ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 230

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 66
19 ta' Settembru 2023


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1787 tal-14 ta’ Settembru 2023 li jemenda l-Annessi III, IX u X tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 fir-rigward tal-elenkar taż-żoni protetti u tal-pesti ta’ kwarantina fiż-żoni protetti rispettivi, il-projbizzjoni tal-introduzzjoni ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra f’ċerti żoni protetti, u r-rekwiżiti speċjali għall-introduzzjoni tagħhom f’ċerti żoni protetti jew il-ġarr tagħhom fihom

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1788 tal-15 ta’ Settembru 2023 li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa ( 1 )

7

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2023/1789 tal-14 ta’ Settembru 2023 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni ta' sħubija militari tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUMPM Niger), u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2023/614 (EUMPM Niger/2/2023)

12

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2023/1790 tal-14 ta’ Settembru 2023 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mozambique (EUTM Mozambique), u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2022/1482 (EUTM Mozambique/2/2023)

14

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

19.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 230/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1787

tal-14 ta’ Settembru 2023

li jemenda l-Annessi III, IX u X tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 fir-rigward tal-elenkar taż-żoni protetti u tal-pesti ta’ kwarantina fiż-żoni protetti rispettivi, il-projbizzjoni tal-introduzzjoni ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra f’ċerti żoni protetti, u r-rekwiżiti speċjali għall-introduzzjoni tagħhom f’ċerti żoni protetti jew il-ġarr tagħhom fihom

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 32(3) u (6), l-Artikolu 35(1), (2) u (5), l-Artikolu 53(2) u l-Artikolu 54(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 (2) jistabbilixxi kundizzjonijiet uniformi fir-rigward tal-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti. L-Annessi III, IX u X ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jistabbilixxu l-lista taż-żoni protetti u tal-pesti ta’ kwarantina fiż-żoni protetti rispettivi, il-lista ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, li joriġinaw minn pajjiżi terzi jew fit-territorju tal-Unjoni, li l-introduzzjoni tagħhom f’ċerti żoni protetti hija pprojbita, u l-lista ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li għandhom jiġu introdotti fiż-żoni protetti jew jinġarru fihom u r-rekwiżiti speċjali korrispondenti għaż-żoni protetti.

(2)

Ċerti partijiet tat-territorju tas-Slovenja ġew rikonoxxuti bħala żona protetta fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al. Is-Slovenja issa talbet, f’konformità mal-Artikolu 35(2) tar-Regolament (UE) 2016/2031, li jiġi rtirat l-istatus tat-territorju kollu tagħha bħala żona protetta fir-rigward ta’ dak il-pest ta’ kwarantina f’żona protetta. Għalhekk jenħtieġ li t-territorju kollu tas-Slovenja ma jibqax jiġi rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al., u l-entrata rilevanti fl-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 jenħtieġ li titneħħa.

(3)

Fil-każ tal-Italja, ċerti partijiet tat-territorju tal-Lombardia ġew rikonoxxuti bħala żona protetti fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. Fl-2023, L-Italja ressqet informazzjoni li turi li l-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. issa hija stabbilita fil-komuni ta’ Fara Gera d’Adda u Pontirolo Nuovo fil-provinċja ta’ Bergamo, fil-komun ta’ Montevecchia fil-provinċja ta’ Lecco u fil-komuni ta’ Ceriano Laghetto u Cogliate fil-provinċja ta’ Monza u Brianza. Għaldaqstant, jenħtieġ li dawk iż-żoni ma jibqgħux rikonoxxuti bħala parti miż-żona protetta fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. fil-Lombardia u jenħtieġ li jitħassar mill-entrata relevanti fit-tabella fl-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072.

(4)

Barra minn hekk, l-Italja talbet li l-komuni ta’ Acquanegra Sul Chiese, Asola, Bozzolo, Canneto sull’Oglio, Casalromano, Marcaria, Mariana Mantovana, Redondesco, Rivarolo Mantovano u San Martino dall’Argine fil-provinċja ta’ Mantova fil-Lombardia jiġu rikonoxxuti bħala żona protetta fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al. Abbażi ta’ stħarriġiet li saru fl-2020, fl-2021 u fl-2022, l-Italja ressqet evidenza li l-Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al. ma tinstabx f’dawk it-territorji, minkejja l-eżistenza ta’ kundizzjonijiet favorevoli għad-dħul, l-istabbiliment u t-tixrid tagħha. Madankollu, jenħtieġ li jsiru aktar stħarriġiet biex jiġi kkonfermat in-nuqqas kontinwu ta’ dak il-pest ta’ kwarantina fiż-żoni protetti f’dawk il-komuni. Għaldaqstant, il-komuni ta’ Acquanegra Sul Chiese, Asola, Bozzolo, Canneto sull’Oglio, Casalromano, Marcaria, Mariana Mantovana, Redondesco, Rivarolo Mantovano u San Martino dall’Argine fil-provinċja ta’ Mantova fil-Lombardia jenħtieġ li jiġu rikonoxxuti bħala żona protetta temporanja fir-rigwrad tal-Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al. sat-30 ta’ April 2026.

