ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 199

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 66
9 ta' Awwissu 2023


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1614 tal-10 ta’ Lulju 2023 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni f’isem l-Unjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles biex jiġi ffaċilitat it-trasferiment minn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea ta’ persuni arrestati u detenuti skont il-liġi nazzjonali tiegħu talli ħadu sehem, ’il barra mix-xtut tas-Somalja, bi ksur tal-embargo fuq l-armi tan-Nazzjonijiet Uniti fuq is-Somalja jew fi traffikar ta’ drogi narkotiċi

1

 

 

TRADUZZJONI — Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-unjoni ewropea u r-repubblika tas-seychelles biex jiġi ffaċilitat it-trasferiment minn stat membru tal-unjoni ewropea ta’ persuni arrestati u detenuti skont il-liġi nazzjonali tiegħu talli ħadu sehem, ’il barra mix-xtut tas-somalja, bi ksur tal-embargo fuq l-armi tan-nazzjonijiet uniti fuq is-somalja jew fi traffikar ta’ drogi narkotiċi

3

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1615 tat-3 ta’ Mejju 2023 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li taħthom il-kumpens, l-ekwivalenti fi flus ta’ tali kumpens jew kwalunkwe rikavat li jkun dovut skont l-Artikolu 63(1) ta’ dak ir-Regolament għandhom jiġu mgħoddija lill-klijenti u lill-klijenti indiretti u l-kundizzjonijiet li skonthom it-trasferiment għandu jitqies proporzjonat ( 1 )

9

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1616 tat-3 ta’ Mejju 2023 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw iċ-ċirkostanzi li fihom persuna titqies bħala indipendenti mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni u mill-kontroparti ċentrali, il-metodoloġija għall-valutazzjoni tal-valur tal-assi u tal-obbligazzjonijiet ta’ kontroparti ċentrali, is-separazzjoni tal-valwazzjonijiet, il-metodoloġija għall-kalkolu tal-buffer għal telf addizzjonali li għandha tiġi inkluża f’valwazzjonijiet provviżorji, u l-metodoloġija għat-twettiq tal-valwazzjoni għall-applikazzjoni tal-prinċipju li l-ebda kreditur ma jmur agħar ( 1 )

14

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1617 tat-8 ta’ Awwissu 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2011 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-kejbils fibrottiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

34

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1618 tat-8 ta’ Awwissu 2023 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-karbur tat-tungstenu, tal-karbur tat-tungstenu mdewweb u tal-karbur tat-tungstenu mħallat sempliċiment ma’ trab metalliku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

48

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1619 tat-8 ta’ Awwissu 2023 dwar miżuri temporanji ta’ emerġenza li jidderoga fir-rigward tas-sena 2023 minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 u (UE) 2021/2117 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għar-riżoluzzjoni ta’ problemi speċifiċi fis-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-inbid ikkawżati minn avvenimenti meteoroloġiċi avversi

96

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1620 tat-8 ta’ Awwissu 2023 dwar miżuri temporanji ta’ emerġenza li jidderogaw fir-rigward tas-sena 2023 minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, biex isolvu problemi speċifiċi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex ikkawżati minn avvenimenti meteoroloġiċi avversi u miżuri marbuta magħhom

101

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Id-Deċiżjoni Nru 1/2023 tal-Kumitat Speċjalizzat stabbilit bl-Artikolu 8(1)(r) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra tad-19 ta’ Ġunju 2023 li tistabbilixxi formola standard għat-talbiet għal assistenza reċiproka [2023/1621]

103

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

9.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 199/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/1614

tal-10 ta’ Lulju 2023

dwar l-iffirmar u l-konklużjoni f’isem l-Unjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles biex jiġi ffaċilitat it-trasferiment minn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea ta’ persuni arrestati u detenuti skont il-liġi nazzjonali tiegħu talli ħadu sehem, ’il barra mix-xtut tas-Somalja, bi ksur tal-embargo fuq l-armi tan-Nazzjonijiet Uniti fuq is-Somalja jew fi traffikar ta’ drogi narkotiċi

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(5) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2020, il-Kunsill, bid-Deċiżjoni (PESK) 2020/2188 (1), estenda l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta), stabbilita bl-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK (2), sal-31 ta’ Diċembru 2022 u wessa’ l-mandat tagħha sabiex jiġu inklużi ż-żewġ kompiti eżekuttivi sekondarji ta’ kontribut għall-implimentazzjoni tal-embargo fuq l-armi tan-Nazzjonijiet Uniti fuq is-Somalja u l-ġlieda kontra t-traffikar ta’ drogi narkotiċi ’l barra mix-xtut tas-Somalja.

(2)

L-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK tipprevedi li jistgħu jiġu konklużi ftehimiet ma’ Stati terzi, abbażi ta’ awtorizzazzjonijiet mogħtija fuq bażi ta’ każ b’każ mill-Kunsill, biex jiġi ffaċilitat it-trasferiment minn Stat Membru ta’ persuni arrestati u detenuti skont il-liġi nazzjonali tiegħu talli pparteċipaw bi ksur tal-embargo tan-Nazzjonijiet Uniti fuq l-armi fuq is-Somalja jew fit-traffikar ta’ drogi narkotiċi ’l barra mix-xtut tas-Somalja, bil-ħsieb tal-prosekuzzjoni ta’ tali persuni. Tali ftehimiet għandhom jinkludu kundizzjonijiet għat-trasferiment ta’ tali persuni konsistenti mad-dritt internazzjonali rilevanti, b’mod partikolari d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, sabiex jiġi ggarantit b’mod partikolari li l-persuni kkonċernati ma jkunux soġġetti għall-piena tal-mewt, għat-tortura jew għal kwalunkwe trattament krudili, inuman jew degradanti.

(3)

Fl-20 ta’ Mejju 2021, il-Kunsill adotta Deċiżjoni li tawtorizza lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà jiftaħ negozjati mar-Repubblika tas-Seychelles bil-ħsieb tal-konklużjoni ta’ ftehim biex jiġi ffaċilitat it-trasferiment minn Stat Membru ta’ persuni arrestati u detenuti skont il-liġi nazzjonali tiegħu talli ħadu sehem bi ksur tal-embargo fuq l-armi tan-Nazzjonijiet Uniti fuq is-Somalja jew fi traffikar ta’ drogi narkotiċi ’l barra mix-xtut tas-Somalja.

(4)

Fit-12 ta’ Diċembru 2022, permezz tad-Deċiżjoni (PESK) 2022/2441 (3), il-Kunsill biddel l-isem ta’ Atalanta f’EUNAVFOR ATALANTA’, estenda l-mandat tagħha sal-31 ta’ Diċembru 2024 u ddeċieda li, filwaqt li teżerċita l-kompiti tagħha, din għandha tikkontribwixxi għas-sigurtà marittima fil-Punent tal-Oċean Indjan u fil-Baħar l-Aħmar.

(5)

Ġie nnegozjat ftehim bejn l-Unjoni u r-Repubblika tas-Seychelles abbażi tal-awtorizzazzjoni mogħtija mill-Kunsill fl-20 ta’ Mejju 2021.

(6)

Jenħtieġ li l-ftehim bejn l-Unjoni u r-Repubblika tas-Seychelles jiġi approvat f’isem l-Unjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles biex jiġi ffaċilitat it-trasferiment minn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea ta’ persuni arrestati u detenuti skont il-liġi nazzjonali tiegħu talli ħadu sehem, ’il barra mix-xtut tas-Somalja, bi ksur tal-embargo fuq l-armi tan-Nazzjonijiet Uniti fuq is-Somalja jew fi traffikar ta’ drogi narkotiċi (il-“Ftehim”) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni (4).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew il-persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim sabiex tintrabat l-Unjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

P. NAVARRO RÍOS


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/2188 tat-22 ta’ Diċembru 2020 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (ĠU L 435, 23.12.2020, p. 74).

(2)  L-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta’ Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (EUNAVFOR ATALANTA) ((ĠU L 301 12.11.2008, p. 33).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2441 tat-12 ta’ Diċembru 2022 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (ĠU L 319, 13.12.2022, p. 80).

(4)  Ara paġna 3 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


9.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 199/3


TRADUZZJONI

FTEHIM

fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-unjoni ewropea u r-repubblika tas-seychelles biex jiġi ffaċilitat it-trasferiment minn stat membru tal-unjoni ewropea ta’ persuni arrestati u detenuti skont il-liġi nazzjonali tiegħu talli ħadu sehem, ’il barra mix-xtut tas-somalja, bi ksur tal-embargo fuq l-armi tan-nazzjonijiet uniti fuq is-somalja jew fi traffikar ta’ drogi narkotiċi

A.   Ittra mill-Unjoni Ewropea

Brussell, id-19 ta’ Lulju 2023

L-Eċċellenza Tiegħu Sylvestre RADEGONDE

Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu Repubblika tas-Seychelles

Eċċellenza,

L-Unjoni Ewropea (“UE”) kienet qed twettaq operazzjoni militari biex tikkontribwixxi għas-sigurtà marittima fil-Punent tal-Oċean Indjan u fil-Baħar l-Aħmar (“operazzjoni Atalanta”).

L-UE tat lil dik l-operazzjoni militari l-kompiti addizzjonali li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-embargo tan-Nazzjonijiet Uniti fuq l-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja f’konformità mar-Riżoluzzjoni 2182 tal-2014 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, u għall-ġlieda kontra t-traffikar ta’ drogi narkotiċi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja fil-kuntest tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Traffikar Illeċitu fi Drogi Narkotiċi u Sustanzi Psikotropiċi tal-20 ta’ Diċembru 1988.

Fil-kuntest ta’ hawn fuq, għandi l-unur nipproponi li l-UE u r-Repubblika tas-Seychelles ikomplu jikkonsolidaw ir-relazzjonijiet eċċellenti tagħhom, u b’hekk jikkontribwixxu għall-paċi, is-sigurtà u l-istat tad-dritt fir-reġjun tal-Oċean Indjan, speċjalment lil hinn mill-kosta tas-Somalja, billi jikkonkludu Ftehim permezz ta’ Skambju ta’ Ittri biex jiġi Ffaċilitat it-Trasferiment minn Stat Membru tal-UE ta’ Persuni Arrestati u Detenuti Skont il-Liġi Nazzjonali tiegħu għall-Parteċipazzjoni, ‘il Barra mix-Xtut tas-Somalja, bi Ksur tal-Embargo fuq l-Armi tan-Nazzjonijiet Uniti fuq is-Somalja jew fit-Traffikar ta’ Drogi Narkotiċi, li jaqra kif ġej.

“Dan il-Ftehim għandu jkun iggwidat mill-prinċipji stabbiliti hawn taħt.

L-UE u r-Repubblika tas-Seychelles:

(a)

jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom li jżommu ordni legali għall-ibħra u l-oċeani abbażi tal-prinċipji tad-dritt internazzjonali, kif rifless b’mod partikolari fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (UNCLOS), li saret f’Montego Bay fl-10 ta’ Diċembru 1982;

(b)

jissottolinjaw l-ħtieġa urġenti għal kooperazzjoni internazzjonali fit-trażżin tat-traffiku marittimu illeċitu tad-drogi, b’mod partikolari dak ‘il barra mix-xtut tas-Somalja, li huwa rikonoxxut bħala attività illegali fil-’’Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Traffiku Illeċitu ta’ Drogi Narkotiċi u Sustanzi Psikotropiċi’’, magħmula fi Vjenna fl-20 ta’ Diċembru 1988, speċifikament l-Artikolu 17 tagħha rigward ‘‘Traffiku illeċitu bil-baħar’’;

(c)

ifakkru li l-Konvenzjoni msemmija hawn fuq tipprevedi, fost l-oħrajn, li l-Partijiet għal dik il-Konvenzjoni għandhom jikkunsidraw li jidħlu fi ftehimiet bilaterali jew reġjonali, jew ftehimiet biex iwettqu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17 tagħha , jew biex itejbu l-effettività tagħhom fir-rigward tat-’’traffiku illeċitu bil-baħar’’;

(d)

jenfasizzaw il-ħtieġa urġenti għal kooperazzjoni internazzjonali fl-implimentazzjoni tal-embargo fuq l-armi tan-Nazzjonijiet Uniti ‘l barra mix-xtut tas-Somalja f’konformità mar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 2662 (2022), li ġeddet id-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-paragrafu 15 tal-UNSCR 2182 (2014) li jawtorizzaw lill-Istati biex, filwaqt li jaġixxu fuq livell nazzjonali jew permezz ta’ sħubijiet navali multinazzjonali volontarji, jispezzjonaw, mingħajr dewmien żejjed, fl-ilmijiet territorjali tas-Somalja u fl-ibħra internazzjonali ‘l barra mix-xtut tas-Somalja li jestendu sa u jinkludu l-baħar Għarbi u l-Golf Persjan, bastimenti fi triqthom lejn is-Somalja jew minnha li fir-rigward tagħhom ikollhom bażi raġonevoli biex jemmnu li qed iġorru armi jew tagħmir militari lejn is-Somalja, direttament jew indirettament, bi ksur tal-embargo fuq l-armi fuq is-Somalja; u

(e)

jinnotaw li l-Istati Membri tal-UE li jieħdu sehem fl-operazzjoni Atalanta jistgħu jarrestaw, iżommu u jittrasferixxu lejn Stat terz, fil-kapaċità nazzjonali tagħhom abbażi tal-liġi domestika tagħhom, persuni involuti fi traffikar tal-armi jew fi traffikar ta’ drogi narkotiċi u billi l-UE tista’ tikkonkludi ftehimiet ma’ dak l-Istat terz biex jiġi ffaċilitat it-trasferiment minn Stat Membru tal-UE ta’ persuni arrestati u detenuti skont il-liġi nazzjonali tiegħu talli ħadu sehem bi ksur tal-embargo fuq l-armi tan-Nazzjonijiet Uniti fuq is-Somalja jew fi traffikar ta’ drogi narkotiċi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja, bil-ħsieb tal-prosekuzzjoni ta’ tali persuni.

Barra minn hekk, l-UE u r-Repubblika tas-Seychelles jaqblu dwar l-arranġamenti li ġejjin:

1.

Il-Gvern tar-Repubblika tas-Seychelles jista’ jawtorizza lil Stat Membru tal-UE li jikkontribwixxi għall-operazzjoni Atalanta biex jittrasferixxi lejn ir-Repubblika tas-Seychelles, traffikanti suspettati ta’ armi jew ta’ drogi narkotiċi arrestati fil-kuntest tal-operazzjoni Atalanta fiż-żona ekonomika esklużiva, fil-baħar territorjali, fl-ilmijiet arċipelaġiċi u fl-ilmijiet interni tar-Repubblika tas-Seychelles. Dik l-awtorizzazzjoni hija estiża għall-bastimenti bil-bandiera tas-Seychelles u għal ċittadini tas-Seychelles fuq bastimenti b’bandiera mhux tas-Seychelles lil hinn mil-limitu msemmi hawn fuq u f’ċirkostanzi oħra fl-ibħra internazzjonali fid-diskrezzjoni tar-Repubblika tas-Seychelles.

2.

L-UE, konxja mill-kapaċitajiet limitati tar-Repubblika tas-Seychelles li taċċetta talbiet għat-trasferiment, id-detenzjoni, il-prosekuzzjoni u l-inkarċerazzjoni ta’ traffikanti suspettati ta’ armi u ta’ drogi narkotiċi, għandha tipprovdi assistenza finanzjarja, materjali, loġistika, leġiżlattiva, infrastrutturali u ta’ riżorsi umani lir-Repubblika tas-Seychelles għad-detenzjoni, it-tkomplija tal-inkarċerazzjoni, l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni, il-proċess u r-ripatrijazzjoni tat-traffikanti suspettati jew kundannati ta’ armi u ta’ drogi narkotiċi. Ir-Repubblika tas-Seychelles u l-UE jistgħu, kif meħtieġ, jidħlu f’arranġamenti ta’ implimentazzjoni dwar kwistjonijiet finanzjarji għall-implimentazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni.

3.

Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mir-Repubblika tas-Seychelles u l-Istat Membru tal-UE li ttrasferixxa t-traffikanti suspettati ta’ armi jew ta’ drogi narkotiċi lejn ir-Repubblika tas-Seychelles, l-Uffiċjal ta’ Kollegament ta’ Atalanta għandu jkun il-persuna ta’ kuntatt ewlenija għar-Repubblika tas-Seychelles fl-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

4.

Jekk ir-Repubblika tas-Seychelles taqbel mat-trasferiment ta’ priġunier skont il-punt 1 hawn fuq, l-Avukat Ġenerali tas-Seychelles għandu jkollu 10 jiem ta’ xogħol mill-iskadenza ta’ ordni tal-qorti kompetenti għaż-żamma tal-persuni ssuspettati trasferiti biex jiddeċiedi dwar is-suffiċjenza tal-evidenza disponibbli għall-prosekuzzjoni.

5.

L-Istat Membru tal-UE li jkun ittrasferixxa lit-traffikanti suspettati ta’ armi jew ta’ drogi narkotiċi lejn ir-Repubblika tas-Seychelles għandu minnufih jiżgura, fuq talba mir-Repubblika tas-Seychelles, li l-persuni trasferiti jiġu trasferiti lura lejn il-pajjiż ta’ oriġini tagħhom jew lejn kwalunkwe pajjiż adatt ieħor, fi żmien għaxart ijiem minn meta l-Istat Membru tal-UE jkun ġie nnotifikat b’tali deċiżjoni, fil-każ ta’:

(a)

deċiżjoni mill-Avukat Ġenerali tas-Seychelles li ma hemmx evidenza suffiċjenti għal prosekuzzjoni;

(b)

fejn ir-Repubblika tas-Seychelles tiddeċiedi li ma tixtieqx aktar tħarrek lill-persuni trasferiti;

(c)

il-ħelsien mill-ħtija tal-persuni suspettati, it-tneħħija tar-reati suspettati jew ir-riżoluzzjoni bi kwalunkwe mod ieħor tal-każ; jew

(d)

l-iskontar tal-perjodu ta’ priġunerija jew tal-proċedura għat-trasferiment lejn il-pajjiż ta’ oriġini jew kwalunkwe pajjiż ieħor biex jitwettaq kwalunkwe perjodu ta’ priġunerija f’konformità mal-ftehimiet rilevanti.

6.

L-UE u l-Gvern tar-Repubblika tas-Seychelles jaqblu li l-persuni trasferiti, fil-każ ta’ kwalunkwe talba mir-Repubblika tas-Seychelles f’dak ir-rigward skont il-punt 5 hawn fuq, għandhom jiġu akkomodati f’faċilitajiet apposta fis-Seychelles sakemm isir it-trasferiment ulterjuri tagħhom.

7.

L-UE u l-Gvern tar-Repubblika tas-Seychelles jaqblu wkoll li għandhom japplikaw il-garanziji li ġejjin fir-rigward tal-persuni trasferiti:

(a)

persuni trasferiti għandhom jiġu trattati b’mod uman u ma għandhomx ikunu soġġetti għal tortura jew għal trattament jew piena kattiva, inumana jew degradanti, jew għall-piena tal-mewt, għandhom jirċievu akkomodazzjoni u ikel adegwat, ikollhom aċċess għal trattament mediku u għandhom ikunu jistgħu jwettqu osservanza reliġjuża;

(b)

persuni trasferiti għandhom jitressqu fil-pront quddiem imħallef jew uffiċjal ieħor awtorizzat mil-liġi biex jeżerċita setgħa ġudizzjarja, li għandu jiddeċiedi mingħajr dewmien dwar il-legalità tad-detenzjoni tagħhom u għandu jordna r-rilaxx tagħhom jekk id-detenzjoni ma tkunx legali;

(c)

persuni trasferiti għandhom ikunu intitolati għal proċess fi żmien raġonevoli jew għal rilaxx;

(d)

fid-determinazzjoni ta’ kwalunkwe akkuża kriminali kontrihom, persuni trasferiti għandhom ikunu intitolati għal smigħ ġust u pubbliku minn tribunal kompetenti, indipendenti u imparzjali stabbilit mil-liġi;

(e)

persuni trasferiti akkużati b’reat kriminali għandhom jitqiesu innoċenti sakemm ma jinstabux ħatja skont il-liġi;

(f)

fid-determinazzjoni ta’ kwalunkwe akkuża kriminali kontrihom, persuni trasferiti għandhom ikunu intitolati għall-garanziji minimi li ġejjin, taħt kundizzjonijiet ta’ ugwaljanza sħiħa:

(i)

li jiġu informati minnufih u fid-dettall, f’lingwa li tifhem, bin-natura tal-akkuża kontrihom;

(ii)

li jkollhom żmien u faċilitajiet adegwati għat-tħejjija tad-difiża tagħhom u biex jikkomunikaw ma’ avukat tal-għażla tagħhom;

(iii)

li jiddefendu lilhom infushom personalment jew permezz ta’ għajnuna legali tal-għażla tagħhom; li jiġu informati, jekk ma jkollhomx għajnuna legali, b’dan id-dritt; u li jkollhom assistenza legali assenjata lilhom, fi kwalunkwe każ fejn l-interessi tal-ġustizzja jesiġu dan, u mingħajr ħlas mingħandhom fi kwalunkwe każ bħal dan jekk ma jkollhomx mezzi suffiċjenti sabiex iħallsu għaliha;

(iv)

li jeżaminaw, jew tiġi eżaminata għalihom, l-evidenza kollha kontrihom, inkluż affidavits ta’ xhieda li wettqu l-arrest, u li jiksbu l-attendenza u l-eżami ta’ xhieda f’isimhom taħt l-istess kundizzjonijiet bħal tax-xhieda kontrihom;

(v)

li jkollhom l-assistenza bla ħlas ta’ interpretu jekk ma jkunux jifhmu jew jitkellmu l-lingwa użata fil-qorti; u

(vi)

li ma jkunux imġegħla jixhdu kontrihom stess jew li jammettu l-ħtija.

(g)

persuni trasferiti li jiġu kkundannati b’reat għandhom jitħallew ikollhom id-dritt li l-kundanna u s-sentenza tagħhom jiġu riveduti minn tribunal ogħla, jew li jappellaw il-kundanna quddiemu, f’konformità mal-liġi tas-Seychelles; u

(h)

ir-Repubblika tas-Seychelles ma għandha tittrasferixxi l-ebda persuna trasferita lejn kwalunkwe Stat ieħor mingħajr il-kunsens bil-miktub minn qabel mill-Istat Membru tal-UE li jkun ġab lill-persuna fir-Repubblika tas-Seychelles.

8.

Tilwim li jirriżulta mill-implimentazzjoni jew l-interpretazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandu jiġi solvut mill-UE u l-Gvern tar-Repubblika tas-Seychelles b’negozjati permezz ta’ mezzi diplomatiċi.

9.

Dan il-Ftehim jista’ jiġi emendat b’kunsens bil-miktub bejn l-UE u r-Repubblika tas-Seychelles. Tali emendi għandhom jidħlu fis-seħħ f’data li tista’ tiġi miftiehma mill-UE u l-Gvern tar-Repubblika tas-Seychelles.

10.

L-UE u l-Repubblika tas-Seychelles jistgħu jitterminaw dan il-Ftehim fi kwalunkwe ħin permezz ta’ notifika bil-miktub li tinforma lill-Parti l-oħra bl-intenzjoni li titterminah. It-terminazzjoni għandha tidħol fis-seħħ sitt xhur wara d-data minn meta tasal in-notifika. It-terminazzjoni ta’ dan il-Ftehim ma għandha taffettwa l-ebda dritt tal-Partijiet li jirriżulta mill-eżekuzzjoni ta’ dan il-Ftehim qabel tali terminazzjoni, inkluż id-drittijiet ta’ kwalunkwe persuna trasferita dment li l-persuna tkun detenuta f’kustodja jew tkun għaddejja l-prosekuzzjoni tagħha mir-Repubblika tas-Seychelles meta t-terminazzjoni tidħol fis-seħħ, u lanqas ma għandha taffettwa kwalunkwe obbligu ieħor skont dan il-Ftehim, inkluż obbligi finanzjarji; sakemm ma jkunx maqbul mod ieħor mill-UE u r-Repubblika tas-Seychelles.”

Eċċellenza,

Jekk il-prinċipji u l-arranġamenti stabbiliti hawn fuq huma aċċettabbli għar-Repubblika tas-Seychelles, għandi l-unur nipproponi li din l-ittra u t-tweġiba tal-Eċċellenza Tiegħek f’dan is-sens jikkostitwixxu ftehim internazzjonali legalment vinkolanti bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles, li ser jidħol fis-seħħ fid-data li fiha tasal l-ittra ta’ tweġiba tiegħek.

Aċċetta, Eċċellenza, l-assigurazzjoni tal-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

Dejjem Tiegћek,

Għall-Unjoni Ewropea

Josep BORRELL FONTELLES

B.   Ittra mir-Repubblika tas-Seychelles

Victoria, it-3 ta’ Awwissu 2023

Is-Sur Josep BORRELL FONTELLES

Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà

Eċċellenza,

Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek datata d-19 ta’ Lulju 2023 li tipproponi Ftehim bejn ir-Repubblika tas-Seychelles u l-Unjoni Ewropea permezz ta’ Skambju ta’ Ittri biex jiġi Ffaċilitat it-Trasferiment minn Stat Membru tal-UE ta’ Persuni Arrestati u Detenuti Skont il-Liġi Nazzjonali tiegħu talli Ħadu Sehem, ‘il Barra mix-Xtut tas-Somalja, bi Ksur tal-Embargo Fuq l-Armi tan-Nazzjonijiet Uniti fuq is-Somalja jew fi Traffikar ta’ Drogi Narkotiċi, li jinqara kif ġej:

“Dan il-Ftehim għandu jkun iggwidat mill-prinċipji stabbiliti hawn taħt.

L-UE u r-Repubblika tas-Seychelles:

(a)

jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom li jżommu ordni legali għall-ibħra u l-oċeani abbażi tal-prinċipji tad-dritt internazzjonali, kif rifless b’mod partikolari fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (UNCLOS), li saret f’Montego Bay fl-10 ta’ Diċembru 1982;

(b)

jissottolinjaw l-ħtieġa urġenti għal kooperazzjoni internazzjonali fit-trażżin tat-traffiku marittimu illeċitu tad-drogi, b’mod partikolari dak ‘il barra mix-xtut tas-Somalja, li huwa rikonoxxut bħala attività illegali fil-’’Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Traffiku Illeċitu ta’ Drogi Narkotiċi u Sustanzi Psikotropiċi’’, magħmula fi Vjenna fl-20 ta’ Diċembru 1988, speċifikament l-Artikolu 17 tagħha rigward ‘‘Traffiku illeċitu bil-baħar’’;

(c)

ifakkru li l-Konvenzjoni msemmija hawn fuq tipprevedi, fost l-oħrajn, li l-Partijiet għal dik il-Konvenzjoni għandhom jikkunsidraw li jidħlu fi ftehimiet bilaterali jew reġjonali, jew ftehimiet biex iwettqu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17 tagħha, jew biex itejbu l-effettività tagħhom -fir-rigward tat-’’traffiku illeċitu bil-baħar’’;

(d)

jenfasizzaw il-ħtieġa urġenti għal kooperazzjoni internazzjonali fl-implimentazzjoni tal-embargo fuq l-armi tan-Nazzjonijiet Uniti ‘l barra mix-xtut tas-Somalja f’konformità mar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 2662 (2022), li ġeddet id-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-paragrafu 15 tal-UNSCR 2182 (2014) li jawtorizzaw lill-Istati biex, filwaqt li jaġixxu fuq livell nazzjonali jew permezz ta’ sħubijiet navali multinazzjonali volontarji, jispezzjonaw, mingħajr dewmien żejjed, fl-ilmijiet territorjali tas-Somalja u fl-ibħra internazzjonali ‘l barra mix-xtut tas-Somalja li jestendu sa u jinkludu l-baħar Għarbi u l-Golf Persjan, bastimenti fi triqthom lejn is-Somalja jew minnha li fir-rigward tagħhom ikollhom bażi raġonevoli biex jemmnu li qed iġorru armi jew tagħmir militari lejn is-Somalja, direttament jew indirettament, bi ksur tal-embargo fuq l-armi fuq is-Somalja; u

(e)

jinnotaw li l-Istati Membri tal-UE li jieħdu sehem fl-operazzjoni Atalanta jistgħu jarrestaw, iżommu u jittrasferixxu lejn Stat terz, fil-kapaċità nazzjonali tagħhom abbażi tal-liġi domestika tagħhom, persuni involuti fi traffikar tal-armi jew fi traffikar ta’ drogi narkotiċi u billi l-UE tista’ tikkonkludi ftehimiet ma’ dak l-Istat terz biex jiġi ffaċilitat it-trasferiment minn Stat Membru tal-UE ta’ persuni arrestati u detenuti skont il-liġi nazzjonali tiegħu talli ħadu sehem bi ksur tal-embargo fuq l-armi tan-Nazzjonijiet Uniti fuq is-Somalja jew fi traffikar ta’ drogi narkotiċi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja, bil-ħsieb tal-prosekuzzjoni ta’ tali persuni.

Barra minn hekk, l-UE u r-Repubblika tas-Seychelles jaqblu dwar l-arranġamenti li ġejjin

1.

Il-Gvern tar-Repubblika tas-Seychelles jista’ jawtorizza lil Stat Membru tal-UE li jikkontribwixxi għall-operazzjoni Atalanta biex jittrasferixxi lejn ir-Repubblika tas-Seychelles, traffikanti suspettati ta’ armi jew ta’ drogi narkotiċi arrestati fil-kuntest tal-operazzjoni Atalanta fiż-żona ekonomika esklużiva, fil-baħar territorjali, fl-ilmijiet arċipelaġiċi u fl-ilmijiet interni tar-Repubblika tas-Seychelles. Dik l-awtorizzazzjoni hija estiża għall-bastimenti bil-bandiera tas-Seychelles u għal ċittadini tas-Seychelles fuq bastimenti b’bandiera mhux tas-Seychelles lil hinn mil-limitu msemmi hawn fuq u f’ċirkostanzi oħra fl-ibħra internazzjonali fid-diskrezzjoni tar-Repubblika tas-Seychelles.

2.

L-UE, konxja mill-kapaċitajiet limitati tar-Repubblika tas-Seychelles li taċċetta talbiet għat-trasferiment, id-detenzjoni, il-prosekuzzjoni u l-inkarċerazzjoni ta’ traffikanti suspettati ta’ armi u ta’ drogi narkotiċi, għandha tipprovdi assistenza finanzjarja, materjali, loġistika, leġiżlattiva, infrastrutturali u ta’ riżorsi umani lir-Repubblika tas-Seychelles għad-detenzjoni, it-tkomplija tal-inkarċerazzjoni, l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni, il-proċess u r-ripatrijazzjoni tat-traffikanti suspettati jew kundannati ta’ armi u ta’ drogi narkotiċi. Ir-Repubblika tas-Seychelles u l-UE jistgħu, kif meħtieġ, jidħlu f’arranġamenti ta’ implimentazzjoni dwar kwistjonijiet finanzjarji għall-implimentazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni.

3.

Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mir-Repubblika tas-Seychelles u l-Istat Membru tal-UE li ttrasferixxa t-traffikanti suspettati ta’ armi jew ta’ drogi narkotiċi lejn ir-Repubblika tas-Seychelles, l-Uffiċjal ta’ Kollegament ta’ Atalanta għandu jkun il-persuna ta’ kuntatt ewlenija għar-Repubblika tas-Seychelles fl-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

4.

Jekk ir-Repubblika tas-Seychelles taqbel mat-trasferiment ta’ priġunier skont il-punt 1 hawn fuq, l-Avukat Ġenerali tas-Seychelles għandu jkollu 10 jiem ta’ xogħol mill-iskadenza ta’ ordni tal-qorti kompetenti għaż-żamma tal-persuni ssuspettati trasferiti biex jiddeċiedi dwar is-suffiċjenza tal-evidenza disponibbli għall-prosekuzzjoni.

5.

L-Istat Membru tal-UE li jkun ittrasferixxa lit-traffikanti suspettati ta’ armi jew ta’ drogi narkotiċi lejn ir-Repubblika tas-Seychelles għandu minnufih jiżgura, fuq talba mir-Repubblika tas-Seychelles, li l-persuni trasferiti jiġu trasferiti lura lejn il-pajjiż ta’ oriġini tagħhom jew lejn kwalunkwe pajjiż adatt ieħor, fi żmien għaxart ijiem minn meta l-Istat Membru tal-UE jkun ġie nnotifikat b’tali deċiżjoni, fil-każ ta’:

(a)

deċiżjoni mill-Avukat Ġenerali tas-Seychelles li ma hemmx evidenza suffiċjenti għal prosekuzzjoni;

(b)

fejn ir-Repubblika tas-Seychelles tiddeċiedi li ma tixtieqx aktar tħarrek lill-persuni trasferiti;

(c)

il-ħelsien mill-ħtija tal-persuni suspettati, it-tneħħija tar-reati suspettati jew ir-riżoluzzjoni bi kwalunkwe mod ieħor tal-każ; jew

(d)

l-iskontar tal-perjodu ta’ priġunerija jew tal-proċedura għat-trasferiment lejn il-pajjiż ta’ oriġini jew kwalunkwe pajjiż ieħor biex jitwettaq kwalunkwe perjodu ta’ priġunerija f’konformità mal-ftehimiet rilevanti.

6.

L-UE u l-Gvern tar-Repubblika tas-Seychelles jaqblu li l-persuni trasferiti, fil-każ ta’ kwalunkwe talba mir-Repubblika tas-Seychelles f’dak ir-rigward skont il-punt 5 hawn fuq, għandhom jiġu akkomodati f’faċilitajiet apposta fis-Seychelles sakemm isir it-trasferiment ulterjuri tagħhom.

7.

L-UE u l-Gvern tar-Repubblika tas-Seychelles jaqblu wkoll li għandhom japplikaw il-garanziji li ġejjin fir-rigward tal-persuni trasferiti:

(a)

persuni trasferiti għandhom jiġu trattati b’mod uman u ma għandhomx ikunu soġġetti għal tortura jew għal trattament jew piena kattiva, inumana jew degradanti, jew għall-piena tal-mewt, għandhom jirċievu akkomodazzjoni u ikel adegwat, ikollhom aċċess għal trattament mediku u għandhom ikunu jistgħu jwettqu osservanza reliġjuża;

(b)

persuni trasferiti għandhom jitressqu fil-pront quddiem imħallef jew uffiċjal ieħor awtorizzat mil-liġi biex jeżerċita setgħa ġudizzjarja, li għandu jiddeċiedi mingħajr dewmien dwar il-legalità tad-detenzjoni tagħhom u għandu jordna r-rilaxx tagħhom jekk id-detenzjoni ma tkunx legali;

(c)

persuni trasferiti għandhom ikunu intitolati għal proċess fi żmien raġonevoli jew għal rilaxx;

(d)

fid-determinazzjoni ta’ kwalunkwe akkuża kriminali kontrihom, persuni trasferiti għandhom ikunu intitolati għal smigħ ġust u pubbliku minn tribunal kompetenti, indipendenti u imparzjali stabbilit mil-liġi;

(e)

persuni trasferiti akkużati b’reat kriminali għandhom jitqiesu innoċenti sakemm ma jinstabux ħatja skont il-liġi;

(f)

fid-determinazzjoni ta’ kwalunkwe akkuża kriminali kontrihom, persuni trasferiti għandhom ikunu intitolata għall-garanziji minimi li ġejjin, taħt kundizzjonijiet ta’ ugwaljanza sħiħa:

(i)

li jiġu informati minnufih u fid-dettall, f’lingwa li tifhem, bin-natura tal-akkuża kontrihom;

(ii)

li jkollhom żmien u faċilitajiet adegwati għat-tħejjija tad-difiża tagħhom u biex jikkomunikaw ma’ avukat tal-għażla tagħhom;

(iii)

li jiddefendu lilhom infushom personalment jew permezz ta’ għajnuna legali tal-għażla tagħhom; li jiġu informati, jekk ma jkollhomx għajnuna legali, b’dan id-dritt; u li jkollhom assistenza legali assenjata lilhom, fi kwalunkwe każ fejn l-interessi tal-ġustizzja jesiġu dan, u mingħajr ħlas mingħandhom fi kwalunkwe każ bħal dan jekk ma jkollhomx mezzi suffiċjenti sabiex iħallsu għaliha;

(iv)

li jeżaminaw, jew tiġi eżaminata għalihom, l-evidenza kollha kontrihom, inkluż affidavits ta’ xhieda li wettqu l-arrest, u li jiksbu l-attendenza u l-eżami ta’ xhieda f’isimhom taħt l-istess kundizzjonijiet bħal tax-xhieda kontrihom;

(v)

li jkollhom l-assistenza bla ħlas ta’ interpretu jekk ma jkunux jifhmu jew jitkellmu l-lingwa użata fil-qorti; u

(vi)

li ma jkunux imġegħla jixhdu kontrihom stess jew li jammettu l-ħtija.

(g)

persuni trasferiti li jiġi kkundannati b’reat għandhom jitħallew ikollhom id-dritt li l-kundanna u s-sentenza tagħhom jiġu riveduti minn tribunal ogħla, jew li jappellaw il-kundanna quddiemu, f’konformità mal-liġi tas-Seychelles; u

(h)

ir-Repubblika tas-Seychelles ma għandha tittrasferixxi l-ebda persuna trasferita lejn kwalunkwe Stat ieħor mingħajr il-kunsens bil-miktub minn qabel mill-Istat Membru tal-UE li jkun ġab lill-persuna fir-Repubblika tas-Seychelles.

8.

Tilwim li jirriżulta mill-implimentazzjoni jew l-interpretazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandu jiġi solvut mill-UE u l-Gvern tar-Repubblika tas-Seychelles b’negozjati permezz ta’ mezzi diplomatiċi.

9.

Dan il-Ftehim jista’ jiġi emendat b’kunsens bil-miktub bejn l-UE u r-Repubblika tas-Seychelles. Tali emendi għandhom jidħlu fis-seħħ f’data li tista’ tiġi miftiehma mill-UE u l-Gvern tar-Repubblika tas-Seychelles.

10.

L-UE u r-Repubblika tas-Seychelles jistgħu jitterminaw dan il-Ftehim fi kwalunkwe ħin permezz ta’ notifika bil-miktub li tinforma lill-Parti l-oħra bl-intenzjoni li titterminah. It-terminazzjoni għandha tidħol fis-seħħ sitt xhur wara d-data minn meta tasal in-notifika. It-terminazzjoni ta’ dan il-Ftehim ma għandha taffettwa l-ebda dritt tal-Partijiet li jirriżulta mill-eżekuzzjoni ta’ dan il-Ftehim qabel tali terminazzjoni, inkluż id-drittijiet ta’ kwalunkwe persuna trasferita dment li l-persuna tkun detenuta f’kustodja jew tkun għaddejja l-prosekuzzjoni tagħha mir-Repubblika tas-Seychelles meta t-terminazzjoni tidħol fis-seħħ, u lanqas ma għandha taffettwa kwalunkwe obbligu ieħor skont dan il-Ftehim, inkluż obbligi finanzjarji; sakemm ma jkunx maqbul mod ieħor mill-UE u r-Repubblika tas-Seychelles.”

Għandi l-unur nikkonferma, f’isem ir-Repubblika tas-Seychelles, li l-Ftehim propost fl-ittra tiegħek huwa aċċettabbli għar-Repubblika tas-Seychelles.

L-ittra tal-Eċċellenza Tiegħek u din it-tweġiba jikkostitwixxu ftehim internazzjonali legalment vinkolanti bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles, li ser jidħol fis-seħħ fid-data li fiha tasal din l-ittra ta’ tweġiba.

Aċċetta, Eċċellenza, l-assigurazzjoni tal-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

Dejjem Tiegћek,

Għar-Repubblika tas-Seychelles

Sylvestre RADEGONDE


REGOLAMENTI

9.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 199/9


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1615

tat-3 ta’ Mejju 2023

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li taħthom il-kumpens, l-ekwivalenti fi flus ta’ tali kumpens jew kwalunkwe rikavat li jkun dovut skont l-Artikolu 63(1) ta’ dak ir-Regolament għandhom jiġu mgħoddija lill-klijenti u lill-klijenti indiretti u l-kundizzjonijiet li skonthom it-trasferiment għandu jitqies proporzjonat

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1095/2010, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 806/2014 u (UE) 2015/2365 u d-Direttivi 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2007/36/KE, 2014/59/UE u (UE) 2017/1132 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 63(2), it-tielet subparagrafu tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) 2021/23 jiddikjara li l-arranġamenti kuntrattwali li jippermettu lill-membri tal-ikklirjar jgħaddu lill-klijenti tagħhom il-konsegwenzi negattivi tal-għodod ta’ riżoluzzjoni għandhom jinkludu wkoll, fuq bażi ekwivalenti u proporzjonata, id-dritt tal-klijenti għal kwalunkwe rimborż jew kumpens li l-membri tal-ikklirjar jirċievu f’konformità mal-Artikolu 27(6) tar-Regolament 2021/23 jew kwalunkwe ekwivalenti ta’ flus ta’ tali rimborż jew kumpens jew kwalunkwe rikavat li jkunu rċevew wara pretensjoni magħmula f’konformità mal-Artikolu 62 tar-Regolament (UE) 2021/23 (“rimborż”), sal-punt li tali rikavat ikun relatat mal-pożizzjonijiet tal-klijenti u l-kontribuzzjonijiet tagħhom, u li dawk id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw ukoll għall-arranġamenti kuntrattwali minn klijenti u klijenti indiretti li jipprovdu servizzi tal-ikklirjar indiretti lill-klijenti tagħhom.

(2)

Sabiex tiġi żgurata distribuzzjoni ekwivalenti u proporzjonata tar-rimborż, il-fornituri tas-servizzi tal-ikklirjar jenħtieġ li jiddistribwixxu, b’mod ġust u nondiskriminatorju, il-forom differenti ta’ rimborż lill-utenti tas-servizzi tal-ikklirjar ikkonċernati. Il-parti tar-rimborż riċevuta minn kull utent tas-servizz tal-ikklirjar ikkonċernat jenħtieġ li tkun proporzjonata għall-kontribuzzjoni magħmula minn tali utent tas-servizzi tal-ikklirjar għar-riżoluzzjoni tas-CCP, li għaliha kellu aċċess indirett permezz tal-fornitur tas-servizzi tal-ikklirjar ikkonċernat u fejn tali kontribuzzjoni tirriżulta f’pagament skont l-Artikolu 27(6) jew l-Artikolu 62 tar-Regolament (UE) 2021/23 (“kontribuzzjoni kwalifikanti”). Għall-istess raġuni, l-utenti tas-servizzi tal-ikklirjar jenħtieġ li jirċievu r-rimborż tagħhom mingħajr ebda tpaċija, sakemm utent tas-servizz tal-ikklirjar ma jkollux obbligu li jkun dovut u pagabbli lil fornitur tas-servizzi tal-ikklirjar li fl-istess ħin ikun taħt l-obbligu li jgħaddi r-rimborż lil dak l-utent tas-servizz tal-ikklirjar. Madankollu, sabiex jiġi evitat li tali tpaċija jew netting jirriżultaw fi tnaqqis mhux dovut tal-ammonti dovuti lill-utenti tas-servizzi tal-ikklirjar aktar ’l isfel fil-katina tal-ikklirjar, fejn ir-riċevitur ikun ukoll fornitur tas-servizzi tal-ikklirjar, ir-rimborż li għandu jiġi mgħoddi lill-utenti tas-servizzi tal-ikklirjar tiegħu jenħtieġ li jiġi kkalkulat abbażi tar-rimborż riċevut mill-fornitur tas-servizzi tal-ikklirjar qabel ma jkun sar kwalunkwe tnaqqis jew tpaċija.

(3)

Ir-rimborżi jenħtieġ li jiġu allokati b’mod ġust u nondiskriminatorju lill-utenti kollha tas-servizzi tal-ikklirjar li jkunu għamlu kontribuzzjoni kwalifikanti u għall-kontijiet proprji tal-fornitur tas-servizzi tal-ikklirjar fejn tali fornitur tas-servizzi tal-ikklirjar ikun għamel ukoll kontribuzzjoni kwalifikanti. Sabiex ikomplu jiġu evitati d-diskriminazzjoni jew it-trattamenti inġusti, jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi tal-ikklirjar ma japplikaw l-ebda klawżola ta’ subordinazzjoni, u lanqas kwalunkwe klassifikazzjoni meta jiddistribwixxu tali rimborżi.

(4)

Il-kundizzjonijiet tas-suq matul fażi ta’ riżoluzzjoni x’aktarx li jkunu diffiċli ħafna. Huwa għalhekk meħtieġ li l-utenti tas-servizzi tal-ikklirjar jiġu pprovduti bi trasparenza u li jiġu assigurati li l-assi u l-istrumenti finanzjarji maħsuba għad-distribuzzjoni tar-rimborż huma protetti fil-każ ta’ inadempjenza tal-fornitur tas-servizzi tal-ikklirjar tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi tal-ikklirjar, meta jirċievu rimborż f’isem utent ta’ servizz tal-ikklirjar, iżommu tali rimborż f’kont separat u segregat.

(5)

Il-firxa ta’ assi finanzjarji jew strumenti finanzjarji li jistgħu jintużaw biex jikkumpensaw lill-membri tal-ikklirjar, lill-klijenti u lill-klijenti indiretti hija wiesgħa ħafna u assi u strumenti differenti jġorru riskji differenti. Sabiex tiġi żgurata d-distribuzzjoni ġusta u ugwali tar-rimborż, il-fornituri tas-servizzi tal-ikklirjar jenħtieġ li jaqsmu t-tipi differenti ta’ assi finanzjarji u strumenti finanzjarji li jkunu rċevew bħala rimborż b’mod ugwali bejn kull wieħed mill-utenti tas-servizzi tal-ikklirjar u l-kontijiet tagħhom stess. Jenħtieġ li tali diviżjoni tkun proporzjonali għall-kontribuzzjoni kwalifikanti magħmula minn dawk l-utenti tas-servizzi tal-ikklirjar għar-riżoluzzjoni tas-CCP li għaliha għandhom aċċess indirett permezz ta’ dawk il-fornituri tas-servizzi tal-ikklirjar, jew mill-fornituri tas-servizzi tal-ikklirjar f’dik il-proċedura ta’ riżoluzzjoni.

