European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2691

30.11.2023

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2691

tad-29 ta’ Novembru 2023

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta’ trasportaturi tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tat-trasportatur tal-ajru li jopera, u li jħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 (2) jistabbilixxi l-lista tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni.

(2)

Ċerti Stati Membri u l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (“l-Aġenzija”) għaddew lill-Kummissjoni informazzjoni li hija rilevanti għall-aġġornament ta’ dik il-lista, skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. Pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali wkoll ipprovdew informazzjoni rilevanti. Jenħtieġ li l-lista tiġi aġġornata abbażi tal-informazzjoni pprovduta.

(3)

Il-Kummissjoni infurmat lit-trasportaturi tal-ajru kollha kkonċernati, direttament jew permezz tal-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tagħhom, dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li jiffurmaw il-bażi ta’ deċiżjoni li timponilhom projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni jew li timmodifika l-kundizzjonijiet ta’ projbizzjoni fuq l-operat imposta fuq trasportatur tal-ajru li jkun inkluż fil-lista stabbilita fl-Annessi A jew B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(4)

Il-Kummissjoni tat l-opportunità lit-trasportaturi tal-ajru kkonċernati biex jikkonsultaw id-dokumentazzjoni rilevanti kollha, jissottomettu kummenti bil-miktub u jagħmlu preżentazzjoni orali lill-Kummissjoni u lill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 (il-“Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE”).

(5)

Il-Kummissjoni infurmat lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar il-konsultazzjonijiet li għaddejjin, fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/660 (3), mal-awtoritajiet kompetenti u mat-trasportaturi tal-ajru tal-Armenja, tal-Eġittu, tal-Iraq, tal-Każakistan, tal-Kenja, tan-Nepal u tal-Pakistan. Il-Kummissjoni infurmat ukoll lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar is-sitwazzjoni tas-sikurezza tal-avjazzjoni fil-Kongo (Brazzaville), fil-Libja, fis-Sudan t’Isfel u fis-Suriname.

(6)

L-Aġenzija infurmat lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar il-valutazzjonijiet tekniċi mwettqa għall-evalwazzjoni inizjali u l-monitoraġġ kontinwu tal-awtorizzazzjonijiet minn operaturi ta’ pajjiżi terzi (“TCO”), maħruġa skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 (4).

(7)

L-Aġenzija infurmat ukoll lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar ir-riżultati tal-analiżi tal-ispezzjonijiet fir-rampa li twettqu fil-kuntest tal-programm tal-Valutazzjoni tas-Sikurezza tal-Inġenji tal-Ajru Barranin (“SAFA”), f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (5).

(8)

Barra minn hekk, l-Aġenzija infurmat lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar il-proġetti ta’ assistenza teknika li saru fil-pajjiżi terzi milqutin minn projbizzjoni fuq l-operat skont ir-Regolament (KE) Nru 474/2006. Barra minn hekk, l-Aġenzija pprovdiet informazzjoni dwar il-pjanijiet u t-talbiet għal iktar assistenza teknika u kooperazzjoni biex tittejjeb il-kapaċità amministrattiva u teknika potenzjali tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili fil-pajjiżi terzi, bl-għan li dawn jiġu megħjuna jiżguraw il-konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili applikabbli. L-Istati Membri ġew mistiedna jirrispondu għal tali talbiet fuq bażi bilaterali, b’koordinazzjoni mal-Kummissjoni u mal-Aġenzija. F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni saħqet mill-ġdid fuq is-siwi tal-għoti ta’ informazzjoni lill-komunità internazzjonali tal-avjazzjoni, b’mod partikolari permezz tal-għodda ta’ Sħubija tal-Assistenza għall-Implimentazzjoni tas-Sikurezza fl-Avjazzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (“ICAO”), dwar l-assistenza teknika lil pajjiżi terzi pprovduta mill-Unjoni u mill-Istati Membri sabiex tittejjeb is-sikurezza tal-avjazzjoni mad-dinja kollha.

(9)

Il-Eurocontrol ipprovdiet lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE b’aġġornament dwar l-istatus tal-funzjonijiet ta’ allarm tas-SAFA u tat-TCO, inkluż l-istatistika dwar il-messaġġi ta’ allert għat-trasportaturi tal-ajru pprojbiti.

Trasportaturi tal-ajru mill-Armenja

(10)

F’Ġunju 2020, it-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fl-Armenja ġew inklużi fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/736 (6).

(11)

Bħala parti mill-attivitajiet ta’ monitoraġġ kontinwu, il-Kummissjoni identifikat li t-trasportatur tal-ajru Aircompany Armenia tbiddel fl-isem u l-isem kummerċjali ġdid tiegħu huwa AIR DILIJANS.

(12)

F’konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li, fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru mill-Armenja, il-lista tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni jenħtieġ li tiġi emendata biex it-trasportatur tal-ajru AIR DILIJANS jiġi inkluż fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006, u biex Aircompany Armenia jitneħħa minn dak l-Anness.

(13)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fl-Armenja mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa ta’ dawk it-trasportaturi tal-ajru, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

Trasportaturi bl-ajru mill-Eġittu

(14)

Qatt ma ġew inklużi trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fl-Eġittu fl-Anness A jew B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(15)

Bħala parti mill-monitoraġġ kontinwu tal-awtorizzazzjonijiet ta’ TCO, maħruġa skont ir-Regolament (UE) Nru 452/2014, u bħala riżultat tal-analiżi tal-ispezzjonijiet fir-rampa mwettqa skont il-programm SAFA f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 965/2012, it-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati mill-Eġittu wrew għadd dejjem jikber ta’ tħassib dwar is-sikurezza. Ġew innutati sejbiet sinifikanti għal għadd ta’ trasportaturi tal-ajru Eġizzjani b’awtorizzazzjoni ta’ TCO. Barra minn hekk, l-awtorizzazzjoni ta’ TCO ta’ Almasria Universal Airlines ġiet sospiża għat-tieni darba f’perjodu ta’ sentejn għal raġunijiet ta’ sikurezza.

(16)

Fil-21 ta’ Ġunju 2023, il-Kummissjoni indirizzat ittra lill-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili Eġizzjana (“ECAA”) fejn esprimiet it-tħassib tagħha dwar il-prestazzjoni tas-sikurezza tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati mill-ECAA, u talbet sett ta’ dokumenti li jiddeskrivu l-organizzazzjoni u li juru l-kapaċitajiet ta’ sorveljanza u l-attivitajiet assoċjati tagħha.

(17)

Fit-13 ta’ Lulju 2023, l-ECAA pprovdiet l-ewwel sett ta’ informazzjoni u dokumentazzjoni dwar l-organizzazzjoni, il-persunal, it-taħriġ tal-ispetturi, il-proċeduri, il-manwali, kif ukoll ħarsa ġenerali lejn l-awditi mwettqa u ppjanati, u r-rappurtar tal-okkorrenzi, għall-perjodu 2020 – 2023.

(18)

Il-valutazzjoni tad-dokumenti, li saret bl-assistenza tal-esperti tal-Aġenzija, żvelat li l-ECAA ma pprovdietx l-informazzjoni kollha mitluba fir-rigward tar-rekwiżiti dwar l-għadd tal-persunal u dwar il-kwalifiki tal-persunal, tar-rekwiżiti tat-taħriġ tal-ispetturi, u tat-taħriġ mwettaq attwalment. Għalhekk, fil-5 ta’ Ottubru 2023 il-Kummissjoni indirizzat it-tieni ittra lill-ECAA għad-dokumenti u l-informazzjoni nieqsa, li sussegwentement waslet fit-13 ta’ Novembru 2023, u li bħalissa qed tiġi rieżaminata u analizzata. Il-Kummissjoni se torganizza laqgħa teknika mal-ECAA fl-ewwel kwart tal-2024.