(5)

Ċerti partijiet tat-territorju tas-Slovakkja ġew rikonoxxuti bħala żona protetta fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al. Issa, is-Slovakkja talbet, f’konformità mal-Artikolu 35(2) tar-Regolament (UE) 2016/2031, li jiġi rtirat l-istatus tat-territorju kollu tagħha bħala żona protetta fir-rigward ta’ dak il-pest ta’ kwarantina f’żona protetta. Għaldaqstant, jenħtieġ li t-territorju kollu tas-Slovakkja ma jibqax jiġi rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al., u l-entrata rilevanti fl-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 jenħtieġ li titneħħa.

(6)

Ir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq (3) ġie rikonoxxut bħala żona protetta temoranja fir-rigward tal-Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al., Liriomyza huidobrensis (Blanchard), Liriomyza trifolii (Burgess) u Thaumetopoea processionea L. sat-30 ta’ April 2023. Abbażi tar-riżultati tal-istħarriġ ipprovduti mir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq fl-2020, fl-2021 u fl-2022, jidher li l-Irlanda ta’ Fuq għadha ħielsa minn dawk il-pesti ta’ kwarantina f’żona protetta. Għaldaqstant, jenħtieġ li jissokta mingħajr limitu ta’ żmien ir-rikonoxximent tar-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq bħala żona protetta fir-rigward tal-Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al., Liriomyza huidobrensis (Blanchard), Liriomyza trifolii (Burgess) u Thaumetopoea processionea L.

(7)

It-territorju taċ-Ċekja ġie rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward tal-Cryphonectria parasitica (Murrill) Barr. Iċ-Ċekja issa talbet, f’konformità mal-Artikolu 35(2) tar-Regolament (UE) 2016/2031, li jiġi rtirat l-istatus tat-territorju tagħha bħala żona protetta fir-rigward ta’ dak il-pest ta’ kwarantina f’żona protetta. Għaldaqstant, jenħtieġ li ċ-Ċekja ma tibqax tiġi rikonoxxuta bħala żona protetta fir-rigward tal-Cryphonectria parasitica (Murrill) Barr., u jenħtieġ li titneħħa l-entrata rilevanti fl-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072.

(8)

L-Irlanda ġiet rikonoxxuta bħala żona protetta temporanja, fir-rigward tat-Thaumetopoea pityocampa Denis & Schiffermüller, sat-30 ta’ April 2023. Abbażi tar-riżultati tal-istħarriġ ipprovduti minn dak l-Istat Membru fl-2020, fl-2021 u fl-2022, jidher li għadha ħielsa minn dak il-pest ta’ kwarantina f’żona protetta. Għaldaqstant, jenħtieġ li r-rikonoxximent tal-Irlanda bħala żona protetta fir-rigward tat-Thaumetopoea pityocampa Denis & Schiffermüller jitkompla mingħajr limitu ta’ żmien.

(9)

Għall-finijiet ta’ konsistenza mal-emendi tal-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072, li jelenka ż-żoni protetti u l-pesti ta’ kwarantina fiż-żoni protetti rispettivi, jenħtieġ li jsiru l-bidliet korrispondenti fl-Annessi IX u X ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, li jelenkaw il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li l-introduzzjoni tagħhom f’ċerti żoni protetti hija pprojbita u l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, li jkunu se jiġu introdotti f’żoni protetti, jew jinġarru fihom skont rekwiżiti speċjali, rispettivament.

(10)

Il-Canton ta’ Valais fl-Iżvizzera ġie rikonoxxut bħala żona ħielsa mill-Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al., u bħala tali ssemma bħala oriġini possibbli għall-esportazzjoni lejn iż-żoni protetti rispettivi fl-Unjoni ta’ kaxxi tan-naħal u pjanti ospitanti tal-Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al. fit-tabella, il-punti 3 u 9, tal-Anness X tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072. L-Iżvizzera issa infurmat lill-Kummissjoni li kienet irtirat l-istatus tal-Canton ta’ Valais bħala żona ħielsa mill-Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al. Għaldaqstant il-Canton ta’ Valais ma għadux jissodisfa r-rekwiżiti għaż-żoni li minnhom il-kaxxi tan-naħal u l-pjanti ospitanti tal-Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al. jistgħu jiġu esportati lejn iż-żoni protetti rispettivi fl-Unjoni u għalhekk jenħtieġ li jitħassru mit-tabella, il-punti 3 u 9, tal-Anness X ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(11)

Għaldaqstant jenħtieġ li l-Annessi III, IX u X tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 jiġu emendati kif jixraq.