(6)

Huwa meħtieġ li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet u l-ostakli operazzjonali assoċjati ma’ xi tipi ta’ assi finanzjarji u strumenti finanzjarji. Huwa meħtieġ ukoll li jiġi żgurat sal-punt massimu li l-utent tas-servizz tal-ikklirjar jirċievi rimborż ġust meta l-utent tas-servizz tal-ikklirjar ma jkunx jista’ jirċievi ċertu tip ta’ assi finanzjarju jew strument finanzjarju jew jippreferi li ma jirċevix ċertu tip ta’ assi finanzjarju jew strument finanzjarju għal raġunijiet oħra. Il-fornitur tas-servizzi tal-ikklirjar għandu għalhekk, fuq talba tal-utent tas-servizz tal-ikklirjar u sa fejn ikun possibbli, jittrasferixxi l-assi jew l-istrument ikkonċernat lil riċevitur ieħor maħtur mill-utent tas-servizz tal-ikklirjar. Fejn dan ma jkunx possibbli, jenħtieġ li l-fornitur tas-servizzi tal-ikklirjar ibigħ l-assi jew l-istrumenti rilevanti fis-suq lil parti terza bil-prezz prevalenti tas-suq u sussegwentement jittrasferixxi r-rikavat mill-bejgħ lill-utent ta’ servizzi tal-ikklirjar.

(7)

Sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u t-traċċabbiltà, il-fornituri tas-servizzi tal-ikklirjar jenħtieġ li jinfurmaw lill-utenti tas-servizzi tal-ikklirjar tagħhom, bl-aħjar mod possibbli tagħhom, dwar kwalunkwe deċiżjoni meħuda fil-proċess tar-riżoluzzjoni biex jikkumpensaw għall-kontribuzzjonijiet kwalifikanti li jkunu saru. Jenħtieġ li tali informazzjoni tipprovdi, sa fejn ikun possibbli, il-kamp ta’ applikazzjoni tad-deċiżjoni li tikkontribwixxi għar-riżoluzzjoni skont ir-Regolament (UE) 2021/23, il-kompożizzjoni tar-rimborż u l-kalkolu tar-rimborż inkluż kif il-fornitur tas-servizzi tal-ikklirjar ikun ikkalkula r-rimborż tal-utent tas-servizz tal-ikklirjar. Għall-istess raġuni u biex jiġi żgurat li l-utenti tas-servizzi tal-ikklirjar jifhmu r-relazzjoni bejn il-kontribuzzjoni li jkunu għamlu u r-rimborż li jkunu rċevew, il-fornituri tas-servizzi tal-ikklirjar jenħtieġ li jinfurmaw lill-utenti tas-servizzi tal-ikklirjar, fejn possibbli u mingħajr ma jiksru kwalunkwe restrizzjoni ta’ kunfidenzjalità, dwar id-distribuzzjoni u l-kompożizzjoni ġenerali tar-rimborż.

(8)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji ppreżentat lill-Kummissjoni mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (European Securities and Markets Authority, ESMA).

(9)

L-ESMA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħin dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li dan ir-Regolament huwa bbażat fuqhom, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.

“fornitur tas-servizzi tal-ikklirjar” tfisser membru tal-ikklirjar kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (14) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), klijent kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (15) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, klijent indirett, it-tieni klijent indirett jew it-tielet klijent indirett kif definit fl-Artikolu 1, il-punt (b), (d) jew (e) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2154 (4), li jipprovdi servizzi tal-ikklirjar, direttament jew indirettament, fl-Unjoni;

2.

“utent tas-servizz tal-ikklirjar” tfisser klijent kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (15) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, jew klijent indirett, it-tieni klijent indirett jew it-tielet klijent indirett kif definit fl-Artikolu 1, il-punt (b), (d) jew (e) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/2154, li juża servizzi tal-ikklirjar ipprovduti minn fornitur tas-servizzi tal-ikklirjar;

3.

“rimborż” tfisser ir-ripagament jew il-kumpens li l-membri tal-ikklirjar jirċievu f’konformità mal-Artikolu 27(6) tar-Regolament (UE) 2021/23, inklużi strumenti ta’ sjieda, strumenti ta’ dejn jew strumenti li jirrikonoxxu pretensjoni fuq il-profitti futuri tas-CCP, jew kwalunkwe ekwivalenti ta’ flus ta’ tali kumpens jew kumpens jew kwalunkwe rikavat li jirċievu wara pretensjoni magħmula f’konformità mal-Artikolu 62 tar-Regolament (UE) 2021/23 inkluż meta kwalunkwe wieħed minn dawn l-ammonti, imsemmija f’dawk l-Artikoli, jiġi mgħoddi lil utent ta’ servizzi tal-ikklirjar;

4.

“kontribuzzjoni kwalifikanti” tfisser il-kontribuzzjoni, magħmula permezz ta’ membru tal-ikklirjar tas-CCP, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) 2021/23, minn utent tas-servizz tal-ikklirjar lis-CCP f’riżoluzzjoni li għaliha għandu aċċess indirett permezz ta’ fornitur tas-servizzi tal-ikklirjar u fejn il-kontribuzzjoni magħmula, permezz tal-membru tal-ikklirjar tas-CCP, fil-proċedura ta’ riżoluzzjoni, tkun irriżultat f’rimborż.

Artikolu 2

Forma tar-rimborż

Ir-rimborż ikkreditat jew mogħti lil fornitur tas-servizzi tal-ikklirjar u mgħoddi lil utent ta’ servizz tal-ikklirjar jista’ jieħu l-forma ta’ flus, strumenti finanzjarji, strumenti ta’ sjieda, strumenti ta’ dejn jew strumenti li jirrikonoxxu pretensjoni fuq il-profitt futur tas-CCP.

Artikolu 3

Distribuzzjoni tar-rimborż

1.   Il-fornituri tas-servizzi tal-ikklirjar għandhom, b’mod ġust u nondiskriminatorju, jiddistribwixxu r-rimborż rilevanti fost l-utenti tas-servizzi tal-ikklirjar kollha li jkunu għamlu kontribuzzjoni kwalifikanti, inklużi l-utenti tas-servizzi tal-ikklirjar li ma għadhomx utenti tas-servizzi tal-ikklirjar tal-fornitur tas-servizzi tal-ikklirjar li jirċievu r-rimborż, proporzjonalment għall-kontribuzzjoni kwalifikanti magħmula minn kull wieħed minn dawk l-utenti tas-servizzi tal-ikklirjar.

2.   Il-fornituri tas-servizzi tal-ikklirjar għandhom jikkalkulaw ir-rimborż li għandu jitqassam b’mod trasparenti u jinfurmaw lil kull utent tas-servizz tal-ikklirjar separatament f’konformità mal-Artikolu 5(2), il-punt (c).

3.   Il-fornituri tas-servizzi tal-ikklirjar għandhom jallokaw ir-rimborż għall-kontijiet tagħhom stess u għall-kontijiet tal-utenti tas-servizzi tal-ikklirjar tagħhom li jkunu għamlu kontribuzzjoni kwalifikanti abbażi ta’ kalkolu tal-kontribuzzjoni kwalifikanti magħmula u ma għandhomx jiddiskriminaw bejn riċevituri differenti, u lanqas jikklassifikawhom. Il-fornituri tas-servizzi tal-ikklirjar ma għandhom jallokaw l-ebda parti tar-rimborż fil-kont tagħhom stess qabel ma jkunu allokaw għall-kontijiet tal-utenti tas-servizzi tal-ikklirjar tagħhom li għamlu kontribuzzjoni kwalifikanti l-parti tar-rimborż li għaliha dawk l-utenti tas-servizzi tal-ikklirjar huma intitolati.

4.   Il-fornituri tas-servizzi tal-ikklirjar jistgħu japplikaw tnaqqis minn jew tpaċija lejn ir-rimborż meta utent tas-servizz tal-ikklirjar ikollu obbligu li jkun dovut u pagabbli lil fornitur tas-servizzi tal-ikklirjar li jkun taħt l-obbligu, skont l-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) 2021/23, li jgħaddi r-rimborż lil dak l-istess utent tas-servizz tal-ikklirjar.

Madankollu, meta r-riċevitur ikun ukoll fornitur ta’ servizzi tal-ikklirjar, ir-rimborż li għandu jiġi mgħoddi lill-utenti tas-servizzi tal-ikklirjar tiegħu għandu jiġi kkalkulat abbażi tar-rimborż li kellu jiġi riċevut mill-fornitur tas-servizzi tal-ikklirjar qabel ma jkun sar kwalunkwe tnaqqis jew tpaċija kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu.

5.   Fornitur tas-servizzi tal-ikklirjar għandu jżomm ir-rimborż riċevut skont l-Artikolu 27(6) jew 62 tar-Regolament (UE) 2021/23 f’kont separat u segregat sakemm ir-rimborżi kollha dovuti jkunu distribwiti bis-sħiħ.

Artikolu 4

Tip ta’ rimborż u konsenja

1.   Meta r-rimborż jikkonsisti f’tipi differenti ta’ assi finanzjarji jew strumenti finanzjarji, irrispettivament minn jekk dawk l-assi jew l-istrumenti finanzjarji jiħdux il-forma ta’ flus, strumenti ta’ sjieda, strumenti ta’ dejn, jew kwalunkwe strument ieħor li jirrikonoxxi pretensjoni fuq il-profitti futuri tas-CCP f’riżoluzzjoni, il-fornituri tas-servizzi tal-ikklirjar għandhom jaqsmu dak ir-rimborż skont it-tip ta’ assi jew strumenti. Kull fornitur tas-servizzi tal-ikklirjar għandu sussegwentement jalloka u jiddistribwixxi r-rimborż lil kull wieħed mill-utenti tas-servizzi tal-ikklirjar tiegħu u fil-kont tiegħu stess, fejn ikun intitolat għal rimborż, proporzjonalment għall-kontribuzzjoni li tikkwalifika magħmula u fl-istess proporzjon ta’ kull tip ta’ assi finanzjarji jew strumenti finanzjarji.

2.   Fornitur tas-servizzi tal-ikklirjar li, minħabba restrizzjonijiet tas-saldu jew minħabba impediment ieħor għat-trasferiment ta’ xi assi jew strumenti, ma jkunx jista’ jiddistribwixxi r-rimborż lil utent tas-servizz tal-ikklirjar, li jkun għamel kontribuzzjoni kwalifikanti, fil-forma meħtieġa mill-paragrafu 1, għandu jinnotifika lill-utent tas-servizz tal-ikklirjar ikkonċernat dwar dan mingħajr dewmien.

3.   Meta r-restrizzjoni jew l-impediment tas-saldu msemmija fil-paragrafu 2 ma jkunux jistgħu jiġu rimedjati fi żmien tlett ijiem tax-xogħol minn meta l-utent tas-servizz tal-ikklirjar jirċievi n-notifika msemmija f’dak il-paragrafu, il-fornitur tas-servizzi tal-ikklirjar għandu jitlob lill-utent tas-servizzi tal-ikklirjar jaħtar riċevitur alternattiv għall-assi jew l-istrumenti rilevanti fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol. Utent ta’ servizz tal-ikklirjar jista’ jitlob ukoll lill-fornitur tas-servizzi tal-ikklirjar biex iqassam l-assi finanzjarji jew l-istrumenti finanzjarji lil riċevitur alternattiv. Meta jkun inħatar riċevitur alternattiv mill-utent tas-servizz tal-ikklirjar, il-fornitur tas-servizzi tal-ikklirjar għandu jittrasferixxi l-assi finanzjarji jew l-istrumenti finanzjarji lil dak ir-riċevitur alternattiv sa fejn ikun possibbli u bi spiża raġonevoli għall-utent tas-servizz tal-ikklirjar.

4.   Meta trasferiment lil riċevitur alternattiv skont il-paragrafu 3 ma jkunx possibbli, il-fornitur tas-servizzi tal-ikklirjar għandu jinforma lill-utent tas-servizz tal-ikklirjar ikkonċernat dwar dan bil-miktub fi żmien tlett ijiem tax-xogħol mill-ħatra tar-riċevitur alternattiv, filwaqt li jiddikjara r-raġuni għal dik l-impossibbiltà. F’dak il-każ, il-fornitur tas-servizzi tal-ikklirjar għandu jbigħ l-assi jew l-istrumenti kkonċernati lil parti terza f’suq tat-titoli stabbilit bil-prezz prevalenti tas-suq u jittrasferixxi r-rikavat mill-bejgħ, nett minn kwalunkwe kost raġonevoli tal-bejgħ, lill-utent tas-servizz tal-ikklirjar.

Artikolu 5

Informazzjoni dwar ir-rimborż

1.   Il-fornituri tas-servizzi tal-ikklirjar għandhom jinnotifikaw, bil-miktub, lill-utenti tas-servizzi tal-ikklirjar li jkunu għamlu kontribuzzjoni kwalifikanti dwar kwalunkwe rimborż li huma intitolati għalih.

2.   In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha li ġejja:

(a)

fejn applikabbli, kopja tad-deċiżjoni mill-awtorità tar-riżoluzzjoni li l-membru tal-ikklirjar huwa intitolat għall-ħlas tad-differenza msemmija fl-Artikolu 62 tar-Regolament (UE) 2021/23;

(b)

fejn applikabbli, kopja tad-deċiżjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni li titlob lis-CCP tipprovdi kumpens lill-membri tal-ikklirjar li jkunu ġarrbu telf eċċessiv kif imsemmi fl-Artikolu 27(6), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2021/23, flimkien ma’ spjegazzjoni ta’ kif dak l-ammont jitnaqqas minn kwalunkwe dritt għall-pagament tad-differenza msemmi fl-Artikolu 62 tar-Regolament (UE) 2021/23;

(c)

informazzjoni ċara u preċiża dwar ir-rimborż li għandu jitqassam lill-utent tas-servizz tal-ikklirjar u dwar il-metodoloġija użata għall-kalkolu ta’ tali rimborż;

(d)

informazzjoni ċara u preċiża dwar ir-rimborż riċevut mill-fornitur tas-servizzi tal-ikklirjar qabel ma tkun saret kwalunkwe tpaċija jew tnaqqis ieħor f’konformità mal-Artikolu 3(4) ta’ dan ir-Regolament;

(e)

informazzjoni ċara u preċiża dwar il-forma li fiha r-rimborż ikun ġie pprovdut lill-fornitur tas-servizzi tal-ikklirjar, li tiddistingwi bejn flus kontanti u strumenti finanzjarji u bejn kull waħda mill-forom differenti ta’ strumenti finanzjarji, inklużi strumenti ta’ sjieda, strumenti ta’ dejn jew strumenti li jirrikonoxxu pretensjoni fuq il-profitti futuri tas-CCP, u informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tar-rimborż għall-utent ta’ servizzi tal-ikklerjar;

(f)

soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni ta’ kunfidenzjalità, dettalji ġenerali dwar id-distribuzzjoni ġenerali tar-rimborż bejn l-utenti tas-servizzi tal-ikklirjar tal-fornitur tas-servizzi tal-ikklirjar u l-kontijiet proprji tal-fornitur tas-servizzi tal-ikklirjar;

(g)

kwalunkwe kalkolu tal-imgħax jew kwalunkwe fattur rilevanti ieħor li jaffettwa r-rimborż.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-3 ta’ Mejju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 22, 22.1.2021, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2154 tat-22 ta’ Settembru 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar arranġamenti tal-ikklirjar indirett (ĠU L 304, 21.11.2017, p. 6).


9.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 199/14


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1616

tat-3 ta’ Mejju 2023

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw iċ-ċirkostanzi li fihom persuna titqies bħala indipendenti mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni u mill-kontroparti ċentrali, il-metodoloġija għall-valutazzjoni tal-valur tal-assi u tal-obbligazzjonijiet ta’ kontroparti ċentrali, is-separazzjoni tal-valwazzjonijiet, il-metodoloġija għall-kalkolu tal-buffer għal telf addizzjonali li għandha tiġi inkluża f’valwazzjonijiet provviżorji, u l-metodoloġija għat-twettiq tal-valwazzjoni għall-applikazzjoni tal-prinċipju li “l-ebda kreditur ma jmur agħar”

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1095/2010, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 806/2014 u (UE) 2015/2365 u d-Direttivi 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2007/36/KE, 2014/59/UE u (UE) 2017/1132 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25(6), it-tielet subparagrafu, l-Artikolu 26(4), it-tielet subparagrafu, u l-Artikolu 61(5), it-tielet subparagrafu tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 25(1) u l-Artikolu 61(1) tar-Regolament (UE) 2021/23 jirrikjedu li l-persuna li twettaq il-valwazzjoni msemmija fl-Artikoli 24 u 61 ta’ dak ir-Regolament (“il-valwatur”) tkun indipendenti minn kwalunkwe awtorità pubblika u mill-kontroparti ċentrali (“CCP”) taħt valwazzjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li japplikaw regoli uniformi sabiex jiġu stabbiliti ċ-ċirkostanzi li fihom persuna għandha titqies bħala indipendenti kemm mill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti, inkluża l-awtorità ta’ riżoluzzjoni, kif ukoll mis-CCP għall-finijiet tal-Artikolu 25(1) tar-Regolament 2021/23. Dawk ir-regoli jenħtieġ li jinkludu rekwiżiti li jiżguraw in-nuqqas ta’ interess materjali komuni jew kunfliġġenti ta’ dik il-persuna mal-awtorità ta’ riżoluzzjoni jew mas-CCP; rekwiżiti li jikkonċernaw il-kwalifiki, l-esperjenza, il-kapaċità, l-għarfien u r-riżorsi ta’ dik il-persuna u l-kapaċità tagħha li twettaq il-valwazzjoni b’mod effettiv mingħajr dipendenza żejda fuq xi awtorità pubblika rilevanti jew fuq is-CCP, u rekwiżiti li jikkonċernaw is-separazzjoni strutturali bejn il-persuna, u kemm l-awtoritajiet pubbliċi rilevanti kif ukoll is-CCP.

(2)

Biex jiġi indirizzat it-theddid għall-indipendenza, bħall-awtorieżami, l-awtointeress, il-promozzjoni, il-familjarità, il-fiduċja jew l-intimidazzjoni, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-valwatur ma jkollu l-ebda interess materjali komuni jew f’kunflitt ma’ xi awtorità pubblika rilevanti, inkluża l-awtorità ta’ riżoluzzjoni, jew mas-CCP, inkluż il-maniġment superjuri tiegħu, l-azzjonisti ta’ kontroll jew l-entitajiet ta’ grupp. Barra minn hekk, jenħtieġ li valwatur ma jitqiesx bħala indipendenti meta l-valwatur ikollu interessi materjali komuni jew f’kunflitt ma’ xi membru tal-ikklerjar sinifikanti, klijent jew kreditur li jkun affettwat materjalment minn azzjoni ta’ riżoluzzjoni jew li jkun ikkontribwixxa b’mod sinifikanti għas-sitwazzjoni li wasslet għar-riżoluzzjoni tas-CCP. B’mod simili, relazzjonijiet personali jistgħu jkunu jirrappreżentaw interess materjali. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tivvaluta jekk hemmx xi interess materjali komuni jew kunfliġġenti.

(3)

Sabiex l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun tista’ tivvaluta jekk hemmx xi interess materjali komuni jew kunfliġġenti, jenħtieġ li l-valwatur jinnotifika lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni dwar kull interess proprju jew potenzjali li l-valwatur iqis li jista’, fil-valutazzjoni ta’ dik l-awtorità, jammonta għal interess materjali u jenħtieġ li jipprovdi kull informazzjoni li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ titlob b’mod raġonevoli. Wara l-ħatra tagħhom, jenħtieġ li l-valwatur iżomm il-politiki u l-proċeduri f’konformità mal-kodiċijiet tal-etika u mal-istandards professjonali applikabbli sabiex jidentifika kull interess proprju jew potenzjali li l-valwatur iqis li jista’ jkun ta’ interess materjali komuni jew ta’ interess kunfliġġenti. Jenħtieġ li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tiġi nnotifikata minnufih dwar kull interess proprju jew potenzjali identifikat u jenħtieġ li tikkunsidra jekk dan jammontax għal interess materjali, f’liema każ il-ħatra tal-valwatur jenħtieġ li tintemm u li jinħatar valwatur ġdid.

(4)

L-arranġamenti ta’ separazzjoni strutturali jikkostitwixxu salvagwardji li jtaffu r-riskji ta’ kunflitti ta’ interess. Bħala tali, jenħtieġ li l-eżistenza tagħhom titqies fil-valutazzjoni ta’ valwatur potenzjali. Għalhekk, fil-każ ta’ persuni ġuridiċi, l-indipendenza ta’ valwatur jenħtieġ li tiġi vvalutata b’referenza għall-kumpanija jew għas-sħubija kollha kemm hi, iżda billi titqies kwalunkwe separazzjoni strutturali u arranġament ieħor li possibbilment ikun ġie stabbilit biex issir distinzjoni bejn dawk il-membri tal-persunal li jistgħu jkunu involuti fil-valwazzjoni u membri tal-persunal oħrajn. Jekk is-sinifikat ta’ dan it-theddid meta mqabbel mas-salvagwardji applikati jkun tali li l-indipendenza tal-kumpanija jew tas-sħubija li tapplika biex tkun valwatur tiġi kompromessa, dik il-kumpanija jew is-sħubija jenħtieġ li tinżamm bħala valwatur.

(5)

Sabiex jiġi evitat it-theddid għall-indipendenza mill-awtorieżami, awditur statutorju li jkun lesta awditu tas-CCP fis-sena ta’ qabel il-valutazzjoni iegħu għall-eliġibbiltà biex jaġixxi bħala valwatur jenħtieġ li taħt l-ebda ċirkostanza ma jitqies bħala indipendenti. Fir-rigward ta’ servizzi oħrajn ta’ awditjar jew ta’ valwazzjoni pprovduti lis-CCP ikkonċernata fis-snin immedjatament qabel id-data li fiha għandha tiġi vvalutata l-indipendenza, jenħtieġ li dawk is-servizzi jiġu preżunti li jippreżentaw interess materjali komuni jew kunfliġġenti.

(6)

L-indipendenza tal-valwatur tista’ tissaħħaħ b’kundizzjonijiet li jiżguraw li l-għarfien espert u r-riżorsi tal-valwatur ikunu suffiċjenti u xierqa. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-valwatur ikollu l-kwalifiki, l-esperjenza, il-kapaċità u l-għarfien meħtieġa fis-suġġetti rilevanti kollha, inklużi l-valwazzjonijiet tal-istrumenti finanzjarji approvati mis-CCP, ir-rekwiżiti tas-CCP applikabbli skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-pjanijiet ta’ rkupru u l-kotba tar-regoli eżistenti tas-CCP, u l-għodod ta’ riżoluzzjoni applikabbli skont ir-Regolament (UE) 2021/23.

(7)

Sabiex il-valwatur ikun jista’ jwettaq il-valwazzjoni b’mod effettiv, jenħtieġ li jiġi żgurat ukoll li l-valwatur ikollu riżorsi umani u tekniċi suffiċjenti biex iwettaq il-valwazzjoni, jew ikollu aċċess għalihom.

(8)

Sabiex tiġi żgurata l-indipendenza tagħhom u sabiex tiġi evitata interferenza bla bżonn mad-dmirijiet tagħhom, il-valwatur jenħtieġ li jkun jista’ jwettaq il-valwazzjoni b’mod effettiv mingħajr dipendenza bla bżonn fuq xi awtorità pubblika rilevanti, inkluża l-awtorità ta’ riżoluzzjoni, jew fuq is-CCP. Madankollu, l-għoti ta’ struzzjonijiet jew gwida meħtieġa għall-appoġġ għat-twettiq tal-valwazzjoni, pereżempju b’rabta mal-metodoloġija pprovduta skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-valwazzjoni għall-finijiet relatati mar-riżoluzzjoni, jenħtieġ li ma jitqiesx li jikkostitwixxi dipendenza żejda meta dawn l-istruzzjonijiet ikunu, jew il-gwida tkun, meħtieġa għas-sostenn tat-twettiq tal-valwazzjoni. Barra minn hekk, l-għoti ta’ assistenza, bħall-għoti mis-CCP ikkonċernat mis-sistemi, rapporti finanzjarji, rapporti regolatorji, data tas-suq, rekords oħra jew assistenza oħra lill-valwatur, jenħtieġ li ma jiġix ipprevenut meta, fil-valutazzjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni, dan jitqies meħtieġ biex jappoġġa t-twettiq tal-valwazzjoni. F’konformità ma’ kwalunkwe proċedura li tista’ tkun ġiet implimentata, jenħtieġ li l-għoti ta’ struzzjonijiet, gwida u forom oħrajn ta’ appoġġ ikun miftiehem fuq il-bażi ta’ każ b’każ jew b’mod raggruppat.

(9)

L-indipendenza tirriskja li tkun ipperikolata jekk valwazzjoni titwettaq minn persuna li tkun impjegata minn xi awtorità pubblika rilevanti jew affiljata magħha, inkluża l-awtorità ta’ riżoluzzjoni, u mas-CCP, anki f’każijiet fejn tkun ġiet stabbilita separazzjoni strutturali sħiħa fi ħdan persuna ġuridika. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-valwatur ma jkun impjegat jew kuntrattur tal-ebda awtorità pubblika rilevanti, inkluża l-awtorità ta’ riżoluzzjoni, jew tas-CCP, u ma jkunx jappartjeni għall-istess grupp ta’ kumpaniji bħas-CCP.

(10)

Sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta’ għadd suffiċjenti ta’ persuni li jistgħu jkunu faċilment disponibbli biex jaġixxu bħala valwatur meta jibda proċess ta’ riżoluzzjoni, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li żżomm lista provviżorja ta’ valwaturi potenzjali u jenħtieġ li tirrevedi din il-lista fuq bażi regolari.

(11)

L-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2021/23 jiddistingwi żewġ valwazzjonijiet matul proċess ta’ riżoluzzjoni tas-CCP: valwazzjoni inizjali li tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni ġewx issodisfati, u valwazzjoni oħra li tifforma l-bażi għad-deċiżjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni li tapplika għodda ta’ riżoluzzjoni waħda jew aktar. Għall-finijiet tal-valwazzjoni inizjali, huwa xieraq li jiġi żgurat li meta jiġi ddeterminat jekk il-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni humiex issodisfati, titwettaq valwazzjoni ġusta, prudenti u realistika tal-assi u l-obbligazzjonijiet tas-CCP. Għat-tieni valwazzjoni, li l-għan tagħha huwa li tinforma l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni, huwa importanti li jiġi żgurat li l-valwazzjoni tal-assi u tal-obbligazzjonijiet tas-CCP tkun ibbażata fuq suppożizzjonijiet ġusti, prudenti u realistiċi.

(12)

Sabiex jiġu riflessi b’mod preċiż iċ-ċirkostanzi tas-CCP u l-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq, il-valwazzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/23 jenħtieġ li jitwettqu kemm jista’ jkun qrib id-data tad-deċiżjoni tar-riżoluzzjoni.

(13)

Sabiex iwettaq b’mod effettiv u effiċjenti l-valwazzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/23, il-valwatur jenħtieġ li jkollu aċċess għal kull sors ta’ informazzjoni u għarfien espert rilevanti, bħar-rekords interni, is-sistemi u l-mudelli tas-CCP. Jenħtieġ li l-valwatur jibbaża wkoll fuq informazzjoni pprovduta direttament mill-persunal, mill-maniġment u mill-awdituri tas-CCP, kif ukoll, fejn rilevanti, fuq informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar l-istruttura tas-suq.

(14)

Meta s-CCP tkun tappartjeni għal grupp, meta jitqies li arranġamenti kuntrattwali ta’ appoġġ intragrupp jistgħu jipprovdu appoġġ finanzjarju addizzjonali lis-CCP f’riżoluzzjoni u jinfluwenzaw l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni, jenħtieġ li l-valwatur jikkunsidra l-effett ta’ dawk il-kuntratti meta jkun probabbli li dawn l-arranġamenti jidħlu fis-seħħ. Jenħtieġ li l-valwatur jikkunsidra arranġamenti ta’ appoġġ formali jew informali oħrajn fil-grupp meta jkun probabbli li jibqgħu fis-seħħ f’kundizzjonijiet finanzjarji taħt stress jew f’riżoluzzjoni. Bl-istess mod, jenħtieġ li l-valwatur iqis bir-reqqa r-riskju li r-riżorsi finanzjarji tas-CCP jistgħu jintużaw biex ikopru t-telf ta’ entitajiet oħra tal-grupp, peress li dan jista’ jkompli jnaqqas il-valur tal-assi tas-CCP.

(15)

Peress li l-arranġamenti tal-interoperabbiltà jirriżultaw f’interdipendenzi finanzjarji li jistgħu jaffettwaw il-valwazzjoni, meta s-CCP tkun daħlet f’arranġamenti ta’ interoperabbiltà ma’ CCPs oħra tal-Unjoni, jenħtieġ li l-valwatur iqis l-arranġamenti kuntrattwali kollha marbuta mal-arranġament tal-interoperabbiltà, inkluż meta l-għeluq tas-servizz tar-rabta jista’ jieħu likwidità mis-CCP.

(16)

Peress li l-proċess ta’ valwazzjoni għandu l-objettiv li jappoġġa d-deċiżjonijiet meħuda mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni qabel il-bidu tar-riżoluzzjoni u meta jimplimenta l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni, jenħtieġ li l-valwatur jirrapporta lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni. Għalhekk, il-valwatur jenħtieġ li jiġbor fil-qosor is-suppożizzjonijiet, il-metodoloġiji u l-eżitu tal-valwazzjoni f’rapport lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni. Ir-rapport jenħtieġ li jinkludi kull informazzjoni li titqies rilevanti biex tgħin lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni.

(17)

Sabiex tiġi żgurata valwazzjoni ġusta, prudenti u realistika, il-valwatur jenħtieġ li jivvaluta l-impatt fuq il-valwazzjoni ta’ kull azzjoni ta’ riżoluzzjoni li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni x’aktarx tadotta, u jenħtieġ li, jekk ikun neċessarju, jikkonsulta mal-awtorità ta’ riżoluzzjoni sabiex jikkunsidrahom. Il-valwatur jenħtieġ li jkun jista’ jikkonsulta wkoll mal-awtorità ta’ riżoluzzjoni biex jidentifika l-firxa ta’ azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni li jkunu qed jiġu kkunsidrati. Jekk ikun meħtieġ, il-valwatur jenħtieġ li jkun jista’ jippreżenta valwazzjonijiet separati li jirriflettu l-impatt ta’ firxa varjata biżżejjed ta’ azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni.

(18)

Għall-istess raġunijiet, il-valwazzjonijiet għall-finijiet li tiġi infurmata d-determinazzjoni mill-awtorità kompetenti jew mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni dwar jekk il-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni jkunux issodisfati jenħtieġ li jkunu konsistenti mal-qafas kontabilistiku u prudenzjali applikabbli. Il-valwatur, madankollu, jenħtieġ li jkun jista’ jiddevja minn suppożizzjonijiet magħmula mill-maniġment tas-CCP mill-preparazzjoni tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji dment li din id-devjazzjoni tkun konsistenti mal-qafas ta’ kontabbiltà u regolatorju prudenzjali applikabbli.

(19)

Huwa xieraq li jkun hemm regoli li jiżguraw li l-valwazzjoni għall-finijiet li tiġi infurmata l-għażla tal-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni tkun ġusta, prudenti u realistika, sabiex jiġi żgurat li t-telf kollu jiġi rikonoxxut bis-sħiħ fil-mument li jiġu applikati l-għodod ta’ riżoluzzjoni. L-għażla tal-bażi tal-kejl l-aktar xierqa jenħtieġ li ssir għall-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni partikolari li jkunu qed jiġu kkunsidrati mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni.

(20)

Il-valwazzjonijiet għall-finijiet li jiġu infurmati l-għażla u t-tfassil tal-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jivvalutaw il-valur ekonomiku tas-CCP u mhux il-valur kontabilistiku tagħha. Dawn il-valwazzjonijiet jenħtieġ li jikkunsidraw il-valur preżenti ta’ flussi ta’ flus li s-CCP tista’ tistenna b’mod raġonevoli, anki fejn dan jeħtieġ li jsir tluq minn qafas ta’ kontabbiltà jew ta’ valwazzjoni prudenzjali. Dawn il-valwazzjonijiet jenħtieġ li jikkunsidraw ukoll li l-flussi ta’ flus jistgħu jirriżultaw mill-kontinwazzjoni taż-żamma tal-assi, iżda jenħtieġ li jqisu l-effetti potenzjali tar-riżoluzzjoni fuq il-flussi futuri ta’ flus. Alternattivament, jekk is-CCP ma jkollhiex il-kapaċità li żżomm l-assi, jew id-disponiment tagħhom ikun meqjus neċessarju jew xieraq biex jintlaħqu l-objettivi tar-riżoluzzjoni, il-valwazzjoni jenħtieġ li tirrifletti l-fatt li dawk il-flussi ta’ flus jistgħu jirriżultaw mid-disponiment tal-assi, l-obbligazzjonijiet jew il-linji tan-negozju, ivvalutati tul perjodu definit ta’ disponiment.

(21)

Il-valur ta’ disponiment jenħtieġ li ġeneralment jinftiehem bħala ekwivalenti għall-prezz tas-suq osservabbli li jista’ jinkiseb fis-suq għal assi partikolari jew għal grupp ta’ assi u jista’ jirrifletti tnaqqis li huwa xieraq fid-dawl tal-ammont tal-assi li jkunu qed jiġu ttrasferiti. Madankollu, il-valwatur jenħtieġ li jkun jista’, fejn xieraq, wara li jqis l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu permezz tal-iskema ta’ riżoluzzjoni, jiddetermina l-valur ta’ disponiment billi japplika tnaqqis f’dan il-prezz tas-suq osservabbli li jikkorrispondi għal bejgħ potenzjali aċċellerat. Jekk l-assi ma jkollhomx suq likwidu, il-valur ta’ disponiment jenħtieġ li jkun iddeterminat b’referenza għall-prezzijiet osservabbli fis-swieq fejn assi simili jkunu nnegozjati jew għal kalkoli bl-użu ta’ mudell li jużaw parametri osservabbli tas-suq bi skontijiet għal illikwidità fejn xieraq. Meta jiġi kkontemplat l-użu tal-għodda tal-bejgħ tan-negozju jew tal-għodda tas-CCP tranżizzjonali, jenħtieġ li jkun possibbli li jitqiesu aspettattivi raġonevoli għall-valur ta’ franchise meta jiġi ddeterminat il-valur tad-disponiment.

(22)

Għall-finijiet li tiġi żgurata l-konsistenza bejn il-kalkolu tal-istima tat-trattament li kull klassi ta’ azzjonisti u kredituri kienet tkun mistennija li tirċievi li kieku l-istituzzjoni jew l-entità ġiet stralċjata skont proċedimenti normali ta’ insolvenza, meħtieġa mill-Artikolu 25(5) tar-Regolament (UE) 2021/23, u l-valwazzjoni wara riżoluzzjoni skont l-Artikolu 61 ta’ dak ir-Regolament, huwa importanti li l-valwatur juża l-kriterji stabbiliti għall-valwazzjoni tal-aħħar, fejn xieraq.

(23)

Valwazzjoni provviżorja skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2021/23 li tifforma l-bażi tad-deċiżjoni dwar it-teħid tal-azzjoni ta’ riżoluzzjoni xierqa għandha tinkludi buffer intiż sabiex jagħti approssimazzjoni tal-ammont ta’ telf addizzjonali. Dan il-buffer jenħtieġ li jkun ibbażat fuq valutazzjoni ġusta, prudenti u realistika ta’ dan it-telf addizzjonali. Id-deċiżjonijiet u s-suppożizzjonijiet li jsostnu l-kalkolu tal-buffer jenħtieġ li jkunu spjegati u sostanzjati għal kollox fir-rapport ta’ valwazzjoni.

(24)

Jenħtieġ li l-buffer ma jippreġudikax il-valutazzjoni li trid issir mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni, inkluż jekk il-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2021/23 ikunux issodisfati, kif ukoll meta tittieħed deċiżjoni infurmata dwar l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni xierqa li għandhom jittieħdu.

(25)

Il-valwazzjoni skont l-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) 2021/23 għandha titwettaq minn valwatur li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25 ta’ dak ir-Regolament mill-aktar fis possibbli wara li tkun saret l-azzjoni jew ikunu saru l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni, anki jekk it-tlestija tagħha tista’ tieħu xi żmien. Din il-valwazzjoni jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-informazzjoni disponibbli rilevanti fid-data meta tiġi adottata d-deċiżjoni sabiex tiġi riżolta CCP, biex jiġu riflessi b’mod xieraq ċirkostanzi speċifiċi, bħal kundizzjonijiet ta’ suq f’diffikultà, eżistenti f’din id-data tad-deċiżjoni tar-riżoluzzjoni. L-informazzjoni miksuba wara d-data tad-deċiżjoni tar-riżoluzzjoni jenħtieġ li tintuża biss meta din setgħet kienet raġonevolment magħrufa f’din id-data.

(26)

Biex jiġi żgurat li titwettaq valwazzjoni komprensiva u kredibbli, il-valwatur jenħtieġ li jkollu aċċess għal kull dokumentazzjoni legali xierqa, inkluża lista ta’ kull assi, pretensjoni, assi kontinġenti u pretensjoni kontinġenti identifikabbli kontra l-entità, ikklassifikati skont il-prijorità tagħhom skont proċeduri normali ta’ insolvenza. Il-valwatur jenħtieġ li jitħalla jagħmel arranġamenti biex jikseb pariri speċjalizzati jew għarfien espert kif mitlub miċ-ċirkostanzi.

(27)

Għall-finijiet li jiġi ddeterminat it-trattament li l-azzjonisti, il-membri tal-ikklerjar u kredituri oħra kienu jirċievu li kieku s-CCP ġiet stralċjata skont proċedimenti normali ta’ insolvenza, il-valwatur jenħtieġ li jivvaluta l-ammont skontat tal-flussi ta’ flus mistennija li kull azzjonist, membru tal-ikklerjar u kreditur ieħor kienu jirċievu taħt proċedimenti normali ta’ insolvenza, wara l-applikazzjoni sħiħa tal-obbligi kuntrattwali applikabbli u arranġamenti oħra fir-regoli operazzjonali tas-CCP. Il-valwatur jenħtieġ li jinjora kull forniment ta’ appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju lis-CCP jew assistenza ta’ likwidità tal-bank ċentrali pprovduta skont kollateralizzazzjoni, terminu tal-kuntratt u termini tal-imgħax mhux standard.

(28)

Il-valwatur jenħtieġ li jqis ukoll stima kummerċjalment raġonevoli tal-kostijiet ta’ sostituzzjoni diretti mġarrba mill-membri tal-ikklerjar taħt proċedimenti normali ta’ insolvenza. Dawn il-kostijiet jenħtieġ li jkopru l-kost imġarrab meta jiġu sostitwiti t-tranżazzjonijiet miftuħa fis-CCP qabel l-insolvenza, inklużi l-kostijiet tal-kreditu, tal-likwidità u tat-tranżazzjoni, kif ukoll il-kostijiet operazzjonali assoċjati ma’ konnessjonijiet ġodda ma’ kontroparti differenti, u kull kost materjali ta’ finanzjament għar-rekwiżiti l-ġodda tal-kollateral assoċjati ma’ dawk it-tranżazzjonijiet.

(29)

Id-dispożizzjonijiet f’dan ir-Regolament huma marbuta mill-qrib ma’ xulxin, peress li jittrattaw iċ-ċirkostanzi u l-metodoloġija għall-valwazzjoni tal-assi u tal-obbligazzjonijiet fil-kuntest tar-riżoluzzjoni ta’ CCP. Sabiex tiġi żgurata koerenza bejn dawk id-dispożizzjonijiet, li jenħtieġ li jidħlu fis-seħħ fl-istess ħin, u sabiex jiġi ffaċilitat il-proċess ta’ riżoluzzjoni, hemm bżonn li s-CCPs, il-membri tal-ikklerjar, il-klijenti tagħhom, l-awtoritajiet u l-parteċipanti fis-suq, inklużi l-investituri li ma humiex residenti tal-Unjoni, ikollhom viżjoni globali u aċċess kompatt għall-obbligi u għad-drittijiet tagħhom. Għalhekk, huwa xieraq li l-istandards tekniċi regolatorji rilevanti meħtieġa mill-Artikoli 25(6), 26(4) u 61(5) tar-Regolament (UE) 2021/23 jiġu inklużi f’Regolament wieħed.

(30)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentati lill-Kummissjoni mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.

(31)

L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.

“awtorità kompetenti rilevanti” tfisser:

(a)

l-awtorità ta’ riżoluzzjoni maħtura f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2021/23;

(b)

l-awtorità kompetenti għall-kontroparti ċentrali (CCP) skont riżoluzzjoni maħtura f’konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(c)

il-membri u l-osservaturi tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 4(2) u (4) tar-Regolament (UE) 2021/23;

(d)

il-membri tal-kulleġġ imsemmija fl-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(e)

l-awtorità kompetenti għal kwalunkwe entità fl-istess grupp bħas-CCP taħt riżoluzzjoni;

(f)

l-iskema ta’ garanzija tad-depożiti li s-CCP taħt riżoluzzjoni hija affiljata magħha, meta din is-CCP tkun awtorizzata wkoll bħala istituzzjoni ta’ kreditu f’konformità mad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4);

(g)

il-korp inkarigat mill-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni meta is-CCP tkun awtorizzata wkoll bħala istituzzjoni ta’ kreditu f’konformità mad-Direttiva 2013/36/UE;

(h)

fejn applikabbli, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tal-grupp li għalih tappartjeni s-CCP, u l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ta’ kwalunkwe entità fl-istess grupp bħas-CCP;

(i)

il-ministeru kompetenti maħtur skont l-Artikolu 3(8) tar-Regolament (UE) 2021/23;

(j)

kull awtorità pubblika oħra involuta fil-proċess ta’ riżoluzzjoni ta’ CCP.

2.

“valwatur” tfisser persuna ġuridika jew fiżika maħtura biex twettaq il-valwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 24, 26(1) u 61 tar-Regolament (UE) 2021/23;

3.

“valur ġust” tfisser il-prezz li jkun riċevut biex jinbiegħ assi jew li jiġi mħallas biex tiġi ttrasferita obbligazzjoni fi tranżazzjoni ordinata bejn parteċipanti fis-suq fid-data tal-valwazzjoni, kif definit skont il-qafas tal-kontabbiltà rilevanti;

4.

“valur ta’ żamma” tfisser il-valur attwali, imnaqqas b’rata xierqa, ta’ flussi ta’ flus li s-CCP tista’ tistenna b’mod raġonevoli taħt suppożizzjonijiet ġusti, prudenti u realistiċi talli jinżammu assi u obbligazzjonijiet partikolari, filwaqt li jiġu kkunsidrati fatturi li jaffettwaw l-imġiba tal-konsumatur jew ta’ kontroparti jew parametri ta’ valwazzjoni oħrajn fil-kuntest ta’ riżoluzzjoni;

5.

“valur tad-disponiment” tfisser il-valur ikkalkolat f’konformità mal-Artikolu 17(5);

6.

“valur ta’ franchise” tfisser il-valur attwali nett tal-flussi tal-flus, ogħla jew anqas mill-valur li jirriżulta mit-termini u l-kundizzjonijiet kuntrattwali tal-assi u l-obbligazzjonijiet eżistenti fid-data tal-valwazzjoni, li jista’ jkun raġonevolment mistenni li jirriżulta miż-żamma u mit-tiġdid tal-assi u tal-obbligazzjonijiet jew tan-negozji, u li jinkludi l-impatt ta’ kull opportunità ta’ negozju, kif rilevanti, inklużi dawk li jirriżultaw mill-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni differenti li jiġu vvalutati mill-valwatur;

7.

“valur tal-ekwità” tfisser prezz tas-suq stmat għal ishma ttrasferiti jew maħruġa, li jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ metodoloġiji ta’ valwazzjoni ġeneralment aċċettati u li, skont in-natura tal-assi jew tan-negozju, jista’ jinkludi valur ta’ franchise;

8.

“bażijiet tal-kejl” tfisser l-approċċ għad-determinazzjoni tal-ammonti monetarji li bihom l-assi jew l-obbligazzjonijiet huma ppreżentati mill-valwatur;

9.

“data tad-deċiżjoni tar-riżoluzzjoni” tfisser id-data tad-deċiżjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni li tieħu azzjoni ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ CCP f’konformità mal-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) 2021/23.

KAPITOLU II

Indipendenza tal-valwaturi

Artikolu 2

Elementi tal-indipendenza

1.   Il-valwatur għandu jitqies li jkun indipendenti minn kwalunkwe awtorità pubblika rilevanti u mis-CCP meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin fil-mument tal-ħatra tiegħu u matul il-valwazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet tas-CCP imsemmija fl-Artikolu 24, l-Artikolu 26(1) u l-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) 2021/23:

(a)

il-valwatur ma jkollu ebda interess komuni jew kunfliġġenti materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament;

(b)

il-valwatur ikollu l-kwalifiki, l-esperjenza, il-kapaċità, l-għarfien u r-riżorsi meħtieġa skont l-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament biex ikun jista’ jwettaq b’mod effettiv il-valwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 24, l-Artikolu 26(1) u l-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) 2021/23;

(c)

il-valwatur ikun separat mill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti u mis-CCP f’konformità mal-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tistabbilixxi lista ta’ valwaturi potenzjali li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu. Dik il-lista għandha tiġi rieżaminata fuq bażi regolari.

Artikolu 3

Interessi materjali komuni jew kunfliġġenti

1.   Il-valwatur ma għandu jkollu l-ebda interess materjali proprju jew potenzjali komuni jew f’kunflitt ma’ xi awtorità pubblika rilevanti jew mas-CCP.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tikkunsidra interess proprju jew potenzjali bħala materjali meta tqis li dan l-interess x’aktarx li jinfluwenza, jew x’aktarx li jitqies minn partijiet ikkonċernati esterni bħala li jinfluwenza l-ġudizzju tal-valwatur fit-twettiq tal-valwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 24, l-Artikolu 26(1) u l-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) 2021/23.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tikkunsidra dan li ġej:

(a)

il-forniment fil-passat jew fil-preżent ta’ servizzi mill-valwatur applikant lis-CCP jew lil awtorità pubblika rilevanti;

(b)

kull relazzjoni personali u finanzjarja bejn il-valwatur applikant u s-CCP jew awtorità pubblika rilevanti.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tikkunsidra l-interessi komuni jew kunfliġġenti mal-partijiet li ġejjin bħala rilevanti:

(a)

il-maniġment superjuri u l-membri tal-korp maniġerjali tas-CCP u kwalunkwe kumpanija ta’ grupp tas-CCP kif imsemmi fl-Artikolu 2, il-punt (28), tar-Regolament (UE) 2021/23;

(b)

il-persuni ġuridiċi jew fiżiċi li jikkontrollaw jew li għandhom parteċipazzjoni kwalifikanti fis-CCP;

(c)

il-kredituri identifikati mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni bħala sinifikanti abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-awtorità ta’ riżoluzzjoni;

(d)

il-membri tal-ikklerjar tas-CCP kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (12), tar-Regolament (UE) 2021/23; klijenti tas-CCP kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (18), ta’ dak ir-Regolament; u klijenti indiretti tas-CCP kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (20), ta’ dak ir-Regolament;

(e)

CCPs interoperabbli kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (21), tar-Regolament (UE) 2021/23.