(19)

F’konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li bħalissa ma hemm l-ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fl-Eġittu.

(20)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fl-Eġittu mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa ta’ dawk it-trasportaturi tal-ajru, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(21)

Meta kwalunkwe informazzjoni pertinenti dwar is-sikurezza tiżvela riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta’ konformità mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti, jista’ jkun li tkun meħtieġa azzjoni ulterjuri mill-Kummissjoni, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Trasportaturi tal-ajru mill-Iraq

(22)

F’Diċembru 2015, it-trasportatur tal-ajru Iraqi Airways ġie inkluż fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2322 (7).

(23)

Fly Baghdad applika għal awtorizzazzjoni ta’ TCO fl-10 ta’ Frar 2022. L-Aġenzija vvalutat l-applikazzjoni għal TCO ta’ Fly Baghdad f’konformità mar-rekwiżiti kif stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 452/2014.

(24)

L-Aġenzija, fit-twettiq tal-valutazzjoni tagħha, qajmet tħassib dwar in-nuqqas ta’ kapaċità ta’ Fly Baghdad li jwieġeb għat-tħassib identifikat dwar is-sikurezza. B’mod partikolari, hija ddeterminat li Fly Baghdad ma kkontrollax u ma żgurax li l-ħinijiet tat-titjir, il-perjodi ta’ xogħol tat-titjir, il-perjodi ta’ xogħol u l-perjodi ta’ mistrieħ ippjanati u mwettqa jkunu fi ħdan il-limitazzjonijiet skont ir-regolamenti preskrittivi dwar il-ġestjoni tal-għeja stabbiliti mill-Iraq.

(25)

L-inabbiltà ta’ Fly Baghdad li jindirizza dan it-tħassib dwar is-sikurezza ġiet evidenzjata mis-sottomissjoni ta’ Pjan ta’ Azzjoni Korrettiva (“CAP”) inaċċettabbli biex jiġi indirizzat it-tħassib identifikat dwar is-sikurezza. Bħala tali, Fly Baghdad ma weriex konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza applikabbli assoċjati mat-tħassib identifikat dwar is-sikurezza. Għaldaqstant, l-Aġenzija kkonkludiet li valutazzjoni ulterjuri ma kinitx se twassal għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni għall-Fly Baghdad, u li għalhekk din ma kinitx tissodisfa r-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (UE) Nru 452/2014. Għaldaqstant, fit-22 ta’ Diċembru 2022, għal raġunijiet ta’ sikurezza, l-Aġenzija rrifjutat l-applikazzjoni ta’ TCO ta’ Fly Baghdad.

(26)

Fil-11 ta’ Frar 2023, Fly Baghdad, f’konformità mal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), ippreżenta appell kontra d-deċiżjoni tal-Aġenzija tat-22 ta’ Diċembru 2022 li tirrifjuta l-applikazzjoni ta’ Fly Baghdad għal awtorizzazzjoni ta’ TCO. Id-Deċiżjoni tas-7 ta’ Settembru 2023 tal-Bord tal-Appell tal-EASA, stabbilit skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) 2018/1139, ċaħdet l-appell ta’ Fly Baghdad bħala infondat, u b’hekk ikkonfermat il-validità tad-deċiżjoni tal-Aġenzija tat-22 ta’ Diċembru 2022.

(27)

Fl-20 ta’ April 2023, bħala parti mill-attivitajiet ta’ monitoraġġ kontinwu tal-Kummissjoni, saret laqgħa teknika li involviet lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija, lill-Istati Membri, u lill-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Iraq (“ICAA”). Matul dik il-laqgħa, il-Kummissjoni spjegat lill-ICAA li, abbażi tad-deċiżjoni negattiva meħuda mill-Aġenzija rigward l-applikazzjoni ta’ Fly Baghdad għal Awtorizzazzjoni ta’ TCO, it-trasportatur tal-ajru se jgħaddi minn rieżami ulterjuri mill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE.

(28)

Fit-2 ta’ Ottubru 2023, il-Kummissjoni kitbet lill-ICAA u lill-Fly Baghdad biex tinforma liż-żewġ partijiet li l-każ ta’ Fly Baghdad kien tqiegħed fuq l-aġenda tal-laqgħa tal-14 sas-16 ta’ Novembru 2023 tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE, u li kemm l-ICAA kif ukoll Fly Baghdad se jingħataw l-opportunità li jinstemgħu quddiem il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

(29)

Fil-15 ta’ Novembru 2023, l-ICAA u Fly Baghdad instemgħu quddiem il-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE. Fost elementi oħra, l-ICAA rrapportat li għandha r-responsabbiltà ta’ sorveljanza għal seba’ detenturi ta’ AOC, inkluż Fly Baghdad, fir-rigward tal-iżgurar tal-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza u tar-Regolamenti tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Iraq, f’konformità mal-obbligi tal-Konvenzjoni tal-ICAO.

(30)

L-ICAA pprovdiet ukoll ħarsa ġenerali tal-politika u l-attivitajiet ta’ sorveljanza tagħha, filwaqt li enfasizzat l-awditi rilevanti ppjanati u mwettqa għal Fly Baghdad fl-2023. Barra minn hekk, l-ICAA pprovdiet sommarju tal-azzjonijiet ippjanati mmirati lejn it-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ sorveljanza tagħha, b’mod partikolari permezz tal-użu ta’ servizzi ta’ esperti fl-oqsma tal-operazzjonijiet tat-titjir, l-ajrunavigabbiltà, u l-liċenzjar tal-persunal. B’attenzjoni speċifika għat-tħassib dwar is-sikurezza identifikat mill-Aġenzija bħala parti mill-proċess ta’ awtorizzazzjoni ta’ TCO tagħha, l-ICAA pprovdiet ħarsa ġenerali lejn kif investigat u qed tiżgura segwitu rilevanti, flimkien ma’ Fly Baghdad, biex jimplimenta l-azzjonijiet korrettivi xierqa.

(31)

Il-preżentazzjoni ta’ Fly Baghdad lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE ffukat fuq l-azzjonijiet meħuda minnu biex jindirizza t-tħassib dwar is-sikurezza identifikat mill-Aġenzija bħala parti mill-proċess ta’ awtorizzazzjoni ta’ TCO tagħha. Il-ħarsa ġenerali dettaljata kienet tinkludi informazzjoni relatata mal-analiżi tal-kawżi ewlenin tagħha u l-azzjonijiet konsegwenzjali meħuda f’termini tal-organizzazzjoni, tal-proċeduri, tat-taħriġ u tal-konformità. Filwaqt li esprimiet l-impenn ta’ Fly Baghdad għal titjib kontinwu tas-sikurezza, il-preżentazzjoni li indirizzat it-tħassib individwali dwar is-sikurezza ma pprovdietx biżżejjed evidenza tal-funzjonament dettaljat tas-sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza u tal-kwalità ta’ Fly Baghdad.

