![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
2023/2724 |
6.12.2023 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2724
tas-27 ta’ Settembru 2023
li jemenda u li jikkoreġi r-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 134/2014 fir-rigward ta’ ċerti referenzi għar-Regolamenti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) u d-disponibbiltà ta’ ċerti gassijiet puri
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi b’żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23(12) tiegħu,
Billi:
(1) |
Sabiex jitqiesu l-aħħar aġġornamenti tar-Regolamenti Nri 9 (2), 41 (3), 63 (4) u 92 (5) tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) dwar l-emissjonijiet tal-ħoss għall-vetturi tal-kategorija L, li jinkludu kamp ta’ applikazzjoni mwessa’ tad-dispożizzjonijiet addizzjonali dwar l-emissjonijiet tal-ħoss biex jirriflettu iktar mill-qrib it-tħaddim urban u extra-urban tal-muturi fid-dinja reali, jeħtieġ li l-Anness I tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 134/2014 (6) jiġi emendat biex jinkludi referenza għall-aħħar serje ta’ emendi għal dawk ir-Regolamenti tan-NU/KEE. |
(2) |
Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-awtoritajiet nazzjonali u għall-manifatturi, jenħtieġ li d-data tal-applikazzjoni tal-aħħar serje ta’ emendi għar-Regolamenti Nru 9, 41, 63 u 92 tan-NU/KEE tiġi allinjata mal-applikazzjoni tar-rekwiżiti Euro 5+ introdotti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/239 (7). |
(3) |
Il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna interrompiet il-provvista tal-gass tal-elju, li huwa essenzjali biex jinkiseb l-idroġenu ppurifikat meħtieġ għat-twettiq tal-ittestjar tal-emissjonijiet tal-egżost. Minħabba s-sitwazzjoni attwali u l-fatt li n-nitroġenu diġà jintuża bħala gass inerti alternattiv għall-elju kemm għall-vetturi ħfief għall-passiġġieri kif ukoll għall-vetturi kummerċjali u għall-vetturi tqal, jeħtieġ li n-nitroġenu jiġi inkluż fir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 134/2014 bħala gass fakultattiv fit-taħlita biex jinkiseb l-idroġenu ppurifikat. |
(4) |
Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 għamel referenza żbaljata għar-regolament tan-NU/KEE dwar ir-rekwiżiti tal-ħoss applikabbli għall-vetturi tal-kategoriji L4e u L6e-A. Dan l-iżball ġie sussegwentement ikkoreġut, iżda l-bidla korrispondenti ma ġietx introdotta fir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 134/2014. Għalhekk, jenħtieġ li t-Tabella 8-1 fl-Anness IX ta’ dak ir-Regolament tiġi kkoreġuta biex tirrifletti l-bidliet li diġà ġew introdotti fir-Regolament (UE) Nru 168/2013. |
(5) |
Hemm żball f’wieħed mill-fatturi tal-potenza użati fl-ekwazzjoni fl-Appendiċi 2.2, il-punt 3.3, tal-Anness X mar-Regolament Delegat (UE) Nru 134/2014. Din l-ekwazzjoni jenħtieġ li tkun l-istess bħal dik li ssir referenza għaliha fl-Appendiċi 2.1, il-punt 3.3, tal-Anness X ma’ dak ir-Regolament. Għal raġunijiet ta’ ċertezza tad-dritt, dan l-iżball jenħtieġ li jiġi kkoreġut. |
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 134/2014 jiġi emendat u kkoreġut skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda għar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 134/2014
L-Annessi I, II u V tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 134/2014 huma emendati f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Korrezzjonijiet tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 134/2014
L-Annessi VI, IX u X tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 134/2014 huma kkoreġuti f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
1. Dan ir-Regolament ma għandux jinvalida xi approvazzjoni tat-tip tal-UE mogħtija lil vetturi jew lil sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati sa XX ta’ xahar XXXX, sakemm ir-rekwiżiti rilevanti li japplikaw għal tali vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati ma jkunux ġew modifikati, jew ikunu ġew miżjuda rekwiżiti ġodda b’dan ir-Regolament.
2. L-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom ikomplu jagħtu estensjonijiet tal-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE msemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Settembru 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament Nru 9 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ vetturi tal-kategorija L2, L4 u L5 fir-rigward tal-emissjoni tal-ħoss [2018/1704] (ĠU L 290, 16.11.2018, p. 1).
(3) Ir-Regolament Nru 41 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ muturi fir-rigward tal-istorbju [2023/320] (ĠU L 43, 13.2.2023, p. 14).
(4) Ir-Regolament Nru 63 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ vetturi tal-kategorija L1 fir-rigward tal-emissjoni tal-ħoss [2018/1705] (ĠU L 290, 16.11.2018, p. 28).
(5) Ir-Regolament Nru 92 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ sistemi tas-silenzjar tal-egżost ta’ sostituzzjoni mhux oriġinali (NORESS) għall-vetturi tal-kategoriji L1, L2, L3, L4 u L5 fir-rigward tal-emissjoni tal-ħoss [2018/1707] (ĠU L 290 16.11.2018, p. 162).
(6) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 134/2014 tas-16 ta’ Diċembru 2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti ta’ prestazzjoni ambjentali u tal-unità ta’ propulsjoni u li jemenda l-Anness V tiegħu (ĠU L 53, 21.2.2014, p. 1).
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/239 tal-20 ta’ Frar 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 901/2014 fir-rigward tal-adattament tal-mudelli għall-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip għal vetturi b’żewġ jew tliet roti u kwadriċikli għar-rekwiżiti tal-passi ambjentali Euro 5 u Euro 5+ (ĠU L 48, 21.2.2020, p. 6).
ANNESS I
L-Annessi I, II u V mar-Regolament Delegat (UE) Nru 134/2014 huma emendati kif ġej:
1. |
l-Anness I huwa sostitwit b’dan li ġej: “ANNESS I Lista tar-Regolamenti tan-NU/KEE msemmija fl-Artikolu 4(1)
ANNESS II L-Annessi VI, IX u X mar-Regolament Delegat (UE) Nru 134/2014 huma kkoreġuti kif ġej:
|
2. |
fl-Anness II, il-punt 5.2.3.6.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
3. |
fl-Anness V, l-Appendiċi 3, il-punt 4.7.1.(b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2724/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)