4.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tqis li valwatur ikollu interess materjali proprju komuni jew kunfliġġenti mas-CCP meta:

(a)

fis-sena ta’ qabel id-data li fiha tiġi vvalutata l-eliġibbiltà tal-valwatur, il-valwatur ikun lesta awditu statutorju tas-CCP skont id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5);

(b)

il-valwatur ikun ġie impjegat mis-CCP jew minn awtorità pubblika rilevanti matul il-perjodu ta’ 3 snin qabel il-valutazzjoni tal-indipendenza tiegħu.

5.   Persuna maħtura bħala valwatur għandha:

(a)

iżżomm, f’konformità ma’ kwalunkwe kodiċi tal-etika u standard professjonali applikabbli, politiki u proċeduri biex tidentifika kull interess proprju jew potenzjali li jista’ jitqies li jikkostitwixxi interess materjali;

(b)

tinnotifika lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni mingħajr dewmien dwar kull interess proprju jew potenzjali komuni jew f’kunflitt ma’ kwalunkwe awtorità pubblika rilevanti jew mas-CCP li l-valwatur iqis li jista’, fil-valutazzjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni, jitqies li jammonta għal interess materjali;

(c)

tieħu passi xierqa biex tiżgura li l-ebda membru tal-persunal jew persuni oħra involuti fit-twettiq tal-valwazzjoni ma jkollhom xi interess materjali komuni jew kunfliġġenti ma’ kwalunkwe awtorità pubblika rilevanti jew mas-CCP;

(d)

tinnotifika lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni dwar kull investiment materjali jew interessi finanzjarji materjali oħrajn u tikkonferma li ma jkunux kunfliġġenti mal-pożizzjoni tagħha bħala valwatur;

(e)

meta dik il-persuna tkun persuna ġuridika, tipprovdi evidenza ta’ separazzjoni strutturali effiċjenti jew ta’ arranġamenti oħrajn li jkunu tpoġġew fis-seħħ, jew li għandhom jitpoġġew fis-seħħ, biex jindirizzaw kull theddida għall-indipendenza bħal awtorieżami, awtointeress, rakkomandazzjoni, familjarità, fiduċja jew intimidazzjoni, inklużi arranġamenti biex jiddifferenzjaw bejn dawk il-membri tal-persunal li jistgħu jkunu involuti fil-valwazzjoni u membri oħrajn tal-persunal;

(f)

meta l-persuna tkun awditur statutorju, tiżgura li l-awditur ikun debitament kopert minn regoli interni għall-ġestjoni ta’ kwalunkwe kunflitt ta’ interess;

(g)

tinnotifika lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni dwar l-attivitajiet tagħhom rilevanti għall-ħatra għall-perjodu ta’ 3 snin qabel il-valutazzjoni tal-indipendenza tal-valwatur;

(h)

ma tfittix, jew ma taċċettax, vantaġġi finanzjarji jew xi vantaġġi oħrajn minn ebda awtorità pubblika rilevanti jew mis-CCP, mingħajr preġudizzju għall-pagament lill-valwatur ta’ remunerazzjoni u spejjeż li huma raġonevoli b’rabta mat-twettiq tal-valwazzjoni.

Artikolu 4

Il-kwalifiki, l-esperjenza, il-ħila, l-għarfien u r-riżorsi

1.   Il-valwatur għandu jkollu l-kwalifiki, l-esperjenza, il-kapaċità u l-għarfien meħtieġa u għandu jżomm jew ikollu aċċess għal riżorsi umani u tekniċi suffiċjenti biex ikun jista’ jwettaq il-valwazzjoni b’mod effettiv u biex jivvaluta b’mod indipendenti l-valwazzjoni mingħajr dipendenza bla bżonn fuq xi awtorità pubblika rilevanti jew fuq is-CCP.

2.   Il-valwatur għandu jkun kwalifikat bħala awditur statutorju jew ditta tal-awditjar statutorja kif definit fl-Artikolu 2, il-punti (2) u (3) tad-Direttiva 2006/43/KE.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, persuna kkunsidrata għall-pożizzjoni ta’ valwatur għandha tipprovdi evidenza jew konferma bil-miktub tal-esperjenza, tal-kapaċità u tal-għarfien meħtieġa li ġejjin:

(a)

tal-valwazzjonijiet magħmula minn strumenti finanzjarji, tal-valwazzjoni wara n-negozjar, u b’mod partikolari tal-istrumenti kklerjati mis-CCP;

(b)

tar-Regolament (UE) 2021/23 u r-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(c)

li tapplika u tifhem il-pjanijiet ta’ rkupru u l-kotba tar-regoli tas-CCP;

(d)

li tapplika u tifhem il-pjan ta’ riżoluzzjoni tas-CCP u l-għodod ta’ riżoluzzjoni applikabbli skont ir-Regolament (UE) 2021/23.

4.   Il-valwatur għandu jkun jista’ japplika l-kompetenza u l-esperjenza tiegħu b’mod indipendenti u ma jkollux bżonn ifittex jew jieħu xi struzzjonijiet jew gwida minn xi awtorità pubblika rilevanti jew mis-CCP.

5.   Il-paragrafu 4 ma għandux jipprevjeni l-għoti ta’ struzzjonijiet, gwida, bini, tagħmir tekniku jew forom oħra ta’ appoġġ meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tqis li dan ikun meħtieġ u li dan ma jaffettwax il-ġudizzju tal-valwatur fit-twettiq tal-valwazzjoni msemmija fl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2021/23.

Artikolu 5

Separazzjoni strutturali

1.   Il-valwatur għandu jkun legalment, strutturalment, operazzjonalment u effettivament separat minn kwalunkwe awtorità pubblika rilevanti u mis-CCP.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

meta l-valwatur ikun persuna fiżika, il-valwatur ma għandu jkun impjegat jew kuntrattur ta’ ebda awtorità pubblika rilevanti jew tas-CCP;

(b)

meta l-valwatur ikun persuna ġuridika, il-valwatur ma għandux jappartjeni għall-istess grupp ta’ kumpaniji bħas-CCP.

KAPITOLU III

Metodoloġija għall-valutazzjoni tal-valur tal-assi u l-obbligazzjonijiet tas-ccp qabel u wara r-riżoluzzjoni

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-valwazzjonijiet skont l-Artikolu 24 u l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) 2021/23

Artikolu 6

Kriterji ġenerali

1.   Waqt il-valwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 24 u fl-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) 2021/23, il-valwatur, jew l-awtorità ta’ riżoluzzjoni meta twettaq valwazzjoni provviżorja skont l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) 2021/23, għandha tikkunsidra ċ-ċirkostanzi li jaffettwaw il-flussi ta’ flus mistennija u r-rati ta’ skont applikabbli għall-assi u l-obbligazzjonijiet tas-CCP li jirriżultaw mill-falliment tal-membri tal-ikklerjar tas-CCP jew avvenimenti mhux ta’ inadempjenza.

Il-valwatur, jew l-awtorità ta’ riżoluzzjoni meta twettaq valwazzjoni provviżorja skont l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) 2021/23, għandu jkollha l-għan li tirrappreżenta b’mod ġust il-pożizzjoni finanzjarja tas-CCP fil-kuntest tal-opportunitajiet u r-riskji li jittrattaw.

2.   Il-valwatur, jew l-awtorità ta’ riżoluzzjoni meta twettaq valwazzjoni provviżorja skont l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) 2021/23, għandha tiddivulga u tiġġustifika s-suppożizzjonijiet ewlenin użati fil-valwazzjoni.

Kull devjazzjoni sinifikanti fil-valwazzjoni mis-suppożizzjonijiet jew mir-regoli użati mill-maniġment tas-CCP fil-preparazzjoni tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji u fil-kalkolu tal-kapital regolatorju tas-CCP u r-rekwiżiti kapitali għandha tiġi sostnuta mill-aħjar informazzjoni disponibbli.

3.   Il-valwatur, jew l-awtorità ta’ riżoluzzjoni, meta twettaq valwazzjoni provviżorja skont l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) 2021/23, għandha tipprovdi l-aħjar stima tal-punt tal-valur ta’ assi, obbligazzjoni, jew kombinazzjonijiet partikolari tagħhom.

Jekk ikun xieraq, ir-riżultati tal-valwazzjoni għandhom jiġu pprovduti wkoll fil-forma ta’ firxa ta’ valuri.

4.   Il-kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament għall-kejl ta’ assi u obbligazzjonijiet individwali ta’ CCP, għandhom japplikaw ukoll għall-kejl ta’ portafolli jew gruppi ta’ assi jew assi u obbligazzjonijiet kombinati, negozji, jew is-CCP ikkunsidrata bħala ħaġa waħda, skont kif jirrikjedu ċ-ċirkostanzi.

5.   Il-valwazzjoni għandha tagħmel subdiviżjoni tal-kredituri f’kategoriji skont il-klassifika ta’ prijorità tagħhom taħt il-liġi applikabbli ta’ insolvenza, u għandha tinkludi l-istimi li ġejjin:

(a)

il-valur ta’ pretensjonijiet ta’ kull kategorija skont il-liġi applikabbli ta’ insolvenza u, fejn ikun rilevanti u fattibbli, skont id-drittijiet kuntrattwali mogħtija fuq il-pretendenti;

(b)

ir-rikavati li kull kategorija tirċievi kieku s-CCP kellha tiġi stralċjata taħt proċeduri normali ta’ insolvenza.

Meta jikkalkula l-istimi skont il-punti (a) u (b), il-valwatur jista’ jsegwi l-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 22 ta’ dan ir-Regolament.

6.   Jekk ikun xieraq u fattibbli, filwaqt li tikkunsidra t-twaqqit u l-kredibbiltà tal-valwazzjoni, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ titlob bosta valwazzjonijiet. F’dak il-każ, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tistabbilixxi l-kriterji biex tiddetermina kif għandhom jintużaw dawk il-valwazzjonijiet għall-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2021/23.

Artikolu 7

Data tal-valwazzjoni

Id-data tal-valwazzjoni għandha tkun waħda mid-dati li ġejjin:

(a)

data ta’ referenza kif iddeterminata mill-valwatur, jew mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni meta twettaq valwazzjoni provviżorja skont l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) 2021/23, u stabbilita kemm jista’ jkun qrib id-data mistennija ta’ deċiżjoni mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni biex tieħu azzjoni ta’ riżoluzzjoni fir-rigward tas-CCP f’konformità mal-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) 2021/23, jew biex teżerċita s-setgħa li strumenti ta’ sjieda u ta’ dejn jew obbligazzjonijiet mhux garantiti oħrajn stabbiliti fl-Artikolu 33 ta’ dak ir-Regolament jiġu vvalutati b’mod negattiv jew jiġu konvertiti;

(b)

meta titwettaq valwazzjoni definittiva meħtieġa mill-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2021/23, id-data tad-deċiżjoni ta’ riżoluzzjoni;

(c)

fir-rigward tal-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn kuntratti msemmija fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (UE) 2021/23, id-data li fiha dawk il-kuntratti jiġu tterminati.

Artikolu 8

Sorsi ta’ informazzjoni

Il-valwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq kull informazzjoni li tkun disponibbli fid-data tal-valwazzjoni u meqjusa rilevanti mill-valwatur, jew mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni meta twettaq valwazzjoni provviżorja skont l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) 2021/23. Minbarra d-dikjarazzjonijiet finanzjarji, ir-rapporti ta’ valwazzjoni, ir-rapporti tal-awditjar u r-rapportar regolatorju relatati tas-CCP fuq perjodu li jintemm kemm jista’ jkun qrib id-data tal-valwazzjoni, din l-informazzjoni rilevanti tista’ tinkludi dan li ġej:

(a)

id-dikjarazzjonijiet finanzjarji aġġornati u r-rapportar regolatorju ppreparati mis-CCP kemm jista’ jkun qrib id-data tal-valwazzjoni;

(b)

spjegazzjoni tar-regoli, il-metodoloġiji, is-suppożizzjonijiet u l-ġudizzji ewlenin użati mis-CCP sabiex jitħejjew ir-rapporti finanzjarji u r-rapportar regolatorju;

(c)

data inkluża fir-rekords tas-CCP;

(d)

data dwar is-suq rilevanti;

(e)

konklużjonijiet tal-valwatur minn diskussjonijiet mal-maniġment u mal-awdituri;

(f)

fejn ikunu disponibbli, valutazzjonijiet superviżorji tal-kundizzjoni finanzjarja tas-CCP, inkluża l-informazzjoni miksuba skont l-Artikolu 18(1), il-punt (h), tar-Regolament (UE) 2021/23;

(g)

valutazzjonijiet tal-industrija kollha dwar il-kwalità tal-assi, fejn rilevanti għall-assi tas-CCP, kif ukoll ir-riżultati tat-testijiet tal-istress;

(h)

valwazzjonijiet tal-pari, aġġustati fejn u kif xieraq biex ikopru ċ-ċirkostanzi speċifiċi tas-CCP;

(i)

informazzjoni storika, aġġustata b’mod adegwat biex jiġu eliminati fatturi li ma għadhomx rilevanti, u biex jiġu inkorporati fatturi oħrajn li ma affettwawx l-informazzjoni storika; jew

(j)

analiżijiet tax-xejriet, aġġustati fejn u kif xieraq biex jirriflettu ċ-ċirkostanzi speċifiċi tas-CCP.

Artikolu 9

Impatt tal-arranġamenti tal-grupp

1.   Meta s-CCP tifforma parti minn grupp, il-valwatur, jew l-awtorità ta’ riżoluzzjoni li twettaq valwazzjoni provviżorja skont l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) 2021/23, għandha tqis l-impatt tal-arranġamenti kuntrattwali ta’ appoġġ intragrupp eżistenti fuq il-valur tal-assi u l-obbligazzjonijiet meta, abbażi taċ-ċirkostanzi, huwa probabbli li dawk l-arranġamenti jidħlu fis-seħħ.

2.   Il-valwatur, jew l-awtorità ta’ riżoluzzjoni meta twettaq valwazzjoni provviżorja skont l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) 2021/23, għandha tqis biss l-impatt ta’ arranġamenti formali jew informali oħra ta’ appoġġ fi ħdan il-grupp meta, abbażi taċ-ċirkostanzi, jkun probabbli li dawk l-arranġamenti jibqgħu fis-seħħ fil-kuntest tal-kundizzjoni finanzjarja taħt stress ta’ grupp jew f’riżoluzzjoni.

3.   Il-valwatur, jew l-awtorità ta’ riżoluzzjoni meta twettaq valwazzjoni provviżorja skont l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) 2021/23, għandha tiddetermina jekk ir-riżorsi ta’ CCP li hija parti minn grupp ikunux disponibbli biex jiġi ssodisfat it-telf ta’ entitajiet oħra tal-grupp.

Artikolu 10

Impatt tal-arranġamenti tal-interoperabbiltà

Meta s-CCP tkun daħlet f’arranġamenti ta’ interoperabbiltà f’konformità mal-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, il-valwatur, jew l-awtorità ta’ riżoluzzjoni meta twettaq valwazzjoni provviżorja skont l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) 2021/23, għandha tqis l-impatt potenzjali ta’ dawn l-arranġamenti fuq il-valur tal-assi u l-obbligazzjonijiet tas-CCP.

Artikolu 11

Rapport ta’ valwazzjoni

Il-valwatur għandu jipprepara rapport ta’ valwazzjoni għall-awtorità ta’ riżoluzzjoni, li għandu jinkludi mill-inqas dan li ġej:

(a)

l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 25(4) tar-Regolament (UE) 2021/23, ħlief fir-rigward ta’ valwazzjonijiet provviżorji kif imsemmi fl-Artikolu 26(1) ta’ dak ir-Regolament;

(b)

l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 25(5) tar-Regolament (UE) 2021/23, ħlief fir-rigward ta’ valwazzjonijiet provviżorji kif imsemmi fl-Artikolu 26(1) ta’ dak ir-Regolament;

(c)

il-valwazzjoni tal-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn kuntratti msemmija fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (UE) 2021/23;

(d)

sommarju tal-valwazzjoni inkluż spjegazzjoni tal-aħjar stima tal-punt, firxa ta’ valuri u s-sorsi ta’ inċertezza tal-valwazzjoni;

(e)

spjegazzjoni tal-metodoloġiji u s-suppożizzjonijiet prinċipali użati mill-valwatur meta jwettaq il-valwazzjoni, flimkien ma’ spjegazzjoni ta’ kemm hija sensittiva l-valwazzjoni għall-għażliet ta’ dawk il-metodoloġiji u suppożizzjonijiet u, fejn fattibbli, spjegazzjoni ta’ kif dawk il-metodoloġiji u s-suppożizzjonijiet huma differenti minn dawk użati għal valwazzjonijiet rilevanti oħrajn, inklużi valwazzjonijiet preliminari ta’ riżoluzzjoni;

(f)

kull informazzjoni addizzjonali li fl-opinjoni tal-valwatur tassisti lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni jew lill-awtorità kompetenti għall-finijiet tal-Artikolu 24(1), (2) u (3) u l-Artikolu 26(1), (2) u (3) tar-Regolament (UE) 2021/23.

Taqsima 2

Kriterji għat-twettiq ta’ valwazzjonijiet għall-finijiet tal-Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) 2021/23

Artikolu 12

Prinċipji ġenerali

1.   Il-valwazzjonijiet imwettqa għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) 2021/23 għandhom ikunu bbażati fuq suppożizzjonijiet ġusti, prudenti u realistiċi, u għandhom ifittxu li jiżguraw li t-telf taħt ix-xenarju xieraq ikun kompletament rikonoxxut.

Meta jkun hemm valwazzjoni bħal din disponibbli, hija għandha tinforma l-valutazzjoni tal-awtorità kompetenti jew tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni kif xieraq, meta jiġi ddeterminat li CCP “tkun qed tfalli jew x’aktarx li tfalli” kif imsemmi fl-Artikolu 22(1), il-punt (a) tar-Regolament (UE) 2021/23.

Abbażi ta’ gwida superviżorja eżistenti jew ta’ sorsi rikonoxxuti b’mod ġenerali oħrajn li jistabbilixxu kriterji għall-kejl ġust u realistiku ta’ tipi differenti ta’ assi u obbligazzjonijiet, il-valwatur, jew l-awtorità ta’ riżoluzzjoni meta twettaq valwazzjoni provviżorja skont l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) 2021/23, tista’ tikkontesta r-regoli, is-suppożizzjonijiet, id-data, il-metodoloġiji u l-ġudizzji li fuqhom is-CCP ibbażat il-valwazzjonijiet li użat għas-sodisfar tal-obbligi ta’ rapportar finanzjarju tagħha jew għall-kalkolu tal-kapital regolatorju tagħha jew tar-rekwiżiti kapitali tagħha u tinjorahom għall-finijiet tal-valwazzjoni tagħhom.

2.   Il-valwatur, jew l-awtorità ta’ riżoluzzjoni meta twettaq valwazzjoni provviżorja skont l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) 2021/23, għandha tiddetermina l-aktar metodoloġiji ta’ valwazzjoni xierqa, li jistgħu jibbażaw fuq il-mudelli u r-regoli interni tas-CCP fejn il-valwatur, jew l-awtorità ta’ riżoluzzjoni meta twettaq valwazzjoni provviżorja skont l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) 2021/23, tikkunsidra li jkun xieraq filwaqt li tqis in-natura tal-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tas-CCP u l-kwalità tad-data u l-informazzjoni disponibbli.

3.   Il-valwazzjonijiet għandhom ikunu konsistenti mal-qafas tal-kontabbiltà u prudenzjali applikabbli.

Artikolu 13

Oqsma li jeħtieġu attenzjoni partikolari fil-valwazzjoni

Il-valwatur, jew l-awtorità ta’ riżoluzzjoni meta twettaq valwazzjoni provviżorja skont l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) 2021/23, għandha tiffoka b’mod partikolari fuq oqsma soġġetti għal inċertezza sinifikanti fil-valwazzjoni li għandhom impatt sinifikanti fuq il-valwazzjoni ġenerali għall-finijiet tal-Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) 2021/23.

Għall-oqsma msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-valwatur, jew l-awtorità ta’ riżoluzzjoni meta twettaq valwazzjoni provviżorja skont l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) 2021/23, għandha tipprovdi r-riżultati tal-valwazzjoni fil-forma ta’ stimi tal-aħjar punt u, fejn xieraq, firxiet tal-valur, kif stabbilit fl-Artikolu 6(3). Dawk l-oqsma għandhom jinkludu:

(a)

kuntratti msemmija fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (UE) 2021/23;

(b)

self, li l-flussi ta’ flus mistennija tiegħu jiddependu fuq il-kapaċità, ir-rieda jew l-inċentiv ta’ kontroparti li twettaq l-obbligi tagħha;

(c)

assi riposseduti, li l-flussi ta’ flus tagħhom ikunu affettwati kemm mill-valur ġust tal-assi fiż-żmien meta s-CCP tipprekludi t-titolu jew il-privileġġ relatati, kif ukoll mill-evoluzzjoni mistennija ta’ dan il-valur wara l-preklużjoni;

(d)

kwalunkwe strument ieħor imkejjel bil-valur ġust meta l-kalkolu ta’ dan il-valur ġust f’konformità mar-rekwiżiti kontabilistiċi jew prudenzjali li japplikaw għall-evalwazzjoni tagħhom b’referenza għall-prezz tas-suq jew b’referenza għal mudell ma jkunx għadu applikabbli jew validu meta jitqiesu ċ-ċirkostanzi;

(e)

avvjament u assi intanġibbli, meta t-test ta’ indeboliment jista’ jiddependi fuq ġudizzju suġġettiv, inkluż fir-rigward tal-fluss tal-flus li jista’ jintlaħaq b’mod raġonevoli, ir-rati ta’ tnaqqis, u l-perimetru ta’ unitajiet li jiġġeneraw il-flus;

(f)

tilwim legali u azzjonijiet regolatorji, li l-flussi ta’ flus mistennija tagħhom jistgħu jkunu soġġetti għal gradi differenti ta’ inċertezza relatata mal-ammont jew mat-twaqqit tagħhom;

(g)

oġġetti li jinkludu assi u obbligazzjonijiet tal-pensjoni u oġġetti tat-taxxa differita.

Artikolu 14

Fatturi li jaffettwaw il-valwazzjoni

1.   Il-valwatur, jew l-awtorità ta’ riżoluzzjoni meta twettaq valwazzjoni provviżorja skont l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) 2021/23, għandha tqis il-fatturi ġenerali li jistgħu jaffettwaw is-suppożizzjonijiet ewlenin li fuqhom huma bbażati l-valuri tal-assi u tal-obbligazzjonijiet fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 13, inklużi l-fatturi li ġejjin:

(a)

iċ-ċirkostanzi ekonomiċi u tal-industrija li jaffettwaw lis-CCP, inklużi avvenimenti ta’ inadempjenza, jew avvenimenti mhux ta’ inadempjenza u l-iżviluppi rilevanti tas-suq;

(b)

il-mudell tan-negozju tas-CCP u bidliet fl-istrateġija tagħha;

(c)

il-kriterji tal-għażla tal-assi tas-CCP;

(d)

ċirkostanzi u prattiki li x’aktarx iwasslu għal xokkijiet ta’ pagament;

(e)

ċirkostanzi li jaffettwaw ir-rekwiżiti kapitali;

(f)

l-impatt tal-istruttura finanzjarja tas-CCP fuq il-kapaċità tas-CCP li żżomm assi u kuntratti għall-perjodu ta’ żamma mistenni u l-kapaċità tas-CCP li tiġġenera flussi prevedibbli ta’ flus;

(g)

ir-regoli operazzjonali u l-allokazzjoni tat-telf tas-CCP;

(h)

tħassib dwar il-likwidità ġenerali jew speċifika għas-CCP jew tħassib dwar il-finanzjament.

2.   Il-valwatur, jew l-awtorità ta’ riżoluzzjoni meta twettaq valwazzjoni provviżorja skont l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) 2021/23, għandha tissepara b’mod ċar kull qligħ mhux realizzat materjali identifikat fil-proċess ta’ valwazzjoni, safejn dak il-qligħ ma jkunx ġie rikonoxxut fil-valwazzjoni, u għandha tipprovdi informazzjoni xierqa fir-rapport ta’ valwazzjoni taċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li jkunu wasslu għal dak il-qligħ.

TAQSIMA 3

Kriterji għat-twettiq ta’ valwazzjonijiet għall-finijiet tal-Artikolu 24(3) u l-Artikolu 26(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2021/23

Artikolu 15

Prinċipji ġenerali

1.   Il-valwatur, jew l-awtorità ta’ riżoluzzjoni meta twettaq valwazzjoni provviżorja skont l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) 2021/23, għandha tivvaluta l-impatt fuq il-valwazzjoni ta’ kull azzjoni ta’ riżoluzzjoni li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni x’aktarx tadotta biex tinforma d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 24(3) tar-Regolament (UE) 2021/23.

Mingħajr preġudizzju għall-indipendenza tal-valwatur, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tikkonsulta mal-valwatur sabiex tidentifika l-firxa ta’ azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni li jkunu qegħdin jiġu kkunsidrati minn din l-awtorità, inklużi azzjonijiet li jinsabu fil-pjan ta’ riżoluzzjoni jew, jekk differenti, kull skema ta’ riżoluzzjoni proposta.

2.   Il-valwatur, f’konsultazzjoni mal-awtorità ta’ riżoluzzjoni jew mal-awtorità ta’ riżoluzzjoni meta jwettaq valwazzjoni provviżorja skont l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) 2021/23 għandu, fejn xieraq, jippreżenta valwazzjonijiet separati li jirriflettu l-impatt ta’ firxa varjata biżżejjed ta’ azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni.

3.   Il-valwatur, jew l-awtorità ta’ riżoluzzjoni meta twettaq valwazzjoni provviżorja skont l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) 2021/23, għandha tiżgura li, meta jiġu applikati l-għodod ta’ riżoluzzjoni jew meta tiġi eżerċitata s-setgħa ta’ valwazzjoni negattiva jew ta’ konverżjoni ta’ strumenti ta’ sjieda u ta’ dejn jew ta’ obbligazzjonijiet mhux garantiti oħrajn imsemmija fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2021/23, kull telf fuq l-assi tas-CCP jiġi rikonoxxut għal kollox taħt xenarji li jkunu rilevanti għall-firxa ta’ azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni li jkunu qed jiġu kkunsidrati.

4.   Meta l-valuri fil-valwazzjoni mwettqa mill-valwatur, jew l-awtorità ta’ riżoluzzjoni meta twettaq valwazzjoni provviżorja skont l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) 2021/23, ivarjaw b’mod sinifikanti mill-valuri ppreżentati mis-CCP fir-rapporti finanzjarji tagħha, il-valwatur, jew l-awtorità ta’ riżoluzzjoni meta twettaq valwazzjoni provviżorja skont l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) 2021/23, għandha tuża s-suppożizzjonijiet tal-valwazzjoni tagħha stess biex tinforma l-aġġustamenti għas-suppożizzjonijiet u l-politiki kontabilistiċi meħtieġa għat-tħejjija tal-karta bilanċjali aġġornata kif meħtieġ skont l-Artikolu 25(4), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2021/23, b’mod konsistenti mal-qafas kontabilistiku applikabbli.

Il-valwatur, jew l-awtorità ta’ riżoluzzjoni meta twettaq valwazzjoni provviżorja skont l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) 2021/23, għandha tispeċifika l-ammont ta’ telf li tkun identifikat iżda li ma jistax jiġi rikonoxxut fil-karta bilanċjali aġġornata, tiddeskrivi r-raġunijiet li fuqhom hija bbażata d-determinazzjoni ta’ dan it-telf u tipprovdi l-probabbiltà u l-perjodu ta’ żmien tal-okkorrenza tagħhom.

5.   Meta strumenti ta’ sjieda u strumenti ta’ dejn jew obbligazzjonijiet oħra mhux garantiti jkunu kkonvertiti f’ekwità, il-valwazzjoni għandha tipprovdi stima tal-valur ta’ ekwità wara l-konverżjoni ta’ ishma ġodda trasferiti jew maħruġa bħala konsiderazzjoni lid-detenturi tal-kapital konvertiti jew kredituri oħrajn. Din l-istima għandha tkun il-bażi għad-determinazzjoni tar-rata ta’ konverżjoni jew tar-rati skont l-Artikolu 33(7), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2021/23.

Artikolu 16

Għażla tal-bażi tal-kejl

1.   Meta jagħżel l-aktar bażi jew bażijiet ta’ kejl xierqa, il-valwatur, jew l-awtorità ta’ riżoluzzjoni meta twettaq valwazzjoni provviżorja skont l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) 2021/23, għandha tqis il-firxa ta’ azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni vvalutati f’konformità mal-Artikolu 15(1).

2.   Il-valwatur, jew l-awtorità ta’ riżoluzzjoni meta twettaq valwazzjoni provviżorja skont l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) 2021/23, għandha tiddetermina, abbażi ta’ suppożizzjonijiet ġusti, prudenti u realistiċi, il-flussi ta’ flus li s-CCP tista’ tistenna mill-assi u mill-obbligazzjonijiet eżistenti tagħha wara l-adozzjoni tal-azzjoni jew tal-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni identifikati u skontati b’rata xierqa ddeterminata f’konformità mal-paragrafu 6.

3.   Il-flussi ta’ flus għandhom jiġu ddeterminati fil-livell xieraq ta’ aggregazzjoni.

4.   Jekk l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 15(1) jeħtieġu li l-assi u l-obbligazzjonijiet iridu jkunu miżmuma minn CCP li tkompli tkun entità li tqajjem tħassib, il-valwatur għandu juża l-valur ta’ żamma bħala l-bażi tal-kejl xierqa.

Il-valur ta’ żamma jista’, jekk jitqies ġust, prudenti u realistiku mill-valwatur, jew mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni meta jwettaq valwazzjoni provviżorja skont l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) 2021/23, jantiċipa normalizzazzjoni tal-kundizzjonijiet tas-suq.

Il-valur ta’ żamma ma għandux jintuża bħala l-bażi tal-kejl meta l-assi jiġu ttrasferiti lil CCP tranżizzjonali skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2021/23, jew meta tintuża għodda ta’ bejgħ ta’ negozju skont l-Artikolu 40 ta’ dak ir-Regolament.

5.   Meta l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 15(1) jipprevedu l-bejgħ tal-assi, il-flussi ta’ flus mistennija għandhom jikkorrispondu għall-valuri tad-disponiment imsemmija fl-Artikolu 17(5) ikkunsidrati għall-orizzont ta’ disponiment mistenni.

6.   Ir-rati ta’ skont għandhom jiġu ddeterminati wara kunsiderazzjoni għat-twaqqit tal-flussi ta’ flus, il-profil tar-riskju, il-kostijiet ta’ finanzjament u l-kundizzjonijiet tas-suq kif xieraq għall-assi jew għall-obbligazzjoni li jkunu qed jitkejlu, għall-istrateġija tad-disponiment ikkunsidrata u għall-pożizzjoni finanzjarja tas-CCP wara r-riżoluzzjoni.

Artikolu 17

Fatturi speċifiċi relatati mal-istima u mat-tnaqqis ta’ flussi ta’ flus mistennija

1.   Meta jiġu stmati l-flussi tal-flus, il-valwatur, jew l-awtorità ta’ riżoluzzjoni meta twettaq valwazzjoni provviżorja skont l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) 2021/23, għandha tapplika l-ġudizzju espert tagħha fid-determinazzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tal-assi jew tal-obbligazzjonijiet li jkunu qegħdin jitkejlu.

Il-valwatur, jew l-awtorità ta’ riżoluzzjoni meta twettaq valwazzjoni provviżorja skont l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) 2021/23, għandha tapplika wkoll il-ġudizzju espert tagħha fid-determinazzjoni ta’ kif il-kontinwazzjoni, it-tiġdid potenzjali jew ir-rifinanzjament, ir-run-off jew id-disponiment ta’ dawk l-assi jew obbligazzjonijiet, kif previst fl-azzjoni ta’ riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 15(1) jaffettwaw dawk il-flussi ta’ flus.

2.   Meta l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 15(1) tipprevedi CCP li jkollha assi, iżżomm obbligazzjoni, jew tkompli negozju, il-valwatur, jew l-awtorità ta’ riżoluzzjoni meta twettaq valwazzjoni provviżorja skont l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) 2021/23, tista’ tqis il-fatturi li ġejjin li potenzjalment jaffettwaw il-flussi futuri ta’ flus:

(a)

bidliet fis-suppożizzjonijiet jew fl-aspettattivi, meta mqabbla ma’ dawk prevalenti sad-data tal-valwazzjoni, b’mod konsistenti max-xejriet storiċi fuq terminu twil u orizzont raġonevoli ta’ żmien konsistenti mal-perjodu ta’ żamma mistenni għall-assi jew mal-perjodu mistenni għall-irkupru tas-CCP;

(b)

bażijiet ta’ valwazzjoni addizzjonali jew alternattivi jew metodoloġiji li huma kkunsidrati xierqa mill-valwatur u konsistenti ma’ dan ir-Regolament, inkluż fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-valur ta’ ekwità wara l-konverżjoni tal-ishma.

3.   Fir-rigward ta’ gruppi ta’ assi u obbligazzjonijiet jew ta’ negozji previsti li jiġu likwidati, il-valwatur, jew l-awtorità ta’ riżoluzzjoni meta twettaq valwazzjoni provviżorja skont l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) 2021/23, għandha tqis il-kostijiet u l-benefiċċji ta’ workout.

4.   Jekk is-sitwazzjoni ta’ CCP ma tippermettilhiex li żżomm assi jew li tkompli negozju, jew meta l-bejgħ jitqies neċessarju mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni biex jintlaħqu l-objettivi ta’ riżoluzzjoni, il-flussi ta’ flus mistennija għandhom jiġu vvalutati għall-valuri tad-disponiment mistennija f’perjodu speċifiku ta’ disponiment.

5.   Il-valur ta’ disponiment għandu jiġi ddeterminat mill-valwatur, jew mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni meta twettaq valwazzjoni provviżorja skont l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) 2021/23, fuq il-bażi tal-flussi ta’ flus, nett mill-kostijiet tad-disponiment u nett mill-valur mistenni ta’ kull garanzija mogħtija, li s-CCP tista’ tistenna b’mod raġonevoli fil-kundizzjonijiet tas-suq prevalenti permezz ta’ bejgħ jew trasferiment b’mod ordinat ta’ assi jew obbligazzjonijiet.

Fejn xieraq, wara li jitqiesu l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu taħt l-iskema ta’ riżoluzzjoni, il-valwatur, jew l-awtorità ta’ riżoluzzjoni meta twettaq valwazzjoni provviżorja skont l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) 2021/23, tista’ tiddetermina l-valur tad-disponiment billi tapplika skont għal bejgħ aċċellerat potenzjali għall-prezz tas-suq osservabbli ta’ dak il-bejgħ jew trasferiment.

Meta jiddetermina l-valur tad-disponiment tal-assi li ma għandhomx suq likwidu, il-valwatur jew l-awtorità ta’ riżoluzzjoni li twettaq valwazzjoni provviżorja skont l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) 2021/23, għandha tikkunsidra l-prezzijiet osservabbli fis-swieq meta assi simili jiġu nnegozjati jew il-kalkoli mudell jużaw il-parametri tas-suq osservabbli, bi skontijiet għal illikwidità riflessi, kif xieraq.

6.   Il-valwatur, jew l-awtorità ta’ riżoluzzjoni meta twettaq valwazzjoni provviżorja skont l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) 2021/23, għandha tqis il-fatturi li ġejjin li jistgħu jaffettwaw il-valuri tad-disponiment u l-perjodi tad-disponiment:

(a)

il-valuri tad-disponiment u l-perjodi tad-disponiment osservati fi tranżazzjonijiet simili, aġġustati b’mod adegwat biex iqisu d-differenzi fil-mudell tan-negozju u fl-istruttura finanzjarja tal-partijiet għal dawk it-tranżazzjonijiet;

(b)

il-vantaġġi jew l-iżvantaġġi ta’ tranżazzjoni partikolari li huma speċifiċi għall-partijiet involuti jew għal subsett ta’ parteċipanti tas-suq;

(c)

l-attributi partikolari ta’ assi jew negozju li jistgħu jkunu rilevanti biss għal xerrej potenzjali speċifiku, jew għal subsett ta’ parteċipanti tas-suq;

(d)

l-impatt li x’aktarx ikollu l-bejgħ mistenni fuq il-valur ta’ franchise tas-CCP.

7.   Meta jivvaluta l-valur tan-negozji għall-finijiet tal-użu tal-bejgħ ta’ negozju jew tal-għodda tas-CCP tranżizzjonali, il-valwatur, jew l-awtorità ta’ riżoluzzjoni meta twettaq valwazzjoni provviżorja skont l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) 2021/23, tista’ tqis l-aspettattivi raġonevoli tal-valur tal-franchise. Aspettattivi bħal dawn għall-valur tal-franchise għandhom jinkludu dawk li jirriżultaw minn tiġdid tal-assi, minn rifinanzjament ta’ portafoll miftuħ, jew minn tkomplija jew mill-issoktar ta’ negozju fil-kuntest tal-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni.

8.   Valwatur, jew awtorità ta’ riżoluzzjoni meta twettaq valwazzjoni provviżorja skont l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) 2021/23, li tivvaluta li ma hemm l-ebda prospett realistiku għad-disponiment ta’ assi jew ta’ negozju, ma għandhiex tkun meħtieġa li tiddetermina l-valur tad-disponiment iżda għandha tistma l-flussi ta’ flus relatati abbażi tal-prospetti rilevanti għall-kontinwazzjoni jew run-off.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-bejgħ ta’ għodda tan-negozju.

9.   Fir-rigward ta’ partijiet ta’ grupp ta’ assi jew ta’ negozju li x’aktarx jiġu likwidati taħt proċedimenti normali ta’ insolvenza, il-valwatur, jew l-awtorità ta’ riżoluzzjoni meta twettaq valwazzjoni provviżorja skont l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) 2021/23, tista’ tikkunsidra l-valuri tad-disponiment u l-perjodi ta’ disponiment osservati f’irkantijiet li jinvolvu assi ta’ natura u kundizzjoni simili.

Meta jiġu ddeterminati l-flussi ta’ flus mistennija, il-valwatur, jew l-awtorità ta’ riżoluzzjoni meta twettaq valwazzjoni provviżorja skont l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) 2021/23, għandha tqis l-illikwidità, in-nuqqas ta’ inputs affidabbli għad-determinazzjoni tal-valuri tad-disponiment, u l-ħtieġa li tirriżulta li wieħed jiddependi fuq metodoloġiji ta’ valwazzjoni bbażati fuq inputs li ma humiex osservabbli.

Artikolu 18

Metodoloġija għall-kalkolu u l-inklużjoni ta’ buffer għal telf addizzjonali

1.   Il-valwatur, jew l-awtorità ta’ riżoluzzjoni meta twettaq valwazzjoni provviżorja skont l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) 2021/23, għandha tinkludi fil-valwazzjoni, buffer li jirrifletti l-fatti u ċ-ċirkostanzi li jappoġġaw l-eżistenza ta’ telf addizzjonali ta’ ammont jew ta’ twaqqit inċert.

Is-suppożizzjonijiet li jappoġġaw il-kalkolu tal-buffer għandhom jiġu spjegati u ssostanzjati biżżejjed mill-valwatur, jew mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni meta twettaq valwazzjoni provviżorja skont l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) 2021/23.

2.   Meta jiġi ddeterminat l-ammont tal-buffer, il-valwatur, jew l-awtorità ta’ riżoluzzjoni meta twettaq valwazzjoni provviżorja skont l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) 2021/23, għandha tidentifika fatturi li jistgħu jaffettwaw il-flussi ta’ flus mistennija bħala riżultat ta’ azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni li x’aktarx jiġu adottati.

KAPITOLU IV

Separazzjoni tal-valwazzjoni taħt ir-riżoluzzjoni u l-valwazzjoni għall-applikazzjoni tal-prinċipju u l-metodoloġija “l-ebda kreditur ma jmur agħar” għat-twettiq tal-valwazzjoni għall-applikazzjoni tal-prinċipju “l-ebda kreditur ma jmur agħar”

Artikolu 19

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Meta tiddetermina t-trattament tal-azzjonisti u l-kredituri skont proċeduri normali ta’ insolvenza, il-valwazzjoni għandha tkun ibbażata biss fuq informazzjoni dwar il-fatti u ċ-ċirkostanzi li kienu jeżistu u li setgħu raġonevolment kienu magħrufa fid-data tad-deċiżjoni tar-riżoluzzjoni li, kieku l-valwatur kien jafhom, kien jiġi affettwat il-kejl tal-assi u l-obbligazzjonijiet tas-CCP f’din id-data.

2.   Meta jiddetermina t-trattament proprju tal-azzjonisti u l-kredituri f’riżoluzzjoni, il-valwatur għandu jibbaża fuq l-informazzjoni disponibbli dwar il-fatti u ċ-ċirkostanzi eżistenti tad-data jew tad-dati li fihom l-azzjonisti u l-kredituri jkunu rċevew kumpens (“id-data jew id-dati tat-trattament reali”).

3.   Id-data ta’ referenza tal-valwazzjoni għandha tkun id-data tad-deċiżjoni tar-riżoluzzjoni, li tista’ tkun differenti mid-data proprja tat-trattament.

Meta l-valwatur jikkunsidra bħala negliġibbli l-impatt ta’ xi skontar ta’ rikavat, ir-rikavat mhux skontat fid-data li fiha tittieħed l-azzjoni tar-riżoluzzjoni jista’ jiġi mqabbel direttament mal-ammont skontat tar-rikavat ipotetiku li l-azzjonisti u l-kredituri jkunu rċevew kieku s-CCP daħlet fi proċedimenti normali ta’ insolvenza fid-data tad-deċiżjoni tar-riżoluzzjoni.

Artikolu 20

Inventarju tal-assi u l-pretensjonijiet

1.   Il-valwatur għandu jistabbilixxi inventarju tal-assi identifikabbli u kontinġenti kollha li jkunu proprjetà tas-CCP.

Dak l-inventarju għandu jinkludi l-assi li għalihom tintwera jew tista’ tkun raġonevolment mistennija l-eżistenza tal-flussi ta’ flus assoċjati.

2.   Is-CCP għandha tagħmel disponibbli għall-valwatur lista tal-pretensjonijiet kollha u tal-pretensjonijiet kontinġenti kollha kontra s-CCP.

Dik il-lista għandha tqiegħed f’kategoriji l-pretensjonijiet kollha u l-pretensjonijiet kontinġenti kollha skont il-livelli ta’ prijorità tagħhom fi proċedimenti normali ta’ insolvenza. Il-valwatur għandu jitħalla jagħmel arranġamenti għal pariri speċjalizzati jew għal għarfien espert f’dak li għandu x’jaqsam mal-konsistenza tal-klassifikazzjoni tal-pretensjonijiet skont il-liġi applikabbli tal-insolvenza.

3.   Il-valwatur għandu jidentifika separatament l-assi gravati u l-pretensjonijiet iggarantiti minn dawk l-assi.

Artikolu 21

Passi tal-valwazzjoni

Meta jiddetermina jekk teżistix differenza fit-trattament kif imsemmi fl-Artikolu 61(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2021/23, il-valwatur għandu jivvaluta dan li ġej:

(a)

it-trattament li kienu jirċievu l-azzjonisti u l-kredituri li fir-rigward tagħhom ikunu ttieħdu azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni li kieku s-CCP daħlet fi proċedimenti normali ta’ insolvenza, wara l-applikazzjoni sħiħa tal-obbligi kuntrattwali applikabbli u arranġamenti oħra fir-regoli operazzjonali tagħha, fid-data tad-deċiżjoni ta’ riżoluzzjoni, filwaqt li jiġi injorat kull għoti ta’ appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju;

(b)

il-valur tal-pretensjonijiet ristrutturati wara l-applikazzjoni tas-setgħat u tal-għodda ta’ riżoluzzjoni u l-valur ta’ rikavat ieħor riċevut mill-azzjonisti u l-kredituri f’data jew f’dati tat-trattament reali, skontati lura għad-data tad-deċiżjoni tar-riżoluzzjoni jekk ikun ikkunsidrat bħala meħtieġ biex ikun jista’ jsir paragun ġust mat-trattament imsemmi fil-punt (a);

(c)

jekk it-trattament imsemmi fil-punt (a) jaqbiżx it-trattament imsemmi fil-punt (b) għal kull kreditur skont l-ordni ta’ prijorità tagħhom taħt proċedimenti normali ta’ insolvenza, kif identifikat skont l-Artikolu 20.

Artikolu 22

Determinazzjoni tat-trattament tal-azzjonisti u l-kredituri skont proċeduri normali ta’ insolvenza

1.   Il-metodu għat-twettiq tal-valwazzjoni skont l-Artikolu 21, il-punt (a), għandu jikkonsisti fid-determinazzjoni tal-ammont skontat tal-flussi ta’ flus mistennija fi proċedimenti normali ta’ insolvenza.

2.   Il-flussi ta’ flus mistennija għandhom ikunu skontati bir-rata jew bir-rati li jkunu jirriflettu, kif xieraq, it-twaqqit assoċjat ma’ dawn il-flussi ta’ flus mistennija, iċ-ċirkostanzi prevalenti bħad-data ta’ deċiżjoni ta’ riżoluzzjoni, ir-rati tal-imgħax mingħajr riskju, il-primjums tar-riskju għal strumenti finanzjarji simili maħruġa minn entitajiet simili, il-kundizzjonijiet tas-suq jew ir-rati tal-iskont applikati minn xerrejja potenzjali u karatteristiċi relevanti oħrajn tal-element jew tal-elementi li jkunu qegħdin jiġu vvalutati.

