European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2764

7.12.2023

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/2764

tas-7 ta’ Diċembru 2023

li temenda l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-27 ta' Diċembru 2001, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (1).

(2)

Fl-20 ta' Lulju 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/1514 (2).

(3)

Il-Kunsill iddetermina li awtorità kompetenti fis-sens tal-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK adottat deċiżjonijiet fir-rigward ta' żewġ persuni li kienu involuti f'atti terroristiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 1(3) ta' dik il-Pożizzjoni Komuni, u li l-miżuri fl-Artikoli 2 u 3 ta’ dik il-Pożizzjoni Komuni jenħtieġ li jiġu applikati għal dawk il-persuni.

(4)

Il-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet fl-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2023/1514 jenħtieġ li tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2023/1514.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. HEREU BOHER


(1)  Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1514 tal-20 ta’ Lulju 2023 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2023/422 (ĠU L 184, 21.7.2023, p. 33).


ANNESS

Lista ta' persuni, gruppi u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1

I.   PERSUNI

14.

DEIF Mohammed (magħruf ukoll bħala AL-DAYF Muhammad; Al-Masri Mohammed), imwieled fit-12.8.1965 f'Khan Younis, Gaza Strip.

15.

ISSA Marwan, imwieled fl-1965, Gaza Strip.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2764/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)