(32)

L-informazzjoni pprovduta minn Fly Baghdad ma kinitx biżżejjed fin-natura tagħha biex tindirizza bis-sħiħ it-tħassib dwar is-sikurezza li minnu ġiet konkluża d-deċiżjoni tal-Aġenzija li tirrifjuta l-awtorizzazzjoni ta’ TCO ta’ Fly Baghdad. Is-CAP ippreżentat minn Fly Baghdad, b’mod partikolari l-analiżi tal-kawżi ewlenin assoċjati, ma weriex il-kapaċità tat-trasportatur tal-ajru li jimplimenta miżuri xierqa biex jiżgura l-konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza.

(33)

Għalhekk, f’konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, ġie vvalutat li jenħtieġ li l-lista tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni tiġi emendata biex tinkludi t-trasportatur tal-ajru Fly Baghdad fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. Barra minn hekk, il-Kummissjoni beħsiebha twettaq żjara ta’ valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post fl-Iraq, bl-għajnuna tal-Aġenzija u bl-appoġġ tal-Istati Membri, biex tivverifika jekk iċ-ċertifikazzjoni u s-sorveljanza tat-trasportaturi tal-ajru min-naħa tas-ICAA humiex qed isiru b’konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza rilevanti. Din iż-żjara ta’ valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post se tiffoka fuq l-ICAA u t-trasportaturi tal-ajru magħżula ċċertifikati fl-Iraq.

(34)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fl-Iraq mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa ta’ dawk it-trasportaturi tal-ajru, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(35)

Meta kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza tiżvela riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta’ konformità mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti, jista’ jkun li tkun meħtieġa azzjoni ulterjuri mill-Kummissjoni, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Trasportaturi tal-ajru mill-Każakistan

(36)

F’Diċembru 2016, it-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Każakistan tneħħew mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2214 (9), bl-eċċezzjoni ta’ Air Astana, li kien diġà tneħħa mill-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 fl-2015 permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2322.

(37)

Fit-13 ta’ Ottubru 2023, bħala parti mill-attivitajiet ta’ monitoraġġ kontinwu tagħha, l-Kummissjoni, l-Aġenzija, l-Istati Membri u r-rappreżentanti tal-Kumitat tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Każakistan (“CAC KZ”) u l-Amministrazzjoni tal-Avjazzjoni tal-Każakistan Joint Stock Company (“AAK”) kellhom laqgħa teknika.

(38)

Matul il-laqgħa, is-CAC KZ u l-AAK irrappurtaw dwar il-progress li sar fl-eżekuzzjoni u t-titjib tas-CAP tagħhom. Fid-19 ta’ Ottubru 2023, u għal darba oħra fis-7 ta’ Novembru 2023, l-AAK ipprovdiet lill-Kummissjoni b’informazzjoni biex tissostanzja l-affermazzjoni tagħha li hija indirizzat l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet kollha. Skont id-dikjarazzjoni tagħhom, ħamsa u tletin minn dawn il-kwistjonijiet issa huma kkunsidrati bħala kompletament solvuti, tlieta parzjalment riżolti, u waħda għadha pendenti minħabba l-proċess ta’ implimentazzjoni fit-tul tagħha.

(39)

L-AAK introduċiet l-istruttura organizzattiva ġdida tagħha, allinjata mar-rekwiżiti tal-ICAO, u rrappurtat dwar il-progress li sar fit-tranżizzjoni tagħha biex issir organizzazzjoni li tiffinanzja lilha nnifisha permezz ta’ skema ta’ finanzjament ġdida stabbilita f’Lulju 2023.

(40)

F’termini tal-qafas leġiżlattiv tal-avjazzjoni tal-Każakistan, l-AAK u s-CAC KZ innotaw ir-reviżjoni tal-Liġi dwar l-Avjazzjoni Primarja, li ġiet adottata formalment f’Diċembru 2022. Wara l-adozzjoni ta’ din il-liġi, l-AAK ipproċediet biex tirrevedi erbgħa u erbgħin regolament sekondarju dwar l-avjazzjoni matul l-2023. Fiż-żmien tal-laqgħa, huma kienu involuti b’mod attiv fir-reviżjoni ta’ tlettax-il regolament sekondarju addizzjonali, li, skont id-dikjarazzjonijiet tagħhom, huma mistennija li jiġu aġġornati sa tmiem l-2023. Barra minn hekk, mill-bidu tal-2023 sad-data tal-laqgħa, l-AAK approvat għadd ta’ proċeduri u materjali ta’ gwida kemm ġodda kif ukoll aġġornati, li tnax minnhom irċevew approvazzjoni sħiħa u aktar minn ħmistax minnhom jinsabu fl-istadji finali tal-abbozzar tagħhom. Madankollu, għadu mhux ċar jekk ir-regolamenti sekondarji integrawx biss l-emendi reċenti għal-Liġi tal-Avjazzjoni Primarja, jew jekk ġewx aġġornati wkoll biex jiġu allinjati mal-aħħar emendi għall-Annessi tal-ICAO.

(41)

Filwaqt li matul il-laqgħa teknika ġew deliberati diversi kwistjonijiet u tħassib, ġie maqbul li jkun xieraq li ssir żjara ta’ valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post sabiex tiġi vverifikata l-implimentazzjoni effettiva tal-bidliet indikati. Intlaħaq qbil li tali żjara jenħtieġ li ssir fl-ewwel kwart tal-2024.

(42)

F’konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li bħalissa ma hemm l-ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru mill-Każakistan.

(43)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Każakistan mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa ta’ dawk it-trasportaturi tal-ajru kollha, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(44)

Meta kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza tiżvela riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta’ konformità mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti, jista’ jkun li tkun meħtieġa azzjoni ulterjuri mill-Kummissjoni, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Trasportaturi tal-ajru mill-Kenja

(45)

Qatt ma ġew inklużi trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Kenja fl-Anness A jew B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(46)

F’Ġunju u Lulju 2022 seħħew għadd ta’ aċċidenti u inċidenti, li kienu jinvolvu inġenji tal-ajru rreġistrati fil-Kenja li joperaw titjiriet lejn ajruporti fis-Sudan t’Isfel. Iċ-ċirkostanzi ta’ dawn l-aċċidenti u inċidenti wasslu lill-Kummissjoni biex tindirizza ittra, fl-20 ta’ Settembru 2022, lill-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Kenja (“KCAA”) li titlob informazzjoni dwar l-istatus ta’ dawn l-inġenji tal-ajru fir-Reġistru tal-Inġenji tal-Ajru tal-Kenja, it-trasportaturi tal-ajru u/jew il-lokaturi tagħhom, kif ukoll l-eżitu ta’ kwalunkwe rapport preliminari mill-investigazzjonijiet tal-aċċidenti.

(47)

Bħala segwitu għal din il-korrispondenza, il-Kummissjoni organizzat sejħa mad-Direttur Ġenerali tal-KCAA u s-servizzi tiegħu fil-31 ta’ Mejju 2023 biex tiġi diskussa u ċċarata n-natura tat-talba.

(48)

Fil-21 ta’ Ġunju 2023, il-Kummissjoni indirizzat ittra lill-KCAA u talbet sett ta’ dokumenti li jiddeskrivu l-organizzazzjoni u li juru l-kapaċitajiet ta’ sorveljanza u l-attivitajiet assoċjati tagħha fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru li ċċertifikat. Bħala parti minn din it-talba, il-Kummissjoni talbet speċifikament informazzjoni dwar is-sorveljanza effettiva tat-trasportaturi tal-ajru u tal-inġenji tal-ajru tagħha li joperaw barra mill-Kenja, b’mod partikolari fir-rigward taż-żewġ kumpaniji li l-inġenji tal-ajru tagħhom kienu involuti fl-aċċidenti u l-inċidenti ta’ Ġunju u Lulju 2022.