3.   Il-metodoloġija stabbilita fil-paragrafu 2 għall-kalkolu tar-rata ta’ skont ma għandhiex tintuża meta rati ta’ skont partikolari rilevanti għall-valwazzjoni jkunu speċifikati fil-liġi jew fil-prattika applikabbli dwar l-insolvenza.

4.   Il-valwatur għandu jqis dawn li ġejjin meta jiġi biex jiddetermina l-ammont skontat tal-flussi ta’ flus mistennija skont proċeduri normali tal-insolvenza:

(a)

ir-regoli operazzjonali, l-arranġamenti kuntrattwali, il-liġi u l-prattika applikabbli tas-CCP fil-ġuriżdizzjoni rilevanti li jistgħu jinfluwenzaw il-valwazzjoni;

(b)

il-kostijiet tal-amministrazzjoni raġonevolment prevedibbli, tat-tranżazzjoni, taż-żamma, tad-disponiment u kostijiet oħrajn li kien ikollhom jiġġarrbu minn amministratur jew minn prattikant tal-insolvenza, kif ukoll il-kostijiet ta’ finanzjament;

(c)

l-informazzjoni dwar il-każijiet ta’ insolvenza reċenti ta’ entitajiet simili, fejn ikun disponibbli u rilevanti;

(d)

stima tal-kostijiet ta’ sostituzzjoni diretti mġarrba mill-membri tal-ikklerjar, ikkalkolata f’konformità mal-Artikolu 23.

5.   Għall-assi nnegozjati f’suq attiv, il-valwatur għandu juża l-prezz osservat, ħlief meta ċirkostanzi speċifiċi jxekklu l-kummerċjabbiltà tal-assi tas-CCP.

Għal assi li ma jkunux innegozjati f’suq attiv, il-valwatur għandu jikkunsidra għadd ta’ fatturi meta jiddetermina l-ammont u t-twaqqit tal-flussi ta’ flus mistennija:

(a)

il-prezzijiet osservati fi swieq attivi fejn jiġu nnegozjati assi simili;

(b)

il-prezzijiet osservati fi proċedimenti normali ta’ insolvenza jew fi tranżazzjonijiet li huma b’xi mod f’diffikultà li kienu jinvolvu assi ta’ natura u kundizzjoni simili;

(c)

il-prezzijiet osservati fi tranżazzjonijiet li jinvolvu l-bejgħ ta’ negozju jew it-trasferiment lil CCP tranżizzjonali f’kuntest ta’ riżoluzzjoni relatat ma’ entitajiet simili;

(d)

il-probabbiltà ta’ assi li jiġġenera flussi ta’ flus netti skont proċeduri normali ta’ insolvenza;

(e)

kundizzjonijiet mistennija tas-suq fil-perjodu ta’ disponiment, inkluż il-profondità tas-suq u l-kapaċità tas-suq li jiskambja l-volum tal-assi rilevanti f’dak il-perjodu; u

(f)

t-tul ta’ perjodu ta’ disponiment partikolari li jirrifletti l-implikazzjonijiet tal-liġi applikabbli dwar l-insolvenza.

6.   Il-valwatur għandu jikkunsidra jekk il-kundizzjoni finanzjarja tas-CCP setgħetx affettwat il-flussi tal-flus mistennija, inkluż permezz ta’ restrizzjonijiet fuq il-kapaċità tal-amministratur li jinnegozja t-termini max-xerrejja potenzjali.

7.   Fejn possibbli, u soġġett għal kull dispożizzjoni applikabbli tal-qafas tal-insolvenza rilevanti, il-flussi ta’ flus għandhom jirriflettu d-drittijiet kontrattwali, statutorji jew drittijiet legali oħrajn tal-kredituri jew ta’ prassi normali ta’ insolvenza.

8.   Ir-rikavat ipotetiku li jirriżulta mill-valwazzjoni għandu jiġi allokat lill-azzjonisti u lill-kredituri f’konformità mal-ordni ta’ prijorità tagħhom skont il-liġi applikabbli dwar l-insolvenza, kif identifikat fl-Artikolu 20.

Artikolu 23

Kostijiet diretti ta’ sostituzzjoni mġarrba mill-membri tal-ikklerjar taħt proċedimenti normali ta’ insolvenza

1.   Meta jikkalkula l-kostijiet imsemmija fl-Artikolu 22(4), il-punt (d), il-valwatur għandu jqis stima kummerċjalment raġonevoli tal-kostijiet ta’ sostituzzjoni diretti mġarrba mill-membri tal-ikklerjar biex jerġgħu jinfetħu, f’perjodu xieraq, pożizzjonijiet netti komparabbli fis-suq, kif stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 61(3), il-punt (c) tar-Regolament (UE) 2021/23.

2.   Il-valwatur għandu jikkunsidra l-kostijiet li ġejjin għall-membri tal-ikklerjar:

(a)

l-iskoperturi ta’ kreditu ipotetiku tal-membri tal-ikklerjar għas-CCP fiż-żmien tal-ftuħ mill-ġdid tal-pożizzjonijiet netti komparabbli, li kieku dawk il-pożizzjonijiet baqgħu miftuħa fis-CCP sa dik id-data;

(b)

kwalunkwe kost tal-likwidità u tal-konċentrazzjoni mġarrba mill-membri tal-ikklerjar meta jerġgħu jiftħu l-pożizzjonijiet netti komparabbli;

(c)

kwalunkwe kost operazzjonali materjali inevitabbli mġarrab mill-membri tal-ikklerjar fir-rigward tal-konnessjonijiet jew it-tranżazzjonijiet ġodda bejn il-membri tal-ikklerjar u kull kontroparti jew CCP, inklużi s-sħubija, in-negozjar, l-ikklerjar, il-pagament, it-tariffi tas-saldu u tal-kustodja;

(d)

kwalunkwe kost ta’ finanzjament materjali addizzjonali li jirriżulta mid-differenza fir-rekwiżiti tal-marġni applikabbli u fil-kontribuzzjonijiet tal-fond tal-inadempjenza u assoċjat mal-ftuħ mill-ġdid ta’ pożizzjonijiet netti ma’ kull kontroparti jew CCP.

Artikolu 24

Determinazzjoni tat-trattament proprju tal-azzjonisti u l-kredituri f’riżoluzzjoni

1.   Il-valwatur għandu jidentifika l-pretensjonijiet kollha pendenti wara l-valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni tal-istrumenti kapitali u l-applikazzjoni ta’kull azzjoni ta’ riżoluzzjoni, u għandu jassenja dawk il-pretensjonijiet lill-persuni ġuridiċi u fiżiċi li kienu l-azzjonisti u l-kredituri tas-CCP fid-data tad-deċiżjoni tar-riżoluzzjoni.

Il-valwatur għandu jiddetermina t-trattament proprju tal-persuni ġuridiċi u fiżiċi li kienu l-azzjonisti u l-kredituri tas-CCP fid-data tad-deċiżjoni ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-paragrafi 2, 3 u 4, ħlief meta dawk il-persuni jirċievu kumpens fi flus bħala riżultat tar-riżoluzzjoni.

2.   Jekk dawk il-persuni ġuridiċi u fiżiċi li kienu l-azzjonisti u l-kredituri tas-CCP fid-data tad-deċiżjoni tar-riżoluzzjoni jirċievu kumpens f’ekwità bħala riżultat tar-riżoluzzjoni, il-valwatur għandu jiddetermina t-trattament attwali tagħhom billi jipprovdi stima tal-valur totali tal-ishma ttrasferiti jew maħruġa bħala korrispettiv għad-detenturi ta’ strumenti kapitali, strumenti tad-dejn jew obbligazzjonijiet oħra mhux garantiti li ġew konvertiti. Dik l-istima tista’ tkun ibbażata fuq prezz tas-suq ivvalutat li jirriżulta minn metodoloġiji ta’ valwazzjoni aċċettati b’mod ġenerali.

3.   Meta l-persuni ġuridiċi u fiżiċi li kienu l-azzjonisti u l-kredituri tas-CCP fid-data tad-deċiżjoni ta’ riżoluzzjoni jirċievu kumpens tad-dejn bħala riżultat tar-riżoluzzjoni, il-valwatur għandu jiddetermina t-trattament proprju billi jqis il-bidliet fil-flussi tal-flus kuntrattwali li jirriżultaw mit-tniżżil fil-valur jew mill-konverżjoni, l-applikazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni oħrajn u r-rata ta’ skont rilevanti kkalkolata skont il-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 22(2) ta’ dan ir-Regolament.

4.   Għal kull pretensjoni pendenti, il-valwatur jista’ jqis, fejn disponibbli u flimkien mal-fatturi deskritti fil-paragrafi 2 u 3, il-prezzijiet osservati fi swieq attivi għal strumenti identiċi jew simili maħruġa mis-CCP taħt riżoluzzjoni jew entitajiet simili oħrajn.

5.   Il-valwatur għandu jqis ukoll il-kostijiet ta’ sostituzzjoni diretti attwali mġarrba mill-membri tal-ikklerjar u elenkati fl-Artikolu 23(2) meta jqabbel it-trattament proprju tal-azzjonisti u tal-kredituri f’riżoluzzjoni mal-valwazzjoni għall-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ “l-ebda kreditur ma jmur agħar”.

Artikolu 25

Rapport ta’ valwazzjoni

Il-valwatur għandu jipprepara rapport ta’ valwazzjoni għall-awtorità ta’ riżoluzzjoni, li għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:

(a)

sommarju tal-valwazzjoni, inkluża preżentazzjoni tal-firxiet ta’ valwazzjoni u s-sorsi ta’ inċertezza tal-valwazzjoni;

(b)

spjegazzjoni tal-metodoloġiji u s-suppożizzjonijiet ewlenin li ġew adottati, u kemm tkun sensittiva l-valwazzjoni għal dawn l-għażliet;

(c)

spjegazzjoni, meta fattibbli, għalfejn il-valwazzjoni hija differenti minn valwazzjonijiet oħrajn relevanti, inklużi l-valwazzjonijiet tar-riżoluzzjoni mwettqa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/23 jew valwazzjonijiet oħra prudenzjali jew ta’ kontabilità.

Artikolu 26

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Mejju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 22, 22.1.2021, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(4)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(5)  Id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87).


9.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 199/34


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1617

tat-8 ta’ Awwissu 2023

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2011 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-kejbils fibrottiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (“ir-Regolament bażiku”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Miżuri fis-seħħ

(1)

Fis-17 ta’ Novembru 2021, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2011 (“ir-Regolament oriġinali”) (2) li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-kejbils fibrottiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“iċ-Ċina” jew “il-pajjiż ikkonċernat”). Id-dazju anti-dumping definittiv impost fil-bidu kien ivarja bejn 19,7 % u 44 % (“id-dazju impost fil-bidu”).

(2)

Il-prodott investigat huwa wkoll soġġett għal dazju kumpensatorju definittiv li jvarja bejn 5,1 % u 10,3 %, impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/72 (3), kif ikkoreġut mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/469 (4). Madankollu, id-dazju kompensatorju mhuwiex soġġett għal din l-investigazzjoni mill-ġdid. Wara l-impożizzjoni tad-dazju kumpensatorju definittiv fuq il-prodott investigat, sabiex jiġi evitat li l-effetti tas-sussidjar jiġu kkumpensati darbtejn, id-dazju anti-dumping definittiv tnaqqas għal firxa ta’ bejn 14,6 % u 33,7 %.

1.2.   Talba għal investigazzjoni mill-ġdid ta’ assorbiment

(3)

Il-Kummissjoni rċeviet talba għal investigazzjoni mill-ġdid ta’ assorbiment tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ fir-rigward tal-prodott investigat, skont l-Artikolu 12 tar-Regolament bażiku.

(4)

It-talba tressqet fit-28 ta’ Ottubru 2022 minn Europacable (“l-applikant”) f’isem il-produtturi tal-Unjoni. L-applikant jirrappreżenta aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-kejbils fibrottiċi.

(5)

L-applikant ippreżenta biżżejjed evidenza li turi li wara l-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali, il-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi naqsu u li t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi impedixxa l-effetti ta’ rimedju maħsuba tal-miżuri fis-seħħ. L-evidenza inkluża fit-talba indikat li t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-esportazzjoni ma setax jiġi spjegat minn tnaqqis fil-prezz tal-materja prima ewlenija jew kostijiet oħra jew minn bidla fit-taħlita tal-prodott.

1.3.   Ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni anti-dumping

(6)

Fit-8 ta’ Diċembru 2022, il-Kummissjoni fetħet l-investigazzjoni anti-dumping mill-ġdid, permezz ta’ notifika ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (in-“Notifika ta’ Ftuħ mill-Ġdid”) (5).

(7)

L-investigazzjoni mill-ġdid kienet tikkonċerna d-dazji anti-dumping attwali imposti, kif stabbilit fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament oriġinali, kif emendat u kkoreġut.

1.4.   Partijiet interessati

(8)

Fin-Notifika ta’ Ftuħ mill-Ġdid, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni mill-ġdid. Barra minn dan, il-Kummissjoni speċifikament infurmat lill-applikant, lill-produtturi esportaturi u lill-importaturi li kienu magħrufa li kienu kkonċernati u lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat dwar l-investigazzjoni mill-ġdid u stednithom biex jipparteċipaw.

(9)

Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità jagħtu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali.

1.5.   Kampjunar tal-produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

(10)

Sabiex tiddeċiedi jekk kienx hemm il-ħtieġa ta’ kampjunar u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ sabiex jipprovdu l-informazzjoni mitluba fin-Notifika ta’ Ftuħ mill-Ġdid lill-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi oħrajn, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni mill-ġdid.

(11)

Ħdax-il produttur esportatur fiċ-Ċina ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. F’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi abbażi tal-ikbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fil-ħin disponibbli. Il-gruppi ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kienu FiberHome Telecommunication Technologies Co., Ltd. u kumpaniji relatati (“il-Grupp FTT”) u Jiangsu Zhongtian Technology Co., Ltd. u kumpaniji relatati (“il-Grupp ZTT”). Il-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw 58 % tal-volum totali stmat tal-esportazzjoni tal-kejbils fibrottiċi miċ-Ċina lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ assorbiment (mill-1 ta’ Ottubru 2021 sat-30 ta’ Settembru 2022). Il-kampjun magħżul kien identiku għall-kampjun fl-investigazzjoni li wassal għall-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali (“l-investigazzjoni oriġinali”).

(12)

F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi magħrufa kollha kkonċernati u l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Ma wasal l-ebda kumment u b’hekk il-kampjun ġie kkonfermat.

1.6.   Kampjunar ta’ importaturi mhux relatati

(13)

Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni staqsiet lill-importaturi mhux relatati biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Ftuħ mill-Ġdid.

(14)

Żewġ kumpaniji (Cable 77 Danmark Aps u Connect Com GmbH) ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Wara li analizzat l-informazzjoni dwar il-kampjunar ipprovduta minnhom, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx meħtieġ u talbet liż-żewġ kumpaniji li kkooperaw biex jippreżentaw it-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarju għall-importaturi mhux relatati.

1.7.   Tweġibiet għall-kwestjonarji u l-verifiki

(15)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-gruppi ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u lill-kumpaniji li pprovdew informazzjoni mitluba minn importaturi mhux relatati. Il-kwestjonarji kienu disponibbli wkoll online fil-jum tal-bidu (6).

(16)

Waħda minn dawn il-kumpaniji, Cable 77 Danmark Aps (id-Danimarka), importatur mhux relatat, ippreżentat tweġiba mhux kompluta għall-kwestjonarju. Il-Kummissjoni bagħtet ittra ta’ defiċjenza fejn talbet għal informazzjoni addizzjonali. Madankollu, il-kumpanija ma weġbitx. It-tieni kumpanija, Connect Com GmbH (il-Ġermanja), informat lill-Kummissjoni li matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ assorbiment, din ma importatx il-prodott investigat miċ-Ċina iżda xtratu minn kumpaniji li jinsabu fl-Unjoni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma qisitx din il-kumpanija bħala importatur mhux relatat fis-sens tar-Regolament bażiku fil-kuntest tal-investigazzjoni mill-ġdid attwali. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma vverifikatx l-informazzjoni pprovduta minn dawn iż-żewġ kumpaniji u ma użatx din l-informazzjoni fl-investigazzjoni mill-ġdid preżenti.

(17)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat jew ikkontroverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa meħtieġa għall-iskop ta’ din l-investigazzjoni mill-ġdid ipprovduta mill-produtturi esportaturi fil-kampjun. Fid-dawl tat-tifqigħa tal-COVID-19, il-Kummissjoni ma setgħetx twettaq żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku fil-bini ta’ FiberHome Telecommunication Technologies Co., Ltd u Nanjing Wasin Fujikura Optical Communication Ltd (it-tnejn li huma jappartjenu għall-Grupp FTT) kif ukoll fil-bini ta’ Jiangsu Zhongtian Technology Co., Ltd, Zhongtian Power Optical Cable Co., Ltd, ZTT International Limited u ZTT Europe GmbH (li kollha jappartjenu għall-Grupp ZTT). Minflok, il-Kummissjoni kkontroverifikat mill-bogħod l-informazzjoni pprovduta minn dawn il-kumpaniji permezz ta’ vidjokonferenza, f’konformità mal-Avviż tagħha dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa ta’ COVID-19 fuq investigazzjonijiet anti-dumping u antisussidji (7).

(18)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni wettqet żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku fil-bini tal-importaturi relatati li ġejjin fl-Unjoni li jappartjenu għall-Grupp FTT:

FiberHome International Germany GmbH, il-Ġermanja;

FiberHome International Poland Sp. z o.o., il-Polonja.

1.8.   Perjodu kopert mill-investigazzjoni mill-ġdid ta’ assorbiment

(19)

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ assorbiment (“PIA”) kien mill-1 ta’ Ottubru 2021 sat-30 ta’ Settembru 2022. Il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali (“PIO”) kien mill-1 ta’ Lulju 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020.

1.9.   Kummenti dwar it-talba u l-bidu

(20)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar it-talba u l-bidu mingħand Connect Com GmbH (“Connect Com”), importatur mhux relatat li kkoopera fl-investigazzjoni oriġinali.

(21)

Connect Com iddikjara li l-użu tal-prezz medju għal kull km ta’ kejbil ma kienx indikatur sinifikanti biex jiġi vverifikat jekk id-dazji anti-dumping ġewx assorbiti minħabba li l-kejbils b’għadd kbir ta’ fibri kienu aktar għaljin għal kull km ta’ kejbil minn kejbils b’għadd baxx ta’ fibri. Connect Com argumenta li t-tnaqqis fil-prezz medju għal kull km ta’ kejbil kien ikkawżat mill-bidla fit-taħlita tal-prodott mibjugħa qabel u wara l-impożizzjoni tad-dazji anti-dumping.

(22)

Il-Kummissjoni fakkret li l-applikant qagħad fuq il-prezzijiet tal-importazzjoni mill-bażi tad-data TARIC tal-Eurostat għall-prodott investigat, li hija l-prattika tas-soltu minħabba li d-data statistika tinġabar abbażi tad-deskrizzjoni tal-prodott fl-intier tiegħu, minflok fuq tipi ta’ prodotti individwali. Il-Kummissjoni qieset li kien biżżejjed li terġa’ tiftaħ l-investigazzjoni mill-ġdid fuq din il-bażi. Barra minn hekk, ġie nnotat li Connect Com ma ppreżenta l-ebda evidenza li turi li t-tnaqqis fil-prezz tal-importazzjoni kien dovut għal bidla fit-taħlita tal-prodott. Matul l-investigazzjoni mill-ġdid, il-Kummissjoni ġabret data aktar dettaljata fil-livell tat-tip ta’ prodott abbażi ta’ numri tal-kontroll tal-prodott (product control numbers, “PCNs”) u setgħet tqabbel il-prezzijiet tal-istess tipi ta’ prodotti kif spjegat fil-premessa (40). Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

(23)

Connect Com iddikjara wkoll li l-unità ta’ kejl “kg” jew “tunnellati” ma kinitx komuni fin-negozju tal-kejbils. L-unitajiet ta’ kejl tas-soltu għall-kejbils kienu metri jew kilometri.

(24)

Il-Kummissjoni osservat li, bħal fil-każ tal-prodotti l-oħra kollha fil-bażi tad-data TARIC tal-Eurostat, il-volumi tal-importazzjonijiet tal-prodott investigat huma disponibbli wkoll f’tunnellati/kg, minbarra l-kilometri tal-kejbil. It-talba tal-applikant indikat il-volumi ta’ importazzjoni (rilevanti) fiż-żewġ unitajiet bil-prezz rilevanti għal kull unità. Għaldaqstant, it-talba ġiet miċħuda.

(25)

Connect Com iddikjara li l-kunsiderazzjoni tal-prezzijiet sa tmiem l-ewwel nofs tal-2022 biss, kif indikat fit-talba, wasslet għal distorsjoni fir-riżultat minħabba li l-prezzijiet reġgħu żdiedu f’Ġunju 2022 u kienu mistennija jkomplu jiżdiedu fit-tieni nofs tal-2022.

(26)

Il-Kummissjoni fakkret li, minħabba d-data tal-preżentazzjoni tat-talba, il-perjodu użat fit-talba biex jintwerew ix-xejriet li ntemmu fit-30 ta’ Ġunju 2022 kien l-aktar perjodu reċenti b’sett sħiħ ta’ data disponibbli għall-applikanti fiż-żmien tat-talba. Barra minn hekk, matul l-investigazzjoni mill-ġdid, il-Kummissjoni vvalutat il-prezzijiet sa tmiem il-PIA, jiġifieri t-30 ta’ Settembru 2022. Minn dan isegwi li l-perjodu li matulu, skont Connect Com, il-prezzijiet żdiedu kien parzjalment fil-PIA. Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

(27)

Connect Com ikkontesta wkoll il-kawżalità bejn il-prezzijiet li allegatament waqgħu u l-impożizzjoni tad-dazji. Iddikjara li kien diġà seħħ tnaqqis estrem fil-prezz minn Awwissu 2021 sa Settembru 2021, qabel ma ġew imposti d-dazji u li t-tnaqqis sussegwenti fil-prezz minn EUR 10 f’Diċembru 2021 għal EUR 7 f’Ġunju 2022 ma kienx għadu sinifikanti u ma kienx marbut mal-impożizzjoni tal-miżuri.

(28)

Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament bażiku, meta jkun hemm biżżejjed evidenza ta’ assorbiment tad-dazji, l-investigazzjoni oriġinali tista’ terġa’ tinfetaħ fuq talba ta’ kwalunkwe parti interessata. Il-Kummissjoni vvalutat l-evidenza ppreżentata mill-applikant li turi li wara l-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali, il-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi naqsu. Fid-dawl ta’ din l-informazzjoni, il-Kummissjoni ddeċidiet li tiftaħ l-investigazzjoni mill-ġdid ta’ assorbiment. Barra minn hekk, l-Artikolu 12(2) tar-Regolament bażiku jippermetti li l-Kummissjoni tikkunsidra evidenza ta’ tnaqqis fil-prezzijiet li jseħħ wara l-PIO u qabel l-impożizzjoni tad-dazji, bħal dawk diskussi minn Connect Com. Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni mressqa minn Connect Com ġiet miċħuda.

1.10.   Divulgazzjoni

(29)

Fl-1 ta’ Ġunju 2023, il-Kummissjoni ddivulgat il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien beħsiebha temenda d-dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-kejbils fibrottiċi li joriġinaw miċ-Ċina. Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand il-Grupp FTT, il-Grupp ZTT u Twentsche (Nanjing) Fibre Optics Ltd (“TFO”).

(30)

TFO, produttur esportatur li kkoopera mhux inkluż fil-kampjun, iddikjara li t-talba tiegħu għal eżami individwali ġiet injorata. Barra minn hekk, TFO iddikjara li kien 100 % proprjetà tal-kumpanija Netherlandiża TKH Group NV u li jbigħ il-kejbils fibrottiċi f’kundizzjoni normali ta’ kompetizzjoni lis-sussidjarja tiegħu fl-Unjoni. Iddikjara wkoll li l-ipprezzar ma nbidilx bejn il-PIO u l-PIA. Fl-aħħar nett ma qabilx mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni rigward id-dazju tad-dumping applikabbli għalih b’riżultat tal-investigazzjoni kontra l-assorbiment.

(31)

Il-Kummissjoni tinnota li TFO applika għal eżami individwali fl-investigazzjoni oriġinali. Matul l-investigazzjoni oriġinali, it-talba tiegħu għal eżami individwali ġiet miċħuda kif spjegat fil-premessa (40) tar-Regolament oriġinali. Għaldaqstant, id-dazju applikabbli għat-TFO kien id-dazju tal-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun kif spjegat fil-premessi (397) u (565) tar-Regolament oriġinali. Fl-investigazzjoni attwali, il-Kummissjoni kkalkulat il-marġni tad-dumping tal-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun matul il-PIA kif spjegat fil-premessa (85) ta’ dan ir-Regolament. Id-dazju applikabbli għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun tal-investigazzjoni oriġinali żdied kif spjegat fil-premessa (99) ta’ dan ir-Regolament.

(32)

Rigward il-parteċipazzjoni azzjonarja ta’ TFO, il-Kummissjoni nnotat li TFO huwa produttur esportatur ibbażat fiċ-Ċina li jesporta lejn l-Unjoni u huwa soġġett għad-dazju anti-dumping għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun. Il-fatt li TFO huwa proprjetà ta’ kumpanija oħra stabbilita fl-Unjoni ma għandu l-ebda effett fuq din is-sejba jew l-applikabbiltà tar-rata ta’ dazju rilevanti. Għaldaqstant, dawn id-dikjarazzjonijiet ġew miċħuda.

(33)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-partijiet interessati ngħataw opportunità li jinstemgħu. Ma ntalbet l-ebda seduta ta’ smigħ.

(34)

Fis-26 ta’ Ġunju 2023, il-Kummissjoni pprovdiet divulgazzjoni finali addizzjonali lill-partijiet interessati li abbażi tagħha kien beħsiebha temenda d-dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-kejbils fibrottiċi li joriġinaw miċ-Ċina. Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni addizzjonali. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand il-Grupp FTT u l-Grupp ZTT.

2.   PRODOTT INVESTIGAT

(35)

Il-prodott investigat huwa kejbils tal-fibra ottika b’modalità waħda, magħmula minn fibra waħda jew aktar miksija individwalment, b’kisi protettiv, kemm jekk fihom kondutturi elettriċi li joriġinaw miċ-Ċina kif ukoll jekk le, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 8544 70 00 (il-kodiċi TARIC 8544700010).

(36)

Il-prodotti li ġejjin huma esklużi:

i.

kejbils li fihom il-fibri ottiċi kollha huma mwaħħla individwalment b’konnetturi operazzjonali f’estremità waħda jew fiż-żewġ estremitajiet; u

ii.

kejbils għall-użu taħt il-baħar. Il-kejbils għall-użu taħt il-baħar huma kejbils fibrottiċi insulati bil-plastik, b’konduttur tar-ram jew tal-aluminju, li fihom il-fibri huma f’modulu/moduli tal-metall.

(37)

Il-kejbils fibrottiċi jintużaw bħala mezz ottiku ta’ trażmissjoni fin-networks tat-telekomunikazzjoni f’networks ta’ distanzi twal, metro u ta’ aċċess.

3.   SEJBIET TAL-INVESTIGAZZJONI MILL-ĠDID TA’ ASSORBIMENT

(38)

L-investigazzjoni mill-ġdid ta’ assorbiment skont l-Artikolu 12 tar-Regolament bażiku għandha l-għan li tistabbilixxi jekk il-prezzijiet ta’ esportazzjoni naqsux jew jekk ma kienx hemm moviment jew jekk kienx hemm moviment insuffiċjenti fil-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid jew fil-prezzijiet tal-bejgħ sussegwenti fl-Unjoni tal-prodott investigat wara l-PIO. Bħala t-tieni pass, jekk jiġi konkluż li l-miżura kellha twassal għal movimenti f’tali prezzijiet, mela allura, biex jitneħħa d-dannu stabbilit preċedentement f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku, il-prezzijiet tal-esportazzjoni għandhom jiġu vvalutati mill-ġdid skont l-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku u l-marġnijiet tad-dumping għandhom jiġu kkalkulati mill-ġdid biex jitqiesu l-prezzijiet tal-esportazzjoni vvalutati mill-ġdid.

3.1.   Tnaqqis fil-prezzijiet tal-esportazzjoni

(39)

Sabiex tiddetermina jekk il-prezzijiet tal-esportazzjoni naqsux, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet għal kull produttur esportatur inkluż fil-kampjun il-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-kost, l-assigurazzjoni u n-nol (cost, insurance, and freight, “CIF”) tiegħu fil-fruntiera doganali tal-Unjoni matul il-PIA u qabblet dawn il-prezzijiet mal-prezzijiet tal-esportazzjoni CIF korrispondenti ddeterminati matul l-investigazzjoni oriġinali għall-PIO.

(40)

Imbagħad il-Kummissjoni qabblet għal kull wieħed mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun il-prezzijiet tat-tipi ta’ prodotti mibjugħa fil-PIA mal-prezzijiet tal-istess tipi ta’ prodotti mibjugħa fil-PIO u kkalkulat għalihom id-differenza fil-prezz medju ponderat. Mhux it-tipi ta’ prodotti kollha mibjugħa fil-PIA nbiegħu wkoll fil-PIO. Biex tiżgura livell suffiċjenti ta’ komparabbiltà, il-Kummissjoni qabblet il-prezzijiet tat-tipi ta’ prodotti “mhux imqabbla” l-aktar mibjugħa fil-PIA mal-prezzijiet tat-tipi ta’ prodotti l-aktar simili mibjugħa fil-PIO, fejn disponibbli.

(41)

It-tqabbil ta’ hawn fuq li sar għaż-żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun irriżulta fi tnaqqis fil-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat ta’ 50,5 % għall-Grupp FTT u t-tnaqqis fil-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat ta’ 13,2 % għall-Grupp ZTT.

(42)

Rigward id-dikjarazzjoni ta’ Connect Com kif iddikjarat fil-premessa (21), l-investigazzjoni żvelat li grupp wieħed ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun esporta l-istess PCNs fil-PIA bħal fil-PIO, filwaqt li l-produttur esportatur l-ieħor inkluż fil-kampjun biegħ ukoll PCNs oħra fil-PIA meta mqabbel mal-PIO. L-investigazzjoni żvelat li l-prezzijiet naqsu għall-PCNs li jaqblu. Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

(43)

Billi kien hemm tnaqqis fil-prezzijiet tal-esportazzjoni, kif meħtieġ skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni kkalkulat mill-ġdid il-marġnijiet tad-dumping tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, f’konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku.

(44)

Il-Grupp ZTT sostna li ZTT Europe GmbH (“ZTT Europe”), l-importatur relatat tiegħu fl-Unjoni, xtara l-prodott investigat kollu mibjugħ mill-ġdid matul il-PIA qabel l-impożizzjoni tad-dazju anti-dumping (jiġifieri l-bejgħ mill-ġdid kollu ta’ ZTT Europe tal-prodott investigat matul il-PIA kien ħieles mid-dazju anti-dumping) u għaldaqstant jenħtieġ li l-Kummissjoni tinjora l-bejgħ ta’ ZTT Europe mill-valutazzjoni tagħha f’din l-investigazzjoni mill-ġdid.

(45)

Il-Kummissjoni osservat li skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament bażiku, jenħtieġ li din tivvaluta l-bidla fil-prezzijiet li kienet seħħet wara l-PIO u qabel jew wara l-impożizzjoni tal-miżuri. Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda, ħlief għall-bejgħ li sar minn ZTT Europe tal-prodott investigat mixtri qabel jew waqt il-PIO, li l-Kummissjoni tabilħaqq injorat fil-valutazzjoni tagħha.

(46)

Connect Com iddikjara li ma ngħatat l-ebda ġustifikazzjoni komprensibbli dwar għaliex kien jenħtieġ li l-importaturi individwali jirrapportaw l-importazzjonijiet tagħhom f’kilometri ta’ fibra minflok f’kilometri ta’ kejbils.

(47)

Fil-kwestjonarji, il-Kummissjoni talbet kemm lill-produtturi esportaturi kif ukoll lill-importaturi biex jirrapportaw id-data f’kilometri ta’ kejbils u f’kilometri ta’ fibri kif intalab fl-investigazzjoni oriġinali. Madankollu, il-kalkoli kollha twettqu f’kilometri ta’ kejbils.

(48)

Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali, il-Grupp ZTT iddikjara li meta tiddetermina jekk il-prezzijiet tal-esportazzjoni naqsux, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis biss dawk it-tipi ta’ prodotti li nbiegħu wkoll fil-PIO. Il-Grupp ZTT argumenta li l-metodoloġija tal-Kummissjoni biex tqabbel il-livell tal-prezzijiet tal-aktar tipi ta’ prodotti li jixxiebhu mill-qrib tkun distortiva billi bidla minuri fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-istruttura tal-PCN tista’ twassal għal varjanzi konsiderevoli fil-kost u fil-prezzijiet.

(49)

Il-Kummissjoni qieset li huwa aktar xieraq li jiġu stabbiliti paraguni tal-prezzijiet tal-esportazzjoni għall-maġġoranza tat-tipi ta’ prodotti mibjugħa matul il-PIA, biex tingħata stampa aktar preċiża tal-iżviluppi fil-prezzijiet bejn il-PIO u l-PIA. Madankollu, il-Kummissjoni nnotat li anki li kieku t-tqabbil kien ikun ibbażat biss fuq il-PCNs li jaqblu, xorta jkun hemm tnaqqis fil-prezz ta’ 20,6 %. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

(50)

Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni, il-Grupp ZTT iddikjara li l-Kummissjoni ma spjegatx b’mod adegwat il-metodoloġija użata biex tidentifika l-aktar tipi ta’ prodotti li jixxiebhu mill-qrib jew għaliex tqiesu li jixbhu t-tipi ta’ prodotti li ma jaqblux mibjugħa fil-PIA, li fin-nuqqas tagħhom il-Kummissjoni setgħet qabblet il-prezzijiet ta’ tipi ta’ prodotti differenti ħafna, li ma jirriflettux b’mod preċiż l-iżvilupp tal-prezzijiet. Din id-dikjarazzjoni ġiet imtennija minn ZTT fil-kummenti dwar id-divulgazzjoni finali addizzjonali.

(51)

Il-Kummissjoni nnotat li d-divulgazzjoni finali pprovduta lil ZTT diġà identifikat l-aktar PCNs li jixxiebhu mill-qrib użati mill-Kummissjoni. Abbażi ta’ din id-divulgazzjoni, ZTT seta’ jispjega għaliex l-għażla ta’ kull PCN li jixxiebah mill-qrib ma tkunx xierqa fid-dawl tal-karatteristiki fiżiċi jew elementi oħra u b’hekk twassal għal distorsjoni tar-riżultati. Madankollu, ZTT ma pprovda l-ebda evidenza jew argument speċifiku biex tissostanzja d-dikjarazzjoni tagħha li l-metodoloġija użata mill-Kummissjoni twassal għal eżiti distorsivi għall-fini tal-komparabbiltà tal-prezzijiet. Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

(52)

Barra minn hekk, il-Grupp ZTT iddikjara li meta ddetermina jekk il-prezzijiet tal-esportazzjoni naqsux, il-Kummissjoni injorat l-effett tad-differenza fit-taħlita tal-prodotti mibjugħa f’termini ta’ prezz u kwantità fil-PIA meta mqabbla ma’ dik mibjugħa fil-PIO. Il-Grupp ZTT iddikjara li, sabiex titqies it-taħlita tal-prodotti, jenħtieġ li l-Kummissjoni: (1) tikkalkula għal kull tip ta’ prodott il-piż tiegħu fil-valur totali tal-esportazzjoni fil-PIA u mbagħad timmultiplika dan il-piż bil-proporzjon tad-differenza fil-prezz; jew (2) timmultiplika d-differenza fil-prezz għal kull tip ta’ prodott bil-kwantità mibjugħa fil-PIA ta’ dak it-tip ta’ prodott. F’dan il-każ, il-Grupp ZTT iddikjara li kien ikun hemm żieda fil-prezz tal-esportazzjoni b’mod ġenerali. Il-Grupp ZTT iddikjara wkoll li matul il-PIA huwa biegħ aktar kejbils b’għadd aktar baxx ta’ fibri li kienu orħos minn kejbils b’għadd ogħla ta’ fibri. Madankollu, il-Grupp ZTT ma speċifikax x’jikkostitwixxi kejbil b’“għadd aktar baxx ta’ fibri” u kejbil b’ “għadd ogħla ta’ fibri”. Il-Grupp ZTT ikkonkluda fuq din il-bażi li l-maġġoranza tat-tipi ta’ prodotti mibjugħa fil-PIA kienu prodotti bi prezz baxx filwaqt li fil-PIO nbiegħu aktar minn prodotti bi prezzijiet ogħla, u li għaldaqstant paragun sempliċi tal-livell tal-prezz medju ponderat għal kull tip ta’ prodott f’kull perjodu jirriżulta fi stampa distorta.

(53)

Il-Kummissjoni nnotat li l-piż tal-kejbils b’għadd aktar baxx ta’ fibri (jiġifieri sa sitt fibri) kien jirrappreżenta [45 % - 56 %] tal-volum totali tal-bejgħ fil-PIO meta mqabbel ma’ [43 % - 54 %] fil-PIA. Għaldaqstant, dawn il-kejbils kienu jirrappreżentaw porzjon iżgħar tal-bejgħ fil-PIA meta mqabbel mal-PIO, għall-kuntrarju ta’ dak li ddikjara l-Grupp ZTT. Meta jitqiesu l-kejbils b’massimu ta’ tmien fibri, dawn il-kejbils kienu jirrappreżentaw [47 % - 60 %] fil-PIO meta mqabbla ma’ [48 % - 61 %] fil-PIA, li huwa persentaġġ pjuttost simili b’impatt marġinali fuq il-prezz medju ta’ dawn it-tipi ta’ prodotti.

(54)

Barra minn hekk, għall-kuntrarju ta’ dak li ddikjara l-Grupp ZTT, iż-żewġ metodi ssuġġeriti mill-Grupp ZTT biex titqies id-differenza fit-taħlita tal-prodotti f’termini tal-valur u l-volum bejn il-PIO u l-PIA fil-fatt ma jindirizzawx id-differenza fit-taħlita tal-prodotti bejn il-PIO u l-PIA, billi fiż-żewġ metodi titqies biss it-taħlita tal-prodotti fil-PIA. Barra minn hekk, l-ewwel metodu jiżen il-bidliet relattivi fil-prezz skont il-proporzjon tal-valur tal-bejgħ ta’ kull PCN fil-bejgħ totali fil-PIA, filwaqt li t-tieni metodu jiżen id-differenzi assoluti fil-prezz skont il-volum tal-bejgħ ta’ kull PCN fil-PIA. Il-Grupp ZTT ma jispjegax għaliex metodu wieħed huwa bbażat fuq numri assoluti filwaqt li l-ieħor huwa bbażat fuq numri relattivi (persentaġġi). Dan juri li l-metodi ssuġġeriti mill-Grupp ZTT kienu arbitrarji u inkonsistenti.

(55)

Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni nnotat li kif iddikjarat fil-premessa (38), skont l-Artikolu 12 tar-Regolament bażiku, l-investigazzjoni ta’ assorbiment għandha l-għan li tistabbilixxi, bħala l-ewwel pass, jekk il-prezzijiet tal-esportazzjoni naqsux jew jekk kienx hemm moviment, jew moviment insuffiċjenti, fil-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid jew fil-prezzijiet tal-bejgħ sussegwenti fl-Unjoni tal-prodott investigat wara l-PIO (għal kull tip ta’ prodott), li jiġġustifika determinazzjoni mill-ġdid tal-marġni tad-dumping fit-tieni pass. Fir-rigward tal-ewwel pass, il-Kummissjoni eżaminat jekk il-prezzijiet tal-esportazzjoni fil-PIA naqsux meta mqabbla mal-prezzijiet tal-esportazzjoni fil-PIO. Dan l-eżami twettaq għal kull tip ta’ prodott. Meta kkalkulat id-differenza fil-prezz għal kull tip ta’ prodott, il-Kummissjoni nnotat li, għal ħafna tipi ta’ prodotti, il-prezzijiet tal-esportazzjoni fil-fatt naqsu. Fuq dik il-bażi, diġà jista’ jiġi konkluż li l-prezzijiet naqsu skont it-tifsira tal-Artikolu 12 tar-Regolament bażiku. Kif diġà ġie nnotat fil-premessa (41), il-prezz medju ponderat tal-esportazzjoni għall-Grupp ZTT naqas bi 13,2 %. Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

(56)

Fil-kummenti tiegħu għad-divulgazzjoni finali addizzjonali, il-Grupp ZTT iddikjara li l-metodoloġija tal-prezz “CIF maħdum” użata mill-Kummissjoni biex tistabbilixxi l-bidla fil-prezz tal-esportazzjoni hija żbaljata billi għall-bejgħ li sar permezz tal-importatur relatat, il-Kummissjoni missha qabblet il-prezz tal-bejgħ mill-ġdid tal-importatur relatat minflok il-prezz “CIF maħdum” kif allegatament meħtieġ mill-Artikolu 12 tar-Regolament bażiku jew, fin-nuqqas ta’ dan, il-Kummissjoni missha użat marġni ta’ profitt aktar xieraq ta’ importatur tal-UE mhux relatat milli dak li użat biex taħdem il-prezz CIF.

(57)

Il-Kummissjoni injorat l-allegazzjonijiet li saru dwar l-użu mhux xieraq tal-prezzijiet CIF, billi dawn ġew ipprovduti barra mill-iskadenza stabbilita għall-kummenti dwar id-divulgazzjoni finali. Barra minn hekk, ma ngħatat l-ebda spjegazzjoni għaliex jenħtieġ li l-prezz tal-esportazzjoni ma jiġix aġġustat matul il-PIA, għall-kuntrarju tal-PIO. Fir-rigward tal-livell tal-profitt, il-Kummissjoni rreferiet għall-premessa (70), fejn din il-kwistjoni kienet diġà ġiet indirizzata. Ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza ġdida.

(58)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-prezzijiet tal-esportazzjoni naqsu skont l-Artikolu 12 tar-Regolament bażiku.

3.2.   Dumping

3.2.1.   Prezz tal-esportazzjoni

(59)

Intużaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni għall-PIA, miġbura u vverifikati jew kontroverifikati fil-qafas ta’ din l-investigazzjoni mill-ġdid, skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament bażiku.

(60)

Il-gruppi inklużi fil-kampjun ta’ produtturi esportaturi esportaw lejn l-Unjoni jew direttament lil konsumaturi indipendenti jew permezz ta’ kumpaniji relatati li jaġixxu bħala aġent, negozjant jew importatur.

(61)

Il-prezz tal-esportazzjoni għall-bejgħ magħmul direttament lil konsumaturi indipendenti fl-Unjoni u permezz ta’ kumpaniji kummerċjali kien il-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-prodott investigat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

(62)

Il-prezz tal-esportazzjoni għall-bejgħ permezz tal-importaturi relatati ġie stabbilit abbażi tal-prezz li bih il-prodott importat reġa’ nbiegħ għall-ewwel darba lil konsumaturi indipendenti fl-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. F’dan il-każ, l-aġġustamenti tal-prezz saru għall-kostijiet kollha li ġġarrbu bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, inkluż il-bejgħ, l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi tal-importaturi relatati u profitt raġonevoli. L-importaturi relatati huma ZTT Europe GmbH għall-Grupp ZTT, u FiberHome International Poland Sp. z o.o., u FiberHome International Germany GmbH għall-Grupp FTT.

(63)

Fil-kummenti tiegħu għad-divulgazzjoni finali, il-Grupp ZTT iddikjara li meta kkalkula l-prezz tal-esportazzjoni, il-Kummissjoni għaddet doppju l-ispejjeż tal-pakkett għall-bejgħ ta’ ZTT li sar permezz ta’ ċerti kumpaniji relatati fil-PIA.

(64)

Din id-dikjarazzjoni nstabet li kienet ġustifikata u l-prezz tal-esportazzjoni ġie aġġustat skont dan.

(65)

Il-Grupp ZTT iddikjara wkoll li meta kkalkula l-prezz tal-esportazzjoni tal-bejgħ ta’ ZTT permezz ta’ waħda mill-kumpaniji relatati tagħha fil-PIA, il-Kummissjoni użat b’mod żbaljat bħala indikatur, kwota ta’ unità bbażata fuq id-data tal-PIO sabiex tistabbilixxi l-kwoti għall-bejgħ ta’ ZTT lil waħda mill-kumpaniji relatati tagħha. Il-Grupp ZTT argumenta li dan l-indikatur ma kienx preċiż billi kien relatat ma’ perjodu differenti mill-PIA u ġie kkalkolat abbażi ta’ tranżazzjoni waħda biss fil-PIO bi kwantità baxxa li ma kinitx rappreżentattiva. Il-Grupp ZTT issuġġerixxa li minflok jenħtieġ li l-Kummissjoni tuża l-kwota tal-unità bejn tnejn mill-kumpaniji relatati tagħha fil-PIA.

(66)

Din id-dikjarazzjoni nstabet li kienet ġustifikata u l-prezz tal-esportazzjoni ġie aġġustat skont dan.

(67)

Il-Grupp ZTT iddikjara wkoll li l-bejgħ tal-prodott ikkonċernat normalment sar skont il-proġett u li kien hemm żmien meħtieġ relattivament twil bejn il-konklużjoni tan-negozjati dwar il-prezzijiet u l-konsenja tal-prodotti kollha koperti mill-proġetti. F’ċerti każijiet, b’mod partikolari meta l-bejgħ sar permezz ta’ proċess ta’ bejgħ speċifiku, il-prezzijiet tal-bejgħ ma setgħux jiġu modifikati aktar biex iqisu l-kost tat-trasport tal-merkanzija. Għaldaqstant, il-Grupp ZTT kellu jkopri l-kostijiet ogħla tat-trasport tal-merkanzija bil-baħar allegatament imġarrba fil-PIA meta mqabbel mal-PIO. Il-Grupp ZTT iddikjara wkoll li l-kostijiet eċċezzjonalment għoljin tat-trasport tal-merkanzija bil-baħar fil-PIA kellhom impatt sinifikanti fuq il-kalkolu tal-prezz tal-esportazzjoni stabbilit fil-livell mill-fabbrika u li għalhekk, il-marġni għoli tad-dumping stabbilit matul il-PIA kien fil-biċċa l-kbira dovut għat-tnaqqis ta’ dawn il-kostijiet tat-trasport anormalment għoljin fil-PIA iżda ma kienx jirrifletti l-andament normali tal-kummerċ. B’riżultat ta’ dan, il-Grupp ZTT talab lill-Kummissjoni taġġusta ’l isfel dawn il-kostijiet b’mod proporzjonat maż-żieda tagħhom mill-PIO għall-PIA.