(12)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi III, IX u X tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Settembru 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1).

(3)  F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-Ftehim dwar il-Ħruġ), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, ir-Regolament (UE) 2016/2031 kif ukoll l-atti tal-Kummissjoni bbażati fuqu, japplikaw għar-Renju Unit u fih fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq wara l-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-Ħruġ.


ANNESS

L-Annessi III, IX u X tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 huma emendati kif ġej:

(1)

It-tabella fl-Anness III hija emendata kif ġej:

(a)

fit-taqsima (a) “Batterji”, it-tielet kolonna “Żoni protetti” tal-punt 1 hija emendata kif ġej:

(i)

il-punt (i) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(i)

sat-30 ta’ April 2026: L-Italja (il-Lombardia (il-komuni ta’ Acquanegra Sul Chiese, Asola, Bozzolo, Canneto sull’Oglio, Casalromano, Marcaria, Mariana Mantovana, Redondesco, Rivarolo Mantovano u San Martino dall’Argine fil-provinċja ta’ Mantova)).”;

(ii)

il-punt (j) jitħassar;

(b)

fit-taqsima (a) “Batterji”, fit-tielet kolonna “Żoni protetti” tal-punt 2, it-test huwa sostitwit bi “Ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq)”;

(c)

fit-taqsima (b) “Fungi u oomiċiti”, fit-tielet kolonna “Żoni protetti” tal-punt 2, jitħassar il-punt (a);

(d)

fit-taqsima (c) “Insetti u akari”, fit-tielet kolonna “Żoni protetti” tal-punt 14, il-punt (b) huwa sostitwit bi “(b) ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq)”;

(e)

fit-taqsima (c) “Insetti u akari”, fit-tielet kolonna “Żoni protetti” tal-punt 15, il-punt (b) huwa sostitwit bi “(b) ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq)”;

(f)

fit-Taqsima (c) “Insetti u akari”, fit-tielet kolonna “Żoni protetti” tal-punt 19, il-punt (a) huwa sostitwit bi “(a) l-Irlanda”;

(g)

fit-taqsima (c) “Insetti u akari”, fit-tielet kolonna “Żoni protetti” tal-punt 20, il-punt (b) huwa sostitwit bi “(b) ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq)”;

(2)

It-tabella fl-Anness IX hija emendata kif ġej:

(a)

Fil-punt 1, it-tielet kolonna “Żoni protetti” hija emendata kif ġej:

(i)

il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(e)

l-Italja (l-Abruzzo, il-Puglia, il-Basilicata, il-Calabria, il-Campania (għajr għall-komuni ta’ Agerola, Gragnano, Lettere, Pimonte u Vico Equense fil-provinċja ta’ Napoli, Amalfi, Atrani, Conca dei Marini, Corbara, Furore, Maiori, Minori, Positano, Praiano, Ravello, Scala u Tramonti fil-provinċja ta’ Salerno), il-Lazio, il-Liguria, il-Lombardia (għajr għall-provinċji ta’ Milano, Sondrio u Varese, il-komuni ta’ Fara Gera d’Adda u Pontirolo Nuovo fil-provinċja ta’ Bergamo, il-komun ta’ Montevecchia fil-provinċja ta’ Lecco, il-komuni ta’ Bovisio Masciago, Ceriano Laghetto, Cesano Maderno, Cogliate, Desio, Limbiate, Nova Milanese u Varedo fil-provinċja ta’ Monza u Brianza, u għajr għall-komuni (ħlief Acquanegra Sul Chiese, Asola, Bozzolo, Canneto sull’Oglio, Casalromano, Marcaria, Mariana Mantovana, Redondesco, Rivarolo Mantovano u San Martino dall’Argine) fil-provinċja ta’ Mantova), il-Marche (għajr għall-komuni ta’ Colli al Metauro, Fano, Pesaro u San Costanzo fil-provinċja ta’ Pesaro u Urbino), il-Molise, Sardegna, Sicilia (għajr għall-komuni ta’ Cesarò fil-provinċja ta’ Messina, Adrano, Bronte u Maniace fil-provinċja ta’ Catania, u Centuripe, Regalbuto u Troina fil-provinċja ta’ Enna), it-Toscana, l-Umbria, il-Valle d’Aosta, il-Veneto (għajr għall-provinċji ta’ Rovigo u Venezia, il-komuni ta’ Barbona, Boara Pisani, Castelbaldo, Masi, Piacenza d’Adige, S. Urbano u Vescovana fil-provinċja ta’ Padova, u l-komuni ta’Albaredo d’Adige, Angiari, Arcole, Belfiore, Bevilacqua, Bonavigo, Boschi S. Anna, Bovolone, Buttapietra, Caldiero, Casaleone, Castagnaro, Castel d’Azzano, Cerea, Cologna Veneta, Concamarise, Erbè, Gazzo Veronese, Isola della Scala, Isola Rizza, Legnago, Minerbe, Mozzecane, Nogara, Nogarole Rocca, Oppeano, Palù, Povegliano Veronese, Pressana, Ronco all’Adige, Roverchiara, Roveredo di Guà, San Bonifacio, Sanguinetto, San Pietro di Morubbio, San Giovanni Lupatoto, Salizzole, San Martino Buon Albergo, Sommacampagna, Sorgà, Terrazzo, Trevenzuolo, Valeggio sul Mincio, Veronella, Villa Bartolomea, Villafranca di Verona, Vigasio, Zevio u Zimella fil-provinċja ta’ Verona))”;

