumpaniji kkalkulata f’konformità mar-regoli ta’ monitoraġġ imsemmija fil-Parti C tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2015/757.
2. Il-kumpaniji għandhom jinkludu fid-data aggregata dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-kumpaniji l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
data li tidentifika l-kumpanija u l-bastimenti taħt ir-responsabbiltà tal-kumpanija, kif ġej:
|
(b) |
data relatata mal-verifika, kif ġej:
|
(c) |
is-somma tal-emissjonijiet aggregati totali ta’ gassijiet serra tal-bastimenti kollha li għandhom jiġu rrapportati skont id-Direttiva 2003/87/KE kif iddeterminati fil-livell tal-bastiment f’konformità mal-Parti C, il-punti 1.1 sa 1.7, tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2015/757, espressi f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2 u diżaggregati skont il-gassijiet serra; |
(d) |
l-għadd totali tal-emissjonijiet aggregati totali ta’ gassijiet serra tal-bastimenti kollha li għandhom jiġu rrapportati skont id-Direttiva 2003/87/KE kif iddeterminati fil-livell tal-bastiment f’konformità mal-Parti C tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2015/757, kif ikkalkulati f’konformità ma’:
|
(e) |
l-informazzjoni rilevanti kollha relatata mal-metodoloġija użata biex tiġi aggregata d-data dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-kumpaniji, inklużi l-bidliet fil-metodoloġija meta mqabbla mal-perjodu ta’ rappurtar preċedenti. |
Artikolu 2
Determinazzjoni tal-emissjonijiet mill-awtorità amministrattiva responsabbli
1. L-awtorità amministrattiva responsabbli għandha tagħmel stima konservattiva tad-data aggregata dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-kumpaniji fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
(a) |
ma tkun ġiet ippreżentata l-ebda data aggregata dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-kumpaniji mill-kumpanija sal-iskadenza msemmija fl-Artikolu 11a tar-Regolament (UE) 2015/757; |
(b) |
id-data aggregata vverifikata dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-kumpaniji msemmija fl-Artikolu 11a tar-Regolament (UE) 2015/757 tinstab li mhix konformi ma’ dak ir-Regolament; |
(c) |
id-data aggregata dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-kumpaniji ma tkunx ġiet ivverifikata bħala sodisfaċenti f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2072 (3). |
2. Meta verifikatur ikun ikkonkluda, fir-rapport ta’ verifika skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (UE) 2015/757, li jeżistu dikjarazzjonijiet skorretti mhux materjali u ma jkunux ġew ikkoreġuti mill-kumpanija qabel ma toħroġ id-dikjarazzjoni ta’ verifika, l-awtorità amministrattiva responsabbli għandha tivvaluta dawk id-dikjarazzjonijiet skorretti, u fejn id-dikjarazzjonijiet skorretti jinstabu li huma materjali, għandha tagħmel stima konservattiva tad-data aggregata dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-kumpaniji.
3. Meta l-awtorità amministrattiva responsabbli tagħmel stima konservattiva tad-data aggregata dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-kumpaniji, din għandha tinforma lill-kumpanija jekk ikunux meħtieġa korrezzjonijiet u liema jkunu. Il-kumpanija għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-verifikatur.
4. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu skambju effiċjenti ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-approvazzjoni tal-pjanijiet ta’ monitoraġġ u l-awtoritajiet kompetenti li jirċievu data aggregata dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-kumpaniji, meta dawk l-awtoritajiet ma jkunux l-istess.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2024.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Ottubru 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 123, 19.5.2015, p. 55.
(2) Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2072 tat-22 ta’ Settembru 2016 dwar l-attivitajiet ta’ verifika u l-akkreditament tal-verifikaturi skont ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu (ĠU L 320, 26.11.2016, p. 5).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2849/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)