(49)

Fit-18 ta’ Lulju 2023, il-KCAA pprovdiet l-ewwel sett ta’ informazzjoni u dokumentazzjoni dwar l-organizzazzjoni, il-persunal, it-taħriġ tal-ispetturi, il-proċeduri, il-manwali, kif ukoll l-awditi mwettqa u ppjanati, u r-rappurtar tal-okkorrenzi, għall-perjodu 2020–2023.

(50)

Eżami dettaljat tal-informazzjoni u d-dokumenti riċevuti, li sar bl-għajnuna tal-esperti tal-Aġenzija, żvela li ċerti oqsma jeħtieġu dokumenti addizzjonali u kjarifika ulterjuri f’isem il-KCAA biex ikun hemm fehim ċar. Għalhekk, fil-5 ta’ Ottubru 2023 il-Kummissjoni indirizzat ittra ta’ segwitu fejn talbet id-dokumenti u l-informazzjoni nieqsa.

(51)

F’konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li bħalissa ma hemm l-ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Kenja.

(52)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Kenja mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa ta’ dawk it-trasportaturi tal-ajru, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(53)

Meta kwalunkwe informazzjoni pertinenti dwar is-sikurezza tiżvela riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta’ konformità mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti, jista’ jkun li tkun meħtieġa azzjoni ulterjuri mill-Kummissjoni, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Trasportaturi tal-ajru min-Nepal

(54)

F’Diċembru 2013, it-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fin-Nepal ġew inklużi fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1264/2013 (10).

(55)

Bħala segwitu għad-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE ta’ Mejju 2022, l-esperti mill-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-Istati Membri wettqu żjara ta’ valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post fin-Nepal bejn il-11 u l-15 ta’ Settembru 2023 għand l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tan-Nepal (“CAAN”), li kienet tinkludi l-kampjunar ta’ żewġ trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fin-Nepal, jiġifieri Shree Airlines u Nepal Airlines.

(56)

Iż-żjara ta’ valutazzjoni ffukat l-attivitajiet tagħha fuq is-CAAN, fid-dawl tar-rwol u r-responsabbiltà tagħha għall-attivitajiet ta’ sorveljanza tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fin-Nepal. Il-valutazzjoni żvelat diskrepanzi bejn l-istruttura organizzattiva approvata u d-distribuzzjoni attwali tat-taqsimiet, tad-dipartimenti u tal-persunal. Din l-inkonsistenza tenfasizza l-ħtieġa għal reviżjoni komprensiva tal-istruttura organizzattiva biex tirrifletti b’mod aktar preċiż l-attivitajiet attwali u l-allokazzjoni tal-persunal. Reviżjoni bħal din hija kruċjali biex tiġi żgurata sistema ta’ sorveljanza tas-sikurezza robusta u effettiva li tkun f’konformità kemm mal-obbligi nazzjonali kif ukoll ma’ dawk internazzjonali, u fl-aħħar mill-aħħar ittejjeb l-effiċjenza operazzjonali u l-istandards tas-sikurezza tat-trasportaturi tal-ajru fin-Nepal.

(57)

Il-prattiki attwali tas-CAAN fir-rekwiżiti tal-Liċenzjar tal-Persunal u fis-sistemi tal-eżaminaturi tat-titjir juru nuqqas ta’ konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, u għalhekk jeħtieġu l-allinjament urġenti tar-regolamenti tagħha ma’ tali standards, speċjalment fir-rigward tad-deżinjazzjonijiet tal-eżaminaturi fil-qasam tal-liċenzjar tal-ekwipaġġ tat-titjira. B’mod partikolari, in-nuqqas ta’ qafas robust għad-deżinjazzjoni u l-monitoraġġ tal-eżaminaturi u tal-għalliema tat-titjir fil-kuntest tal-operazzjonijiet bil-ħelikopters, jenfasizza l-ħtieġa li s-CAAN tistabbilixxi kriterji ċari, privileġġi, u mekkaniżmi ta’ sorveljanza effettivi għall-bdoti ta’ kontroll u eżaminaturi deżinjati. L-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri se ttejjeb b’mod sinifikanti l-istandards tas-sikurezza u tal-kompetenza fis-settur tal-avjazzjoni fin-Nepal, filwaqt li tiżgura sorveljanza aktar konsistenti u affidabbli tal-professjonisti tal-avjazzjoni.

(58)

Barra minn hekk, il-valutazzjonijiet identifikaw diskrepanza fil-monitoraġġ u fid-dokumentazzjoni effettivi tat-taħriġ għar-rwoli tal-Ispettur tal-Liċenzjar tal-Persunal u tal-assistenti spetturi tas-CAAN.

(59)

Il-valutazzjoni nnutat ukoll diskrepanzi sinifikanti fid-Diviżjoni tal-Operazzjonijiet tat-Titjir tas-CAAN, b’mod partikolari fir-rigward tas-sorveljanza tal-għeja relatata mal-limitazzjonijiet tal-perjodi ta’ xogħol u l-iżgurar ta’ kontrolli komprensivi tal-konformità matul il-proċess tal-approvazzjoni. Dawn in-nuqqasijiet jindikaw ħtieġa urġenti li s-CAAN timplimenta protokolli robusti ta’ ġestjoni tal-għeja u ssaħħaħ il-proċessi ta’ evalwazzjoni teknika u ta’ approvazzjoni tagħhom. Barra minn hekk, in-nuqqas ta’ taħriġ u kwalifiki speċifiċi fost l-ispetturi, b’mod partikolari fir-rigward tal-klassifikazzjonijiet tat-tip għall-inġenji tal-ajru operati mit-trasportaturi tal-ajru, iqajjem tħassib dwar l-effettività tal-attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni u sorveljanza tas-CAAN.

(60)

Il-valutazzjoni identifikat ukoll kwistjoni sistemika fl-approċċ tad-Diviżjoni tal-Operazzjonijiet tat-Titjir għar-rieżami, l-evalwazzjoni u l-validazzjoni tad-dokumentazzjoni dwar is-sikurezza tat-titjiriet u l-approvazzjonijiet speċifiċi tat-trasportaturi tal-ajru. Id-diskrepanzi osservati, bħan-nuqqasijiet ta’ konformità fir-rekwiżiti tas-Sistema għall-Prevenzjoni tal-Kolliżjonijiet tat-Traffiku (“TCAS”), il-kalkoli tal-fjuwil, u s-sorveljanza tal-limitazzjonijiet tal-ħin tat-titjir, għandhom impatt sinifikanti fuq is-sikurezza tat-titjiriet.

(61)

Id-Diviżjoni tal-Ispezzjoni tal-Ajrunavigabbiltà turi nuqqas ta’ maturità f’aspetti kritiċi bħall-kontroll tal-awditjar, il-kompletezza tal-programm ta’ taħriġ, u d-diliġenza tar-rieżami tad-dokumenti. Is-CAAN trid tindirizza dawn il-kwistjonijiet billi ssaħħaħ il-programm ta’ taħriġ u tadotta approċċ tal-awditjar aktar rigoruż, u jenħtieġ li tagħmel ħilitha għal tranżizzjoni lejn sistemi ta’ żamma tar-rekords diġitali aktar effiċjenti.