(ii)

il-punti (h) u (i) jitħassru;

(b)

Fil-punt 2, it-tielet kolonna “Żoni protetti” hija emendata kif ġej:

(i)

il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(e)

l-Italja (l-Abruzzo, il-Puglia, il-Basilicata, il-Calabria, il-Campania (għajr għall-komuni ta’ Agerola, Gragnano, Lettere, Pimonte u Vico Equense fil-provinċja ta’ Napoli, Amalfi, Atrani, Conca dei Marini, Corbara, Furore, Maiori, Minori, Positano, Praiano, Ravello, Scala u Tramonti filprovinċja ta’ Salerno), il-Lazio, il-Liguria, il-Lombardia (għajr għall-provinċji ta’ Milano, Sondrio u Varese, il-komuni ta’ Fara Gera d’Adda u Pontirolo Nuovo fil-provinċja ta’ Bergamo, il-komun ta’ Montevecchia fil-provinċja ta’ Lecco, il-komuni ta’ Bovisio Masciago, Ceriano Laghetto, Cesano Maderno, Cogliate, Desio, Limbiate, Nova Milanese u Varedo fil-provinċja ta’ Monza u Brianza, u għajr għall-komuni ta’ (ħlief Acquanegra Sul Chiese, Asola, Bozzolo, Canneto sull’Oglio, Casalromano, Marcaria, Mariana Mantovana, Redondesco, Rivarolo Mantovano u San Martino dall’Argine) fil-provinċja ta’ Mantova), il-Marche (għajr għall-komuni ta’ Colli al Metauro, Fano, Pesaro u San Costanzo fil-provinċja ta’ Pesaro e Urbino), il-Molise, Sardegna, Sicilia (għajr għall-komuni ta’ Cesarò fil-provinċja ta’ Messina, Adrano, Bronte u Maniace fil-provinċja ta’ Catania, u Centuripe, Regalbuto u Troina fil-provinċja ta’ Enna), it-Toscana, l-Umbria, il-Valle d’Aosta, il-Veneto (għajr għall-provinċji ta’ Rovigo u Venezia, il-komuni ta’ Barbona, Boara Pisani, Castelbaldo, Masi, Piacenza d’Adige, S. Urbano u Vescovana fil-provinċja ta’ Padova, u l-komuni ta’ Albaredo d’Adige, Angiari, Arcole, Belfiore, Bevilacqua, Bonavigo, Boschi S. Anna, Bovolone, Buttapietra, Caldiero, Casaleone, Castagnaro, Castel d’Azzano, Cerea, Cologna Veneta, Concamarise, Erbè, Gazzo Veronese, Isola della Scala, Isola Rizza, Legnago, Minerbe, Mozzecane, Nogara, Nogarole Rocca, Oppeano, Palù, Povegliano Veronese, Pressana, Ronco all’Adige, Roverchiara, Roveredo di Guà, San Bonifacio, Sanguinetto, San Pietro di Morubbio, San Giovanni Lupatoto, Salizzole, San Martino Buon Albergo, Sommacampagna, Sorgà, Terrazzo, Trevenzuolo, Valeggio sul Mincio, Veronella, Villa Bartolomea, Villafranca di Verona, Vigasio, Zevio u Zimella fil-provinċja ta’ Verona))”;