(68)

Il-Kummissjoni nnotat li ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza ta’ sostenn mill-Grupp ZTT rigward l-allegat żmien twil meħtieġ bejn il-konklużjoni tan-negozjati dwar il-prezzijiet u l-konsenja tal-prodotti kollha. Barra minn hekk, matul il-kontroverifiki mill-bogħod, il-kumpaniji fil-Grupp ZTT ikkonfermaw li ma bigħux il-kejbils fibrottiċi permezz tal-proċess ta’ bejgħ partikolari lil-Grupp ZTT irrefera għalih fid-dikjarazzjoni tiegħu. Dan il-fatt ġie rreġistrat fir-rapporti tal-missjonijiet li ġew divulgati lill-Grupp ZTT u l-Grupp ZTT ma indikax li din is-sejba fattwali kienet skorretta. Barra minn hekk, din id-dikjarazzjoni saret biss wara d-divulgazzjoni finali u l-Kummissjoni setgħet tivverifikaha biss abbażi tal-informazzjoni disponibbli fil-fajl li wriet li kien hemm intervall ta’ żmien bejn xahrejn u erba’ xhur biss bejn id-data tal-ordni tax-xiri u d-data tal-konsenja, li mhijiex eċċezzjonalment twila. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

(69)

Barra minn hekk, il-Grupp ZTT iddikjara li l-marġni ta’ profitt tal-importatur mhux relatat imsemmi fil-premessa (62) ġie stabbilit fil-PIO u għaldaqstant ġie sopravalutat għall-PIA, meta jitqiesu l-kostijiet għoljin tat-trasport tal-merkanzija, ir-reċessjoni ekonomika f’nofs l-inflazzjoni għolja fl-Ewropa kif ukoll id-dazji anti-dumping fis-seħħ fil-PIA. Għaldaqstant, il-Grupp ZTT talab lill-Kummissjoni tistabbilixxi livell ta’ profitt raġonevoli ta’ importatur mhux relatat fil-PIA.

(70)

Il-Kummissjoni nnotat li l-Grupp ZTT ikkontradixxa lilu nnifsu fir-rigward tal-kostijiet tat-trasport tal-merkanzija. Minn naħa waħda, hija affermat li l-kostijiet għoljin tat-trasport tal-merkanzija fil-PIA ġġarrbu mill-Grupp ZTT kif spjegat fil-premessa (67), filwaqt li min-naħa l-oħra l-istess kostijiet għoljin tal-merkanzija affettwaw il-profittabbiltà ta’ importatur fl-Unjoni. Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (16), l-ebda importatur mhux relatat ma kkoopera fl-investigazzjoni. B’riżultat ta’ dan, ma kien hemm l-ebda informazzjoni rilevanti disponibbli għall-Kummissjoni speċifika għall-PIA. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li l-Grupp ZTT ma speċifikax x’kien il-livell ta’ marġni ta’ profitt raġonevoli ta’ importatur mhux relatat fil-PIA. Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

(71)

Fil-kummenti tiegħu għad-divulgazzjoni finali, il-Grupp FTT iddikjara li meta kkalkula l-prezz tal-esportazzjoni għall-bejgħ dirett ta’ FiberHome Telecommunication Technologies Co., Ltd (“FTT”) u l-bejgħ ta’ Nanjing Wasin Fujikura Optical Communication Ltd. permezz ta’ FTT, il-Kummissjoni naqqset darbtejn it-tariffa tal-aġent ta’ Wuhan FiberHome International Technologies (“WFIT”).

(72)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din id-dikjarazzjoni. Kif ġie spjegat fid-divulgazzjoni kunfidenzjali speċifika għall-kumpanija lill-Grupp FTT, l-ammont tat-tariffa tal-aġent irrapportat taħt “kwoti oħra” tnaqqas mill-ammont totali tat-tariffa tal-aġent ikkalkulat abbażi tal-persentaġġi tat-tariffi tal-aġenti stipulati fil-ftehimiet tal-Aġenzija ma’ WFIT għall-2021 u l-2022. Din il-metodoloġija kienet viżibbli wkoll fil-fajls ta’ kalkolu speċifiċi għall-kumpanija pprovduti lill-Grupp FTT. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

(73)

Il-Grupp FTT iddikjara wkoll li l-Kummissjoni naqqset darbtejn it-tariffa tal-merkanzija interna, darba bħala kwota fil-fajl tal-elenkar tat-tranżazzjonijiet u darba oħra fil-kalkolu tal-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi tal-FTT.

(74)

Il-Kummissjoni sabet li din id-dikjarazzjoni kienet ġustifikata u rrevediet il-prezz tal-esportazzjoni skont dan.

3.2.2.   Valur normali

(75)

Il-valur normali kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali jintuża għall-kalkolu tal-marġnijiet tad-dumping matul il-PIA, sakemm ma tintalabx reviżjoni tal-valur normali li tqis il-bidliet fil-PIA li hija sostanzjata skont l-Artikolu 12(5) tar-Regolament bażiku.

(76)

Fil-każ preżenti, il-gruppi inklużi fil-kampjun ta’ produtturi esportaturi ma talbux reviżjoni tal-valur normali. Għaldaqstant, il-valur normali stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali ntuża fil-kalkolazzjoni mill-ġdid tal-limiti tad-dumping.

(77)

Uħud mit-tipi ta’ prodotti mibjugħa mill-gruppi inklużi fil-kampjun ta’ produtturi esportaturi fil-PIA ma nbigħux minnhom fil-PIO. F’dan il-każ intuża l-valur normali għat-tipi ta’ prodotti l-aktar simili mibjugħa mill-produtturi rispettivi fl-investigazzjoni oriġinali.

(78)

Fil-kummenti tiegħu għad-divulgazzjoni finali, il-Grupp FTT sostna li l-Kummissjoni, meta identifikat tipi ta’ prodotti li jixxiebhu mill-qrib, qieset biss l-erba’ parametri tal-PCN, jiġifieri t-tip ta’ fibra ottika b’modalità waħda fil-kejbil, id-dijametru tal-fibra ottika miksija, l-għadd ta’ fibri fil-kejbil u l-għadd ta’ fibri għal kull modulu. FTT argumenta li fuq din il-bażi, diversi PCNs li jaqblu mill-qrib kienu jkunu disponibbli, u mhux wieħed biss, u li l-Kummissjoni missha użat il-valur normali medju tal-PCNs kollha li jaqblu mill-qrib. Fil-kummenti tiegħu għad-divulgazzjoni finali addizzjonali, il-Grupp FTT iddikjara wkoll li l-metodu magħżul mill-Kummissjoni biex tidentifika tipi ta’ prodotti li jixxiebhu mill-qrib kien inkonsistenti billi ċerti PCNs kienu jaqblu biss bi tnejn u mhux b’erba’ parametri tal-PCN.

(79)

Għall-kuntrarju tad-dikjarazzjoni, il-Kummissjoni ma kkunsidratx biss erba’ parametri tal-PCN iżda qieset il-parametri kollha definiti fil-PCN. F’każ fejn kien hemm aktar minn PCN wieħed li jaqbel mill-qrib, il-Kummissjoni għażlet dak bl-inqas numru ta’ differenzi meta mqabbel mal-PCN oriġinali. Ngħataw aktar dettalji lill-Grupp FTT fid-divulgazzjoni speċifika tal-kumpanija billi kienet tinkludi informazzjoni kunfidenzjali. Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

3.2.3.   Tqabbil

(80)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika.

(81)

Fejn iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat tqabbil ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet, f’konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għat-trasport, l-assigurazzjoni, l-immaniġġjar u t-tagħbija, id-dazju doganali tal-UE, l-ispejjeż tal-ippakkjar, il-kost tal-kreditu, l-imposti bankarji u t-tariffa tal-aġent.

(82)

Sar aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(i) għall-bejgħ permezz tal-kumpanija kummerċjali relatata ma’ ZTT, ZTT International Limited. Saru wkoll aġġustamenti skont l-Artikolu 2(10)(i) fil-każ ta’ bejgħ ta’ prodotti manifatturati minn Zhongtian Power Optical Cable Co., Ltd li nbiegħu minn Jiangsu Zhongtian Technology Co., Ltd, u fil-każ ta’ bejgħ ta’ prodotti manifatturati minn Nanjing Wasin Fujikura Optical Communication Ltd li nbiegħu minn FiberHome Telecommunication Technologies Co., Ltd. Dawn l-aġġustamenti saru fl-investigazzjoni oriġinali u l-Kummissjoni sabet li l-kundizzjonijiet għal dawn l-aġġustamenti kienu preżenti fil-PIA.

(83)

L-aġġustamenti kienu jikkonsistu fl-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi tal-kumpaniji kummerċjali u profitt ta’ 10 % (kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali).

3.2.4.   Marġni tad-dumping

(84)

Sabiex jiġi stabbilit il-marġni tad-dumping għaż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip tal-prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip tal-prodott investigat korrispondenti, fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(85)

Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw iżda li mhumiex inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni stabbiliet il-marġni tad-dumping fil-livell tal-marġni tad-dumping medju ponderat stabbilit tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, f’konformità mal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku.

(86)

Sabiex tistabbilixxi l-marġni għall-produtturi esportaturi l-oħra kollha fiċ-Ċina, il-Kummissjoni ddeterminat il-livell ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi, filwaqt li qieset il-volum tal-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw lejn l-Unjoni u l-volum totali stmat tal-esportazzjoni miċ-Ċina.

(87)

Il-livell ta’ kooperazzjoni f’dan il-każ kien għoli. Għaldaqstant, il-Kummissjoni qieset bħala xieraq li tibbaża l-marġni tad-dumping residwu fil-livell tal-kumpanija li kkooperat inkluża fil-kampjun bl-ogħla marġni tad-dumping.

(88)

Fuq din il-bażi, il-marġnijiet tad-dumping espressi bћala persentaġġ tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Isem il-kumpanija

Marġni tad-dumping fil-PIO

Marġni tad-dumping fil-PIA

Żieda fil-marġni tad-dumping

(punti perċentwali)

 

Grupp FTT:

FiberHome Telecommunication Technologies Co., Ltd.

Nanjing Wasin Fujikura Optical Communication Ltd.

44,0  %

116,6  %

72,6

 

Grupp ZTT:

Jiangsu Zhongtian Technology Co., Ltd.

Zhongtian Power Optical Cable Co., Ltd.

19,7  %

67,3  %

47,6

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw

31,2  %

109,2  %

78,0

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

44,0  %

116,6  %

72,6

(89)

Kif jidher fit-tabella ta’ hawn fuq, fil-każijiet kollha l-marġni tad-dumping fil-PIA kien ogħla minn dak fil-PIO.

3.3.   Livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu

(90)

Sabiex jiġi determinat il-livell ta’ dazju anti-dumping applikabbli, il-Kummissjoni vverifikat jekk il-marġnijiet tad-dumping kinux għadhom taħt il-marġnijiet tad-dannu bbażati fuq il-prezzijiet tal-esportazzjoni fil-PIA.

(91)

Il-Kummissjoni ddeterminat il-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu abbażi ta’ tqabbil tal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun stabbiliti fil-PIA mal-prezz medju ponderat mhux dannuż tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni kif stabbilit matul il-PIO. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil ġiet espressa bħala persentaġġ tal-valur CIF medju ponderat tal-importazzjonijiet.

(92)

Mhux it-tipi kollha ta’ prodotti mibjugħa mill-produtturi esportaturi li kkooperaw fil-PIA nbiegħu mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun fil-PIO. Biex tiżgura livell suffiċjenti ta’ komparabbiltà, kull fejn possibbli, il-Kummissjoni qabblet il-prezzijiet tat-tipi ta’ prodotti “mhux imqabbla” (dawk bl-ogħla kwantità ta’ importazzjoni fil-PIA) mal-prezzijiet mhux dannużi tat-tipi ta’ prodotti l-aktar simili mibjugħa mill-produtturi tal-Unjoni kif stabbilit matul il-PIO.

(93)

Il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu għal “kumpaniji oħrajn li kkooperaw” u għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha” huwa definit bl-istess mod bħall-marġni tad-dumping għal dawn il-kumpaniji.

(94)

Instabu l-marġnijiet tad-dannu li ġejjin:

Isem il-kumpanija

Livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu fil-PIA

Grupp FTT:

FiberHome Telecommunication Technologies Co., Ltd.

Nanjing Wasin Fujikura Optical Communication Ltd.

131,5  %

Grupp ZTT:

Jiangsu Zhongtian Technology Co., Ltd.

Zhongtian Power Optical Cable Co., Ltd.

99,1  %

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw

128,7  %

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

131,5  %

4.   KONKLUŻJONI

(95)

Il-marġnijiet tad-dumping tal-gruppi ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ikkalkulati għall-PIA żdiedu meta mqabbel ma’ dawk stabbiliti fil-PIO.

(96)

Fl-investigazzjoni antisussidji (ara l-premessa (2)), il-Kummissjoni naqqset il-marġni tad-dumping li nstab fl-investigazzjoni oriġinali bl-ammont sħiħ ta’ sussidjar biex jiġi evitat “għadd doppju”, f’konformità mal-Artikolu 24(1) tar-Regolament antisussidji bażiku (8). Għaldaqstant, billi l-investigazzjoni antisussidji għadha mhux affettwata mill-investigazzjoni preżenti, ir-rata ta’ sussidjar stabbilita oriġinarjament trid titnaqqas mill-marġnijiet tad-dumping stabbiliti fil-PIA.

(97)

Il-marġnijiet tad-dumping fil-PIA, stabbiliti kif spjegat fil-premessa (96), huma aktar baxxi mil-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu stabbilit fil-PIA. Għaldaqstant, f’konformità mal-Artikolu 9(4), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament bażiku, il-marġnijiet tad-dumping il-ġodda jservu bħala l-bażi għad-dazji anti-dumping.

(98)

Ir-rata ta’ dazju anti-dumping riveduta ma tistax taqbeż id-doppju tal-ammont tad-dazju anti-dumping impost inizjalment, f’konformità mal-Artikolu 12(3) tar-Regolament bażiku.

(99)

Konsegwentement, ir-rati riveduti ta’ dazju anti-dumping applikabbli, qabel id-dazju, għall-prezz nett ħieles minn kull piż fil-fruntiera tal-Unjoni ikunu kif ġej:

Isem il-kumpanija

Marġni tad-dumping fil-PIA

Dazju kumpensatorju fil-PIO

Livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu fil-PIA

Dazju anti-dumping li jirriżulta mill-PIA

Dazju limitat bl-Art. 12 (3) RB (ara l-premessa (98))

Dazju anti-dumping rivedut

Grupp FTT:

 

FiberHome Telecommunication Technologies Co., Ltd.

 

Nanjing Wasin Fujikura Optical Communication Ltd.

 

Hubei Fiberhome Boxin Electronic Co., Ltd (9)

116,6  %

10,3  %

131,5  %

106,3  %

88,0  %

88,0  %

Il-Grupp ZTT:

 

Jiangsu Zhongtian Technology Co., Ltd.

 

Zhongtian Power Optical Cable Co., Ltd.

67,3  %

5,1  %

99,1  %

62,2  %

39,4  %

39,4  %

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw kemm fl-investigazzjoni antisussidji kif ukoll fl-investigazzjoni anti-dumping

109,2  %

7,8  %

128,7  %

101,4  %

62,4  %

62,4  %

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw fl-investigazzjoni anti-dumping, iżda mhux fl-investigazzjoni antisussidji

109,2  %

10,3  %

128,7  %

98,9  %

62,4  %

62,4  %

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

116,6  %

10,3  %

131,5  %

106,3  %

88,0  %

88,0  %

(100)

Fil-kummenti tiegħu għad-divulgazzjoni finali, imtennija fil-kummenti għad-divulgazzjoni finali addizzjonali, il-Grupp ZTT iddikjara li billi jenħtieġ il r-rata tad-dazju anti-dumping riveduta ma taqbiżx id-doppju tal-ammont tad-dazju anti-dumping impost inizjalment u d-dazju anti-dumping inizjali impost fuq il-Grupp ZTT kien ta’ 14,6 %, jenħtieġ li r-rata tad-dazju anti-dumping riveduta għall-Grupp ZTT ma taqbiżx id-29,2 %. Għaldaqstant, ir-rata tad-dazju anti-dumping ma tistax tkun ta’ 39,4 % kif ikkalkulata mill-Kummissjoni.

(101)

Il-Kummissjoni nnotat li d-dazju anti-dumping inizjali impost fuq il-Grupp ZTT kien ta’ 19,7 % skont ir-Regolament oriġinali. Id-dazju anti-dumping ta’ 14,6 % li l-Grupp ZTT irrefera għalih fil-premessa (100), kien id-dazju anti-dumping wara l-impożizzjoni tad-dazju kumpensatorju li naqqas id-dazju anti-dumping fis-seħħ sabiex jiġi evitat l-għadd doppju kif spjegat fil-premessa (765) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/72 u fil-premessa (2) ta’ dan ir-Regolament. Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

(102)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Ir-rati tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u prodott mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġej:

Kumpanija

Dazju anti-dumping definittiv

Kodiċi addizzjonali TARIC

Il-Grupp FTT:

 

FiberHome Telecommunication Technologies Co., Ltd.

 

Nanjing Wasin Fujikura Optical Communication Ltd.

 

Hubei Fiberhome Boxin Electronic Co., Ltd

88,0  %

C696

Il-Grupp ZTT:

 

Jiangsu Zhongtian Technology Co., Ltd.

 

Zhongtian Power Optical Cable Co., Ltd.

39,4  %

C697

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw kemm fl-investigazzjoni antisussidji kif ukoll fl-investigazzjoni anti-dumping elenkati fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/72

62,4  %

Ara l-Anness I

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw kemm fl-investigazzjoni anti-dumping iżda mhux fl-investigazzjoni antisussidji elenkati fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/72

62,4  %

Ara l-Anness II

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

88,0  %

C999”

(2)

L-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 2

Meta produttur esportatur ġdid mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni, l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2011 jista’ jiġi emendat billi jiżdied dak il-produttur esportatur il-ġdid mal-lista ta’ kumpaniji li kkooperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun u, għalhekk, huma soġġetti għar-rata ta’ dazju medja ponderata xierqa ta’ anti-dumping, jiġifieri 62,4 %. Produttur esportatur ġdid għandu jipprovdi evidenza li huwa:

(a)

ma esportax il-prodotti deskritti fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2011 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (mill-1 ta’ Lulju 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020);

(b)

mhuwiex relatat ma’ esportatur jew ma’ produttur soġġett għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament; u

(c)

ikun effettivament esporta l-prodotti deskritti fl-Artikolu 1(1) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, jew daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli li jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni wara t-tmiem tal-perjodu tal-investigazzjoni.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Awwissu 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2011 tas-17 ta’ Novembru 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-kejbils fibrottiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 410, 18.11.2021, p. 51).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/72 tat-18 ta’ Jannar 2022 li jimponi dazji kompensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ kejbils fibrottiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2011 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ kejbils fibrottiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 12, 19.1.2022, p. 34).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/469 tat-23 ta’ Marzu 2022 li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/72 li jimponi dazji kompensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ kejbils fibrottiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2011 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ kejbils fibrottiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 96, 24.3.2022, p. 36).

(5)  In-Notifika ta’ ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni ta’ anti-dumping li tikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ kejbils fibrottiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C 467, 8.12.2022, p. 36).

(6)  Disponibbli hawnhekk: https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2642.

(7)  L-Avviż dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa ta’ COVID-19 fuq investigazzjonijiet anti-dumping u antisussidji (ĠU C 86, 16.3.2020, p. 6).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55).

(9)  Il-Grupp FTT ma esportax il-prodott investigat magħmul minn Hubei Fiberhome Boxin Electronic Co., Ltd lejn l-UE matul il-PIA iżda esportah matul il-PIO.


9.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 199/48


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1618

tat-8 ta’ Awwissu 2023

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-karbur tat-tungstenu, tal-karbur tat-tungstenu mdewweb u tal-karbur tat-tungstenu mħallat sempliċiment ma’ trab metalliku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Investigazzjonijiet preċedenti u miżuri fis-seħħ

(1)

Bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2737/90 (2), il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv ta’ 33 % fuq l-importazzjonijiet tal-karbur tat-tungstenu u l-karbur tat-tungstenu mdewweb, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”, “iċ-Ċina jew “il-pajjiż ikkonċernat”) (“il-miżuri oriġinali”). L-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali minn hawn ’il quddiem se tissejjaħ “l-investigazzjoni oriġinali”. Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/480/KEE (3), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) aċċettat impenji mogħtija minn żewġ esportaturi ewlenin dwar il-prodott soġġett għal miżuri.

(2)

Wara l-irtirar tal-impenji miż-żewġ esportaturi Ċiniżi kkonċernati, il-Kunsill, permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 610/95 (4), emenda r-Regolament (KEE) Nru 2737/90 sabiex id-dazju definittiv ta’ 33 % sar applikabbli wkoll fuq il-karbur tat-tungstenu u l-karbur tat-tungstenu mdewweb esportat lejn l-Unjoni minnhom.

(3)

Bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 771/98 (5), wara rieżami ta’ skadenza, il-miżuri ġew estiżi għal perjodu ieħor ta’ 5 snin.

(4)

Bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2268/2004 (6), wara rieżami ta’ skadenza, il-Kunsill estenda l-miżuri oriġinali għal perjodu ieħor ta’ 5 snin.

(5)

Bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1275/2005 (7), il-Kunsill emenda d-definizzjoni tal-ambitu tal-prodott biex tkopri wkoll il-karbur tat-tungstenu mħallat sempliċiment ma’ trab metalliku.

(6)

Bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 287/2011 (8), wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (9), il-Kunsill estenda l-miżuri għal perjodu ieħor ta’ 5 snin.

(7)

Bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/942 (10), il-Kummissjoni estendiet il-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-karbur tat-tungstenu, il-karbur tat-tungstenu mdewweb u l-karbur tat-tungstenu sempliċiment imħallat ma’ trab metalliku li joriġinaw mir-RPĊ għal perjodu ieħor ta’ 5 snin, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku (“ir-rieżami ta’ skadenza preċedenti”).

1.2.   Talba għal rieżami ta’ skadenza

(8)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ skadenza imminenti (11), il-Kummissjoni rċeviet talba għal rieżami (“it-talba”) skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(9)

It-talba għal rieżami tressqet fil-25 ta’ Frar 2022 minn Global Tungsten & Powders spol. s.r.o., H.C. Starck Tungsten GmbH, Tikomet Oy, Treibacher Industrie AG, Umicore Specialty Powders France u Wolfram Bergbau und Hütten AG (“l-applikanti”) f’isem l-industrija tal-Unjoni tal-karbur tat-tungstenu, karbur tat-tungstenu mdewweb u karbur tat-tungstenu mħallat sempliċiment ma’ trab metalliku, fis-sens tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. It-talba kienet ibbażata fuq ir-raġuni li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx tirriżulta fil-kontinwazzjoni jew fir-rikorrenza ta’ dumping u fir-rikorrenza ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni.

1.3.   Bidu ta’ rieżami ta’ skadenza

(10)

Billi ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, li kienet teżisti biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, fl-1 ta’ Ġunju 2022, il-Kummissjoni bdiet rieżami ta’ skadenza dwar l-importazzjonijiet tal-karbur tat-tungstenu, karbur tat-tungstenu mdewweb u karbur tat-tungstenu mħallat sempliċiment ma’ trab metalliku li joriġinaw mir-RPĊ abbażi tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (12) (“in-Notifika ta’ Bidu”).

1.4.   Perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u perjodu taħt kunsiderazzjoni

(11)

L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami”). L-eżaminazzjoni tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2018 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu taħt kunsiderazzjoni”).

1.5.   Partijiet interessati

(12)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni speċifikament infurmat lill-applikanti, lil produtturi tal-Unjoni magħrufin oħrajn, lill-produtturi magħrufin fir-RPĊ u lill-awtoritajiet tar-RPĊ, lill-importaturi magħrufin, lill-utenti, kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet magħrufin li huma kkonċernati, dwar il-bidu tal-iskadenza u stednithom jipparteċipaw.

(13)

Il-partijiet ikkonċernati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza u li jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali.

(14)

Saret seduta waħda ma’ utent.

1.6.   Kummenti dwar il-bidu

(15)

Waslu kummenti mingħand tliet produtturi Ċiniżi, jiġifieri Chongyi Zhangyuan Tungsten Co., Ltd. (“Zhangyuan Tungsten”), Guangdong Xianglu Tungsten Co., Ltd. (“Xianglu Tungsten”), Xiamen Golden Egret Special Alloy (H.C.) Co., Ltd. (“Golden Egret”). L-applikanti rreaġixxew ukoll għall-affermazzjonijiet imqajma mit-tliet produtturi Ċiniżi.

(16)

Il-Kummissjoni nnotat li dawn il-produtturi Ċiniżi ppreżentaw l-affermazzjonijiet tagħhom kważi 3 xhur wara l-iskadenza biex il-partijiet jissottomettu kummenti dwar it-talba mingħajr ebda ġustifikazzjoni (jiġifieri fis-26 ta’ Settembru 2022). Madankollu, sa fejn kien possibbli, il-Kummissjoni indirizzat b’mod eċċezzjonali dawn l-affermazzjonijiet.

(17)

Zhangyuan Tungsten, Xianglu Tungsten u Golden Egret affermaw li t-talba kienet nieqsa minn evidenza li appoġġat il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping.

(18)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din il-valutazzjoni u qieset li r-rekwiżiti għall-bidu ta’ investigazzjoni ġew issodisfati. L-analiżi tat-talba wriet li kien hemm biżżejjed evidenza fl-istadju tal-bidu li tindika l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping jekk il-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet mir-RPĊ jitħallew jiskadu. L-applikanti ppreżentaw evidenza li minkejja li l-importazzjonijiet mir-RPĊ kienu naqsu mill-2018, xorta kellhom sehem sinifikanti mill-importazzjonijiet totali, kif ukoll mis-suq tal-Unjoni. L-applikanti bbażaw l-analiżi tagħhom mhux biss fuq il-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ, iżda wkoll fuq l-imġiba inġusta fl-ipprezzar tar-RPĊ fi swieq oħra. Għall-prezz tal-esportazzjoni, it-talba għal rieżami ta’ skadenza użat tliet metodi, jiġifieri l-prezz medju tal-importazzjoni Ċiniż fil-livell TARIC, il-prezz medju tal-esportazzjoni ta’ prodott Ċiniż ekwivalenti kif ippubblikat fl-Argus Metal Report disponibbli pubblikament u l-prezz medju tal-esportazzjoni Ċiniż lejn il-pajjiżi terzi kollha. Dawn it-tliet metodi nstabu li kienu sostanzjati biżżejjed biex jikkonformaw mal-istandard legali fl-istadju tal-bidu. Għalhekk, l-affermazzjonijiet li t-talba ma pprovdietx biżżejjed evidenza ġew miċħuda.

(19)

Zhangyuan Tungsten, Xianglu Tungsten u Golden Egret affermaw li t-talba kienet nieqsa minn evidenza dwar id-distorsjoni ġenerali tas-settur tat-tungstenu u l-prezzijiet tal-input fiċ-Ċina. Skont dawn it-tliet produtturi esportaturi, is-sjieda tal-Istat per se ma wasslitx awtomatikament għal distorsjonijiet tas-suq. Barra minn hekk, it-tliet produtturi Ċiniżi affermaw li l-allegazzjoni fit-talba dwar il-preżenza tal-Istat, il-kontroll, ir-restrizzjonijiet, l-intervent tal-gvern, li allegatament jirriżultaw f’distorsjoni tal-prezzijiet, kienet spekulattiva. Barra minn hekk, it-tliet produtturi esportaturi Ċiniżi affermaw li t-talba ma kinitx tinkludi biżżejjed evidenza biex turi li l-prezzijiet tal-materja prima kienu distorti minn intervent tal-gvern. Huma argumentaw ukoll li ż-żewġ affermazzjonijiet li ġejjin fit-talba kienu kontradittorji: (i) li ċ-Ċina kkontrollat aktar minn 60 % tar-riżervi tal-minerali tat-tungstenu fid-dinja, ipproduċiet 80 % tal-produzzjoni dinjija, imponiet restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni u tat liċenzji lil intrapriżi tal-Istat; u (ii) li, minkejja dan, iċ-Ċina għadha tipparteċipa fil-proċess ta’ offerti fis-swieq tal-Unjoni tal-metall għar-ruttam biex iżżid il-prezzijiet tal-metall għar-ruttam lejn jew ’il fuq mill-prezzijiet Ċiniżi tal-paratungstat tal-ammonju (“APT”). Fl-aħħar nett, it-tliet produtturi esportaturi Ċiniżi argumentaw ukoll li ċ-Ċina gawdiet vantaġġ kompetittiv naturali f’termini ta’ riżervi tat-tungstenu u li (i) restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni u liċenzji mogħtija lil intrapriżi tal-Istat ħadmu favur il-provvista lejn is-suq tal-Unjoni minħabba li jipproteġu l-istabbiltà u d-disponibbiltà tal-provvista, (ii) kienu maħsuba biex jipproteġu u jiżguraw ir-riżorsi minerali fiċ-Ċina, u (iii) ingħataw liċenzji tal-esportazzjoni irrispettivament mill-fatt li l-kumpaniji benefiċjarji kienu proprjetà tal-Istat jew le.

(20)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnotat li l-Artikolu 2(6a)(d) tar-Regolament bażiku jistabbilixxi li meta tiġi ppreżentata talba għal rieżami f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament bażiku, l-industrija tal-Unjoni tista’ tiddependi fuq l-evidenza tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar distorsjonijiet sinifikanti fl-ekonomija tar-RPĊ għall-finijiet tal-investigazzjonijiet dwar id-difiża tal-kummerċ, meta tissodisfa l-istandard ta’ evidenza fl-Artikolu 5(9) tar-Regolament bażiku, sabiex jiġi ġġustifikat il-kalkolu tal-valur normali. L-applikanti ppreżentaw ukoll evidenza li l-Gvern taċ-Ċina (“GTĊ”) jintervjeni fis-settur tal-karbur tat-tungstenu u li dawn l-interventi jwasslu għal distorsjonijiet sinifikanti b’mod ġenerali u fir-rigward ta’ fatturi ta’ produzzjoni u kostijiet speċifiċi tal-produtturi tal-karbur tat-tungstenu. L-ebda wieħed mit-tliet produtturi esportaturi Ċiniżi ma pprovda informazzjoni li kienet tqajjem dubji dwar din l-evidenza. Barra minn hekk, dawn il-partijiet ma spjegawx aktar b’liema mod iż-żewġ dikjarazzjonijiet imsemmija fil-premessa (19) kienu kontradittorji. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li l-applikanti pprovdew biżżejjed evidenza fit-talba dwar id-distorsjonijiet tas-settur tat-tungstenu u l-prezzijiet tal-materja prima li jiġġustifikaw il-bidu tar-rieżami kurrenti. Għalhekk, dawk l-affermazzjonijiet ġew miċħuda.

(21)

Zhangyuan Tungsten, Xianglu Tungsten u Golden Egret argumentaw ukoll li t-talba kienet tinkludi evidenza insuffiċjenti biex tiġi ppruvata l-eżistenza ta’ ċirkomvenzjoni u li l-allegazzjoni tal-applikanti ta’ ċirkomvenzjoni permezz tal-importazzjonijiet ta’ prodotti kemxejn modifikati ma kinitx issostanzjata.

(22)

Filwaqt li ma ġiet stabbilita l-ebda prattika ta’ ċirkomvenzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi skont it-tifsira tal-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku mill-Kummissjoni, din ma kinitx kunsiderazzjoni sostanzjali li fuqha nbeda r-rieżami ta’ skadenza kurrenti. Il-Kummissjoni wettqet l-eżami tat-talba abbażi tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott kif definit fil-miżuri diġà fis-seħħ u għalhekk din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(23)

Zhangyuan Tungsten, Xianglu Tungsten u Golden Egret affermaw li ma kien hemm l-ebda evidenza fit-talba biex tiġi appoġġata l-affermazzjoni li l-kapaċità ta’ riżerva taċ-Ċina kienet ta’ 18 000 tunnellata.

(24)

Il-Kummissjoni nnotat li t-talba kienet tinkludi informazzjoni dwar il-kapaċità tal-produzzjoni fiċ-Ċina ta’ 80 000 tunnellata abbażi tar-Rapport dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tat-Tungstenu taċ-Ċina 2020 ippubblikat mill-Assoċjazzjoni tal-Industrija tat-Tungstenu taċ-Ċina (13). L-applikanti stmaw ukoll id-domanda fiċ-Ċina għal 30 000 tunnellata abbażi tal-għarfien tas-suq tal-industrija tal-Unjoni. Billi tnaqqsu mill-kapaċità tal-produzzjoni l-volum tad-domanda fiċ-Ċina u l-volum totali tal-esportazzjonijiet Ċiniżi, l-applikanti kisbu l-kapaċità ta’ riżerva fiċ-Ċina. Il-Kummissjoni analizzat ukoll il-kapaċità ta’ riżerva matul l-investigazzjoni (ara t-Taqsima 4.1), li tirriżulta f’volumi ogħla milli oriġinarjament ikkalkolati mill-applikanti fit-talba. Is-sottovalutazzjoni potenzjali tal-kapaċità ta’ riżerva fl-applikazzjoni ma kinitx timplika li l-Kummissjoni ma kellhiex biżżejjed evidenza ta’ dannu probabbli, peress li dan kien biss wieħed fost elementi oħra li l-Kummissjoni vvalutat.

(25)

Fl-4 ta’ Mejju 2023, l-applikanti pprovdew korrezzjoni għall-kalkolu tal-kapaċità ta’ riżerva fiċ-Ċina rrapportata fit-talba għal rieżami. Ġie spjegat li minħabba żball klerikali (fil-kalkolu tal-kapaċità ta’ riżerva, l-applikanti użaw b’mod involontarju d-data dwar il-prezzijiet minflok id-data dwar il-volum), l-applikanti ssottovalutaw il-kapaċità ta’ riżerva fiċ-Ċina billi inizjalment stmaw il-kapaċità ta’ riżerva għal 18 102 tunnellata minflok 41 348 tunnellata.

(26)

Fis-7 ta’ Ġunju 2023, Zhangyuan Tungsten, Xianglu Tungsten u Golden Egret affermaw li l-industrija tal-Unjoni allegatament ippreżentat data riveduta rigward il-volum tal-esportazzjoni tal-karbur tat-tungstenu miċ-Ċina. Ġie ddikjarat li fir-reviżjoni tad-data, l-applikanti ma speċifikawx is-sors tal-informazzjoni u jekk il-kodiċijiet SA użati kinux jinkludu wkoll tipi oħra ta’ prodotti relatati. Il-kumpanija affermat ukoll li d-data riveduta sottodikjarat id-data dwar il-volum tal-esportazzjoni u sopradikjarat id-domanda domestika u li d-data riveduta qarrqet lill-Kummissjoni u lil partijiet interessati oħra rigward il-kapaċità ta’ riżerva għolja fiċ-Ċina.

(27)

Il-Kummissjoni nnotat li l-applikanti ma biddlux id-data rrapportata fit-talba għal rieżami għall-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-karbur tat-tungstenu, iżda kkoreġew biss żball klerikali. Għalhekk, l-affermazzjoni ddikjarata fil-premessa (26) hija fattwalment żbaljata u għalhekk ġiet miċħuda.

(28)

Fl-istess sottomissjoni tas-7 ta’ Ġunju 2023, Zhangyuan Tungsten, Xianglu Tungsten u Golden Egret poġġew f’dubju l-awtentiċità u l-affidabbiltà tad-data użata mill-applikanti għall-kalkolu tal-kapaċità ta’ riżerva fit-talba għal rieżami. B’mod partikolari, ġie ddikjarat li t-talba għal rieżami ma indikatx sors uffiċjali għad-domanda Ċiniża li tammonta għal 30 000 tunnellata. Barra minn hekk, ġie ddikjarat li s-sors għall-kapaċità tal-produzzjoni fiċ-Ċina użat mill-applikanti fit-talba għal rieżami ma kienx awtentiku u affidabbli peress li ġie minn kumpanija u mhux minn assoċjazzjoni tal-industrija u għalhekk il-Kummissjoni għandha tinjorah. Zhangyuan Tungsten, Xianglu Tungsten u Golden Egret talbu lill-Kummissjoni biex minflok tuża d-data allegatament irrapportata mill-Assoċjazzjoni tal-Industrija tat-Tungstenu taċ-Ċina rigward il-konsum fiċ-Ċina tal-karbur tat-tungstenu li huma inkludew f’tabella fis-sottomissjoni tagħhom.

(29)

Il-Kummissjoni nnotat li Zhangyuan Tungsten, Xianglu Tungsten u Golden Egret qajmu l-affermazzjoni dwar is-sors tad-data għad-domanda Ċiniża u l-kapaċità tal-produzzjoni fiċ-Ċina tal-karbur tat-tungstenu fit-talba għal rieżami, 10 xhur wara l-iskadenza għall-partijiet biex jissottomettu kummenti dwar it-talba. Barra minn hekk, filwaqt li s-sors tal-informazzjoni pprovduta fis-7 ta’ Ġunju 2023 dwar il-konsum tal-karbur tat-tungstenu fiċ-Ċina allegatament kienet l-Assoċjazzjoni tal-Industrija tat-Tungstenu taċ-Ċina, fis-sottomissjoni tagħhom Zhangyuan Tungsten, Xianglu Tungsten u Golden Egret ma pprovdew l-ebda evidenza ta’ sostenn f’dan ir-rigward. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(30)

It-tliet produtturi esportaturi Ċiniżi affermaw ukoll li kien hemm evidenza, li pprovdew fis-sottomissjoni tagħhom, li turi li d-destinazzjonijiet prinċipali tal-esportazzjoni għall-produtturi Ċiniżi tat-tungstenu kienu l-Ġappun u l-Korea t’Isfel, li kienu jammontaw għal aktar minn 60 % tal-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-karbur tat-tungstenu (bl-eċċezzjoni tas-sena 2020 li kienet affettwata minn restrizzjonijiet relatati mal-COVID-19). Barra minn hekk, il-volumi tal-esportazzjoni lejn il-Ġappun u l-Korea t’Isfel reġgħu żdiedu sostanzjalment wara l-2020. Għalhekk, it-tliet produtturi esportaturi argumentaw li kien raġonevoli li jiġi previst li l-esportazzjonijiet taċ-Ċina tal-karbur tat-tungstenu lejn il-Ġappun u l-Korea t’Isfel se jkomplu jżommu xejra ta’ tkabbir b’saħħitha minbarra ż-żieda tas-suq domestiku Ċiniż. Il-produtturi esportaturi Ċiniżi argumentaw ukoll li dan kien jifforma kuntrast qawwi bejn l-importazzjonijiet miċ-Ċina lejn l-Unjoni, peress li s-suq tal-Unjoni kien jirrappreżenta biss sehem mill-esportazzjonijiet Ċiniżi meta mqabbel ma’ swieq tal-esportazzjoni Ċiniżi oħrajn.

(31)

Il-Kummissjoni nnotat li l-argumenti pprovduti mit-tliet produtturi esportaturi Ċiniżi dwar ix-xejriet futuri tal-esportazzjoni lejn il-Ġappun u l-Korea t’Isfel ma kienu appoġġati minn ebda evidenza u għalhekk kienu purament spekulattivi. Il-Kummissjoni qieset li l-applikanti pprovdew biżżejjed evidenza dwar l-esportazzjonijiet lejn swieq ta’ pajjiżi terzi oħrajn. Għalhekk, dawn l-argumenti ġew miċħudin. L-istess produtturi esportaturi affermaw li t-talba ma kinitx tinkludi biżżejjed evidenza tal-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu. B’mod partikolari, huma ddikjaraw li ma kien hemm l-ebda evidenza ta’ sostenn fit-talba għall-affermazzjonijiet tal-applikanti li mingħajr il-miżuri, l-iżvilupp tal-materja prima sekondarja (jiġifieri ruttam) u tal-ħolqien ta’ mudelli kummerċjali differenti (ftehimiet normali jew ftehimiet kummerċjali diretti vs. ftehimiet ta’ tolling jew negozju ta’ konverżjoni) ma kienx ikun possibbli.

(32)

L-applikanti fit-talba tagħhom iddeskrivew żewġ mudelli kummerċjali differenti ewlenin tal-industrija tal-Unjoni, jiġifieri, il-ftehimiet normali jew in-negozju dirett (l-industrija tal-Unjoni tixtri l-materja prima), u l-ftehimiet ta’ tolling jew in-negozju ta’ konverżjoni (il-klijent tal-karbur tat-tungstenu jibqa’ s-sid tal-materja prima u jħallas tariffa tal-ipproċessar lill-produtturi tal-Unjoni għall-konverżjoni tal-materja prima fil-karbur tat-tungstenu). Barra minn hekk, l-applikanti pprovdew biżżejjed evidenza dwar il-profittabbiltà taż-żewġ mudelli ta’ negozju. Minkejja li l-profittabbiltà tal-mudell tan-negozju dirett kienet pożittiva matul il-perjodu kopert mit-talba, din naqset b’mod sinifikanti bejn l-2018 u l-2020, filwaqt li l-profittabbiltà tal-mudell tan-negozju ta’ konverżjoni tjiebet għalkemm baqgħet negattiva matul il-perjodu kollu kopert mit-talba. L-applikanti pprovdew ukoll evidenza li l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni tal-karbur tat-tungstenu prodott mir-ruttam kien jirrappreżenta sehem sinifikanti fil-volum totali tal-bejgħ fl-Unjoni, bil-ħsieb li titnaqqas id-dipendenza fuq l-importazzjonijiet ta’ materja prima miċ-Ċina u li jingħata kontribut għall-aġenda ekoloġika tal-UE permezz ta’ attivitajiet ta’ riċiklaġġ.

(33)

Barra minn hekk, skont l-evidenza pprovduta fit-talba, il-volumi tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ li jippenetraw is-suq tal-Unjoni fin-nuqqas ta’ miżuri x’aktarx li jiżdiedu minħabba l-eżistenza ta’ kapaċità mhux użata fil-pajjiż ikkonċernat. L-applikanti pprovdew biżżejjed evidenza prima facie li l-kapaċità tal-produzzjoni fir-RPĊ żdiedet b’aktar minn 50 % mill-aħħar rieżami ta’ skadenza u li tista’ tissodisfa l-provvista domestika tagħha ta’ karbur tat-tungstenu aktar minn darbtejn. Jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, il-prezzijiet tal-importazzjoni Ċiniżi jistgħu jwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u jirriżultaw f’rikorrenza ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni.

(34)

Għalhekk, il-Kummissjoni qieset l-evidenza fit-talba dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu bħala evidenza suffiċjenti fl-istadju tat-talba, li kienet raġonevolment disponibbli għall-applikanti. B’hekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(35)

It-tliet produtturi esportaturi argumentaw ukoll li l-miżuri anti-dumping kienu jiksbu l-effetti maħsuba tagħhom. B’mod partikolari, huma ddikjaraw li meta mqabbla mar-rieżami ta’ skadenza preċedenti, l-importazzjonijiet miċ-Ċina naqsu, filwaqt li l-volumi tal-bejgħ u l-ishma mis-suq tal-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra żdiedu. Għalhekk ma kien hemm l-ebda kontinwazzjoni ta’ dannu. Ir-rikorrenza ta’ dannu wkoll ma kinitx probabbli, minħabba li l-importazzjonijiet miċ-Ċina baqgħu baxxi wisq u, kif muri fit-tweġibiet tal-kampjunar, is-suq tal-Unjoni ma kienx suq tal-esportazzjoni importanti għall-produtturi esportaturi Ċiniżi. Fl-opinjoni tagħhom, il-fatt li l-industrija tal-Unjoni affermat deterjorament tas-sitwazzjoni kompetittiva tagħha ma setax jirrikonċilja mal-effettività tal-miżuri.

(36)

Fir-rigward ta’ dawn l-affermazzjonijiet, il-Kummissjoni nnotat li l-għan tal-miżuri anti-dumping huwa li jiġu eliminati l-effetti tad-distorsjoni tal-kummerċ tad-dumping dannuż u li tiġi rrestawrata l-kompetizzjoni effettiva billi jkollhom effett pożittiv fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni. Il-fatt li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx dannu materjali fil-perjodu kopert mit-talba ma jeskludix li tali dannu jista’ jerġa’ jseħħ jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Barra minn hekk, meta jiġi vvalutat id-dannu materjali, mhux il-fatturi kollha tad-dannu jridu juru xejra li qed tiddeterjora, iżda l-istat tal-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi jrid jiġi kkunsidrat. Għalhekk, il-fatt li s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żdied waħdu ma jippermettix il-konklużjoni li ma ġarrbitx dannu materjali. Barra minn hekk, in-Notifika ta’ Bidu tiċċara fil-punt 4.2. li l-applikanti allegaw il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu mir-RPĊ, u mhux il-kontinwazzjoni tiegħu. F’dan ir-rigward l-applikanti pprovdew biżżejjed evidenza li, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, il-livell kurrenti ta’ importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni probabbilment kien jiżdied minħabba l-eżistenza ta’ kapaċità tal-produzzjoni mhux użata fir-RPĊ.