(62)

Minkejja l-oqsma identifikati għal titjib, id-diskussjonijiet mal-persunal tal-CAAN jindikaw impenn qawwi biex tissaħħaħ is-sistema ta’ sorveljanza tas-sikurezza tal-avjazzjoni tan-Nepal. Huwa kruċjali li s-CAAN tkompli trawwem dan l-impenn, tiżgura l-allinjament mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, u tindirizza b’mod effettiv l-isfidi operazzjonali u tas-sikurezza identifikati matul il-valutazzjoni.

(63)

Fit-13 ta’ Settembru 2023, Shree Airlines, stabbilit fl-1999, kien soġġett għal żjara ddedikata mit-tim ta’ valutazzjoni tal-Unjoni.

(64)

Shree Airlines jenħtieġ li jtejjeb b’mod sinifikanti s-Sistema ta’ Ġestjoni tas-Sikurezza (“SMS”) u l-politiki operazzjonali tiegħu biex ikun konformi mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza u mal-leġiżlazzjoni tan-Nepal. Dan jinkludi r-reviżjoni tal-Manwal tal-Ġestjoni tas-Sikurezza (“SMM”), il-listi ta’ kontroll tal-awditjar, u l-indirizzar tan-nuqqasijiet fid-dokumentazzjoni u fil-proċeduri tal-manutenzjoni tiegħu, bħall-ineżattezzi fl-ordnijiet tax-xogħol u fil-kalibrazzjoni tat-tagħmir.

(65)

Il-kwistjonijiet operazzjonali u ta’ konformità tas-sikurezza ta’ Shree Airlines jestendu għal aspetti tal-ippjanar tat-titjiriet, il-ġestjoni tal-għeja tal-ekwipaġġ, u l-aderenza mar-rekwiżiti regolatorji fil-proċeduri tat-tneħħija tas-silġ, ir-rekwiżiti tat-TCAS, u l-Lista tat-Tagħmir Minimu għal tipi speċifiċi ta’ inġenji tal-ajru.

(66)

Barra minn hekk, in-nuqqasijiet osservati fil-ġestjoni tal-validità u l-kwalità taċ-ċertifikati tat-taħriġ, flimkien ma’ feedback mhux ċar jew skorrett tal-għalliema, jindikaw il-ħtieġa għal sistema aktar robusta biex jiġu mmonitorjati u mtejba l-kompetenzi tal-ekwipaġġ u l-effikaċja tat-taħriġ.

(67)

Fl-14 ta’ Settembru 2023, Nepal Airlines, stabbilit fl-1958, kien soġġett għal żjara ddedikata mit-tim ta’ valutazzjoni tal-Unjoni.

(68)

Il-valutazzjoni ta’ Nepal Airlines enfasizzat in-nuqqasijiet fl-SMS u fil-konformità operazzjonali tiegħu. Il-kwistjonijiet jinkludu l-identifikazzjoni u l-ġestjoni inadegwati tal-perikli, sejbiet ripetittivi f’awditi annwali, u listi ta’ kontroll tal-awditjar tal-kwalità li mhumiex dettaljati biżżejjed. Barra minn hekk, hemm tħassib dwar l-effettività tad-dipartiment tal-Assigurazzjoni tal-Kwalità, in-nuqqas ta’ reġistru komprensiv tal-perikli fl-Organizzazzjoni tal-Ġestjoni tal-Ajrunavigabbiltà Kontinwa u l-Organizzazzjoni tal-Manutenzjoni Approvata, u n-nuqqasijiet fl-analiżi tal-forza tax-xogħol.

(69)

Iż-żjara wriet l-isfidi għan-Nepal Airlines fiż-żamma tas-sorveljanza operazzjonali, bi kwistjonijiet evidenti f’diversi oqsma inklużi l-kompetenzi tat-taħriġ, il-limitazzjonijiet tal-ħin tat-titjir, il-ġestjoni tad-dokumenti, u l-monitoraġġ tal-konformità.

(70)

L-osservazzjonijiet li tqajmu matul iż-żjara ta’ valutazzjoni jissuġġerixxu li n-Nepal Airlines jeħtieġ reviżjoni sostanzjali tas-sistemi u l-proċessi tiegħu biex jikseb il-maturità meħtieġa fl-SMS tiegħu u jiżgura fehim u ġestjoni robusti tal-approvazzjonijiet tal-ajrunavigabbiltà u tas-sorveljanza operattiva tiegħu.

(71)

Abbażi tal-eżitu taż-żjara ta’ valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post, il-Kummissjoni stiednet lis-CAAN u lit-trasportaturi tal-ajru Shree Airlines u Nepal Airlines għal seduta ta’ smigħ quddiem il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE fil-15 ta’ Novembru 2023.

(72)

Is-CAAN ippreżentat sommarju lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE li kien jinkludi ħarsa ġenerali lejn it-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fin-Nepal, l-għadd ta’ inġenji tal-ajru rreġistrati fin-Nepal, l-aħħar eżiti mill-awditu tal-Approċċ ta’ Monitoraġġ Kontinwu (CMA) tal-USOAP tal-ICAO, u l-progress tan-Nepal fit-titjib tal-punteġġi ta’ implimentazzjoni tal-USOAP tal-ICAO.

(73)

Rigward ir-rapport ta’ valutazzjoni tal-UE, is-CAAN tat dettalji dwar l-azzjonijiet meħuda immedjatament wara ż-żjara ta’ valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post. Dan kien jinkludi r-ristrutturar organizzattiv u l-iżvilupp ta’ Manwal ta’ Ġestjoni Integrata. L-azzjonijiet ewlenin enfasizzati kienu l-inklużjoni ta’ funzjoni ta’ monitoraġġ tal-konformità fid-dipartiment tal-awditjar u l-bidu tal-abbozzar ta’ Manwal tas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Kwalità.

(74)

Il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE ġie infurmat dwar is-CAP tas-CAAN biex jindirizza l-kwistjonijiet li ġew innutati matul iż-żjara ta’ valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post. Il-CAAN wettqet analiżi tal-kawżi ewlenin għal kull osservazzjoni, b’azzjonijiet korrettivi immedjati u fit-tul. Madankollu, ma kienx ċar jekk il-prinċipji tal-analiżi fil-fond tal-kawżi ewlenin ġewx applikati b’mod konsistenti.

(75)

Il-Kummissjoni u l-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE rrikonoxxew u ħeġġew l-isforzi tas-CAAN, filwaqt li nnotaw l-importanza tal-appoġġ kontinwu tal-gvern tan-Nepal. Huma tennew l-impenn tagħhom li jkomplu jappoġġaw lis-CAAN fl-isforzi tagħha biex ittejjeb il-kapaċitajiet tagħha ta’ sorveljanza tas-sikurezza, filwaqt li nnotaw id-dedikazzjoni tad-Direttur Ġenerali għal tali żviluppi ulterjuri tas-CAAN.

(76)

Minkejja dawn l-isforzi, huwa meqjus li l-kapaċità tas-CAAN li tinforza l-istandards internazzjonali tas-sikurezza u tiżgura operazzjonijiet konformi mit-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati tagħha mhijiex biżżejjed. L-evidenza, inklużi l-osservazzjonijiet miż-żjara ta’ valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post, tissuġġerixxi li l-kapaċitajiet tas-CAAN biex tissorvelja l-attivitajiet tal-avjazzjoni fin-Nepal mhumiex konformi mal-istandards internazzjonali minimi tas-sikurezza applikabbli. Dan wera l-ħtieġa għal aktar titjib fil-kapaċitajiet ta’ sorveljanza tas-CAAN, fil-ġestjoni tal-persunal, fit-taħriġ tal-persunal u fil-proċessi ta’ ċertifikazzjoni.