(ii)

il-punti (h) u (i) jitħassru;

(3)

It-tabella fl-Anness X hija emendata kif ġej:

(a)

fil-punt 3, fit-tielet kolonna “Rekwiżiti speċjali għaż-żoni protetti”, il-punt (b) jitħassar;

(b)

fil-punt 3, ir-raba’ kolonna “Żoni protetti” hija emendata kif ġej:

(i)

il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(e)

l-Italja (l-Abruzzo, il-Puglia, il-Basilicata, il-Calabria, il-Campania (għajr għall-komuni ta’ Agerola, Gragnano, Lettere, Pimonte u Vico Equense fil-provinċja ta’ Napoli, Amalfi, Atrani, Conca dei Marini, Corbara, Furore, Maiori, Minori, Positano, Praiano, Ravello, Scala u Tramonti filprovinċja ta’ Salerno), il-Lazio, il-Liguria, il-Lombardia (għajr għall-provinċji ta’ Milano, Sondrio u Varese, il-komuni ta’ Fara Gera d’Adda u Pontirolo Nuovo fil-provinċja ta’ Bergamo, il-komun ta’ Montevecchia fil-provinċja ta’ Lecco, il-komuni ta’ Bovisio Masciago, Ceriano Laghetto, Cesano Maderno, Cogliate, Desio, Limbiate, Nova Milanese u Varedo fil-provinċja ta’ Monza u Brianza, u għajr għall-komuni ta’ (ħlief Acquanegra Sul Chiese, Asola, Bozzolo, Canneto sull’Oglio, Casalromano, Marcaria, Mariana Mantovana, Redondesco, Rivarolo Mantovano u San Martino dall’Argine) fil-provinċja ta’ Mantova), il-Marche (għajr għall-komuni ta’ Colli al Metauro, Fano, Pesaro u San Costanzo fil-provinċja ta’ Pesaro e Urbino), il-Molise, Sardegna, Sicilia (għajr għall-komuni ta’ Cesarò fil-provinċja ta’ Messina, Adrano, Bronte u Maniace fil-provinċja ta’ Catania, u Centuripe, Regalbuto u Troina fil-provinċja ta’ Enna), it-Toscana, l-Umbria, il-Valle d’Aosta, il-Veneto (għajr għall-provinċji ta’ Rovigo u Venezia, il-komuni ta’ Barbona, Boara Pisani, Castelbaldo, Masi, Piacenza d’Adige, S. Urbano u Vescovana fil-provinċja ta’ Padova, u l-komuni ta’ Albaredo d’Adige, Angiari, Arcole, Belfiore, Bevilacqua, Bonavigo, Boschi S. Anna, Bovolone, Buttapietra, Caldiero, Casaleone, Castagnaro, Castel d’Azzano, Cerea, Cologna Veneta, Concamarise, Erbè, Gazzo Veronese, Isola della Scala, Isola Rizza, Legnago, Minerbe, Mozzecane, Nogara, Nogarole Rocca, Oppeano, Palù, Povegliano Veronese, Pressana, Ronco all’Adige, Roverchiara, Roveredo di Guà, San Bonifacio, Sanguinetto, San Pietro di Morubbio, San Giovanni Lupatoto, Salizzole, San Martino Buon Albergo, Sommacampagna, Sorgà, Terrazzo, Trevenzuolo, Valeggio sul Mincio, Veronella, Villa Bartolomea, Villafranca di Verona, Vigasio, Zevio u Zimella fil-provinċja ta’ Verona))”;

(ii)

il-punti (h) u (i) jitħassru;

(c)

fil-punt 9, fit-tielet kolonna “Rekwiżiti speċjali għaż-żoni protetti”, il-punt (c) jitħassar;

(d)

fil-punt 9, ir-raba’ kolonna “Żoni protetti” hija emendata kif ġej:

(i)

il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(e)

l-Italja (l-Abruzzo, il-Puglia, il-Basilicata, il-Calabria, il-Campania (għajr għall-komuni ta’ Agerola, Gragnano, Lettere, Pimonte u Vico Equense fil-provinċja ta’ Napoli, Amalfi, Atrani, Conca dei Marini, Corbara, Furore, Maiori, Minori, Positano, Praiano, Ravello, Scala u Tramonti filprovinċja ta’ Salerno), il-Lazio, il-Liguria, il-Lombardia (għajr għall-provinċji ta’ Milano, Sondrio u Varese, il-komuni ta’ Fara Gera d’Adda u Pontirolo Nuovo fil-provinċja ta’ Bergamo, il-komun ta’ Montevecchia fil-provinċja ta’ Lecco, il-komuni ta’ Bovisio Masciago, Ceriano Laghetto, Cesano Maderno, Cogliate, Desio, Limbiate, Nova Milanese u Varedo fil-provinċja ta’ Monza u Brianza, u għajr għall-komuni ta’ (ħlief Acquanegra Sul Chiese, Asola, Bozzolo, Canneto sull’Oglio, Casalromano, Marcaria, Mariana Mantovana, Redondesco, Rivarolo Mantovano u San Martino dall’Argine) fil-provinċja ta’ Mantova), il-Marche (għajr għall-komuni ta’ Colli al Metauro, Fano, Pesaro u San Costanzo fil-provinċja ta’ Pesaro e Urbino), il-Molise, Sardegna, Sicilia (għajr għall-komuni ta’ Cesarò fil-provinċja ta’ Messina, Adrano, Bronte u Maniace fil-provinċja ta’ Catania, u Centuripe, Regalbuto u Troina fil-provinċja ta’ Enna), it-Toscana, l-Umbria, il-Valle d’Aosta, il-Veneto (għajr għall-provinċji ta’ Rovigo u Venezia, il-komuni ta’ Barbona, Boara Pisani, Castelbaldo, Masi, Piacenza d’Adige, S. Urbano u Vescovana fil-provinċja ta’ Padova, u l-komuni ta’ Albaredo d’Adige, Angiari, Arcole, Belfiore, Bevilacqua, Bonavigo, Boschi S. Anna, Bovolone, Buttapietra, Caldiero, Casaleone, Castagnaro, Castel d’Azzano, Cerea, Cologna Veneta, Concamarise, Erbè, Gazzo Veronese, Isola della Scala, Isola Rizza, Legnago, Minerbe, Mozzecane, Nogara, Nogarole Rocca, Oppeano, Palù, Povegliano Veronese, Pressana, Ronco all’Adige, Roverchiara, Roveredo di Guà, San Bonifacio, Sanguinetto, San Pietro di Morubbio, San Giovanni Lupatoto, Salizzole, San Martino Buon Albergo, Sommacampagna, Sorgà, Terrazzo, Trevenzuolo, Valeggio sul Mincio, Veronella, Villa Bartolomea, Villafranca di Verona, Vigasio, Zevio u Zimella fil-provinċja ta’ Verona))”;

(ii)

il-punti (h) u (i) jitħassru;

(e)

fil-punti 20, 21, 45 u 52, fir-raba’ kolonna “Żoni protetti”, il-punt (a) jitħassar.


19.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 230/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1788

tal-15 ta’ Settembru 2023

li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 230(1) u 232(1) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprovdi li biex jidħlu fl-Unjoni, il-konsenji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali jridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew minn territorju, jew minn żona jew kompartiment tiegħu, elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li trid tinżamm il-konformità magħhom għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi jew territorji jew żoni tagħhom, jew minn kompartimenti tagħhom fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti tagħhom, li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni tal-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692.

(4)

B’mod aktar partikolari, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji, jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni rispettivament, ta’ konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam, tal-laħam frisk u l-prodotti tal-laħam tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa.

(5)

Ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni dwar tliet tifqigħat tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI) fil-pollam, fiż-żoni amministrattivi ta’ Aberdeenshire fl-Iskozja, u Cheshire u Staffordshire fl-Ingilterra, li ġew ikkonfermati fl-10 ta’ Settembru 2023, fit-8 ta’ Settembru 2023 u fis-7 ta’ Settembru 2023, rispettivament, b’analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(6)

Wara dawk it-tifqigħat riċenti tal-HPAI, l-awtoritajiet veterinarji tar-Renju Unit stabbilew żoni ristretti ta’ mill-anqas 10 km madwar l-istabbilimenti affettwati u implimentaw politika ta’ qerda biex jikkontrollaw il-preżenza tal-HPAI u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda.

(7)

Ir-Renju Unit ssottometta informazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tiegħu u dwar il-miżuri li ħa biex jipprevjeni aktar tixrid tal-HPAI.

(8)

Dik l-informazzjoni ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tqis li, fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fiż-żoni bir-restrizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet veterinarji tar-Renju Unit, id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa minn dawk iż-żoni jenħtieġ li jiġi sospiż, biex jiġi protett l-istatus tas-saħħa tal-annimali tal-Unjoni.