(37)

Barra minn hekk, l-applikanti ppreżentaw evidenza li minkejja li l-importazzjonijiet mir-RPĊ kienu naqsu matul il-perjodu tat-talba, is-suq tal-Unjoni baqa’ r-raba’ destinazzjoni prinċipali ta’ esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat għar-RPĊ anki b’miżuri fis-seħħ. Barra minn hekk, skont l-evidenza pprovduta fit-talba u analizzata mill-Kummissjoni, il-volumi tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ li jippenetraw is-suq tal-Unjoni fin-nuqqas ta’ miżuri x’aktarx li kienu jiżdiedu minħabba l-eżistenza ta’ kapaċità mhux użata fil-pajjiż ikkonċernat. Kif iddikjarat, il-Kummissjoni qieset l-evidenza preżenti fit-talba dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu bħala evidenza suffiċjenti fl-istadju tat-talba, li kienet raġonevolment disponibbli għall-applikanti. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(38)

It-tliet produtturi esportaturi argumentaw li d-deterjorament esperjenzat mill-industrija tal-Unjoni ma setax jiġi attribwit għall-esportazzjonijiet Ċiniżi. B’mod partikolari, huma affermaw li (i) il-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità u l-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni mxew f’konformità mal-konsum; (ii) it-tnaqqis ġenerali fil-prezz tal-bejgħ kien marbut sa ċertu punt mat-tnaqqis fil-kost tal-produzzjoni u mhux mal-pressjoni tal-prezzijiet mill-esportazzjonijiet Ċiniżi; (iii) il-prestazzjoni tan-negozju ta’ konverżjoni ma kinitx influwenzata mill-importazzjonijiet Ċiniżi; u (iv) il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni rat żieda meta l-importazzjonijiet miċ-Ċina kienu fl-aktar livell baxx tagħhom.

(39)

Il-Kummissjoni fakkret li l-evidenza tal-applikanti fit-talba ma indikat l-ebda dannu materjali iżda l-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Għalhekk, l-eżami tal-kawżalità matul il-PIR ma huwiex meħtieġ f’dan il-każ. Il-Kummissjoni qieset ukoll li kif spjegat fil-premessa (37), kien hemm biżżejjed evidenza fit-talba li turi l-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu mill-esportazzjonijiet miċ-Ċina jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Għalhekk, dawn l-affermazzjonijiet ma kinux f’pożizzjoni tajba u ġew miċħuda.

1.7.   Kampjunar

(40)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista’ tieħu kampjun tal-partijiet ikkonċernati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

1.7.1.   Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(41)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ħabbret li hi kienet għażlet provviżorjament kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun abbażi tar-rappreżentattività f’termini tad-daqs tal-volum tal-produzzjoni u tal-bejgħ fis-suq ħieles fl-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u tal-post ġeografiku. Dan il-kampjun kien jikkonsisti minn tliet produtturi tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jammontaw għal aktar minn 69 % tal-volum totali stmat tal-produzzjoni tal-Unjoni u aktar minn 59 % tal-volum totali stmat tal-bejgħ fl-Unjoni u żguraw ukoll firxa ġeografika. F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet ikkonċernati jikkummentaw dwar il-kampjun provviżorju. Ma wasal l-ebda kumment. Il-kampjun provviżorju ġie għaldaqstant ikkonfermat. Il-kampjun huwa rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni.

1.7.2.   Kampjunar tal-importaturi

(42)

Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lil importaturi mhux relatati jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu.

(43)

Sitt kumpaniji pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Madankollu, kollha kemm huma kienu utenti u għalhekk intalbu jimlew il-kwestjonarju tal-utenti. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ta’ importaturi mhux relatati ma kienx meħtieġ.

1.7.3.   Kampjunar tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ

(44)

Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fl-RPĊ jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-RPĊ għall-Unjoni Ewropea biex tidentifika u/jew tikkuntattja produtturi oħra, jekk ikun hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(45)

Tliet produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Fid-dawl tan-numru limitat ta’ produtturi esportaturi, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx neċessarju. Ma sar l-ebda kumment.

1.8.   Tweġibiet għall-kwestjonarju

(46)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-GTĊ.

(47)

Il-Kummissjoni stiednet lit-tliet produtturi esportaturi li wieġbu għall-kwestjonarju, lit-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u lill-utenti magħrufa biex jimlew il-kwestjonarji rilevanti. L-istess kwestjonarji, flimkien mal-kwestjonarju għal importaturi mhux relatati, kienu saru wkoll disponibbli online (14) fil-jum tal-bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-applikanti.

(48)

Ġew riċevuti tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand l-applikanti, it-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u seba’ utenti. L-ebda wieħed mit-tliet produtturi esportaturi Ċiniżi li pprovdew informazzjoni għall-għażla ta’ kampjun ma wieġeb għall-kwestjonarju. Bl-istess mod, il-GTĊ ma weġibx għall-kwestjonarju.

1.9.   Verifika

(49)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa bħala meħtieġa għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping u dannu, u tal-interess tal-Unjoni. Il-Kummissjoni wettqet żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku (15):

 

Produtturi tal-Unjoni

Tikomet Oy, Jyväskylä, il-Finlandja

H.C. Starck Tungsten GmbH, Goslar, il-Ġermanja

Wolfram Bergbau und Hütten AG, Mittersill and Sankt Martin im Sulmtal, l-Awstrija

 

Utenti

Betek GmbH & Co. KG, Aichhalden, il-Ġermanja.

1.10.   Proċedura sussegwenti

(50)

Fis-7 ta’ Ġunju 2023, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati kollha bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien beħsiebha timponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-karbur tat-tungstenu, tal-karbur tat-tungstenu mdewweb u tal-karbur tat-tungstenu mħallat sempliċiment ma’ trab metalliku li joriġinaw mir-RPĊ (“divulgazzjoni finali”). Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li matulu setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni finali. Waslu kummenti mingħand Zhangyuan Tungsten, Xianglu Tungsten u Golden Egret, kif ukoll mingħand Betek GmbH &Co. KG (“Betek”). L-applikanti rreaġixxew ukoll għall-kummenti ta’ Zhangyuan Tungsten, Xianglu Tungsten u Golden Egret kif ukoll ta’ Betek.

(51)

Dakinhar tad-divulgazzjoni finali, jiġifieri fis-7 ta’ Ġunju 2023, Zhangyuan Tungsten, Xianglu Tungsten u Golden Egret issottomettew ukoll kummenti addizzjonali dwar it-talba għal rieżami. Dawn il-kummenti huma indirizzati wkoll f’dan ir-Regolament.

(52)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jinstemgħu kif previst fil-punt 5.8 tan-Notifika ta’ Bidu. Sar smigħ dwar id-divulgazzjoni finali ma’ Betek u mal-industrija tal-Unjoni.

(53)

Abbażi tal-kummenti dwar id-divulgazzjoni finali li rċeviet, il-Kummissjoni ddeċidiet li fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni ma timplimentax ristrutturar tal-kodiċijiet TARIC u d-deskrizzjonijiet fl-ambitu tal-kodiċi NM 3824 30 00, inizjalment propost fid-divulgazzjoni finali. Minħabba l-kumplessità u n-natura teknika tal-kwistjoni, din kienet teħtieġ analiżi ulterjuri li ma setgħetx tiġi ttrattata fil-limitu ta’ żmien statutorju tal-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza. Fit-30 ta’ Ġunju 2023, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati kollha b’din id-deċiżjoni permezz ta’ Nota għall-Fajl.

2.   PRODOTT TAĦT RIEŻAMI, PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   Prodott taħt rieżami

(54)

Il-prodott taħt rieżami huwa l-istess bħal fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, jiġifieri l-karbur tat-tungstenu, il-karbur tat-tungstenu mdewweb u l-karbur tat-tungstenu mħallat sempliċiment ma’ trab metalliku, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 2849 90 30 u ex 3824 30 00 (il-kodiċi TARIC 3824300010) (“il-prodott taħt rieżami”).

(55)

Il-karbur tat-tungstenu, il-karbur tat-tungstenu mdewweb u l-karbur tat-tungstenu mħallat sempliċiment ma’ trab metalliku huma komposti tal-karbonju u tat-tungstenu prodotti bit-trattament tas-sħana. Il-prodott taħt rieżami huwa prodott intermedju, użat bħala materjal ta’ tqegħid fil-manifattura ta’ komponenti ta’ metall iebes bħalma huma l-għodda tal-qtugħ tal-karbur issimentat u ta’ komponenti li jifilħu ħafna, f’kisi li jiflaħ għall-grif, f’golji għat-tħaffir għaż-żejt u f’għodod tal-minjieri kif ukoll f’żebgħa u ponot għall-iddisinjar u l-fonderiji tal-metalli.

(56)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-prodott taħt rieżami ġie mmanifatturat fl-Unjoni jew minn materja prima “verġni” jew “primarja” (li huma, minn upstream sa downstream: mineral, konċentrat tat-tungstenu, u komposti intermedji oħra, jiġifieri APT u ossidu tat-tungstenu – “WO3”) taħt proċess imsejjaħ “produzzjoni verġni”, jew minn materja prima “sekondarja”, jiġifieri ruttam, taħt proċess imsejjaħ “produzzjoni ta’ riċiklaġġ”. Ir-ruttam tal-metall iebes huwa ġġenerat fil-proċess ta’ produzzjoni ta’ kumpaniji tal-metall iebes, fil-proċess ta’ produzzjoni tal-għodda u għall-utenti aħħarija ta’ prodotti tal-metall iebes. Fl-industrija tat-tungstenu, ir-ruttam jista’ jiġi riċiklat bl-użu ta’ riċiklaġġ kimiku jew bil-proċess ta’ riġenerazzjoni taż-żingu.

(57)

Il-produzzjoni verġni u r-riċiklaġġ kimiku għandhom l-istess proċess ta’ produzzjoni. L-unika differenza tinsab fil-punt tat-tluq tal-proċess: filwaqt li l-produzzjoni verġni tista’ tibda fi kwalunkwe livell tal-proċess ta’ produzzjoni (jiġifieri, mill-mineral, li huwa l-prodott upstream inizjali, jew minn prodotti intermedji downstream, li huma konċentrat tat-tungstenu, APT u WO3), ir-riċiklaġġ kimiku fl-ewwel pass tiegħu jittrasforma r-ruttam dejjem f’APT.

(58)

Minflok, il-proċess ta’ riġenerazzjoni taż-żingu huwa bbażat fuq ir-reazzjoni taż-żingu mal-kwantità minuri ta’ kobalt preżenti fir-ruttam f’forn. Fil-proċess ta’ riġenerazzjoni taż-żingu, il-kwalità tal-input (jiġifieri, ir-ruttam użat) tiddetermina l-kwalità tal-output (jiġifieri, il-karbur tat-tungstenu). Madankollu, kif ġie aċċertat fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti (16), il-karbur tat-tungstenu miksub mill-proċess ta’ riġenerazzjoni taż-żingu, għandu karatteristiċi fiżiċi u kimiċi simili u applikazzjonijiet simili bħall-karbur tat-tungstenu manifatturat permezz tal-produzzjoni verġni jew mir-ruttam permezz tal-proċess ta’ riċiklaġġ kimiku.

(59)

It-tip ta’ karbur tat-tungstenu mixtri u mibjugħ fi tranżazzjonijiet kummerċjali huwa identifikat abbażi tal-“grad” tiegħu, jiġifieri, abbażi tad-dimensjonijiet tal-ħbub tiegħu, minn gradi ħoxnin sa ultrafini u nanogradi.

2.2.   Prodott ikkonċernat

(60)

Il-prodott ikkonċernat minn din l-investigazzjoni huwa l-prodott taħt rieżami li joriġina mir-RPĊ (“il-prodott ikkonċernat”).

2.3.   Prodott simili

(61)

Kif stabbilit fir-rieżami ta’ skadenza ta’ qabel, din l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza kkonfermat li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

il-prodott ikkonċernat meta jiġi esportat lejn l-Unjoni;

il-prodott taħt rieżami prodott u mibjugħ fis-suq domestiku tar-RPĊ; u

l-prodott taħt rieżami prodott u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(62)

Għalhekk, dawn il-prodotti huma kkunsidrati bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

2.4.   Affermazzjonijiet rigward l-ambitu tal-prodott

(63)

Technogenia S.A.S. (“Technogenia”), utent li ppreżentat ruħha fil-limiti ta’ żmien mogħtija iżda li ma pprovdietx tweġiba għall-kwestjonarju, affermat li l-uniku produttur magħruf tal-karbur tat-tungstenu mdewweb fl-Unjoni waqqaf il-produzzjoni tiegħu fl-2022 u li, għalhekk, il-karbur tat-tungstenu mdewweb ma kienx prodott aktar fl-Unjoni. Peress li x-xiri ta’ karbur tat-tungstenu mdewweb kien jirrappreżenta perċentwal konsiderevoli tal-fatturat tiegħu u ma kien hemm l-ebda materja prima alternattiva, dan l-utent talab lill-Kummissjoni biex tirrevoka l-miżuri anti-dumping fuq il-karbur tat-tungstenu mdewweb miċ-Ċina. Iċ-Ċina għadha qed tipproduċi l-karbur tat-tungstenu mdewweb.

(64)

Il-Kummissjoni fakkret li f’rieżami ta’ skadenza f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, l-investigazzjoni hija limitata għad-determinazzjoni dwar jekk jenħtieġx li l-miżuri jiġu estiżi jew le abbażi tal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu, filwaqt li kwalunkwe emenda tal-miżuri fis-seħħ, inkluż il-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom, jista’ jiġi investigat biss fil-qafas ta’ rieżami interim f’konformità mal-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.

(65)

Madankollu, il-Kummissjoni fakkret li l-karbur tat-tungstenu mdewweb huwa parti mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott tal-miżuri anti-dumping mill-investigazzjoni oriġinali u kien ukoll soġġett għall-miżuri oriġinali. Il-ħtieġa għall-inklużjoni kontinwa fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott tal-karbur tat-tungstenu mdewweb ġiet ivvalutata diversi drabi mill-Kummissjoni f’diversi investigazzjonijiet tar-rieżami ta’ skadenza (17).

(66)

Fil-kuntest tal-investigazzjoni kurrenti, l-industrija tal-Unjoni kkonfermat li, fiż-żmien tal-investigazzjoni, ma kien għad hemm l-ebda produzzjoni ta’ karbur tat-tungstenu mdewweb fl-Unjoni. Madankollu, l-investigazzjoni kurrenti kkonfermat ukoll li l-karbur tat-tungstenu u l-karbur tat-tungstenu mdewweb huma parzjalment interkambjabbli (il-karbur tat-tungstenu u l-karbur tat-tungstenu mdewweb huma interkambjabbli fit-twebbis u fil-kisi tal-wiċċ iżda mhux interkambjabbli fil-produzzjoni tal-karbur issimentat, fejn jintuża biss il-karbur tat-tungstenu) u għalhekk il-karbur tat-tungstenu mdewweb ma jistax jiġi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott anki jekk investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza tippermetti legalment tali esklużjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni.

3.   DUMPING

3.1.   Kummenti preliminari

(67)

Kif huwa msemmi fil-premessa (48), l-ebda wieħed mill-esportaturi/produtturi mir-RPĊ ma kkoopera fl-investigazzjoni. Għalhekk, fit-12 ta’ Awwissu 2022 il-Kummissjoni infurmat lill-awtoritajiet tar-RPĊ li minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku dwar is-sejbiet fir-rigward tar-RPĊ. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment jew talba għal intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta f’dan ir-rigward.

(68)

Konsegwentement, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, is-sejbiet fir-rigward tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli, b’mod partikolari l-informazzjoni li waslet fit-talba, l-informazzjoni li waslet mill-produtturi tal-Unjoni, u minn statistika disponibbli, jiġifieri dik mill-punt 14(6) u l-bażijiet ta’ data ta’ Global Trade Atlas (“GTA”) (18).

(69)

Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-importazzjonijiet tal-karbur tat-tungstenu mir-RPĊ komplew. Skont il-Eurostat, l-importazzjonijiet tal-karbur tat-tungstenu mir-RPĊ ammontaw għal madwar 2,2 % tas-suq tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbla ma’ sehem mis-suq ta’ 5,3 % matul il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali u 8,9 % matul ir-rieżami ta’ skadenza preċedenti. F’termini assoluti, il-livell tal-importazzjonijiet naqas mir-rieżami preċedenti iżda madankollu baqa’ f’livelli sostanzjali ogħla mil-limitu de minimis definit fl-Artikolu 5(7) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni kkonkludiet li volum bħal dan ta’ importazzjonijiet huwa rappreżentattiv biżżejjed sabiex jiġi eżaminat jekk id-dumping kompliex matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

3.2.   Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku għall-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li joriġina mir-RPĊ

(70)

Minħabba li l-evidenza suffiċjenti disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni kellha t-tendenza li turi, fir-rigward tar-RPĊ, l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni abbażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(71)

Sabiex tikseb l-informazzjoni li qieset meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-GTĊ. Barra minn hekk, fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jesprimu l-fehmiet tagħhom, jippreżentaw informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mill-GTĊ u ma waslet l-ebda sottomissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku qabel l-iskadenza. Sussegwentement, fit-12 ta’ Awwissu 2022, il-Kummissjoni infurmat lill-GTĊ li hija kienet se tuża l-fatti disponibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku biex tiddetermina l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ.

(72)

Fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, jista’ jkollha bżonn tagħżel pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku bil-għan li tiddetermina l-valur normali abbażi ta’ prezzijiet jew ta’ valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni u ssuġġeriet it-Turkija u r-Russja f’dak ir-rigward abbażi tal-informazzjoni tat-talba. Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li kienet se teżamina pajjiżi oħrajn possibbilment xierqa f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(73)

Fid-9 ta’ Marzu 2023, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet ikkonċernati dwar is-sorsi rilevanti li kienet beħsiebha tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali f’Nota għall-fajl (“in-Nota”), bit-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv. Hija infurmat ukoll lill-partijiet ikkonċernati li, minħabba li ma setgħet tidentifika l-ebda produttur tal-karbur tat-tungstenu b’data finanzjarja faċilment disponibbli f’pajjiżi rappreżentattivi xierqa, kienet se tistabbilixxi l-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) u profitti bbażati fuq data ta’ kumpaniji attivi fis-settur tal-industrija ta’ metalli bażiċi prezzjużi u metalli oħra mhux ferrużi li ġiet ippubblikata mill-Bank Ċentrali Tork, skont it-talba għal rieżami. Is-settur ta’ metalli bażiċi prezzjużi u metalli oħra mhux ferrużi tqies bħala l-kategorija ġenerali bħala l-prodott taħt rieżami.

(74)

Fil-kummenti tagħhom għan-Nota, l-applikanti affermaw li l-Kummissjoni jenħtieġ li tqis il-parametru referenzjarju ta’ FastMarkets jew il-prezzijiet tad-data ta’ Argus fl-Ewropa minflok id-data ta’ Argus Metal miksuba miċ-Ċentru Nazzjonali ta’ Informazzjoni dwar il-Minerali tal-U.S. Geological Survey. Huma talbu wkoll li jikkunsidraw id-deprezzament, l-ispare parts, u oħrajn (jiġifieri, oġġetti konsumabbli bħall-aċidi, il-likuri jew il-gassijiet, kif ukoll il-kostijiet tal-manutenzjoni u l-kostijiet għall-iskart) fil-kalkolu tal-oġġetti konsumabbli. Fir-rigward tax-xogħol dirett u indirett, l-applikanti talbu li jikkalkolaw il-kost għal kull kategorija ta’ persunal. Dawn il-kummenti ġew indirizzati fil-premessi (124) sa (125), (128) sa (129) u (134).

(75)

Fin-Nota, il-Kummissjoni ppreżentat il-fatturi prinċipali tal-produzzjoni. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni identifikat il-fatturi prinċipali tal-produzzjoni abbażi tal-informazzjoni li tinsab fit-talba.

3.3.   Valur normali

(76)

Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”.

(77)

Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “f’każ li jiġi stabbilit […] li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’dak il-pajjiż skont it-tifsira tal-punt (b), il-valur normali għandu jinħadem b’mod esklużiv abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirrifletti prezzijiet jew valuri referenzjarji mhux distorti”, u “għandu jinkludi ammont mhux distort u raġonevoli ta’ kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għall-profitti”.

(78)

Kif spjegat aktar fid-dettall hawn taħt, fl-investigazzjoni preżenti l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli, u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ u tal-produtturi esportaturi, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa.

3.3.1.   Eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti

(79)

F’investigazzjoni reċenti dwar is-settur tat-tungstenu fir-RPĊ (19), il-Kummissjoni sabet li kien hemm distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku.

(80)

F’dik l-investigazzjoni, il-Kummissjoni sabet li hemm intervent sostanzjali mill-gvern fir-RPĊ u li dan jirriżulta f’distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (20). B’mod partikolari, il-Kummissjoni kkonkludiet li fis-settur tat-tungstenu, mhux biss għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku (21), iżda l-GTĊ huwa wkoll f’pożizzjoni li jinterferixxi fil-prezzijiet u fil-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), it-tieni inċiż tar-Regolament bażiku (22). Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji, kif ukoll fil-provvista tal-materja prima u tal-inputs, iħallu effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq. Tabilħaqq, b’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fir-RPĊ tirriżulta fil-konċentrazzjoni tar-riżorsi f’setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella bħala politikament importanti mill-GTĊ, aktar milli fl-allokazzjoni tagħhom f’konformità mal-forzi tas-suq (23). Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment u l-proprjetà ma jaħdmux kif suppost fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż, tar-Regolament bażiku, u b’hekk jiġu ġġenerati distorsjonijiet b’mod partikolari meta jiġu miżmuma ħajjin ditti insolventi u meta jiġu allokati d-drittijiet għall-użu tal-art fir-RPĊ (24). Bl-istess mod, il-Kummissjoni sabet distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-settur tat-tungstenu fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż tar-Regolament bażiku (25), kif ukoll distorsjonijiet fis-swieq finanzjarji fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-kapital għall-atturi korporattivi fir-RPĊ (26).

(81)

Bħal fl-investigazzjoni preċedenti rigward is-settur tat-tungstenu fir-RPĊ, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq jew le li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl, inkluża l-evidenza li tinsab fit-talba, kif ukoll fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-RPĊ għall-Finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ (27) (“ir-Rapport”), li jibbaża fuq sorsi disponibbli għall-pubbliku. Dik l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali mill-gvern fl-ekonomija tar-RPĊ b’mod ġenerali, iżda anki s-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti inkluż il-karbur tat-tungstenu. Il-Kummissjoni kompliet tissupplimenta dawn l-elementi evidenzjarji bir-riċerka tagħha stess dwar id-diversi kriterji rilevanti biex tikkonferma l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ, kif misjub ukoll mill-investigazzjonijiet preċedenti tagħha f’dan ir-rigward.

(82)

It-talba (28) allegat li l-ekonomija Ċiniża, kollha kemm hi, hija influwenzata u affettwata ħafna minn diversi interventi li jinkludu kollox mill-GTĊ jew minn awtoritajiet pubbliċi oħra fuq diversi livelli tal-gvern u tas-suq, u li fid-dawl tagħhom il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi tal-industrija tat-tungstenu Ċiniża ma jistgħux jintużaw f’din l-investigazzjoni.

(83)

It-talba pprovdiet eżempji ta’ elementi li jindikaw l-eżistenza ta’ distorsjonijiet, kif elenkati fl-ewwel sas-sitt sing tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. B’referenza għal investigazzjoni preċedenti tal-Kummissjoni fis-settur tat-tungstenu (29), għar-Rapport, kif ukoll għal sorsi addizzjonali, l-applikanti ssottomettew li: (1) l-Istat Ċiniż iħaddem politika ekonomika intervenzjonista sabiex jilħaq għanijiet li jikkoinċidu mal-aġenda politika stabbilita mill-Partit Komunista Ċiniż (“CCP”) minflok ma jirriflettu l-kundizzjonijiet ekonomiċi prevalenti f’suq ħieles (30); (2) l-industrija Ċiniża tat-tungstenu hija speċifikament soġġetta għal livell għoli ta’ intervent u kontroll tal-gvern, kif ukoll sehem għoli ta’ intrapriżi tal-Istat (“SOEs”). It-talba tgħid ukoll, li l-GTĊ jistabbilixxi kwoti annwali tal-estrazzjoni u kwoti tal-produzzjoni għall-SOEs, billi jittrasferixxi dawn il-kwoti għal SOEs f’livell aktar baxx, ditti privati u impriżi konġunti barranin u Ċiniżi (31). Il-produtturi Ċiniżi tat-tungstenu huma organizzati ulterjorment fl-Assoċjazzjoni tal-Industrija tat-Tungstenu taċ-Ċina, li hija parti mill-Assoċjazzjoni Ċiniża tal-Industrija tal-Metalli Mhux Ferrużi li tenfasizza fl-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni tagħha, li hija taderixxi ma’ linji gwida u politiki tal-partit, u b’hekk teżerċita kontroll fuq l-industrija tat-tungstenu (32). L-Assoċjazzjoni tal-Industrija tat-Tungstenu taċ-Ċina qiegħda wkoll tikkontrolla b’mod attiv l-output tal-produzzjoni, kif ukoll tinfluwenza l-offerti għax-xiri ta’ konċentrati tat-tungstenu (33).

(84)

It-talba tkompli telabora fuq eżempji differenti ta’ pjanijiet ta’ gwida li juru l-livell għoli ta’ intervent tal-gvern fl-industrija tat-tungstenu. L-ewwel nett, it-talba ssemmi t-13-il Pjan għal 5 Snin (“FYP”) li jinkariga lill-parti kkonċernata industrijali, biex tiżviluppa ulterjorment materjali ta’ liga b’temperatura għolja, tinkoraġġixxi ż-żieda fil-kapaċitajiet tal-produzzjoni u tal-esportazzjoni fl-industrija tal-metall mhux ferruż u tinfluwenza direttament il-proċess tal-produzzjoni tal-industrija tal-metall mhux ferruż (34). L-14-il FYP ikompli jippromwovi l-ottimizzazzjoni u l-aġġustament strutturali tal-industriji tal-materja prima inklużi l-metalli mhux ferrużi (35). It-13-il FYP Mhux Ferruż isemmi t-tungstenu bħala waħda mill-industriji appoġġati mill-GTĊ, jiddeskrivi l-ħolqien ta’ grupp ta’ intrapriżi li jippromwovu u prodotti tal-metall mhux ferruż li jistgħu jintegraw fi ktajjen tal-provvista barranin tal-prodotti ta’ livell medju sa għoli, kif ukoll jippromwovi l-innovazzjoni permezz tal-għoti ta’ sussidji għas-settur tal-industrija (36). It-13-il FYP Mhux Ferruż jipprevedi wkoll aktar miri kwantitattivi, li jistabbilixxu kontroll governattiv strett tal-kapaċità tal-produzzjoni fil-qasam tal-metalli mhux ferrużi, li jiddeskrivu l-kapaċitajiet ta’ riżerva domestika għall-minerali tat-tungstenu, li jistabbilixxu l-għan li jittejbu r-restrizzjonijiet tal-produzzjoni, jiġu aġġustati u kkontrollati l-indikaturi tal-kontroll tal-volum tal-estrazzjoni għat-tungstenu, il-previżjoni tal-ġestjoni tal-materjali tal-art rari, inkluż it-tungstenu, u t-tisħiħ tal-indikaturi ta’ kontroll ġenerali għall-materjali tal-art rari ewlenin (37). L-industriji mhux tal-ħadid huma definiti wkoll bħala industriji mħeġġa taħt l-inizjattiva Made in China 2025, u b’hekk huma appoġġati minn fondi tal-Istat u tal-banek differenti, bil-għan li jipprovdu appoġġ lill-industriji mħeġġa (38).

(85)

It-talba tindika wkoll intervent mill-Istat fi provinċji magħżula, bħal f’Hebei, Jiangxi u Hunan. Fil-fatt, it-13-il FYP għar-Riżorsi Minerali jelenka t-tungstenu f’lista ta’ minerali strateġiċi. Il-GTĊ jikkonsolida l-bażijiet tar-riżorsi tat-tungstenu fin-Nofsinhar ta’ Jiangxi u Hunan, biex jistabbilizza l-iskala tal-operazzjonijiet tal-estrazzjoni u jillimita l-volum totali tal-estrazzjoni tal-mineral tat-tungstenu, jistabbilixxi miri perċentwali għal minjieri ta’ daqs medju sa kbir u jistabbilizza l-livell ta’ provvisti domestiċi effettivi tat-tungstenu (39). Il-Pjan ta’ Żvilupp tal-Industrija tal-Materjali Ġodda ta’ Hebei 2016 jistabbilixxi wkoll l-għan li jinħolqu ktajjen tal-industrija f’Hebei, inkluża katina speċifika tal-industrija tat-tungstenu (40). L-14-il FYP għall-industrija tal-metall mhux ferruż f’Jiangxi jelenka l-industrija tat-tungstenu, inkluża l-industrija tat-trab tal-karbur tat-tungstenu, bħala industrija ewlenija biex tiżviluppa (41). Fl-aħħar nett, it-tungstenu huwa inkluż ukoll fil-lista ta’ prodotti soġġetti għad-dazji tal-esportazzjoni, ir-rekwiżiti għall-ħruġ ta’ liċenzji għall-esportazzjoni kif ukoll il-kummerċ tal-istat (42).

(86)

Kif iddikjarat fl-investigazzjoni preċedenti tal-Kummissjoni dwar it-tungstenu, hemm intervent sostanzjali tal-gvern fis-suq Ċiniż tat-tungstenu, kif ukoll distorsjonijiet sinifikanti ta’ fatturi differenti tal-produzzjoni. Dan jinkludi kontroll sinifikanti fuq diversi aspetti tal-ekonomija, bħall-prezzijiet tal-enerġija, is-sjieda tal-art, il-pagi, il-finanzi u l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu. It-talba tiddeskrivi li l-materja prima primarja u sekondarja fiċ-Ċina hija distorta, b’referenza għas-sejbiet riċenti tal-Kummissjoni dwar distorsjonijiet fl-industrija tal-iswed tal-karbonju (43). It-talba tiddeskrivi wkoll, li l-gass jiġi prodott u kkontrollat fiċ-Ċina prinċipalment mill-SOEs u l-prezzijiet tal-gass huma rregolati u kkontrollati mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riforma (NDRC) (44). L-NDRC tirregola wkoll il-prezzijiet domestiċi tal-elettriku, billi timplimenta politika differenzjata dwar il-prezzijiet tal-elettriku li tħeġġeġ lill-utenti eliġibbli biex jagħmlu ftehimiet diretti mal-kumpaniji tal-ġenerazzjoni tal-enerġija. It-talba tipprovdi l-eżempju tal-Opinjoni Gwida dwar il-ħolqien ta’ ambjent tas-suq eċċellenti, it-trawwim tal-aġġustament u t-trasformazzjoni strutturali tal-industrija tal-metall mhux ferruż u ż-żieda fil-benefiċċji li tiddeskrivi l-għan kontinwu ta’ politika differenzjata dwar il-prezzijiet tal-elettriku, li tiffavorixxi industriji differenti (45). Bl-istess mod, l-art kollha fiċ-Ċina hija proprjetà tal-Istat, u l-gvern jallokaha skont għanijiet politiċi u pjanijiet ekonomiċi speċifiċi (46).

(87)

Barra minn hekk, it-talba tindika li l-kostijiet tal-pagi f’ċerti industriji, bħat-tungstenu, huma distorti min-nuqqas ta’ drittijiet kollettivi ta’ organizzazzjoni għall-ħaddiema u għall-impjegaturi, kif ukoll in-nuqqas ta’ ratifika min-naħa taċ-Ċina tal-konvenzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol. It-trade unions ma humiex indipendenti mill-awtoritajiet tal-Istat u n-negozjar kollettiv u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema huma rudimentali. Barra minn hekk, it-talba tindika li s-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi tillimita l-mobilità tal-forza tax-xogħol (47).

(88)

L-aċċess għall-finanzi jingħata wkoll minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta’ politika pubblika jew li huma marbuta mal-Istat. Il-banek Ċiniżi, pereżempju, jikkonformaw ma’ obbligu legali espliċitu li jmexxu n-negozju tagħhom f’konformità mal-ħtiġijiet tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali nazzjonali u taħt il-gwida tal-politiki industrijali tal-Istat. B’riżultat ta’ dan, id-disponibbiltà u l-kost tal-kapital ma humiex ugwali għall-atturi kollha fis-suq, u dan iwassal għal preġudizzju għas-self lil intrapriżi tal-Istat, ditti privati kbar konnessi sew, u setturi industrijali ewlenin (48). It-talba tindika wkoll studju mill-FMI li sab li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu huma distorti, peress li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu Ċiniżi jikkorrispondu sistematikament għal klassifikazzjonijiet internazzjonali aktar baxxi (49).

(89)

Barra minn hekk, it-talba tallega, li d-distorsjonijiet ikkawżati mill-gvern irriżultaw f’sinjali tal-prezzijiet li ma humiex ir-riżultat tal-forzi tas-suq ħieles (50). Il-kostijiet tas-self taċ-Ċina nżammew baxxi b’mod artifiċjali biex jistimulaw it-tkabbir tal-investiment (51), u l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu spiss jiġu influwenzati mill-importanza strateġika tad-ditta għall-gvern u mis-saħħa ta’ kwalunkwe garanzija impliċita mill-gvern (52). Minħabba f’hekk, il-kwistjonijiet ta’ dejn mitluf ġew ittrattati permezz ta’ riportament tad-dejn, il-ħolqien tal-hekk imsejħa kumpaniji “zombie”, jew permezz tat-trasferiment tas-sjieda tad-dejn (53).

(90)

Il-GTĊ la kkummenta u lanqas ma pprovda evidenza li tappoġġa jew li tirribatti l-evidenza fil-fajl tal-każ, inkluż ir-Rapport u l-evidenza addizzjonali li ġiet ipprovduta mill-applikanti, dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti u/jew dwar l-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fil-każ inkwistjoni.

(91)

Speċifikament fis-settur tal-prodott taħt rieżami għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku.

(92)

L-investigazzjoni kkonfermat li China Minmetals Co (54)., SOE taħt SASAC, għandha diversi mill-akbar kumpaniji Ċiniżi li jipproduċu l-karbur tat-tungstenu, jiġifieri Zhuzhou Cemented Carbide Group Co., Ltd (55)., Xiamen Golden Egret Special Alloy Co., Ltd (56). u Zigong Cemented Carbide Group Co., Ltd (57).. Zhuzhou Cemented Carbide Group huwa ta’ China Minmetals permezz tal-kumpanija intermedjarja China Tungsten Advanced Materials Co. Ltd (58)., filwaqt li Xiamen Golden Egret Special Alloy permezz tal-kumpanija intermedjarja Xiamen Tungsten Co., Ltd (59). Fir-rigward tad-distorsjonijiet diretti, China Minmetals iddeskriviet fir-rapport annwali tagħha tal-2021 (60) għotja finanzjarja ġenerali mill-gvern ta’ RMB 38,7 miljun (61), kif ukoll għotja mill-fond finanzjarju ċentrali ta’ RMB 46,8 miljun (62) biex tappoġġa lill-intrapriżi zombie. Ir-rapport annwali ta’ Xiamen Tungsten għall-2022 innota għotja finanzjarja mill-gvern ta’ RMB 300,3 miljun (63). Barra minn hekk, artiklu pubbliku fuq is-sit web ta’ China Minmetals jenfasizza l-preżenza tas-CCP fil-kumpanija billi jiddeskrivi li: “L-organizzazzjoni tal-Partit ta’ China Minmetals timplimenta bir-reqqa l-ispirtu tal-konferenza nazzjonali dwar il-bini ta’ partit tal-intrapriżi tal-Istat, […] tiffoka mill-qrib fuq it-tisħiħ konġunt tat-tmexxija tal-Partit flimkien mat-titjib tal-governanza korporattiva, […] il-bini ta’ sistema ta’ intrapriżi moderni tal-Istat b’karatteristiċi Ċiniżi (u) […] tippromwovi b’mod effettiv l-integrazzjoni profonda tal-ħidma tal-bini tal-Partit mal-operazzjonijiet ta’ produzzjoni” (64).

(93)

Barra minn hekk, minħabba li l-interventi tas-CCP fit-teħid ta’ deċiżjonijiet operazzjonali saru n-norma anke f’kumpaniji privati (65), bis-CCP li jafferma t-tmexxija fuq kważi kull aspett tal-ekonomija tal-pajjiż, l-influwenza tal-Istat permezz ta’ strutturi tas-CCP fi ħdan il-kumpaniji effettivament tirriżulta f’sitwazzjoni li fiha l-operaturi ekonomiċi jkunu taħt kontroll u taħt superviżjoni politika tal-gvern, fid-dawl ta’ kif l-istrutturi tal-Istat u tal-Partit kibru flimkien fir-RPĊ. Il-produttur privat tal-karbur tat-tungstenu OKE carbide, (66) pereżempju, iddeskriva fir-rapport ta’ nofs is-sena tiegħu tal-2022 (67) għotjiet governattivi ta’ RMB 44,7 miljun (68).

(94)

Dan jidher ukoll fil-livell tal-Assoċjazzjoni tal-Industrija tat-Tungstenu taċ-Ċina (“CTIA”) u l-Assoċjazzjoni tal-Industrija tal-Metalli Mhux Ferrużi taċ-Ċina (“CNIA”). Skont l-Artikolu 3 tal-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni tagħhom, CTIA, kif ukoll CNIA, “jaderixxi mat-tmexxija ġenerali tal-Partit Komunista taċ-Ċina [u] jaċċetta l-gwida, is-superviżjoni u l-ġestjoni tan-negozju mill-entitajiet responsabbli mir-reġistrazzjoni u l-ġestjoni, minn entitajiet responsabbli mill-bini tal-partit, kif ukoll mid-dipartimenti amministrattivi rilevanti inkarigati mill-ġestjoni tal-industrija” (69).

(95)

L-investigazzjoni kkonfermat ukoll li l-GTĊ qed jinterferixxi fil-prezzijiet u l-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat f’ditti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), it-tieni inċiż tar-Regolament bażiku, li jistabbilixxi l-eżistenza ta’ konnessjonijiet personali bejn il-produtturi tal-karbur tat-tungstenu u s-CCP. Pereżempju, il-President tal-Bord tad-Diretturi ta’ Zhuzhou Cemented Carbide Group Co., Ltd. għandu b’mod parallel il-kariga ta’ Deputat Segretarju tal-Kumitat tal-Partit (70). Bl-istess mod, il-President tal-Bord ta’ Xiamen Golden Egret Special Alloy Co., Ltd. għandu l-kariga ta’ Segretarju tal-Kumitat tal-Partit (71). L-interferenza tas-CCP fil-ħidma ta’ Xiamen Golden Eagle, permezz tal-kumitat tal-partit, hija evidenti wkoll mill-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni tal-kumpanija azzjonarja tagħha, SOE Xiamen Tungsten Co., Ltd., li jiddeskrivu li: “l-organizzazzjoni tal-Partit tiżgura l-funzjoni ta’ (sic) tmexxija ewlenija u ta’ politika ewlenija, filwaqt li tistabbilixxi d-direzzjoni, il-ġestjoni tas-sitwazzjoni ġenerali u l-iżgurar tal-implimentazzjoni” (72) u “jekk il-kumitat tal-Partit tal-kumpanija jsib li l-bord tad-diretturi u t-tim tal-President għandhom l-intenzjoni li jieħdu deċiżjonijiet li ma jikkonformawx mal-linja, mal-prinċipji u mal-politiki tal-partit u mal-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali jew jistgħu jagħmlu ħsara lill-interessi tal-Istat, lill-interess pubbliku u lid-drittijiet u l-interessi leġittimi tal-kumpanija u tal-impjegati tagħha, ikun meħtieġ li titfassal opinjoni biex titħassar jew tiġi posposta d-deċiżjoni” (73).

(96)

Barra minn hekk, politiki li jiddiskriminaw favur il-produtturi domestiċi jew li b’xi mod ieħor jinfluwenzaw is-suq fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), it-tielet inċiż tar-Regolament bażiku huma stabbiliti fis-settur tal-prodott taħt rieżami. L-investigazzjoni identifikat dokumenti ta’ politika li juru li l-industrija tibbenefika minn gwida governattiva u minn intervent fil-prodott taħt rieżami bħala parti mis-settur tat-tungstenu.

(97)

L-industrija tat-tungstenu tibqa’ titqies bħala industrija ewlenija mill-GTĊ. Dan huwa kkonfermat fil-bosta pjanijiet, direttivi u dokumenti oħrajn li jsemmu t-tungstenu, li jinħarġu fil-livell nazzjonali, reġjonali u muniċipali. L-aktar dokumenti ta’ politika Ċiniżi reċenti dwar is-settur tat-tungstenu jikkonfermaw l-importanza kontinwa li l-GTĊ jattribwixxi għas-settur, inkluża l-intenzjoni li jintervjeni fis-settur sabiex jifformah f’konformità mal-politiki tal-gvern. Dan huwa eżemplifikat mill-Avviż tal-Ministeru għar-Riżorsi Naturali (“MNR”, Ministry of Natural Resources) dwar il-kontroll tal-kwantitajiet ġenerali ta’ estrazzjoni u l-ewwel lott ta’ indikaturi applikabbli għall-materjali tal-art rari u l-minerali tat-tungstenu fl-2023 (74) li jitlob li “jissaħħu l-kontroll u l-ġestjoni tal-ammont totali tal-estrazzjoni”  (75) u jkompli jiddeskrivi li “l-Ministeru għall-Industrija u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Ministeru għar-Riżorsi Naturali assenjaw il-kwoti għall-kontroll tal-ammont totali ta’ estrazzjoni tal-materjali tal-art rari lill-gruppi kollha ta’ intrapriżi tal-materjali tal-art rari” (76). Id-dokument jispeċifika wkoll distribuzzjonijiet speċifiċi tat-tungstenu: “Fl-2023, l-indikatur totali tal-kontroll tal-estrazzjoni għall-ewwel lott ta’ konċentrati tat-tungstenu (kontenut ta’ 65 % ta’ triossidu tat-tungstenu) huwa stabbilit għal 63 000 tunnellata” (77). L-Avviż tal-MNR dwar il-kontroll tal-kwantitajiet ġenerali ta’ estrazzjoni u l-ewwel lott ta’ indikaturi applikabbli għall-materjali tal-art rari u l-minerali tat-tungstenu fl-2022 (78) jispeċifika wkoll l-output tat-tungstenu billi jafferma li “fl-2022, l-indikatur totali tal-kontroll tal-estrazzjoni tal-konċentrat tat-tungstenu nazzjonali (kontenut ta’ 65 % ta’ triossidu tat-tungstenu) kien ġie stabbilit għal 109 000 tunnellata, li minnhom l-indikatur ewlieni tal-estrazzjoni kien ta’ 81 170 tunnellata, u l-indikatur komprensiv tal-użu kien ta’ 27 830 tunnellata” (79). Barra minn hekk, l-14-il FYP dwar l-iżvilupp tal-industrija tal-materja prima (80) jispeċifika li “r-riżorsi minerali domestiċi se jiġu żviluppati b’mod razzjonali”, u jiddeskrivi li “se jittieħdu miżuri biex jiġi ottimizzat il-mekkaniżmu ta’ ġestjoni applikabbli għall-indikaturi annwali totali tal-kontroll tal-estrazzjoni, u jirregolaw b’mod raġonevoli l-iskala tal-estrazzjoni tar-RE [Rare Earth], tat-tungstenu u ta’ riżorsi minerali oħra” (81), u barra minn hekk “jappoġġaw lill-intrapriżi dominanti biex jistabbilixxu bażijiet ta’ riċiklaġġ u żoni ta’ agglomerazzjoni industrijali għar-ruttam tal-azzar b’daqs kbir kif ukoll għar-ram, il-litju, in-nikil, il-kobalt, it-tungstenu, il-molibdenu u l-aluminju rinnovabbli” (82).

(98)

Eżempji simili tal-intenzjoni tal-awtoritajiet Ċiniżi li jissorveljaw u jiggwidaw l-iżviluppi tas-settur tat-tungstenu jistgħu jidhru wkoll fi provinċji Ċiniżi differenti, bħal f’Jiangxi, kif deskritt fl-14-il FYP tal-provinċji dwar l-iżvilupp ta’ kwalità għolja ta’ metalli mhux ferrużi (83) li “matul il-perjodu tal-14-il Pjan ta’ 5 Snin, ir-rata medja ta’ tkabbir annwali tad-dħul operattiv tal-industrija tal-metalli mhux ferrużi ta’ Jiangxi se tkun ta’ madwar għaxra fil-mija. F’termini ta’ dħul operattiv, l-industrija tal-metalli mhux ferrużi se jkollha skala ta’ aktar minn RMB triljun sal-2023 bejn wieħed u ieħor, u l-industriji tat-tungstenu, tal-materjali tal-art rari, u riżorsi strateġiċi oħra se jkollhom skala ta’ aktar minn RMB 100 biljun sal-2025” (84), u jispeċifika li “l-livell ta’ konċentrazzjoni tar-ram, tat-tungstenu, tal-materjali tal-art rari, u ta’ industriji ewlenin oħrajn se jkompli jiżdied” (85). Il-FYP jiddedika wkoll taqsima sħiħa dwar l-iżvilupp tat-tungstenu (86) li għandha l-għan li tiżviluppa “trab tat-tungstenu u trab tal-karbur tat-tungstenu fuq nanoskala, ultrafin u ultraaħrax, APT ta’ purità għolja, trab tat-tungstenu ta’ purità għolja, kif ukoll materjali tat-tungstenu fil-mira, eċċ.” (87).

(99)

Bl-istess mod, l-14-il FYP ta’ Henan dwar l-iżvilupp ta’ industrija tal-manifattura ta’ kwalità għolja (88) jipprevedi li “jestendi l-katina tal-industrija tal-ipproċessar fil-fond tat-tungstenu, tal-molibdenu, tat-titanju u taż-żirkonju, u jippromwovi l-estensjoni lejn prodotti ta’ livell għoli” (89).

(100)

Fil-qosor, il-GTĊ għandu miżuri fis-seħħ sabiex jikkonvinċi lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi tal-ordni pubbliku li jiġu appoġġati l-industriji mħeġġa, inkluża l-produzzjoni tal-materja prima prinċipali użata fil-manifattura tat-tungstenu. Tali miżuri jimpedixxu l-forzi tas-suq milli joperaw b’mod ħieles.

(101)

L-investigazzjoni attwali ma żvelat l-ebda evidenza li l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà skont l-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż tar-Regolament bażiku fis-settur tal-prodott taħt rieżami ma jaffettwawx lill-manifatturi tal-prodott taħt rieżami.

(102)

Is-settur tat-tungstenu huwa affettwat ukoll mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż tar-Regolament bażiku. Dawk id-distorsjonijiet jaffettwaw lis-settur kemm direttament (waqt il-produzzjoni tat-tungstenu jew tal-inputs prinċipali), kif ukoll indirettament (meta jkun hemm aċċess għall-inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema tax-xogħol fir-RPĊ) (90).