(77)

Shree Airlines ippreżenta ħarsa ġenerali komprensiva, li tagħti dettalji dwar il-flotta, ir-riżorsi u l-faċilitajiet attwali tiegħu. Huma kkondividew ukoll l-azzjonijiet korrettivi implimentati wara l-osservazzjonijiet miż-żjara ta’ valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post. Dan kien jinkludi l-eżiti tal-analiżi tal-kawżi ewlenin għal kull osservazzjoni li saret mit-tim ta’ valutazzjoni tal-Unjoni. Barra minn hekk, Shree Airlines iddeskriva s-CAP tiegħu li ġiet żviluppata minn dawn l-analiżijiet, filwaqt li speċifika kemm il-pjanijiet fuq terminu qasir kif ukoll dawk fit-tul.

(78)

L-informazzjoni pprovduta minn Shree Airlines naqset milli tindirizza bis-sħiħ it-tħassib dwar is-sikurezza enfasizzat matul iż-żjara ta’ valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post. Is-CAP ippreżentat minn Shree Airlines, b’mod partikolari l-analiżi tal-kawżi ewlenin assoċjati, ma weriet il-kapaċità tat-trasportatur tal-ajru li jimplimenta miżuri xierqa biex jiżgura l-konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza.

(79)

In-Nepal Airlines ta preżentazzjoni fil-fond li turi l-istorja tiegħu bħala trasportatur nazzjonali tal-bandiera tan-Nepal, flimkien mal-kapaċitajiet tal-flotta u tar-riżorsi tiegħu. Il-preżentazzjoni kopriet b’mod komprensiv l-azzjonijiet li ħa b’reazzjoni għall-osservazzjonijiet taż-żjara ta’ valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post. It-trasportatur tal-ajru ddettalja l-eżiti tal-analiżi tal-kawżi ewlenin imwettqa għal kull osservazzjoni u rakkomandazzjoni magħmula mit-tim ta’ valutazzjoni tal-Unjoni. Barra minn hekk, it-trasportatur tal-ajru ppreżenta s-CAP tiegħu.

(80)

Minkejja dawn l-isforzi, l-informazzjoni mibgħuta min-Nepal Airlines, filwaqt li kienet estensiva, ma ssodisfatx ir-rekwiżiti meħtieġa biex jiġu solvuti bis-sħiħ il-kwistjonijiet tas-sikurezza li jirriżultaw miż-żjara ta’ valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post. Is-CAP ippreżentat minn Nepal Airlines, b’mod partikolari l-analiżi tal-kawżi ewlenin assoċjati, ma weriet il-kapaċità tat-trasportatur tal-ajru li jimplimenta miżuri xierqa biex jiżgura l-konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza.

(81)

F’konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li bħalissa ma hemm l-ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fin-Nepal.

(82)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fin-Nepal mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa ta’ dawk it-trasportaturi tal-ajru, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

Trasportaturi tal-ajru mill-Pakistan

(83)

F’Marzu 2007, il-Pakistan International Airlines ġie inkluż fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 235/2007 (11) u sussegwentement tneħħa minn dak l-Anness f’Novembru 2007 permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1400/2007 (12).

(84)

Fl-1 ta’ Lulju 2020, il-Kummissjoni fetħet konsultazzjonijiet mal-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Pakistan (“PCAA”) skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006 (13), abbażi tas-sospensjonijiet tal-awtorizzazzjoni ta’ TCO tat-trasportaturi tal-ajru Pakistan International Airlines u Vision Air, u ta’ dikjarazzjoni magħmula mill-Ministru tat-Trasport tal-Pakistan dwar liċenzji ta’ bdoti miksuba b’mezzi frodulenti fil-Pakistan.

(85)

F’dak il-kuntest, il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Aġenzija u l-Istati Membri, organizzat għadd ta’ laqgħat tekniċi u ta’ informazzjoni mal-PCAA. Dawk id-diskussjonijiet iffukaw fuq l-isforzi mwettqa mill-PCAA fl-indirizzar tat-tħassib dwar is-sorveljanza tas-sikurezza identifikat mill-Kummissjoni u mill-esperti tal-Aġenzija, kif ukoll dak identifikat mill-ICAO matul iż-żjara tagħha fl-ambitu tal-USOAP li saret bejn id-29 ta’ Novembru u l-10 ta’ Diċembru 2021.

(86)

Fit-23 ta’ Awwissu 2023, il-Kummissjoni, l-Aġenzija, l-Istati Membri u r-rappreżentanti tal-PCAA kellhom laqgħa teknika oħra, li l-għan tagħha kien li l-PCAA tinforma dwar l-iżviluppi li seħħew mill-aħħar laqgħa teknika tal-25 ta’ Ottubru 2022 u turihom. Ta’ interess partikolari kienet l-informazzjoni relatata mal-adozzjoni tal-Ordinanza tal-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili (2023), l-istatus tas-CAP tal-USOAP tal-ICAO, u l-azzjonijiet biex jiġi indirizzat it-tħassib tal-UE espress fi skambji preċedenti.

(87)

Abbażi ta’ dan, u b’riflessjoni tal-fehmiet ta’ Novembru 2022 tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE, il-Kummissjoni infurmat lill-PCAA li se twettaq, flimkien mal-Aġenzija u mal-Istati Membri, żjara ta’ valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post fil-Pakistan bejn is-27 u t-30 ta’ Novembru 2023 biex tivvaluta s-sitwazzjoni tal-PCAA f’termini tat-twettiq ta’ sorveljanza effettiva tas-sikurezza.

(88)

F’konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li bħalissa ma hemm l-ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Pakistan.

(89)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Pakistan mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa ta’ dawk it-trasportaturi tal-ajru, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(90)

Meta kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza tiżvela riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta’ konformità mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti, tista’ tkun meħtieġa azzjoni ulterjuri mill-Kummissjoni, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

(91)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(92)

Minħabba l-implikazzjonijiet tas-sikurezza, l-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 jagħrfu l-bżonn li jittieħdu deċiżjonijiet malajr u, meta jkun xieraq, b’urġenza. Għaldaqstant, huwa essenzjali li, sabiex jiġu mħarsa l-informazzjoni sensittiva kif ukoll il-pubbliku li jivvjaġġa, kwalunkwe deċiżjoni fil-kuntest tal-aġġornament tal-lista tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni jew restrizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni tiġi ppubblikata u tidħol fis-seħħ minnufih wara l-adozzjoni tagħha.

(93)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE stabbilit skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Anness A huwa sostitwit bit-test fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(2)

l-Anness B huwa sostitwit bit-test fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2023.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Adina VĂLEAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 84, 23.3.2006, p. 14).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/660 tat-2 ta’ Diċembru 2022 li jistabbilixxi regoli dettaljati għal-lista ta’ trasportaturi tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet ta’ operar fl-Unjoni msemmija fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 473/2006 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għal-lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni tal-operat fil-Komunità msemmija fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83 22.3.2023, p. 47).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 tad-29 ta’ April 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet tal-ajru ta’ pajjiżi terzi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 133, 6.5.2014, p. 12).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/736 tat-2 ta’ Ġunju 2020 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta’ trasportaturi tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni (ĠU L 172, 3.6.2020, p. 7).