(9)

L-Istati Uniti pprovdew informazzjoni aġġornata lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjonijiet epidemjoloġiċi fit-territorji tagħhom fir-rigward tal-HPAI li wasslu għas-sospensjoni tad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti, kif stabbilit fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.

(10)

L-Istati Uniti ssottomettew informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tagħhom b’rabta ma’ tliet tifqigħat tal-HPAI fi stabbilimenti tal-pollam fl-istat ta’ New York, li ġew ikkonfermati bejn il-25 ta’ Lulju 2023 u t-3 ta’ Awwissu 2023.

(11)

L-Istati Uniti ssottomettew ukoll informazzjoni dwar il-miżuri li ħadu biex jipprevjenu aktar tixrid tal-HPAI. B’mod partikolari, wara dawn it-tifqigħat ta’ dik il-marda, l-Istati Uniti implimentaw politika ta’ qerda biex jikkontrollaw u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda, u lestew ukoll ir-rekwiżit tat-tindif u tad-diżinfezzjoni wara l-implimentazzjoni tal-politika ta’ qerda fl-istabbilimenti tal-pollam infettati fit-territorji tagħhom.

(12)

Il-Kummissjoni evalwat l-informazzjoni sottomessa mill-Istati Uniti. Il-Kummissjoni tqis li l-Istati Uniti pprovdew garanziji xierqa li s-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali li wasslet għas-sospensjonijiet, ma għadhiex tirrappreżenta theddida għas-saħħa tal-annimali jew għas-saħħa pubblika fl-Unjoni, u li għaldaqstant jenħtieġ li jiġi awtorizzat mill-ġdid id-dħul fl-Unjoni tal-komoditajiet tal-pollam miż-żoni kkonċernati tal-Istati Uniti li minnhom kien ġie sospiż id-dħul fl-Unjoni.

(13)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati biex titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-rigward tal-HPAI fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti.

(14)

Filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-Renju Unit fir-rigward tal-HPAI u biex ikun evitat tfixkil bla bżonn fil-kummerċ mal-Istati Uniti, l-emendi li jridu jsiru fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 permezz ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jsiru effettivi b’urġenza.

(15)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikabbiltà

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Settembru 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).


ANNESS

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(i)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żoni US-2.456, US-2.457 u US-2.458 huma sostitwiti b’dan li ġej:

US

L-Istati Uniti

US-2.456

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

25.7.2023

6.9.2023

US-2.457

N, P1

 

29.7.2023

6.9.2023

US-2.458

N, P1

 

3.8.2023

6.9.2023”;

(ii)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni GB-2.318, GB-2.319 u GB-2.220 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona GB-2.317:

GB

Ir-Renju Unit

GB-2.318

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

7.9.2023

 

GB-2.319

N, P1

 

8.9.2023

 

GB-2.320

N, P1

 

10.9.2023”;

 

(b)

fil-Parti 2, fl-entrata għar-Renju Unit, id-deskrizzjonijiet li ġejjin taż-żoni GB-2.318, GB-2.319 u GB-2.320 jiżdiedu wara d-deskrizzjoni taż-żona GB-2.317:

“Ir-Renju Unit

GB-2.318

near Uttoxeter, East Staffordshire, Staffordshire, England, GB

The area contained within a circle of a radius of 10km, centred on WGS84 dec, coordinates Lat: N52.87 and Long: W1.91

GB-2.319

near Warrington, South Warrington, Cheshire, England, GB

The area contained within a circle of a radius of 10km, centred on WGS84 dec, coordinates Lat: N53.34 and Long: W2.60

GB-2.320

near Peterhead, Aberdeenshire, Scotland, GB

The area contained within a circle of a radius of 10km, centred on WGS84 dec, coordinates Lat: N57.53 and Long: W1.94”;

(2)

fl-Anness XIV, fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(a)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żoni US-2.456, US-2.457 u US-2.458 huma sostitwiti b’dan li ġej:

US

L-Istati Uniti

US-2.456

POU, RAT

N, P1

 

25.7.2023

6.9.2023

GBM

P1

 

25.7.2023

6.9.2023

US-2.457

POU, RAT

N, P1

 

29.7.2023

6.9.2023

GBM

P1

 

29.7.2023

6.9.2023

US-2.458

POU, RAT

N, P1

 

3.8.2023

6.9.2023

GBM

P1

 

3.8.2023

6.9.2023”;

(b)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni GB-2.318, GB-2.319 u GB-2.320 jiżdiedu wara r-ringieli għaż-żona GB-2.317:

GB

Ir-Renju Unit

GB-2.318

POU, RAT

N, P1

 

7.9.2023

 

GBM

P1

 

7.9.2023

 

GB-2.319

POU, RAT

N, P1

 

8.9.2023

 

GBM

P1

 

8.9.2023

 

GB-2.320

POU, RAT

N, P1

 

10.9.2023

 

GBM

P1

 

10.9.2023”.