(103)

Barra minn hekk, ma tressqet l-ebda evidenza fl-investigazzjoni attwali li turi li s-settur tal-prodott taħt rieżami ma huwiex affettwat mill-intervent tal-gvern fis-sistema finanzjarja fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż tar-Regolament bażiku. Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal biex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod serju fil-livelli kollha.

(104)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tfakkar li sabiex jiġi prodott il-karbur tat-tungstenu, huma meħtieġa numru ta’ inputs. Meta l-produtturi tal-karbur tat-tungstenu jixtru/jikkuntrattaw dawn l-inputs, il-prezzijiet li jħallsu (u li huma rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) huma esposti b’mod ċar għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li tkun soġġetta għad-distorsjonijiet. Huma jistgħu jissellfu flus li huma soġġetti għad-distorsjonijiet fis-settur finanzjarju/l-allokazzjoni tal-kapital. Barra minn hekk, huma soġġetti għas-sistema ta’ pjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u tas-setturi.

(105)

B’konsegwenza ta’ dan, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-karbur tat-tungstenu ma humiex xierqa għall-użu skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet tal-input kollha (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) huma wkoll affettwati minħabba li l-formazzjoni tal-prezz tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet I u II tar-Rapport. Tabilħaqq, l-interventi tal-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, tal-art, tal-manodopera, tal-enerġija u tal-materja prima huma preżenti fir-RPĊ kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li, minnu nnifsu kien prodott fir-RPĊ permezz ta’ taħlita ta’ firxa ta’ fatturi tal-produzzjoni, huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input, lejn l-input u l-bqija.

3.3.2.   Pajjiż rappreżentattiv

3.3.2.1.   Kummenti ġenerali

(106)

L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku:

Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni użat pajjiżi b’introjtu nazzjonali gross per capita simili għar-RPĊ abbażi tal-bażi tad-data tal-Bank Dinji (91);

Il-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami f’dak il-pajjiż (92);

Id-disponibbiltà tad-data pubblika rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv;

F’każ li jkun hemm aktar minn pajjiż rappreżentattiv wieħed possibbli, jenħtieġ li tingħata preferenza, meta jkun xieraq, lill-pajjiż li jkollu livell adegwat ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali.

(107)

Kif spjegat fil-premessa (73), il-Kummissjoni ħarġet Nota dwar is-sorsi rilevanti li għandhom jintużaw għad-determinazzjoni tal-valur normali. Din in-Nota ddeskriviet il-fatti u l-evidenza sottostanti tal-kriterji rilevanti. In-Nota infurmat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tal-Kummissjoni li tqis lit-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ jekk tiġi kkonfermata l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(108)

Fir-rigward tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott taħt rieżami f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, it-talba għal rieżami ta’ skadenza pproponiet li jintgħażlu jew ir-Russja jew it-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv.

(109)

Skont l-applikanti, il-karbur tat-tungstenu jiġi prodott fil-Brażil, fil-Kanada, fir-RPĊ, fl-Iżrael, fil-Ġappun, fir-Russja, fil-Korea t’Isfel, u fl-Istati Uniti. Minn dawn il-pajjiżi, il-Brażil u r-Russja biss jirrappreżentaw pajjiżi bi dħul medju superjuri skont il-klassifikazzjoni tal-Bank Dinji. Il-Kummissjoni identifikat ukoll l-Afrika t’Isfel bħala introjtu medju superjuri bil-produzzjoni tal-karbur tat-tungstenu. Il-Kummissjoni ma qisitx lir-Russja bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq minħabba l-iżviluppi ġeopolitiċi u ekonomiċi riċenti. L-Afrika t’Isfel u l-Brażil ġew esklużi minħabba li mhix disponibbli data pubblika.

(110)

Sussegwentement, il-Kummissjoni fittxet pajjiżi bil-produzzjoni ta’ prodotti tal-istess kategorija ġenerali u/jew settur tal-prodott taħt rieżami. Kif imsemmi mill-applikanti, il-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami tappartjeni għas-settur tal-metalli mhux ferrużi. Id-data pubblika rilevanti għall-produtturi f’dan is-settur kienet disponibbli għar-Russja u għat-Turkija.

(111)

Il-Kummissjoni qieset aktar jekk ikunx possibbli li jintużaw il-fatturi prinċipali tal-produzzjoni tal-karbur tat-tungstenu minn pajjiżi rappreżentattivi xierqa.

(112)

Skont it-talba, il-proċess ta’ produzzjoni tal-karbur tat-tungstenu huwa globalment identiku u prodott jew minn materjali primarji (jew materjali verġni), jiġifieri minerali jew materjali sekondarji, jiġifieri ruttam tal-karbur tat-tungstenu. Madankollu, skont l-integrazzjoni upstream, il-produtturi jistgħu jibdew il-proċess jew minn materjali primarji, APT, jew minn ossidu tat-tungstenu (“WO3”).

(113)

Il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda l-kalkoli tal-valur normali tagħha mill-kost tal-APT, jiġifieri, il-materja prinċipali, filwaqt li tqis l-informazzjoni fit-talba u meta jitqies li hija l-ewwel pass tal-produzzjoni irrispettivament mis-sors tal-materja prima. L-APT jirrappreżenta aktar minn 90 % tal-kost totali tal-manifattura tal-prodott taħt rieżami.

(114)

F’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni fittxet id-disponibbiltà tad-data dwar il-prezzijiet tal-importazzjoni għall-APT fil-pajjiżi kollha tal-klassi tal-introjtu medju superjuri abbażi tal-kodiċi HS 2841 80. Skont il-GTA, l-APT ġie importat fl-Arġentina, fil-Brażil, fil-Malażja, fir-Russja, fit-Tajlandja, fit-Turkija u fl-Afrika t’Isfel. Madankollu, il-volumi tal-importazzjonijiet f’dawn il-pajjiżi kollha kienu baxxi ħafna u għalhekk tqiesu li ma kinux rappreżentattivi għall-istabbiliment ta’ prezz ta’ riferiment affidabbli. Barra minn hekk, l-importazzjonijiet fl-Arġentina oriġinaw kompletament mir-RPĊ. Il-maġġoranza tal-importazzjonijiet fir-Russja (aktar minn 75 %) u fl-Afrika t’Isfel (97 %) oriġinaw ukoll mir-RPĊ. Peress li ma kienet disponibbli l-ebda informazzjoni rappreżentattiva suffiċjenti għal kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi msemmija, il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża parametru referenzjarju internazzjonali għal dan l-input skont l-Artikolu 2(6a)(a), it-tieni inċiż, ibbażat fuq il-prezzijiet ta’ Argus Metals International.

(115)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni qieset li t-Turkija kellha data dettaljata disponibbli faċilment relatata mal-manodopera, mal-enerġija, u mal-SG&A u mal-profitt għal pajjiż bi dħul medju superjuri. Għaldaqstant, il-Kummissjoni qieset lit-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(116)

Il-partijiet ikkonċernati ġew mistiedna jikkummentaw dwar l-adegwatezza tat-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv.

(117)

Wara n-Nota, l-ebda parti kkonċernata ma għamlet kummenti rigward l-għażla tat-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv.

(118)

Fl-aħħar, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni u wara li ġie stabbilit li t-Turkija kienet pajjiż rappreżentattiv xieraq, abbażi tal-elementi kollha msemmija hawn fuq, ma kienx hemm bżonn li titwettaq valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-aħħar sentenza tal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku.

3.3.2.2.   Konklużjoni

(119)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni, kif propost fit-talba għal rieżami ta’ skadenza u minħabba li t-Turkija ssodisfat il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet lit-Turkija bħala l-pajjiż rappreżentattiv xieraq.

3.3.3.   Sorsi użati sabiex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni

(120)

Fin-Nota, il-Kummissjoni elenkat il-fatturi ta’ produzzjoni bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera użati fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami mill-produtturi esportaturi. Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li, sabiex jinħadem il-valur normali skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, hija kienet se tuża l-GTA u l-prezzijiet ta’ riferiment internazzjonali ta’ Argus Metals International kif ippubblikati miċ-Ċentru Nazzjonali ta’ Informazzjoni dwar il-Minerali tal-U.S. Geological Survey biex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni tal-biċċa l-kbira taż-żewġ fatturi tal-produzzjoni, b’mod partikolari l-materja prima. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddikjarat li se tuża informazzjoni mill-Istitut Tork tal-Istatistika sabiex tistabbilixxi l-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manodopera, tal-elettriku, u tal-fornituri tal-gass fit-Turkija.

(121)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ddikjarat li biex tistabbilixxi l-kostijiet SG&A u l-profitt, kienet se tuża l-informazzjoni dwar il-medja tal-kostijiet SG&A u l-profitti għall-kumpaniji attivi fis-settur tal-industrija ta’ metalli bażiċi prezzjużi u metalli oħra mhux ferrużi li tiġi ppubblikata mill-Bank Ċentrali Tork, kif indikat fil-premessa (73).

3.3.3.1.   Kostijiet u valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni

3.3.3.1.1.   Fatturi tal-produzzjoni

(122)

Meta titqies l-informazzjoni kollha bbażata fuq it-talba u l-informazzjoni sussegwenti miġbura matul il-proċediment, il-fatturi tal-produzzjoni li ġejjin u s-sorsi tagħhom ġew identifikati sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku:

Tabella 1

Fatturi tal-produzzjoni tal-karbur tat-tungstenu

Fattur ta’ Produzzjoni

Kodiċi tal-Komodità fit-Turkija

Valur mingħajr distorsjoni (RMB)

Unità ta’ kejl

Materja prima

Paratungstat tal-ammonju

2841 8010

219,12

kg

Manodopera

Kost tal-manodopera għal kull siegħa ta’ xogħol

Mhux applikabbli

34,88

Siegħa

Enerġija

Elettriku

Mhux applikabbli

0,50

kWh

Gass

Mhux applikabbli

1,61

m3

3.3.3.1.2.   Materja prima

(123)

Sabiex jiġi stabbilit il-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima prinċipali APT kif ikkonsenjata fix-xatba tal-fabbrika ta’ produttur rappreżentattiv ta’ pajjiż, il-Kummissjoni nnotat li l-importazzjonijiet tal-APT fit-Turkija kienu insinifikanti u għalhekk ma setgħux jitqiesu bħala rappreżentattivi, kif spjegat fil-premessa (114). Il-Kummissjoni użat il-prezz medju ponderat tal-importazzjoni abbażi tal-parametru referenzjarju internazzjonali tal-prezzijiet ta’ Argus Metals International, miksub miċ-Ċentru Nazzjonali ta’ Informazzjoni dwar il-Minerali tal-U.S. Geological Survey (93). F’dan il-każ, anki jekk il-parametru referenzjarju jista’ jinkludi importazzjonijiet minn sorsi distorti, il-Kummissjoni fakkret li, fil-kuntest ta’ rieżami ta’ skadenza, ma hemmx bżonn li jiġu kkalkolati mill-ġdid id-dazji; biss li tiġi stabbilita l-probabbiltà ta’ dumping. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li huwa xieraq li jintużaw il-prezzijiet ta’ Argus Metals International bħala punt ta’ riferiment f’dan il-każ.

(124)

Wara n-Nota, l-applikanti talbu li jużaw id-data ta’ Fastmarkets jew ta’ Argus għall-prezzijiet tal-APT fl-Ewropa minflok id-data ta’ Argus Metal miksuba miċ-Ċentru Nazzjonali ta’ Informazzjoni dwar il-Minerali tal-U.S. Geological Survey. Huma argumentaw li fit-Turkija, l-APT huwa primarjament innegozjat skont il-kwotazzjonijiet ta’ Fastsmarkets għall-Ewropa (usa’) u mhux għall-Istati Uniti.

(125)

Il-Kummissjoni nnotat li fit-talba ġie pprovdut biss sommarju tal-APT medju għall-perjodu tat-talba, peress li ma wasal l-ebda permess mid-detentur tad-drittijiet tal-awtur Fastmarkets biex tintuża d-data matul l-investigazzjoni. Meta jitqies li skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, id-data użata għandha tkun disponibbli għall-pubbliku, il-Kummissjoni bbażat il-kalkolu tal-valur normali fuq il-parametru referenzjarju tal-APT ibbażat fuq il-prezzijiet ta’ Argus Metals International miksuba miċ-Ċentru Nazzjonali ta’ Informazzjoni dwar il-Minerali tal-U.S. Geological Survey. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li d-differenza bejn il-parametru referenzjarju ta’ Fastmarkets u tal-U.S. Geological Survey kienet waħda minuri. Konsegwentement, id-differenza fi kwalunkwe kalkolu tal-marġni tad-dumping kienet tkun minuri (1 %).

(126)

Normalment, ma’ dawn il-prezzijiet tal-importazzjoni jenħtieġ li jiżdied il-kost tat-trasport domestiku wkoll. Madankollu, meta titqies in-natura ta’ din l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza, li hija ffokata fuq is-sejba ta’ jekk id-dumping kompliex matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami jew jekk jistax jerġa’ jseħħ, aktar milli fuq is-sejba tal-kobor eżatt tiegħu, il-Kummissjoni ddeċidiet li, f’dan il-każ, ma kienx hemm bżonn li jsiru aġġustamenti għat-trasport domestiku. Dawn l-aġġustamenti jirriżultaw biss f’żieda tal-valur normali u, għalhekk, tal-marġni tad-dumping.

3.3.3.1.3.   Manodopera

(127)

Biex tistabbilixxi l-valur referenzjarju għall-kostijiet lavorattivi, il-Kummissjoni użat l-aktar statistika reċenti ppubblikata mill-Istitut Tork tal-Istatistika (94). Dan l-istitut jippubblika informazzjoni dettaljata dwar il-kostijiet lavorattivi f’setturi ekonomiċi differenti fit-Turkija. Il-Kummissjoni stabbiliet il-parametru referenzjarju fuq il-bażi tal-kostijiet lavorattivi fis-siegħa għall-2020 jew l-attività ekonomika “Manifattura ta’ metalli bażiċi”, bil-kodiċi tan-NACE C.24 skont il-klassifikazzjoni NACE Rev.2. Il-valuri ġew aġġustati aktar għall-inflazzjoni bl-użu tal-indiċi domestiku tal-prezzijiet tal-produtturi (95) sabiex jirrifletti l-kostijiet għall-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

(128)

Wara n-Nota, l-industrija tal-Unjoni argumentat li jenħtieġ li tintuża diżaggregazzjoni dettaljata tat-tipi ta’ persunal għall-fini tal-kalkolu tad-dumping.

(129)

Il-Kummissjoni ċaħdet dan il-kumment peress li l-Istitut Tork tal-Istatistika ma jipprovdix tali analiżi dettaljata, meta jitqies il-fatt li dan huwa rieżami ta’ skadenza u kif innotat hawn fuq ma huwiex meħtieġ li jiġi kkalkolat id-daqs eżatt tad-dumping.

3.3.3.1.4.   Enerġija

(130)

Sabiex tistabbilixxi l-parametru referenzjarju tal-prezz għall-elettriku, il-Kummissjoni użat il-prezzijiet tal-elettriku għall-kumpaniji (utenti industrijali) fit-Turkija ppubblikati mill-Istitut Tork tal-Istatistika (96). Il-parametru referenzjarju ġie stabbilit fuq il-bażi tal-prezz għall-elettriku u għall-gass, ippubblikat fil-31 ta’ Marzu 2022. Il-prezz imsemmi huwa l-medja għall-2021. Il-Kummissjoni użat id-data dwar il-prezzijiet industrijali tal-elettriku u tal-gass fil-faxex ta’ konsum korrispondenti, netti mit-taxxa fuq il-valur miżjud.

3.3.3.1.5.   Kostijiet ġenerali tal-manifattura, SG&A, profitti u deprezzament

(131)

Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura biex ikopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni msemmija hawn fuq.

(132)

Sabiex tistabbilixxi valur mingħajr distorsjoni tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura u minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi Ċiniżi, il-Kummissjoni użat il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għalhekk, abbażi tad-data pprovduta mill-applikanti, il-Kummissjoni stabbiliet il-proporzjon tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura għat-total tal-manifattura. Imbagħad, dan il-perċentwal ġie applikat għall-valur mingħajr distorsjoni tal-kost tal-manifattura biex jinkiseb il-valur mingħajr distorsjoni tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura.

(133)

Sabiex jiġi stabbilit ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-SG&A u l-profitt, il-Kummissjoni bbażat fuq l-aktar data finanzjarja disponibbli riċenti għall-kumpaniji attivi fis-settur tal-industrija ta’ metalli prezzjużi bażiċi u metalli oħra mhux ferrużi li hija ppubblikata mill-Bank Ċentrali Tork (97). Kif imsemmi fil-premessa (121), dan is-settur jitqies bħala l-kategorija ġenerali bħala l-prodott taħt rieżami. Il-Kummissjoni użat l-SG&A ta’ 9,50 % u l-profitt ta’ 6,61 % tal-kost tal-oġġetti mibjugħa (“COGS”).

(134)

Wara n-Nota, waslu kummenti mill-industrija tal-Unjoni biex jiġu kkunsidrati l-ispare parts u materja prima oħra, kif ukoll id-deprezzament fl-ispejjeż ġenerali tal-manifattura. Il-Kummissjoni qieset dawn il-kummenti fil-kalkolu tad-dumping kif deskritt fil-premessa (137).

3.3.3.2.   Kalkolu tal-valur normali

(135)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

(136)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni bbażat fuq l-informazzjoni pprovduta mill-applikanti fit-talba dwar l-użu taż-żewġ materja prima prinċipali għall-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami. Għall-manodopera u l-enerġija, il-Kummissjoni qagħdet fuq l-informazzjoni pprovduta minn produttur wieħed tal-Unjoni.

(137)

Ladarba ġew stabbiliti l-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni żiedet l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura, l-SG&A u l-profitt. L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura ġew iddeterminati abbażi tad-data pprovduta mill-applikanti. L-SG&A u l-profitt ġew iddeterminati abbażi tal-aktar data finanzjarja riċenti disponibbli għall-kumpaniji attivi fis-settur tal-industrija ta’ metalli bażiċi prezzjużi u metalli oħra mhux ferrużi li hija ppubblikata mill-Bank Ċentrali Tork (98) (ara t-Taqsima 3.3.2). Il-Kummissjoni żiedet l-entrati li ġejjin fil-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura:

L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura, li b’kollox kienu jammontaw għal 4 % tal-kostijiet diretti tal-manifattura;

L-oġġetti konsumabbli tqiesu għal 1 % tal-kostijiet diretti tal-manifattura;

L-SG&A u kostijiet oħra, li ammontaw għal 9,50 % tal-COGS tal-kumpaniji Torok attivi fis-settur tal-industrija ta’ metalli bażiċi prezzjużi u metalli oħra mhux ferrużi, u

profitti, li ammontaw għal 6,61 % tal-COGS kif miksuba mill-kumpaniji Torok attivi fis-settur tal-industrija ta’ metalli bażiċi prezzjużi u metalli oħra mhux ferrużi, ġew applikati għall-kostijiet totali mingħajr distorsjoni tal-manifattura.

(138)

Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

3.4.   Prezz tal-esportazzjoni

(139)

Kif imsemmi hawn fuq fil-premessa (48), minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni min-naħa tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-prezz tal-esportazzjoni kien ibbażat fuq il-fatti disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq informazzjoni mill-Eurostat.

(140)

L-esportazzjonijiet miċ-Ċina kienu saru kemm taħt il-proċedura ta’ proċessar attiv (“IPP”) kif ukoll taħt ir-reġim normali. Kif muri fil-premessa (191), peress li l-esportazzjonijiet li jsiru skont ir-reġim normali rrappreżentaw biss 0,3 % tas-sehem mis-suq tal-Unjoni matul il-PIR, dawn kienu kkunsidrati negliġibbli u l-kalkoli saru fuq il-prezz tal-esportazzjoni taħt l-IPP biss, bħala informazzjoni raġonevolment disponibbli dwar il-prezz li jiġi ċċarġjat fin-nuqqas ta’ miżuri. Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezz tal-esportazzjoni abbażi tal-istatistika disponibbli, jiġifieri l-bażi tad-data Comext (Eurostat). Billi l-prezzijiet fil-Comext huma rreġistrati fil-livell ta’ Kost, Assigurazzjoni u Nol (“CIF”), il-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika ġie stabbilit abbażi tal-evidenza pprovduta fit-talba għall-kost tat-trasport, l-immaniġġjar u n-nol marittimu.

3.5.   Tqabbil

(141)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali stabbilit f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku u l-prezz tal-esportazzjoni fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika kif stabbilit hawn fuq.

3.6.   Marġni tad-dumping

(142)

Abbażi ta’ dan, il-marġni tad-dumping instab li kien sinifikanti (68 %). Għalhekk ġie konkluż li d-dumping tkompla matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

4.   PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI TAD-DUMPING

(143)

Wara s-sejba tal-eżistenza tad-dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni investigat il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dumping, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Il-Kummissjoni qieset il-prezzijiet tal-IPP bħala informazzjoni raġonevolment disponibbli dwar il-prezz li jiġi ċċarġjat fin-nuqqas ta’ miżuri. Ġew analizzati l-elementi addizzjonali li ġejjin: (1) il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ, (2) ir-riżervi tal-minerali tat-tungstenu u t-taxxa fuq l-esportazzjoni fuq il-konċentrat tat-tungstenu, u (3) l-attraenza tas-suq tal-Unjoni u l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi.

(144)

Bħala konsegwenza tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi u tal-GTĊ, il-Kummissjoni bbażat il-valutazzjoni tagħha fuq il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq l-informazzjoni pprovduta fit-talba għal rieżami, informazzjoni disponibbli pubblikament, u informazzjoni mill-bażi tad-data tal-GTA.

(145)

Zhangyuan Tungsten, Xianglu Tungsten u Golden Egret affermaw li jekk suq kienx attraenti ma huwiex standard legali meħtieġ li għandu jitqies f’investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza billi suq dinamiku u kompetittiv b’mod ħieles jibqa’ attraenti għall-operaturi ekonomiċi kollha.

(146)

Kif deskritt hawn taħt fil-premessi (156) sa (163), il-Kummissjoni taħt l-intestatura tal-“attraenza tas-suq tal-Unjoni” teżamina jekk huwiex probabbli li l-produtturi esportaturi Ċiniżi jżidu l-esportazzjonijiet tagħhom tal-karbur tat-tungstenu lejn l-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, u jekk dawn l-esportazzjonijiet ikunux se jsiru bi prezzijiet oġġett ta’ dumping. Dan huwa kompletament konformi mat-test legali fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku u għalhekk din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

4.1.   Kapaċità tal-produzzjoni u kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ

(147)

Fit-talba l-applikanti jipprovdu informazzjoni dwar il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva tal-karbur tat-tungstenu fiċ-Ċina. Skont ir-Rapport dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tat-Tungstenu taċ-Ċina għall-2020 ippubblikat mill-Assoċjazzjoni tal-Industrija tat-Tungstenu taċ-Ċina (99), il-kapaċità tal-produzzjoni fiċ-Ċina kienet ta’ 80 000 tunnellata. L-applikanti stmaw id-domanda fiċ-Ċina għal 30 000 tunnellata abbażi tal-għarfien tagħhom dwar is-suq. Barra minn hekk, wara li tnaqqsu l-esportazzjonijiet taċ-Ċina lejn il-pajjiżi kollha, il-kapaċità ta’ riżerva ġiet ikkalkolata għal 18 000 tunnellata. Madankollu, matul l-investigazzjoni, l-applikanti ċċaraw li fil-kalkolu tagħhom użaw b’mod mhux intenzjonat il-kolonna tal-prezzijiet minflok il-kolonna tal-volum u għalhekk il-kapaċità ta’ riżerva korretta fiċ-Ċina kienet ta’ madwar 41 000 tunnellata.

(148)

Il-Kummissjoni kkalkolat ukoll il-kapaċità ta’ riżerva tal-karbur tat-tungstenu fir-RPĊ matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Skont ir-Rapport dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tat-Tungstenu taċ-Ċina għall-2021 ippubblikat mill-Assoċjazzjoni tal-Industrija tat-Tungstenu taċ-Ċina (100), il-kapaċità tal-produzzjoni tal-karbur tat-tungstenu fiċ-Ċina ammontat għal 90 000 tunnellata. Il-produzzjoni tal-karbur tat-tungstenu fiċ-Ċina ġiet stmata għal madwar [30 000 – 35 000] tunnellata abbażi tar-rapport Roskil Tungsten Outlook to 2030 (101) u meta jitqies li madwar 60 % tal-produzzjoni tat-tungstenu tintuża għall-produzzjoni tal-karbur tat-tungstenu (102). Dawn l-istimi jirriżultaw f’kapaċità ta’ riżerva ta’ [55 000 – 60 000] tunnellata jew [61 % - 67 %]. Meta wieħed iqis li l-konsum tas-suq ħieles tal-Unjoni ammonta għal 15 101 tunnellata (ara t-Tabella 4) matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-kapaċità ta’ riżerva Ċiniża kienet aktar minn 3,5 darbiet aktar mill-konsum tal-Unjoni fis-suq ħieles.

(149)

Fil-kummenti tagħhom wara d-divulgazzjoni finali, Zhangyuan Tungsten, Xianglu Tungsten u Golden Egret tennew l-affermazzjoni tagħhom li s-sors użat għall-kapaċità tal-produzzjoni tal-karbur tat-tungstenu fiċ-Ċina kif iddikjarat fil-premessa (148) ma kienx affidabbli u pprovdew il-link għas-sit web tal-Assoċjazzjoni tal-Industrija tat-Tungstenu taċ-Ċina.

(150)

Il-Kummissjoni nnotat li Zhangyuan Tungsten, Xianglu Tungsten u Golden Egret ma pprovdew l-ebda informazzjoni dwar il-kapaċità tal-produzzjoni tal-karbur tat-tungstenu fiċ-Ċina. Il-Kummissjoni fittxet is-sit web ipprovdut mill-produttur Ċiniż u ma setgħetx issib data dwar il-kapaċità tal-produzzjoni tal-karbur tat-tungstenu fiċ-Ċina. Minflok, il-Kummissjoni sabet li abbażi tar-rapport Roskil Tungsten Outlook to 2030 (103), il-kapaċità tal-produzzjoni tal-karbur tat-tungstenu fiċ-Ċina fl-2021 kienet stmata għal [50 000–75 000] tunnellata fis-sena f’termini ta’ tungstenu, jew [53 000–80 000] tunnellata ta’ karbur tat-tungstenu (104). Bl-użu tal-volum tal-produzzjoni ddikjarat fil-premessa (148), li ma ġiex ikkontestat minn Zhangyuan Tungsten, Xianglu Tungsten u Golden Egret, il-kapaċità ta’ riżerva tal-karbur tat-tungstenu fiċ-Ċina xorta kienet tammonta għal [23 000 – 45 000] tunnellata li tirrappreżenta aktar minn 1,5 darbiet il-konsum tal-Unjoni fis-suq ħieles matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, li kien għadu meqjus sinifikanti.

(151)

Il-Kummissjoni qabblet ukoll il-kapaċità tal-produzzjoni tal-karbur tat-tungstenu fir-RPĊ matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami mal-kapaċità matul l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza preċedenti u nnotat żieda sostanzjali. Filwaqt li l-kapaċità tal-produzzjoni ġiet stmata għal bejn 42 000 u 50 000 tunnellata matul ir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, hija stmata għal 90 000 tunnellata matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami tal-investigazzjoni kurrenti. Dan jirriżulta f’żieda ta’ aktar minn 80 %, minkejja kapaċità ta’ riżerva diġà eżistenti ta’ bejn 12 000 u 20 000 matul ir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, mingħajr ebda indikazzjoni li tali kapaċità miżjuda tista’ tiġi assorbita mis-suq domestiku Ċiniż, jew minn kwalunkwe suq ta’ pajjiż terz. Din is-sitwazzjoni fl-aħħar mill-aħħar se twassal għal kapaċità ta’ riżerva saħansitra akbar li tista’ tiġi diretta lejn is-suq tal-Unjoni.

(152)

Il-Kummissjoni nnotat ukoll kapaċitajiet ta’ riżerva sostanzjali fit-tweġibiet tal-produtturi esportaturi Ċiniżi għall-eżerċizzju tal-kampjunar. It-tliet produtturi esportaturi rrapportaw b’kollox volum ta’ produzzjoni ta’ 13 500 tunnellata matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, meta mqabbel ma’ kapaċità ta’ produzzjoni totali ta’ 17 800 tunnellata. Dan jirriżulta f’kapaċità ta’ riżerva ta’ 30 %.

(153)

L-eċċess fil-kapaċitajiet tal-produzzjoni huwa inċentiv biex titkompla l-esportazzjoni bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. Huwa ċar li l-esportaturi Ċiniżi jridu jisfruttaw il-possibbiltajiet eżistenti kollha biex iżidu l-produzzjoni biex jibbenefikaw bis-sħiħ mill-investimenti sinifikanti li għamlu fil-kapaċitajiet installati. L-aktar mod ovvju huwa li jiġi ppenetrat kwalunkwe suq miftuħ madwar id-dinja u x’aktarx bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping bħalma għadu l-każ fl-investigazzjoni kurrenti.

(154)

Abbażi tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-produtturi esportaturi Ċiniżi għandhom kapaċitajiet ta’ riżerva sinifikanti, li x’aktarx jintużaw għall-esportazzjoni tal-karbur tat-tungstenu bi prezzijiet oġġett ta’ dumping lejn l-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

4.2.   Riżervi tal-minerali tat-tungstenu u t-taxxa fuq l-esportazzjoni fuq il-konċentrat tat-tungstenu

(155)

Ir-RPĊ tikkontrolla aktar minn 55 % tar-riżervi tal-minerali tat-tungstenu (105) fid-dinja u, fl-istess ħin, timponi taxxa fuq l-esportazzjoni ta’ 20 % fuq il-konċentrat tat-tungstenu (106). Din ir-restrizzjoni twassal għal disponibbiltà għolja ta’ materja prima fis-suq Ċiniż, li tippermetti lill-produtturi esportaturi Ċiniżi jimlew malajr il-kapaċità ta’ riżerva tagħhom imsemmija fil-premessa (151).

4.3.   Attraenza tas-suq tal-Unjoni u l-prezzijiet ta’ esportazzjoni lejn pajjiżi terzi

(156)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk huwiex probabbli li l-produtturi esportaturi Ċiniżi jżidu l-bejgħ għall-esportazzjoni tagħhom bi prezzijiet oġġett ta’ dumping jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Għalhekk, il-Kummissjoni eżaminat il-livell tal-prezzijiet tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn swieq ta’ pajjiżi terzi u qabblithom mal-livell tal-prezzijiet tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni. Il-volumi tal-esportazzjoni Ċiniżi u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni ġew stabbiliti abbażi tal-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku u abbażi tad-data u l-informazzjoni tal-GTA fit-talba.

(157)

Il-Kummissjoni użat id-data mill-bażi tad-data tal-GTA u ffukat fuq it-tliet swieq prinċipali tal-esportazzjoni għaċ-Ċina, jiġifieri l-Ġappun, il-Korea t’Isfel, u l-Istati Uniti, li jirrappreżentaw madwar 75 % tal-esportazzjonijiet totali tar-RPĊ. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-prezz medju tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni ta’ prodotti li jaqgħu taħt il-Kodiċi tal-Komodità Ċiniż 2849 9020 kien f’livell simili għall-prezz medju tal-esportazzjonijiet lejn it-tliet swieq prinċipali ta’ pajjiż terz. Madankollu, meta wieħed iħares lejn il-livell tal-pajjiż, il-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn il-Ġermanja kienu ogħla mill-prezz tal-esportazzjoni Ċiniż lejn il-Korea t’Isfel u l-prezz tal-esportazzjoni Ċiniż lejn in-Netherlands kien ogħla mill-prezz tal-esportazzjoni Ċiniż lejn il-Ġappun. Dan juri li ċerti swieq fl-Unjoni jħallu aktar qligħ minn tnejn mill-aqwa tliet swieq tal-esportazzjoni Ċiniżi għall-prodott ikkonċernat. Il-Kummissjoni ma qisitx l-esportazzjonijiet Ċiniżi skont il-Kodiċi tal-Komodità Ċiniż 3824 3000 matul l-analiżi, peress li tista’ tinkludi wkoll prodotti għajr il-prodott ikkonċernat u għalhekk il-prezz medju ma jkunx biss għall-karbur tat-tungstenu.

(158)

Fil-kummenti tagħhom wara d-divulgazzjoni finali, Zhangyuan Tungsten, Xianglu Tungsten u Golden Egret sostnew li l-Kummissjoni injorat l-informazzjoni pprovduta minnhom rigward l-iżvilupp tal-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-karbur tat-tungstenu lejn pajjiżi terzi oħra abbażi tal-Mappa Kummerċjali tal-ITC (107). Huma tennew li abbażi ta’ din id-data, l-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn pajjiżi terzi oħra, aktar milli l-esportazzjonijiet lejn is-suq tal-Unjoni, kienu se jkomplu jiżdiedu. Zhangyuan Tungsten, Xianglu Tungsten u Golden Egret sostnew li l-Kummissjoni ma spjegatx għaliex din l-informazzjoni ġiet injorata.

(159)

Huwa ċċarat li l-Kummissjoni ma injoratx id-data pprovduta mill-Mappa Kummerċjali tal-ITC inkwantu tali. Kif spjegat fil-premessa (157), il-Kummissjoni użat id-data mill-bażi tad-data tal-GTA, li bħall-Mappa Kummerċjali tal-ITC uriet li s-swieq ewlenin tal-esportazzjoni għaċ-Ċina kienu l-Ġappun u l-Korea t’Isfel u li kien hemm xejra dejjem tikber ta’ esportazzjonijiet lejn dawn is-swieq bejn l-2019 u l-2021. Madankollu, il-Kummissjoni ma qablitx mal-konklużjoni li din ix-xejra neċessarjament kompliet fil-futur sal-punt li setgħet tassorbi l-kapaċitajiet ta’ riżerva għoljin disponibbli fiċ-Ċina. Zhangyuan Tungsten, Xianglu Tungsten u Golden Egret ma pprovdew l-ebda evidenza li ssostni din l-allegazzjoni u injoraw is-sejbiet tal-Kummissjoni li s-suq tal-Unjoni jkun suq attraenti għall-esportazzjonijiet Ċiniżi jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Għalhekk, minħabba l-kapaċità għolja ta’ riżerva fiċ-Ċina, huwa probabbli ħafna li parti kbira minnha tkun diretta lejn l-Unjoni, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. L-istess jgħodd għall-konsum li allegatament qiegħed jiżdied fiċ-Ċina. Il-produttur esportatur ma pprovda l-ebda evidenza tal-konsum attwali fiċ-Ċina jew li d-domanda domestika tal-futur x’aktarx li tassorbi l-kapaċità ta’ riżerva sinifikanti fiċ-Ċina. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(160)

Fil-kummenti tagħhom wara d-divulgazzjoni finali, Zhangyuan Tungsten, Xianglu Tungsten u Golden Egret ma qablux mal-konklużjoni tal-Kummissjoni fil-premessa (157) li l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn ċerti pajjiżi fl-Unjoni dehru li jħallu aktar qligħ mill-prezzijiet lejn l-aqwa żewġ swieq esportaturi Ċiniżi. Huma argumentaw li kull suq għandu sitwazzjoni kompetittiva differenti, filwaqt li l-prezzijiet jirriflettu x-xejriet tad-domanda u l-provvista.

(161)

Huwa minnu li l-prezzijiet huma affettwati mid-domanda u l-provvista f’ċertu suq. Madankollu, din il-konklużjoni ma ġabitx fix-xejn il-fatt li l-prezzijiet f’ċerti pajjiżi fl-Unjoni huma ogħla meta mqabbla ma’ dawk fis-swieq tal-esportazzjoni Ċiniżi ewlenin u li s-suq tal-Unjoni, b’mod partikolari s-suq ta’ ċerti Stati Membri, apparagun, huwa għalhekk suq aktar attraenti. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(162)

Huwa mfakkar li l-karbur tat-tungstenu jirrappreżenta prodott intermedju importanti għal għadd kbir ta’ setturi fl-Unjoni, inklużi prodotti tal-kura personali u karti għall-magni, il-karozzi tal-linji ferrovjarji, għall-ferroviji u l-ajruplani u għalhekk jirrappreżenta parti integrali mill-katina tal-valur industrijali fl-Unjoni. L-importanza tal-karbur tat-tungstenu tindika potenzjal kbir tas-suq għall-produtturi esportaturi Ċiniżi. Ta’ min jinnota li, anki bil-miżuri fis-seħħ, l-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni komplew bi prezzijiet oġġett ta’ dumping.

(163)

Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq u b’kunsiderazzjoni b’mod partikolari tal-livell tal-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn l-Unjoni meta mqabbla ma’ swieq oħra tal-esportazzjoni u r-rwol ewlieni tal-karbur tat-tungstenu f’ħafna setturi tas-suq intern, minn dan isegwi li l-esportaturi Ċiniżi jkollhom inċentiv qawwi biex ikomplu jesportaw bi prezzijiet li jkunu l-oġġett ta’ dumping lejn l-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, meta jitqies ukoll li swieq oħra tal-esportazzjoni ma jkunux jistgħu jassorbu l-ammont sinifikanti ta’ karbur tat-tungstenu Ċiniż.

4.4.   Konklużjoni

(164)

Meta titqies il-kapaċità ta’ riżerva sinifikanti fir-RPĊ u filwaqt li titqies l-evidenza dwar l-attraenza tas-suq tal-Unjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li jekk il-miżuri jiskadu, ikun probabbli li l-produtturi esportaturi Ċiniżi jattivaw il-kapaċità ta’ riżerva u saħansitra aktarx li jdawru l-esportazzjonijiet minn pajjiżi terzi lejn is-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u f’volumi sinifikanti.

(165)

Fid-dawl tas-sejbiet tagħha dwar il-kontinwazzjoni tad-dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u dwar l-iżvilupp probabbli tal-esportazzjonijiet jekk il-miżuri jiskadu, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà kbira li l-iskadenza tal-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet mir-RPĊ tirriżulta fil-kontinwazzjoni tad-dumping.

5.   DANNU

5.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(166)

Il-prodott simili kien manifatturat minn disa’ produtturi, li jappartjenu għal seba’ gruppi, fl-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Minn dawn, seba’ produtturi jipproduċu u jbigħu fis-suq ħieles u ż-żewġ produtturi li jifdal jipproduċu l-karbur tat-tungstenu prinċipalment bħala input għall-prodotti downstream tagħhom (“użu kaptiv”). Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(167)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kienet stabbilita għal 17 026 tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet din iċ-ċifra abbażi tal-makrodata vverifikata fit-tweġiba għall-kwestjonarju pprovduta mill-applikanti. Kif indikat fil-premessa (41), intgħażlu tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, li jirrappreżentaw aktar minn 69 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili.

(168)

Zhangyuan Tungsten, Xianglu Tungsten u Golden Egret argumentaw li peress li l-industrija tal-Unjoni kienet magħmula minn żewġ segmenti tas-suq (jiġifieri verġni u riċiklaġġ) u li peress li diversi produtturi tar-riċiklaġġ inkluż assoċjazzjoni kkooperaw fl-investigazzjoni u kienu kontra t-tneħħija tal-miżuri, il-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq żewġ analiżijiet separati tad-dannu, waħda għal kull segment.

(169)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni fakkret li skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku, id-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni tirreferi għall-prodott simili. Wara li stabbiliet fil-premessa (61) li l-prodott simili jikkorrispondi għad-definizzjoni tal-prodott taħt rieżami, il-Kummissjoni nnotat li l-prodott simili manifatturat permezz tal-produzzjoni verġni u l-prodott simili manifatturat permezz tar-riċiklaġġ għandhom karatteristiċi fiżiċi u kimiċi identiċi u l-istess użu. L-unika differenza tagħhom hija l-materja prima: filwaqt li għall-produzzjoni verġni hija l-mineral tat-tungstenu jew il-prodotti intermedji sussegwenti (konċentrat tat-tungstenu, APT, ossidu tat-tungstenu), għall-produzzjoni mir-riċiklaġġ, il-materja prima hija ruttam derivat minn għodod tal-metall iebes użati li jinkorporaw il-karbur tat-tungstenu. Il-prodott finali huwa eżattament l-istess. L-allegati segmenti tas-suq ibbażati fuq id-differenza fil-proċess tal-produzzjoni u l-materja prima ma jikkorrispondux għad-differenzi fl-output. Għalhekk, ma kien hemm l-ebda raġuni għas-segmentar tas-suq u għat-twettiq ta’ analiżijiet differenti tad-dannu. Konsegwentement, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(170)

Fil-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni finali, Zhangyuan Tungsten, Xianglu Tungsten u Golden Egret tennew il-kummenti tagħhom iddikjarati fil-premessa (168), jiġifieri li l-industrija tal-Unjoni tkun magħmula minn żewġ segmenti tas-suq (jiġifieri verġni u riċiklaġġ) u li l-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq żewġ analiżijiet separati tad-dannu, wieħed għal kull segment. B’mod partikolari, huma argumentaw li d-differenza fil-materja prima għall-proċessi tal-produzzjoni verġni u tar-riċiklaġġ kellha effett fuq il-kostijiet u l-indikaturi finanzjarji u xorta tista’ tiġġustifika segmentazzjoni tas-suq, anki jekk il-karbur tat-tungstenu manifatturat permezz tal-produzzjoni verġni u l-karbur tat-tungstenu manifatturat permezz tar-riċiklaġġ huma prodotti simili. Huma talbu wkoll aktar dettalji dwar l-impatt li l-kost tal-materja prima rispettiva kellu fuq iż-żewġ proċessi ta’ produzzjoni.

(171)

Madankollu, id-differenza fil-materja prima ma kinitx tikkorrispondi għal differenza fl-output u, għalhekk, segmentazzjoni tas-suq bejn il-produzzjoni verġni u dik tar-riċiklaġġ ma kinitx iġġustifikata. L-indikaturi finanzjarji ppreżentati fit-Taqsima 5.5 jinkludu ż-żewġ proċessi ta’ produzzjoni. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ma ntlaqgħetx.

5.2.   Konsum tal-Unjoni

(172)

Kif imsemmi fil-premessa (166), uħud mill-produtturi tal-Unjoni qegħdin primarjament jipproduċu l-prodott taħt rieżami għall-użu kaptiv bħala materja prima primarja għall-produzzjoni ta’ bosta prodotti downstream u għalhekk il-konsum tas-suq kaptiv u ta’ dak ħieles ġew analizzati b’mod separat.

(173)

Id-distinzjoni bejn is-suq kaptiv u s-suq ħieles hija rilevanti għall-analiżi tad-dannu minħabba li l-prodotti maħsuba għal użu kaptiv ma humiex esposti għal kompetizzjoni diretta mill-importazzjonijiet. Għall-kuntrarju, il-produzzjoni destinata għas-suq ħieles hija f’kompetizzjoni diretta mal-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami u l-prezzijiet huma prezzijiet tas-suq ħieles.

(174)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum totali tal-Unjoni (suq kaptiv u ħieles) abbażi tal-makrodata vverifikata fit-tweġiba għall-kwestjonarju pprovduta mill-applikanti (għall-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni) u tad-data tal-Eurostat (għall-importazzjonijiet fl-Unjoni). Id-data dwar il-konsum totali tal-Unjoni hija ppreżentata f’firxiet fit-tabella ta’ hawn taħt biex tiġi protetta l-kunfidenzjalità tad-data dwar il-konsum kaptiv, li matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kienet ġejja mill-attività ta’ żewġ produtturi biss tal-Unjoni, kif irrapportat fil-premessa (180).

(175)

Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 2

Konsum tal-Unjoni (tunnellati)

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Konsum totali tal-Unjoni

[14 875 -18 465 ]

[11 439 -14 200 ]

[10 586 -13 141 ]

[14 458 -17 948 ]

Indiċi

100

77

71

97

Sors:

Data mill-applikanti u mill-Eurostat

(176)

Il-konsum tal-Unjoni naqas b’29 % bejn l-2018 u l-2020 u mbagħad żdied b’37 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbel mal-2020. Kumplessivament, matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni l-konsum tal-Unjoni naqas bi 3 %.

(177)

Ix-xejra tal-konsum tal-Unjoni rriżultat mill-fatt li, skont l-applikanti, fl-2018, id-domanda tal-Unjoni għall-prodott taħt rieżami kienet ogħla mill-medja fuq perjodu ta’ żmien medju sa twil tal-industrija. Fil-fatt, il-konsum tal-Unjoni fl-2018 kien l-ogħla livell tax-xejra dejjem tiżdied fil-konsum osservata fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti (108). Wara ż-żieda fil-konsum fl-2018, id-domanda tal-Unjoni mbagħad naqset fl-2019 b’23 %. Fl-2020, ir-restrizzjonijiet imposti fir-rigward tal-pandemija tal-COVID-19 wasslu għal tnaqqis ulterjuri, għalkemm temporanju, fid-domanda għall-prodott taħt rieżami. B’mod partikolari, diversi utenti ewlenin tal-prodott taħt rieżami, b’mod partikolari l-operaturi fis-setturi tal-kostruzzjoni u tal-karozzi, kellhom inaqqsu jew jagħlqu temporanjament il-produzzjoni tagħhom. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, id-domanda bdiet tirkupra f’konformità mat-tnaqqis tal-miżuri relatati mal-pandemija tal-COVID-19. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, is-suq tal-Unjoni bbenefika mill-irkupru tad-domanda kif ukoll mill-istokkjar mill-ġdid. F’dan ir-rigward, l-applikanti rrapportaw li kwistjonijiet loġistiċi u tal-katina tal-provvista (bħal nuqqas ta’ kontejners u dewmien fil-portijiet) wasslu għal tħassib dwar is-sigurtà tal-provvista u b’hekk wasslu għal tiftix ta’ sorsi ta’ provvista addizzjonali fil-forma ta’ kumulazzjoni ta’ riżerva jew stokk ta’ riżerva. Madankollu, il-konsum tal-Unjoni ma laħaqx il-livelli ta’ qabel il-pandemija.

(178)

Abbażi tal-makrodata vverifikata fit-tweġiba għall-kwestjonarju pprovduta mill-applikanti għall-attività kollha tal-industrija tal-Unjoni (swieq kaptivi u ħielsa), il-Kummissjoni ddeterminat li madwar [8 - 10] % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kienet destinata għal użu kaptiv.