(7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2322 tal-10 ta’ Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità (ĠU L 328, 12.12.2015, p. 67).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1).

(9)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2214 tat-8 ta’ Diċembru 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta’ trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni (ĠU L 334, 9.12.2016, p. 6).

(10)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1264/2013 tat-3 ta’ Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità (ĠU L 326, 6.12.2013, p. 7).

(11)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 235/2007 tal-5 ta’ Marzu 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan il-Komunità (ĠU L 66, 6.3.2007, p. 3).

(12)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1400/2007 tat-28 ta’ Novembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan il-Komunità (ĠU L 311, 29.11.2007, p. 12).

(13)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006 tat-22 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għal-lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità kif jissemma fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 84, 23.3.2006, p. 8).


ANNESS I

“ANNESS A

LISTA TA’ TRASPORTATURI TAL-AJRU LI HUMA PPROJBITI MILLI JOPERAW FL-UNJONI, B’XI EĊĊEZZJONIJIET (1)

Isem l-entità legali tat-trasportatur tal-ajru kif indikat fuq l-AOC tiegħu (u l-isem kummerċjali tiegħu, jekk dan ikun differenti)

Numru taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (“AOC”) jew Numru tal-Liċenzja Operattiva

Deżinjatur bi tliet ittri tal-ICAO

Stat tal-Operatur

AIR ZIMBABWE (PVT)

177/04

AZW

Iż-Żimbabwe

AVIOR AIRLINES

ROI-RNR-011

ROI

Il-Venezwela

BLUE WING AIRLINES

SRBWA-01/2002

BWI

Is-Suriname

IRAN ASEMAN AIRLINES

FS-102

IRC

L-Iran

FLY BAGHDAD

007

FBA

L-Iraq

IRAQI AIRWAYS

001

IAW

L-Iraq

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Afganistan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

L-Afganistan

ARIANA AFGHAN AIRLINES

AOC 009

AFG

L-Afganistan

KAM AIR

AOC 001

KMF

L-Afganistan

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Angola responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, ħlief TAAG Angola Airlines u Heli Malongo, inkluż

 

 

L-Angola

AEROJET

AO-008/11-07/17 TEJ

TEJ

L-Angola

GUICANGO

AO-009/11-06/17 YYY

Mhux magħruf

L-Angola

AIR JET

AO-006/11-08/18 MBC

MBC

L-Angola

BESTFLYA AIRCRAFT MANAGEMENT

AO-015/15-06/17YYY

Mhux magħruf

L-Angola

HELIANG

007/11-08/18 YYY

Mhux magħruf

L-Angola

SJL

AO-014/13-08/18YYY

Mhux magħruf

L-Angola

SONAIR

AO-002/11-08/17 SOR

SOR

L-Angola

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Armenja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

L-Armenja

AIR DILIJANS

AM AOC 065

NGT

L-Armenja

ARMENIAN AIRLINES

AM AOC 076

AAG

L-Armenja

ARMENIA AIRWAYS

AM AOC 063

AMW

L-Armenja

ARMENIAN HELICOPTERS

AM AOC 067

KAV

L-Armenja

FLY ARNA

AM AOC 075

ACY

L-Armenja

FLYONE ARMENIA

AM AOC 074

FIE

L-Armenja

NOVAIR

AM AOC 071

NAI

L-Armenja

SHIRAK AVIA

AM AOC 072

SHS

L-Armenja

SKYBALL

AM AOC 073

Mhux Applikabbli

L-Armenja

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Kongo (Brazzaville) responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

Il-Kongo (Brazzaville)

CANADIAN AIRWAYS CONGO

CG-CTA 006

TWC

Il-Kongo (Brazzaville)

EQUAFLIGHT SERVICES

CG-CTA 002

EKA

Il-Kongo (Brazzaville)

EQUAJET

RAC06-007

EKJ

Il-Kongo (Brazzaville)

TRANS AIR CONGO

CG-CTA 001

TSG

Il-Kongo (Brazzaville)

SOCIETE NOUVELLE AIR CONGO

CG-CTA 004

Mhux magħruf

Il-Kongo (Brazzaville)

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

AB BUSINESS

AAC/DG/OPS-09/14

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

AIR FAST CONGO

AAC/DG/OPS-09/03

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

AIR KASAI

AAC/DG/OPS-09/11

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

AIR KATANGA

AAC/DG/OPS-09/08

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

BUSY BEE CONGO

AAC/DG/OPS-09/04

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

COMPAGNIE AFRICAINE D’AVIATION (CAA)

AAC/DG/OPS-09/02

DBP

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

CONGO AIRWAYS

AAC/DG/OPS-09/01

COG

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

GOMA EXPRESS

AAC/DG/OPS-09/13

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

KIN AVIA

AAC/DG/OPS-09/10

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

MALU AVIATION

AAC/DG/OPS-09/05

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

SERVE AIR CARGO

AAC/DG/OPS-09/07

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

SWALA AVIATION

AAC/DG/OPS-09/06

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

TRACEP CONGO AVIATION

AAC/DG/OPS-09/15

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Djibouti responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

Il-Djibouti

DAALLO AIRLINES

Mhux magħruf

DAO

Il-Djibouti

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Guinea Ekwatorjali responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

Il-Guinea Ekwatorjali

CEIBA INTERCONTINENTAL

2011/0001/MTTCT/DGAC/SOPS

CEL

Il-Guinea Ekwatorjali

CRONOS AIRLINES

2011/0004/MTTCT/DGAC/SOPS

Mhux magħruf

Il-Guinea Ekwatorjali

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Eritrea responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

L-Eritrea

ERITREAN AIRLINES

AOC Nru 004

ERT

L-Eritrea

NASAIR ERITREA

AOC Nru 005

NAS

L-Eritrea

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Kirgistan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

Il-Kirgistan

AERO NOMAD AIRLINES

57

ANK

Il-Kirgistan

AEROSTAN

08

BSC

Il-Kirgistan

AIR COMPANY AIR KG

50

KGC

Il-Kirgistan

AIRCOMPANY MOALEM AVIATION

56

AMA

Il-Kirgistan

AVIA TRAFFIC COMPANY

23

AVJ

Il-Kirgistan

CENTRAL ASIAN AVIATION SERVICES

58

KAS

Il-Kirgistan

FLYSKY AIRLINES

53

FSQ

Il-Kirgistan

GLOBAL 8 AIRLINES

59

Mhux magħruf

Il-Kirgistan

HELI SKY

47

HAC

Il-Kirgistan

KAP.KG AIRCOMPANY

52

KGS

Il-Kirgistan

MAC.KG AIRLINES

61

MSK

Il-Kirgistan

SAPSAN AIRLINE

54

KGB

Il-Kirgistan

SKY JET

60

SJL

Il-Kirgistan

SKY KG AIRLINES

41

KGK

Il-Kirgistan

TRANS CARAVAN KG

55

TCK

Il-Kirgistan

TEZ JET

46

TEZ

Il-Kirgistan

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Liberja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja.