 


DEĊIŻJONIJIET

19.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 230/12


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2023/1789

tal-14 ta’ Settembru 2023

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni ta' sħubija militari tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUMPM Niger), u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2023/614 (EUMPM Niger/2/2023)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2444 tat-12 ta' Diċembru 2022 dwar missjoni ta' sħubija militari tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUMPM Niger) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2022/2444, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni EUMPM Niger (il-"Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE").

(2)

Fl-14 ta' Marzu 2023, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/614 (2) li taħtar lill-Kurunell Antonio D'AGOSTINO bħala Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-EUPM Niger.

(3)

Fis-17 ta' Awwissu 2023, l-awtoritajiet militari Taljani pproponew il-ħatra tal-Kurunell Antonio STASI biex jieħu post il-Kurunell Antonio D'AGOSTINO bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE mid-19 ta' Settembru 2023.

(4)

Fit-23 ta' Awwissu 2023, il-Kmandant tal-Missjoni għall-EUMPM Niger appoġġa din il-proposta.

(5)

Fit-23 ta' Awwissu 2023, il-Kumitat Militari tal-UE rrakkomanda li l-Kurunell Antonio STASI jinħatar bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE mid-19 ta' Settembru 2023.

(6)

Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Kurunell Antonio STASI bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE mid-19 ta' Settembru 2023 u jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2023/614 titħassar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kurunell Antonio STASI huwa b'dan maħtur bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE tal-missjoni ta' sħubija militari tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUMPM Niger) mid-19 ta' Settembru 2023.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (PESK) 2023/614 hija b'dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-19 ta' Settembru 2023.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Settembru 2023.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

D. PRONK


(1)   ĠU L 319, 13.12.2022, p. 86.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2023/614 tal-14 ta’ Marzu 2023 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni ta’ sħubija militari tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUMPM Niger) (EUMPM Niger/1/2023) (ĠU L 80, 20.3.2023, p. 93).


19.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 230/14


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2023/1790

tal-14 ta’ Settembru 2023

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mozambique (EUTM Mozambique), u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2022/1482 (EUTM Mozambique/2/2023)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1143 tat-12 ta’ Lulju 2021 dwar Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mozambique (EUTM Mozambique) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/1143, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) jieħu d-deċiżjonijiet dwar il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika ta’ EUTM Mozambique, inkluż id-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-ħatra ta’ Kmandanti tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għal EUTM Mozambique.

(2)

Il-KPS bid-Deċiżjoni (PESK) 2022/1482 (2) ħatar lill-Komodor Rogério Paulo FIGUEIRA MARTINS de BRITO bħala Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-UE fil-Mozambique (EUTM Mozambique).

(3)

Fl-14 ta’ Lulju 2023, l-awtoritajiet Portugiżi pproponew lill-Brigadier Ġeneral João CARLOS de BASTOS JORGE GONÇALVES biex jieħu post il-Komodor Rogério Paulo FIGUEIRA MARTINS de BRITO bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM Mozambique mill-15 ta’ Settembru 2023.

(4)

Fis-27 ta’ Lulju 2023, il-Kmandant tal-Missjoni tal-UE appoġġa din il-proposta.

(5)

Fil-31 ta’ Lulju 2023, il-Kumitat Militari tal-UE rrakkomanda li l-Brigadier Ġeneral João CARLOS de BASTOS JORGE GONÇALVES jinħatar bħala Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM Mozambique mill-15 ta’ Settembru 2023.

(6)

Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Brigadier Ġeneral João CARLOS de BASTOS JORGE GONÇALVES bħala Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM Mozambique mill-15 ta’ Settembru 2023 u jenħtieġ li titħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2022/1482,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Brigadier Ġeneral João CARLOS de BASTOS JORGE GONÇALVES huwa b’dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mozambique (EUTM Mozambique) mill-15 ta’ Settembru 2023.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (PESK) 2022/1482 hija b’dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Settembru 2023.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Settembru 2023.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

D. PRONK


(1)   ĠU L 247, 13.7.2021, p. 93.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2022/1482 tal-25 ta’ Awwissu 2022 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mozambique (EUTM Mozambique) (EUTM Mozambique/1/2022) (ĠU L 233, 8.9.2022, p. 50).