 

 

Il-Liberja

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Libja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

Il-Libja

AFRIQIYAH AIRWAYS

007/01

AAW

Il-Libja

AIR LIBYA

004/01

TLR

Il-Libja

AL MAHA AVIATION

030/18

Mhux magħruf

Il-Libja

BERNIQ AIRWAYS

032/21

BNL

Il-Libja

BURAQ AIR

002/01

BRQ

Il-Libja

GLOBAL AIR TRANSPORT

008/05

GAK

Il-Libja

HALA AIRLINES

033/21

HTP

Il-Libja

LIBYAN AIRLINES

001/01

LAA

Il-Libja

LIBYAN WINGS AIRLINES

029/15

LWA

Il-Libja

PETRO AIR

025/08

PEO

Il-Libja

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tan-Nepal responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

In-Nepal

AIR DYNASTY HELI. S.

035/2001

Mhux magħruf

In-Nepal

ALTITUDE AIR

085/2016

Mhux magħruf

In-Nepal

BUDDHA AIR

014/1996

BHA

In-Nepal

FISHTAIL AIR

017/2001

Mhux magħruf

In-Nepal

SUMMIT AIR

064/2010

Mhux magħruf

In-Nepal

HELI EVEREST

086/2016

Mhux magħruf

In-Nepal

HIMALAYA AIRLINES

084/2015

HIM

In-Nepal

KAILASH HELICOPTER SERVICES

087/2018

Mhux magħruf

In-Nepal

MAKALU AIR

057 A/2009

Mhux magħruf

In-Nepal

MANANG AIR PVT

082/2014

Mhux magħruf

In-Nepal

MOUNTAIN HELICOPTERS

055/2009

Mhux magħruf

In-Nepal

PRABHU HELICOPTERS

081/2013

Mhux magħruf

In-Nepal

NEPAL AIRLINES CORPORATION

003/2000

RNA

In-Nepal

SAURYA AIRLINES

083/2014

Mhux magħruf

In-Nepal

SHREE AIRLINES

030/2002

SHA

In-Nepal

SIMRIK AIR

034/2000

Mhux magħruf

In-Nepal

SIMRIK AIRLINES

052/2009

RMK

In-Nepal

SITA AIR

033/2000

Mhux magħruf

In-Nepal

TARA AIR

053/2009

Mhux magħruf

In-Nepal

YETI AIRLINES

037/2004

NYT

In-Nepal

It-trasportaturi tal-ajru kollha li ġejjin iċċertifikati mill-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tar-Russja

 

 

Ir-Russja

AURORA AIRLINES

486

SHU

Ir-Russja

AVIACOMPANY “AVIASTAR-TU” CO. LTD

458

TUP

Ir-Russja

IZHAVIA

479

IZA

Ir-Russja

JOINT STOCK COMPANY “AIR COMPANY ‘YAKUTIA’”

464

SYL

Ir-Russja

JOINT STOCK COMPANY “RUSJET”

498

RSJ

Ir-Russja

JOINT STOCK COMPANY “UVT AERO”

567

UVT

Ir-Russja

JOINT STOCK COMPANY SIBERIA AIRLINES

31

SBI

Ir-Russja

JOINT STOCK COMPANY SMARTAVIA AIRLINES

466

AUL

Ir-Russja

JOINT-STOCK COMPANY “IRAERO” AIRLINES

480

IAE

Ir-Russja

JOINT-STOCK COMPANY “URAL AIRLINES”

18

SVR

Ir-Russja

JOINT-STOCK COMPANY ALROSA AIR COMPANY

230

DRU

Ir-Russja

JOINT-STOCK COMPANY NORDSTAR AIRLINES

452

TYA

Ir-Russja

JS AVIATION COMPANY “RUSLINE”

225

RLU

Ir-Russja

JSC YAMAL AIRLINES

142

LLM

Ir-Russja

LLC “NORD WIND”

516

NWS

Ir-Russja

LLC “AIRCOMPANY IKAR”

36

KAR

Ir-Russja

LTD. I FLY

533

RSY

Ir-Russja

POBEDA AIRLINES LIMITED LIABILITY COMPANY

562

PBD

Ir-Russja

PUBLIC JOINT STOCK COMPANY “AEROFLOT - RUSSIAN AIRLINES”

1

AFL

Ir-Russja

ROSSIYA AIRLINES, JOINT STOCK COMPANY

2

SDM

Ir-Russja

SKOL AIRLINE LLC

228

CDV

Ir-Russja

UTAIR AVIATION, JOINT-STOCK COMPANY

6

UTA

Ir-Russja

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta’ São Tomé u Príncipe responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

São Tomé u Príncipe

AFRICA’S CONNECTION

10/AOC/2008

ACH

São Tomé u Príncipe

STP AIRWAYS

03/AOC/2006

STP

São Tomé u Príncipe

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta’ Sierra Leone responsabbli għas-sorveljanza regolatorja

 

 

Sierra Leone

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tas-Sudan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

Is-Sudan

ALFA AIRLINES SD

54

AAJ

Is-Sudan

BADR AIRLINES

35

BDR

Is-Sudan

BLUE BIRD AVIATION

11

BLB

Is-Sudan

ELDINDER AVIATION

8

DND

Is-Sudan

GREEN FLAG AVIATION

17

GNF

Is-Sudan

HELEJETIC AIR

57

HJT

Is-Sudan

KATA AIR TRANSPORT

9

KTV

Is-Sudan

KUSH AVIATION CO.

60

KUH

Is-Sudan

NOVA AIRWAYS

46

NOV

Is-Sudan

SUDAN AIRWAYS CO.

1

SUD

Is-Sudan

SUN AIR

51

SNR

Is-Sudan

TARCO AIR

56

TRQ

Is-Sudan.


(1)  It-trasportaturi tal-ajru mniżżlin f’dan l-Anness jistgħu jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin bl-ekwipaġġ mingħand trasportatur tal-ajru li mhuwiex soġġett għal projbizzjoni fuq l-operat, diment li jkun hemm konformità mal-istandards tas-sikurezza rilevanti.


ANNESS II

“ANNESS B

LISTA TAT-TRASPORTATURI TAL-AJRU LI HUMA SOĠĠETTI GĦAL RESTRIZZJONIJIET OPERATTIVI FL-UNJONI (1)

Isem l-entità legali tat-trasportatur tal-ajru kif indikat fuq l-AOC tiegħu (u l-isem kummerċjali tiegħu, jekk dan ikun differenti)

Numru taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (“AOC”)

Deżinjatur bi tliet ittri tal-ICAO

Stat tal-Operatur

Tip ta’ inġenju tal-ajru soġġett għal restrizzjoni

Marka/i tar-reġistrazzjoni u, meta jkun(u) disponibbli, in-numru/i tas-serje tal-kostruzzjoni tal-inġenju tal-ajru soġġett għal restrizzjoni

L-Istat tar-reġistrazzjoni

IRAN AIR

IR.AOC.100

IRA

L-Iran

L-inġenji tal-ajru kollha tat-tip Fokker F100 u tat-tip Boeing B747

L-inġenji tal-ajru tat-tip Fokker F100 kif imsemmi fl-AOC; l-inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B747 kif imsemmi fl-AOC

L-Iran

AIR KORYO

GAC-AOC/KOR-01

KOR

Il-Korea ta’ Fuq

Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta’: żewġ (2) inġenji tal-ajru tat-tip TU-204.

Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta’: P-632, P-633.

Il-Korea ta’ Fuq


(1)  It-trasportaturi tal-ajru mniżżlin f’dan l-Anness jistgħu jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin bl-ekwipaġġ mingħand trasportatur tal-ajru li mhuwiex soġġett għal projbizzjoni fuq l-operat, diment li jkun hemm konformità mal-istandards tas-sikurezza rilevanti.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2691/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)