(179)

Barra minn hekk, fis-suq ħieles l-industrija tal-Unjoni tipproduċi taħt ftehimiet normali (l-industrija tal-Unjoni tixtri l-materja prima) u taħt ftehimiet ta’ tolling (il-klijent tal-karbur tat-tungstenu jibqa’ l-proprjetarju tal-materja prima u jħallas tariffa tal-ipproċessar lill-produtturi tal-Unjoni għall-konverżjoni tal-materja prima f’karbur tat-tungstenu). Il-ftehimiet ta’ tolling jintużaw għall-attivitajiet ta’ riċiklaġġ billi l-klijenti jfornu r-ruttam lill-industrija tal-Unjoni għall-ipproċessar. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, 96 % tal-volum totali tal-produzzjoni ġie manifatturat taħt ftehimiet normali, filwaqt li l-bqija tal-produzzjoni (4 %) ġiet manifatturata taħt ftehimiet ta’ tolling.

5.2.1.   Konsum kaptiv

(180)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum kaptiv tal-Unjoni abbażi tal-użu kaptiv fis-suq tal-Unjoni tal-produtturi kollha magħrufa fl-Unjoni. Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, żewġ produtturi tal-Unjoni biss kellhom użu kaptiv, għalhekk id-data fit-tabella ta’ hawn taħt hija ppreżentata f’firxiet sabiex tiġi ppreservata l-kunfidenzjalità tad-data tal-produtturi tal-Unjoni kkonċernati. Fuq din il-bażi, il-konsum kaptiv tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 3

Konsum kaptiv (tunnellati)

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Konsum kaptiv

[1 417 -1 759 ]

[1 154 -1 433 ]

[1 189 -1 476 ]

[1 321 -1 639 ]

Indiċi

100

81

84

93

Sors:

Data mill-applikanti

(181)

Il-konsum kaptiv tal-Unjoni naqas b’16 % bejn l-2018 u l-2020 u sussegwentement żdied bi 11 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbel mal-2020. Kumplessivament, matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni l-konsum kaptiv tal-Unjoni naqas b’7 %.

(182)

Il-konsum kaptiv tal-Unjoni wera xejra kemxejn differenti meta mqabbel mal-konsum ġenerali tal-Unjoni. Fil-fatt, il-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt iżgħar fuq il-konsum intern tal-produtturi tal-Unjoni, li wera żieda żgħira fl-2020 meta mqabbel mal-2019.

5.2.2.   Konsum tas-suq ħieles

(183)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tas-suq ħieles tal-Unjoni fuq il-bażi ta’: (a) il-volum tal-bejgħ ħieles fl-Unjoni tal-produtturi magħrufa kollha tal-Unjoni, u (b) il-volumi totali tal-importazzjoni fl-Unjoni kif irrapportati mill-Eurostat. Fuq din il-bażi, il-konsum tas-suq ħieles tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 4

Konsum tas-suq ħieles (tunnellati)

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Suq ħieles

15 468

11 822

10 800

15 101

Indiċi

100

76

70

98

Sors:

Data mill-applikanti u mill-Eurostat

(184)

Il-konsum tas-suq ħieles tal-Unjoni naqas bi 30 % bejn l-2018 u l-2020 u mbagħad żdied b’40 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbel mal-2020. Kumplessivament, matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni l-konsum tas-suq ħieles tal-Unjoni naqas bi 2 %.

(185)

Ix-xejra tal-konsum tas-suq ħieles tal-Unjoni segwiet ix-xejra ġenerali tal-konsum tal-Unjoni.

5.3.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

5.3.1.   Volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(186)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tad-data tal-Eurostat. Barra minn hekk, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit abbażi tad-data dwar l-importazzjoni mill-Eurostat u l-konsum tal-Unjoni. L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej:

Tabella 5

Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina (tunnellati)

718

462

294

336

Indiċi

100

64

41

47

Sehem mis-suq (%)

4,6

3,9

2,7

2,2

Indiċi

100

85

55

45

Sors:

Eurostat u data mill-applikanti

(187)

L-importazzjonijiet miċ-Ċina naqsu b’59 % bejn l-2018 u l-2020 u mbagħad żdiedu b’14 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbla mal-2020. Kumplessivament, matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-importazzjonijiet miċ-Ċina naqsu bi 53 %.

(188)

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi naqas bi 2,4 punti perċentwali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(189)

L-importazzjonijiet miċ-Ċina segwew ix-xejra tad-domanda tal-Unjoni. il-livelli tal-2021 ma laħqux il-livelli tal-2018, u lanqas il-livelli tal-2019. Skont l-applikant, l-irkupru fl-importazzjonijiet fl-2021 ma kienx laħaq volumi ogħla minħabba diversi fatturi: (i) ir-restrizzjonijiet kontinwi li jaffettwaw il-ktajjen tal-provvista u t-tbaħħir miċ-Ċina, u (ii) it-tħassib tal-utenti dwar is-sigurtà tal-provvista tal-kunsinni miċ-Ċina. Ix-xejra tal-ishma mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi minflok hija konsistentement ’l isfel, minkejja li l-prezzijiet tal-importazzjoni tnaqqsu b’mod konsistenti, kif muri fit-Tabella 7, minħabba li fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami l-konsum tal-Unjoni żdied b’daqs ogħla mill-volum tal-importazzjonijiet Ċiniżi.

5.3.2.    Reġimi ta’ importazzjoni

(190)

Il-prodott ikkonċernat ġie importat miċ-Ċina kemm taħt ir-reġim normali tal-importazzjoni kif ukoll taħt l-IPP, kif muri hawn taħt:

Tabella 6

Il-volum tal-importazzjoni u s-sehem mis-suq għal kull reġim ta’ importazzjoni

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Reġim normali tal-importazzjoni

Volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina (tunnellati)

33

16

33

38

Indiċi

100

50

100

116

Sehem mis-suq (%)

0,2

0,1

0,3

0,3

Indiċi

100

65

146

120

IPP

Volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina (tunnellati)

685

446

261

298

Indiċi

100

65

38

44

Sehem mis-suq (%)

4,4

3,7

2,4

2,0

Indiċi

100

85

55

45

Sors:

Eurostat u data mill-applikanti

(191)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, kważi l-importazzjonijiet kollha miċ-Ċina saru skont l-IPP. L-importazzjonijiet taħt l-IPP naqsu bi 62 % bejn l-2018 u l-2020 u mbagħad żdiedu b’14 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbla mal-2020. Kumplessivament, l-importazzjonijiet skont l-IPP miċ-Ċina naqsu b’56 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. L-importazzjonijiet miċ-Ċina taħt ir-reġim normali tal-importazzjoni kienu negliġibbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, u jammontaw għal firxa ta’ bejn 0,1 % u 0,3 % tas-sehem mis-suq.

(192)

L-importazzjonijiet skont l-IPP miċ-Ċina segwew ix-xejra ġenerali tal-importazzjonijiet miċ-Ċina u kienu jirriflettu x-xejra tal-konsum tal-Unjoni. L-importazzjonijiet taħt reġim normali diġà wrew żieda fl-2020 iżda l-volum tagħhom ma influwenzax ix-xejra ġenerali tal-importazzjonijiet miċ-Ċina minħabba l-volum negliġibbli tagħhom.

5.3.3.   Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u t-twaqqigħ tal-prezz

(193)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina abbażi tad-data tal-Eurostat. Billi l-volumi ta’ importazzjonijiet mir-RPĊ skont ir-reġim normali tal-importazzjoni kienu negliġibbli, dawn kienu injorati fid-determinazzjoni tal-prezz medju ta’ importazzjoni kif ukoll fil-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz. It-twaqqigħ tal-prezz tal-importazzjonijiet ġie stabbilit abbażi tat-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u tad-data tal-Eurostat.

(194)

Il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 7

Prezzijiet tal-importazzjoni għall-IPP (EUR/ tunnellata)

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Il-medja ponderata tal-prezzijiet tal-importazzjoni Ċiniżi

36 957

36 159

32 086

30 864

Indiċi

100

98

87

84

Sors:

Eurostat

(195)

Il-prezz medju tal-prodott ikkonċernat importat skont l-IPP, kumplessivament, naqas b’16 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(196)

Il-Kummissjoni, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, ma setgħetx tivverifika r-raġunijiet għal din ix-xejra. Madankollu, hija nnotat li x-xejra ta’ tnaqqis kienet konsistenti matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(197)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni provduta mill-utenti li kkooperaw u r-reġimi ta’ importazzjoni użati għall-importazzjonijiet mir-RPĊ, l-importazzjonijiet kollha mir-RPĊ tal-prodott taħt rieżami saru taħt ftehimiet normali ddefiniti fil-premessa (32). Għalhekk, u għall-fini ta’ tqabbil ġust, fil-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz, il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni magħmul skont il-ftehimiet ta’ tolling ġie injorat. Barra minn hekk, kif issemmi fil-premessa (191), l-importazzjonijiet taħt reġim normali kienu negliġibbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u għaldaqstant, ġew injorati. Għalhekk, il-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz kien ibbażat fuq il-prezzijiet ta’ importazzjonijiet taħt l-IPP biss. Barra minn hekk, il-kalkolu qies il-fatt li t-trab taż-żingu riġenerat ma kienx importat mir-RPĊ matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u għalhekk kien eskluż.

(198)

Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami billi qabblet:

il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun mitluba lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni skont ftehimiet normali u eskluż it-trab taż-żingu riġenerat, aġġustati għal livell ex-works; u

l-prezzijiet medji ponderati korrispondenti tal-importazzjonijiet mill-Eurostat skont l-IPP, b’aġġustamenti xierqa għall-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni. Dawn il-prezzijiet kienu ħielsa mid-dazji doganali u anti-dumping.

(199)

Ir-riżultat tat-tqabbil ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Dan wera marġni ta’ tnaqqis medju ponderat ta’ 7 % mill-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni.

5.4.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr ir-RPĊ

(200)

L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami minn pajjiżi terzi għajr ir-RPĊ kienu prinċipalment mill-Istati Uniti tal-Amerka (“USA”), mill-Korea t’Isfel u mill-Indja. Il-kwantità u x-xejra tal-prezz huma bbażati fuq l-Eurostat u jkopru r-reġimi kollha ta’ importazzjoni (ir-reġim normali, il-proċedura ta’ proċessar attiv u l-proċedura ta’ proċessar passiv). Il-maġġoranza tal-volum ta’ importazzjoni minn pajjiżi terzi hija importata taħt ir-reġim normali.

(201)

Il-volum (aggregat) tal-importazzjonijiet fl-Unjoni, kif ukoll is-sehem mis-suq u x-xejriet tal-prezzijiet għall-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppaw kif ġej:

Tabella 8

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi minbarra r-RPĊ

Pajjiż

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

L-Istati Uniti tal-Amerka

Volum (tunnellati)

1 042

659

304

429

Indiċi

100

63

29

41

Sehem mis-suq (%)

6,7

5,6

2,8

2,8

Indiċi

100

83

42

42

Prezz medju (EUR/tunnellata)

34 843

41 222

41 990

40 099

Indiċi

100

118

121

115

Il-Korea t’Isfel

Volum (tunnellati)

288

228

231

280

Indiċi

100

79

80

97

Sehem mis-suq (%)

1,9

1,9

2,1

1,9

Indiċi

100

100

115

100

Prezz medju (EUR/tunnellata)

40 857

37 445

31 415

35 076

Indiċi

100

92

77

86

L-Indja

Volum (tunnellati)

161

213

225

250

Indiċi

100

132

100

95

Sehem mis-suq (%)

1,0

1,8

2,1

1,7

Indiċi

100

173

200

159

Prezz medju (EUR/tunnellata)

26 562

27 834

28 347

25 921

Indiċi

100

105

107

98

Oħrajn (minbarra ċ-Ċina)

Volum (tunnellati)

877

578

564

573

Indiċi

100

66

64

65

Sehem mis-suq (%)

5,7

4,9

5,2

3,8

Indiċi

100

86

92

67

Prezz medju (EUR/tunnellata)

33 468

34 748

29 423

30 627

Indiċi

100

104

88

92

Total tal-pajjiżi terzi kollha minbarra ċ-Ċina

Volum (tunnellati)

2 368

1 678

1 323

1 531

Indiċi

100

71

56

65

Sehem mis-suq (%)

15,3

14,2

12,3

10,1

Indiċi

100

93

80

66

Prezz medju (EUR/tunnellata)

34 501

36 777

32 473

33 323

Indiċi

100

107

94

97

Sors:

Eurostat u data mill-applikanti

(202)

L-importazzjonijiet totali mill-pajjiżi terzi kollha minbarra ċ-Ċina naqsu b’44 % bejn l-2018 u l-2020 u mbagħad żdiedu b’16 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbla mal-2020. Kumplessivament, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr iċ-Ċina naqsu b’35 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Ix-xejra tagħhom segwiet ix-xejra ġenerali tal-konsum tal-Unjoni. Is-sehem mis-suq ta’ dawn l-importazzjonijiet naqas minn 15,3 % fl-2018 għal 10,1 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami filwaqt li l-prezzijiet tal-importazzjoni naqsu bi 3 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(203)

L-importazzjonijiet mill-Indja ma segwewx din ix-xejra ġenerali u żdiedu bi ftit matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, iżda xorta baqgħu f’livell aktar baxx mill-importazzjonijiet Ċiniżi fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Is-sehem mis-suq tagħhom naqas b’0,4 punti perċentwali bejn l-2020 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, filwaqt li b’mod ġenerali, żdied b’0,7 punti perċentwali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Bħala medja, il-prezzijiet medji tal-importazzjoni mill-Indja kienu aktar baxxi mill-prezzijiet tal-importazzjoni Ċiniżi matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-livell baxx tal-prezzijiet tal-importazzjoni mill-Indja jista’ jiġi spjegat mill-fatt li ċertu volum ta’ importazzjonijiet mill-Indja kien fil-fatt bejgħ relatat bejn produttur Indjan tal-karbur tat-tungstenu u utent tal-Unjoni, it-tnejn li huma relatati ma’ produttur tal-Unjoni, u għalhekk x’aktarx li dawn kienu prezzijiet ta’ distakkament. Ma hemm l-ebda produttur magħruf ieħor tal-karbur tat-tungstenu fl-Indja.

5.5.   Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

5.5.1.   Kummenti ġenerali

(204)

Il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kienet tinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(205)

Kif imsemmi fil-premessa (41), il-kampjunar intuża għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(206)

Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi fuq il-bażi tad-data inkluża fit-tweġiba għall-kwestjonarju mogħtija mill-applikanti u relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni vvalutat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data inkluża fit-tweġibiet verifikati għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li kienu rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(207)

L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat.

(208)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji tal-bejgħ, il-kost unitarju, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss ta’ flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-kapaċità li jiġi ġenerat il-kapital.

5.5.2.   Indikaturi makroekonomiċi

5.5.2.1.   Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

(209)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 9

Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Volum tal-produzzjoni (tunnellati)

17 980

13 470

11 976

17 026

Indiċi

100

75

67

95

Kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

22 850

22 850

22 845

23 215

Indiċi

100

100

100

102

Użu tal-kapaċità (%)

79

59

52

73

Indiċi

100

75

67

93

Sors:

Data mill-applikanti

(210)

Id-data fit-tabella ta’ hawn fuq tinkludi kemm il-produzzjoni taħt ftehimiet normali kif ukoll taħt ftehimiet ta’ tolling, għall-prodotti verġni u tar-riċiklaġġ.

(211)

Il-volum tal-produzzjoni naqas bi 33 % bejn l-2018 u l-2020 u mbagħad żdied bi 42 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbel mal-2020. B’mod ġenerali, tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-volum tal-produzzjoni naqas b’5 %.

(212)

Ix-xejra tal-produzzjoni segwiet ix-xejra fil-konsum. Minbarra r-rimarki fil-premessa (177), il-Kummissjoni nnotat li fl-2020 ċerti produtturi tal-Unjoni waqqfu kompletament il-produzzjoni għal xi perjodi.

(213)

Il-kapaċità tal-produzzjoni baqgħet kważi stabbli bejn l-2018 u l-2020 u sussegwentement żdiedet bi 2 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbla mal-2020. Kumplessivament, il-kapaċità tal-produzzjoni żdiedet bi 2 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(214)

Ix-xejra fil-kapaċità tal-produzzjoni hija dovuta għall-fatt li matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-produtturi tal-Unjoni investew f’espansjonijiet żgħar tal-kapaċità, speċjalment il-kapaċità ta’ riċiklaġġ, li mmaterjalizzat fl-2021. Barra minn hekk, il-kapaċità tiddependi fuq it-taħlita ta’ gradi prodotti: hija meħtieġa aktar kapaċità biex jiġu prodotti ħbub ta’ daqs aħrax, filwaqt li hija meħtieġa inqas kapaċità biex jiġu prodotti ħbub aktar fini.

(215)

Ir-rata tal-użu tal-kapaċità naqset bi 33 % bejn l-2018 u l-2020 u mbagħad żdiedet b’40 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbla mal-2020. B’mod ġenerali, ir-rata tal-użu tal-kapaċità naqset b’7 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(216)

Il-Kummissjoni nnotat li l-kapaċità ta’ riżerva tal-industrija tal-Unjoni ma kinitx tikkorrispondi sempliċiment għad-differenza bejn il-produzzjoni u l-kapaċità tal-produzzjoni. Tabilħaqq, prodotti oħra rriżultaw mill-passi differenti tal-produzzjoni qabel it-trasformazzjoni finali tat-trab tal-metall tat-tungstenu fil-karbur tat-tungstenu, b’mod partikolari: APT, ossidu tat-tungstenu, trab tal-metall tat-tungstenu. Għalhekk, skont il-prezzijiet ta’ dawn il-prodotti u skont il-kunsiderazzjonijiet kummerċjali, ċerta parti tal-kapaċità dejjem tiġi allokata għal dawn il-prodotti l-oħra. Għalhekk, il-kapaċità ta’ riżerva li tirriżulta mid-data fit-Tabella 9 hija kemxejn esaġerata.

5.5.2.2.   Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq

(217)

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 10

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni (tunnellati)

12 383

9 681

9 183

13 234

Indiċi

100

78

74

107

Sehem mis-suq (%)

80,1

81,9

85,0

87,6

Indiċi

100

102

106

109

Sors:

Eurostat u data mill-applikanti

(218)

Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni naqas b’26 % bejn l-2018 u l-2020 u mbagħad żdied b’44 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbel mal-2020. Kumplessivament, il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni żdied b’7 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(219)

Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni żdied b’7,5 punti perċentwali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, u laħaq 87,6 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

(220)

Ix-xejra tal-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni segwiet ix-xejra tal-konsum tal-Unjoni kif iddikjarat fil-premessa (177). Madankollu, il-volum tal-bejgħ fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kien ogħla milli fl-2018, għall-kuntrarju tal-konsum u l-produzzjoni tal-Unjoni, fejn il-livelli fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kienu kemxejn taħt il-livelli fl-2018. Dan jista’ jkun dovut għall-fattur iddikjarat fil-premessa (189) li l-utenti kienu kkonċernati mit-tfixkil fil-katina tal-provvista marbut mal-provvisti minn barra l-pajjiż, u għalhekk ippreferew jixtru mill-industrija tal-Unjoni. Tabilħaqq, l-industrija tal-Unjoni żiedet is-sehem mis-suq tagħha matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, filwaqt li l-importazzjonijiet Ċiniżi u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr iċ-Ċina naqqsu s-sehem mis-suq tagħhom.

(221)

Fis-suq ħieles tal-Unjoni, 3 % tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kien ġej mit-tolling u 97 % mill-ftehimiet normali.

5.5.2.3.   Tkabbir

(222)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-industrija tal-Unjoni tal-prodott simili kważi reġgħet kisbet il-livelli ta’ produzzjoni tagħha tal-2018 u żiedet il-bejgħ tagħha fl-Unjoni u n-numru ta’ impjegati. Il-produzzjoni u l-bejgħ segwew ix-xejra tal-konsum tal-Unjoni, li fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kważi reġa’ kiseb il-livelli tiegħu tal-2018. Barra minn hekk, iż-żieda fin-numru ta’ impjegati bejn l-2020 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami segwiet il-konsum irkuprat. Kif spjegat fil-premessa (189), fatturi bħal kwistjonijiet loġistiċi u t-tħassib tal-utenti dwar is-sigurtà tal-provvista kienu jiffavorixxu x-xiri mill-industrija tal-Unjoni meta mqabbla mal-importazzjoni minn pajjiż terz fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. B’konsegwenza ta’ dan, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żdied b’7,5 punti perċentwali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(223)

Madankollu, il-produzzjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kienet għadha taħt il-livelli tal-2018 u l-investimenti tal-industrija tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami xorta baqgħu lura b’21 % mil-livell tal-2018. Meta wieħed iqis ukoll it-tnaqqis fil-profittabbiltà u fil-fluss tal-flus, dan wera li s-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni għadha trid titjieb.

5.5.2.4.   Impjiegi u produttività

(224)

L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 11

L-impjiegi u l-produttività

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Numru ta’ impjegati (FTE)

984

987

987

1 015

Indiċi

100

100

100

103

Produttività (tunnellati/impjegat)

18

14

12

17

Indiċi

100

75

66

92

Sors:

Data mill-applikanti

(225)

L-għadd ta’ impjegati fl-industrija tal-Unjoni żdied bi ftit b’0,3 % bejn l-2018 u l-2019, baqa’ stabbli fl-2020 u mbagħad żdied bi 3 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbel mal-2020. Kumplessivament, in-numru ta’ impjegati fl-industrija tal-Unjoni żdied bi 3 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(226)

Filwaqt li ż-żieda fin-numru ta’ impjegati bejn l-2020 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami segwiet il-konsum tal-Unjoni, in-numru stabbli ta’ impjegati bejn l-2019 u l-2020 kien dovut għal miżuri ta’ appoġġ mill-gvern minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

(227)

B’riżultat tat-tnaqqis fil-produzzjoni bejn l-2018 u l-2020, il-produttività naqset bi 33 % bejn l-2018 u l-2020. Imbagħad, bħala riżultat taż-żieda fil-produzzjoni bejn l-2020 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u minkejja ż-żieda fl-impjegati fl-istess perjodu, il-produttività żdiedet bi 42 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbla mal-2020. Kumplessivament, bħala riżultat tat-tnaqqis żgħir ġenerali fil-produzzjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-produttività naqset b’6 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

5.5.2.5.   Daqs tal-marġni tad-dumping u rkupru minn dumping fil-passat

(228)

Il-marġni tad-dumping stabbilit matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kien ferm ogħla mil-livell de minimis. Fl-istess ħin, il-livell tal-importazzjonijiet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kien jirrappreżenta 2,2 % tal-konsum tas-suq ħieles tal-Unjoni. Għalhekk, l-impatt tad-daqs tal-marġni attwali tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien pjuttost limitat.

5.5.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

5.5.3.1.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(229)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni kemm għal ftehimiet normali kif ukoll għal ftehimiet ta’ tolling, aġġustati għal livell ex-works , żviluppaw kif ġej:

Tabella 12

Il-prezzijiet tal-bejgħ u l-kost tal-produzzjoni fl-Unjoni (ftehimiet normali u ta’ tolling) (EUR/tunnellata)

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Prezz medju peżat tal-bejgħ għal kull unità fl-Unjoni

34 663

31 560

28 933

30 015

Indiċi

100

91

83

87

Kost unitarju tal-produzzjoni

29 172

29 692

26 787

26 862

Indiċi

100

102

92

92

Sors:

Tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(230)

Il-prezz medju tal-bejgħ ta’ unità kemm għal ftehimiet normali kif ukoll għal ftehimiet ta’ tolling tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 17 % bejn l-2018 u l-2020 u mbagħad żdied b’4 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbel mal-2020. Kumplessivament, il-prezz medju tal-bejgħ għal kull unità naqas bi 13 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(231)

Il-prezz medju tal-bejgħ għal kull unità tal-industrija tal-Unjoni segwa x-xejra tal-konsum. Barra minn hekk, din segwiet ukoll ix-xejra tal-prezz tal-materja prima prinċipali għall-prodott simili, jiġifieri, l-APT, li l-prezz tiegħu naqas bejn l-2018 u l-2020 u mbagħad żdied fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbel mal-2020.

(232)

Il-kost unitarju tal-produzzjoni kemm għal ftehimiet normali kif ukoll għal ftehimiet ta’ tolling tal-industrija tal-Unjoni żdied bi ftit bi 2 % bejn l-2018 u l-2019, imbagħad naqas b’10 % bejn l-2019 u l-2020 u sussegwentement reġa’ żdied b’0,3 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbel mal-2020. B’mod ġenerali, il-kost unitarju tal-produzzjoni naqas b’8 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(233)

Iż-żieda fil-kost unitarju tal-produzzjoni bejn l-2018 u l-2019 kienet ir-riżultat ta’ produzzjoni aktar baxxa, filwaqt li t-tnaqqis bejn l-2019 u l-2020 kien ir-riżultat ta’ tnaqqis fil-kost tal-materja prima.

(234)

Barra minn hekk, għall-finijiet tad-determinazzjoni tat-twaqqigħ tal-prezz irrapportat fil-premessa (199), il-Kummissjoni użat il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni biss skont ftehimiet normali, minbarra t-trab taż-żingu riġenerat, aġġustati għal livell ex-works, billi l-importazzjonijiet kollha mir-RPĊ saru taħt ftehimiet normali. Abbażi ta’ dan, matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, kienu biss żewġ produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun li setgħu jitqiesu għat-twaqqigħ tal-prezz, għalhekk id-data fit-tabella ta’ hawn taħt hija ppreżentata f’firxiet sabiex tiġi ppreservata l-kunfidenzjalità taċ-ċifri tal-produtturi tal-Unjoni kkonċernati. Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, ix-xejra tagħhom żviluppat kif ġej:

Tabella 13

Il-prezzijiet ta’ bejgħ taħt ftehimiet normali fl-Unjoni (EUR/tunnellata)

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Prezz medju peżat tal-bejgħ għal kull unità fl-Unjoni taħt ftehimiet normali

[29 188 – 42 160 ]

[28 441 – 41 081 ]

[24 928 – 36 007 ]

[26 808 – 38 722 ]

Indiċi

100

97

85

92

Il-kost unitarju tal-produzzjoni taħt ftehimiet normali

[25 996 – 37 550 ]

[28 339 – 40 935 ]

[24 193 – 34 946 ]

[24 080 – 34 783 ]

Indiċi

100

109

93

93

Sors:

Tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(235)

Il-prezz medju tal-bejgħ ta’ unità tal-industrija tal-Unjoni taħt ftehimiet normali naqas bi 15 % bejn l-2018 u l-2020 u mbagħad żdied bi 8 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbel mal-2020. Kumplessivament, il-prezz medju tal-bejgħ ta’ unità taħt ftehimiet normali naqas bi 8 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(236)

Il-kost unitarju tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni taħt ftehimiet normali żdied b’9 % bejn l-2018 u l-2019 u mbagħad naqas bi 15 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbel mal-2019. Kumplessivament, il-kost unitarju tal-produzzjoni taħt ftehimiet normali naqas b’7 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

5.5.3.2.   Kostijiet lavorattivi

(237)

Il-kostijiet lavorattivi medji tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 14

Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR)

80 168

82 390

75 923

83 832

Indiċi

100

103

95

105

Sors:

Tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(238)

Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat tal-industrija tal-Unjoni żdiedu bi ftit bi 3 % bejn l-2018 u l-2019, imbagħad naqsu bi 11 % bejn l-2019 u l-2020 u sussegwentement reġgħu żdiedu b’10 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbla mal-2020. Kumplessivament, il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat żdiedu bi ftit b’5 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(239)

It-tnaqqis fil-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat tal-industrija tal-Unjoni bejn l-2019 u l-2020 minkejja l-istabbiltà tan-numru ta’ impjegati kien dovut għal miżuri ta’ appoġġ mill-gvern minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Iż-żieda bejn il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u l-2020, kienet dovuta għal aġġustamenti fl-inflazzjoni, ir-reklutaġġ ta’ professjonisti tar-R&Ż u primjums tal-produzzjoni.

5.5.3.3.   Inventarji

(240)

Il-livelli tal-istokkijiet tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 15

L-inventarji

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Stokks tal-għeluq (tunnellati)

922

740

1 009

1 049

Indiċi

100

80

109

114

L-istokkijiet tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni (%)

5

5

8

6

Indiċi

100

107

164

120

Sors:

Tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(241)

Il-livell ta’ inventarji tal-industrija tal-Unjoni naqas b’20 % bejn l-2019 u l-2018 u mbagħad żdied bi 42 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbel mal-2019. Kumplessivament, il-livell tal-inventarji żdied b’14 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(242)

Il-livell għoli ta’ inventarji tal-industrija tal-Unjoni fl-2020 segwa l-konsum baxx, filwaqt li l-livell għoli ta’ inventarji fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kien jirrifletti ż-żieda fil-produzzjoni.

5.5.3.4.   Profittabbiltà, fluss ta’ flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti u kapaċità li jiġi ġenerat kapital

(243)

Il-profittabbiltà, il-fluss ta’ flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 16

Il-profittabbiltà, il-fluss ta’ flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Il-profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ)

11,5

6,5

2,0

7,7

Indiċi

100

56

17

67

Fluss tal-flus (EUR)

42 601 601

36 752 500

14 507 327

36 754 191

Indiċi

100

92

59

79

Investimenti (EUR)

13 364 299

12 282 221

7 843 646

10 537 497

Indiċi

100

92

59

79

Redditu fuq l-investimenti (%)

65

22

9

38

Indiċi

100

34

14

59

Sors:

Tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(244)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni billi esprimiet il-profitt gross qabel it-taxxa (ikkalkulat bħala d-differenza bejn il-fatturat u l-kost tal-merkanzija mibjugħa) tal-bejgħ kollu tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal mill-fatturat ta’ dak il-bejgħ. L-industrija tal-Unjoni kienet qiegħda tagħmel profitt matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, b’rata ta’ profittabbiltà li tvarja. B’mod partikolari, il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni naqset bi 83 % bejn l-2018 u l-2020 u mbagħad żdiedet b’285 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbla mal-2020. Kumplessivament, il-profittabbiltà naqset bi 33 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(245)

Bejn l-2019 u l-2021 il-profittabbiltà kienet aktar baxxa mill-profitt fil-mira ta’ 10 % stabbilit fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti (109). L-industrija hija kkaratterizzata minn perċentwal għoli ta’ kostijiet fissi marbuta mal-proċess ta’ produzzjoni peress li l-fran ma jistgħux jingħalqu. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li profitt fil-mira ta’ mill-inqas 10 % kien għadu validu u fil-fatt miksub matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, fl-2018.

(246)

Il-fluss ta’ flus nett huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom stess. Ix-xejra fil-fluss tal-flus nett uriet tnaqqis ta’ 66 % bejn l-2018 u l-2020 u mbagħad żieda ta’ 153 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbla mal-2020. Kumplessivament, il-fluss tal-flus nett naqas b’14 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-fluss tal-flus nett segwa x-xejra tal-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni.

(247)

L-investimenti tal-industrija tal-Unjoni naqsu b’41 % bejn l-2018 u l-2020 u mbagħad żdiedu b’34 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbla mal-2020. Kumplessivament, tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni l-investimenti naqsu b’21 %. Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-investimenti tal-industrija tal-Unjoni qabżu t- EUR 43 miljun. Saru investimenti biex jittejjeb il-proċess tar-riċiklaġġ bi proċess ta’ produzzjoni ġdid, biex jittejbu l-kapaċitajiet tal-produzzjoni u tar-R&Ż għal prodotti tal-ħbub aktar fini u biex jiġu żviluppati kapaċitajiet addizzjonali ta’ materja prima sabiex tonqos id-dipendenza fuq fornituri ta’ materja prima minn pajjiżi terzi. L-investimenti għall-espansjoni tal-kapaċità tal-produzzjoni saru prinċipalment fl-2018 u fl-2019 u wrew l-effett tagħhom fl-2021, kif irrapportat fit-Tabella 9. Saru wkoll investimenti għal fran ġodda ta’ teknoloġija avvanzata u sabiex tiġi ffrankata l-enerġija.

(248)

Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Ir-redditu fuq l-investimenti tal-industrija tal-Unjoni kien pożittiv matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Ir-redditu fuq l-investimenti tal-industrija tal-Unjoni wera tnaqqis ta’ 86 % bejn l-2018 u l-2020 u mbagħad żieda ta’ 322 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbel mal-2020. Kumplessivament, ir-redditu fuq l-investimenti naqas bi 42 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

5.6.   Konklużjoni dwar id-dannu

(249)

Minħabba d-dazji anti-dumping fis-seħħ, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni qed titjieb.

(250)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-importazzjonijiet miċ-Ċina naqsu bi 53 %. B’mod partikolari, l-importazzjonijiet skont l-IPP miċ-Ċina naqsu b’56 %. Madankollu, anki l-prezz tal-importazzjonijiet skont l-IPP miċ-Ċina naqas matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, b’16 %.

(251)

Il-prezz tal-importazzjoni miċ-Ċina skont l-IPP kien kemxejn ogħla mill-prezzijiet tal-Unjoni matul il-perjodu tal-2018 u l-2020 (3 % fl-2018, 3 % fl-2019 u 4 % fl-2020). Dan jispjega għaliex il-volum tal-importazzjoni miċ-Ċina naqas b’mod konsistenti fl-istess perjodu bejn l-2018 u l-2020. Madankollu, fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-prezzijiet Ċiniżi tal-IPP saru 7 % inqas mill-prezzijiet tal-Unjoni. Dan ikkoinċida ma’ żieda fil-volum tal-importazzjoni miċ-Ċina b’14 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbel mal-2020.

(252)

Il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq u l-għadd ta’ impjegati żdiedu b’mod ġenerali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni peress li l-industrija tal-Unjoni rnexxielha ssegwi żieda fil-konsum.

(253)

Madankollu, il-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità wrew tnaqqis żgħir kumplessiv.

(254)

L-indikaturi tad-dannu relatati mal-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni (il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti) kienu pożittivi matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, minkejja li kollha kellhom xejra ġenerali ta’ tnaqqis.

(255)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ma sofrietx dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

6.   PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TA’ DANNU

(256)

Fil-premessa (255), il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx dannu materjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Għalhekk, il-Kummissjoni vvalutat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, jekk ikunx hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu kkawżat oriġinarjament mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina f’każ li l-miżuri jitħallew jiskadu.

(257)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni eżaminat (i) il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċitajiet ta’ riżerva fiċ-Ċina, (ii) l-attraenza tas-suq tal-Unjoni, (iii) il-livelli tal-prezzijiet probabbli tal-importazzjonijiet miċ-Ċina fin-nuqqas ta’ miżuri anti-dumping, u (iv) l-impatt probabbli tagħhom fuq l-industrija tal-Unjoni.

Kapaċità tal-produzzjoni u kapaċitajiet ta’ riżerva fiċ-Ċina

(258)

Kif spjegat fil-premessi (147)-(154), iċ-Ċina għandha kapaċità ta’ produzzjoni sinifikanti għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat ta’ madwar 90 000 tunnellata u kapaċità ta’ riżerva ta’ [56 000 – 60 000] tunnellata. Tali kapaċità ta’ riżerva tikkorrispondi għal aktar minn 3,5 darbiet il-konsum tas-suq ħieles tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

Attraenza tas-suq tal-Unjoni

(259)

Fin-nuqqas ta’ miżuri anti-dumping, il-kapaċità ta’ riżerva x’aktarx tintuża għall-produzzjoni għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, peress li hija suq attraenti għall-produtturi esportaturi Ċiniżi kif deskritt fil-premessi (156)-(163). Lanqas ma hemm indikazzjonijiet li se jkun hemm żieda fid-domanda għall-prodott taħt rieżami fis-swieq ta’ pajjiżi terzi u tar-RPĊ, filwaqt li l-konsum fl-Unjoni wera rkupru qawwi mill-2020. Għalhekk, l-importazzjonijiet mir-RPĊ x’aktarx jerġgħu jidħlu fis-suq tal-Unjoni fi kwantitajiet sinifikanti jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

Livelli ta’ prezzijiet probabbli tal-importazzjonijiet Ċiniżi lejn is-suq tal-Unjoni

(260)

Bħala indikazzjoni tal-livell tal-prezz li fih huwa probabbli li l-prodott ikkonċernat se jiġi importat fis-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħassru, ġew ikkunsidrati l-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Kif stabbilit fil-premessa (191), kważi l-importazzjonijiet kollha fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami saru skont ir-reġim tal-IPP. Fuq din il-bażi, il-prezzijiet tal-IPP mingħajr dazji anti-dumping u bid-dazji doganali inklużi, xorta jwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’medja ta’ 2 %. Għalhekk, peress li l-prezzijiet tal-importazzjoni Ċiniżi baqgħu aktar baxxi mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, huwa probabbli li l-importazzjonijiet Ċiniżi jiżdiedu mingħajr il-miżuri kurrenti.

Impatt fuq l-industrija tal-Unjoni

(261)

Minħabba l-kapaċitajiet ta’ riżerva kbar, huwa probabbli li l-volumi tal-importazzjonijiet Ċiniżi se jiżdiedu b’mod sinifikanti u se jeżerċitaw pressjoni sinifikanti fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni. F’dan ix-xenarju huwa probabbli ħafna li l-industrija tal-Unjoni ma tkunx tista’ żżomm il-livelli tal-prezzijiet kurrenti tagħha iżda tkun sfurzata tnaqqas il-prezzijiet tagħha biex tallinjahom mal-prezzijiet tal-importazzjoni Ċiniżi.

(262)

Għalkemm l-industrija tal-Unjoni x’aktarx li tibqa’ profittabbli meta tallinja l-prezzijiet tagħha bi 2 %, tali livell ta’ profittabbiltà ma jkunx sostenibbli fit-terminu medju u qasir, minħabba li jkun (fil-biċċa l-kbira) taħt il-profitt fil-mira ta’ 10 %. Madankollu, dan ix-xenarju ma jnaqqasx it-telf tal-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni li x’aktarx iseħħ jekk il-miżuri jintemmu kif spjegat fil-premessa (163). Fil-fatt, l-industrija tal-Unjoni teħtieġ ċertu livell ta’ profitti biex tkun tista’ tibqa’ tinvesti biex ittejjeb il-proċess tal-manifattura tar-riċiklaġġ, meta jitqiesu d-diffikultajiet fl-akkwist ta’ materja prima verġni, biex ittejjeb kontinwament il-kapaċitajiet tal-produzzjoni u tar-R&Ż għal prodotti tal-ħbub aktar fini, u biex tiżviluppa kapaċitajiet addizzjonali ta’ materja prima sabiex wieħed jiddependi inqas fuq fornituri ta’ materja prima minn pajjiżi terzi.

(263)

Il-Kummissjoni qieset ukoll li l-produtturi esportaturi Ċiniżi jistgħu jnaqqsu l-prezzijiet tagħhom lill-Unjoni, filwaqt li xorta jbigħu ’l fuq minn dan il-livell tal-prezzijiet lil pajjiżi terzi oħra. Abbażi tal-kapaċitajiet ta’ riżerva sinifikanti fiċ-Ċina u l-fatt li l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda evidenza li turi li dawk il-kapaċitajiet ta’ riżerva jistgħu jiġu assorbiti minn swieq ta’ pajjiżi terzi oħrajn jew mis-suq domestiku Ċiniż, hemm inċentiv għoli għall-produtturi esportaturi Ċiniżi biex inaqqsu l-livelli tal-prezzijiet saħansitra aktar (jiġifieri, taħt il-prezzijiet tal-IPP) sabiex jiksbu sehem mis-suq fl-Unjoni. Dan se jkun possibbli minħabba li, kif iddikjarat fil-premessa (155), iċ-Ċina tikkontrolla 60 % tar-riżervi tal-minerali tat-tungstenu tad-dinja u, fl-istess ħin, timponi taxxa fuq l-esportazzjoni ta’ 20 % fuq il-konċentrat tat-tungstenu. Barra minn hekk, il-prezzijiet Ċiniżi mill-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami jinkludu wkoll żieda temporanja fil-kostijiet tan-nol marittimu minħabba t-tfixkil fil-katina tal-provvista kkawżat mill-pandemija tal-COVID-19. F’dan ix-xenarju, il-volumi għoljin ta’ karbur tat-tungstenu rħis se jeżerċitaw pressjoni sinifikanti fuq il-prezzijiet fuq l-industrija tal-Unjoni, li se jkollha tkompli tnaqqas il-prezzijiet tagħha biex xorta tkun tista’ tbigħ fis-suq tal-Unjoni. Madankollu, fl-istess ħin, l-industrija tal-Unjoni se titlef ukoll volumi ta’ bejgħ billi mhux se tkun tista’ tnaqqas il-prezzijiet tagħha għall-istess livell baxx bħall-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi. Għalhekk, l-industrija tal-Unjoni se tirreaġixxi b’taħlita ta’ strateġiji fil-forma ta’ tnaqqis fil-prezz u fil-volum.

(264)

F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni qieset żewġ fatturi prinċipali. L-ewwel nett, l-industrija tal-Unjoni hija intensiva fl-użu tal-kapital ikkaratterizzata minn kostijiet fissi għoljin peress li l-fran ma jistgħux jingħalqu. It-tieni, minħabba din l-istruttura tal-kostijiet, it-tnaqqis fil-prezzijiet għandu impatt ogħla fuq il-profittabbiltà mit-tnaqqis fil-volum tal-bejgħ, peress li tnaqqis fil-volum tal-bejgħ jista’ jiġi assorbit sakemm jiġu koperti l-kostijiet fissi.

(265)

F’dan l-isfond, bħal fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti (110), l-ewwel nett, il-Kummissjoni analizzat ix-xenarju ta’ tnaqqis fil-volum tal-bejgħ ta’ 25 %. Dan ix-xenarju x’aktarx li jseħħ fuq perjodu ta’ żmien qasir. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, tali tnaqqis jammonta għal 4 250 tunnellata jew biss [10 - 13] % tal-kapaċità ta’ riżerva Ċiniża. Fir-rispons l-aktar probabbli tal-industrija tal-Unjoni ta’ taħlita ta’ tnaqqis fil-prezz u fil-volum, l-industrija tal-Unjoni kienet tibda tagħmel telf (diġà qed tagħmel telf ta’ 2 % meta jiġi kkalkolat abbażi tal-prezzijiet tal-IPP) fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

(266)

It-tieni, il-Kummissjoni analizzat ix-xenarju ta’ tnaqqis fil-volum tal-bejgħ ta’ 50 %. Dan ix-xenarju x’aktarx li jseħħ fit-terminu medju (2-3 snin) speċjalment fl-applikazzjonijiet ta’ prodotti ta’ grad oħxon u b’anqas valur miżjud, fejn l-utenti jkunu mġiegħla jixtru l-prodott ikkonċernat orħos minflok il-prodott simili. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, tali tnaqqis jammonta għal 8 500 tunnellata jew [21 - 26] % tal-kapaċitajiet ta’ riżerva Ċiniżi. F’każ ta’ rispons imħallat tat-tnaqqis fil-prezz u fil-volum, l-industrija tal-Unjoni kienet tibda tagħmel telf (diġà qed tagħmel telf ta’ 16 % meta jiġi kkalkolat abbażi tal-prezzijiet tal-IPP).

(267)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, tnaqqis fil-prezz tal-bejgħ sal-livell taħt il-prezz tal-importazzjoni tal-IPP mill-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, flimkien ma’ tnaqqis fil-volumi tal-bejgħ, se jittrasformaw l-industrija tal-Unjoni f’industrija li tagħmel telf. Fuq terminu ta’ żmien medju, huwa probabbli li l-produtturi tal-Unjoni integrati li ma humiex downstream se jiġu mġiegħla jillikwidaw in-negozju tagħhom billi se jiġu esposti direttament fis-suq ħieles għall-pressjoni ’l isfel fuq il-prezzijiet tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bi prezz baxx miċ-Ċina. Minflok, il-produtturi integrati downstream tal-Unjoni se jkomplu jbigħu l-karbur tat-tungstenu lil utenti relatati bi prezzijiet aktar baxxi. Fuq perjodu ta’ żmien itwal, huwa probabbli li anki l-produtturi tal-Unjoni integrati downstream se jwaqqfu l-attività tagħhom minħabba li ma jkunux jistgħu jikkompetu ma’ din il-pressjoni fit-tul, billi l-utenti relatati tagħhom se jagħżlu li jixtru l-karbur tat-tungstenu miċ-Ċina wkoll.

(268)

Abbażi ta’ dan, ġie konkluż li n-nuqqas ta’ miżuri x’aktarx li jirriżulta f’żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ bi prezzijiet dannużi u li x’aktarx jerġa’ jseħħ dannu materjali.

(269)

Fil-kummenti tagħhom għad-divulgazzjoni finali, Zhangyuan Tungsten, Xianglu Tungsten u Golden Egret sostnew li fid-dawl tat-tkabbir pożittiv kumplessiv tal-industrija tal-Unjoni, minn naħa waħda u l-prezzijiet tal-importazzjoni, il-kwantità tal-importazzjoni kif ukoll is-sehem mis-suq tal-esportaturi Ċiniżi fis-suq tal-Unjoni min-naħa l-oħra, il-konklużjoni tal-Kummissjoni ta’ probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu ma tidhirx li kienet appoġġata mill-evidenza.

(270)

Il-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu kienet ibbażata fuq l-elementi ppreżentati fil-premessi (257) sa (267) bħal (i) il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċitajiet ta’ riżerva fiċ-Ċina, (ii) l-attraenza tas-suq tal-Unjoni, (iii) il-livelli tal-prezzijiet probabbli tal-importazzjonijiet miċ-Ċina fin-nuqqas ta’ miżuri anti-dumping, u (iv) l-impatt probabbli tagħhom fuq l-industrija tal-Unjoni u għalhekk mhux fuq l-elementi ssuġġeriti minn Zhangyuan Tungsten, Xianglu Tungsten u Golden Egret. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(271)

Zhangyuan Tungsten, Xianglu Tungsten u Golden Egret sostnew ukoll li aktar minn tliet deċennji ta’ protezzjoni taw l-impressjoni li l-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu tidher bħala li teżisti kontinwament għall-industrija tal-Unjoni.

(272)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-affermazzjoni. L-investigazzjoni attwali stabbiliet rikorrenza ta’ dannu bbażata fuq l-elementi ddikjarati fil-premessa (257). Jekk il-miżuri ilhomx fis-seħħ għal perjodu twil ta’ żmien ma għandux effett fuq l-analiżi tal-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu, li ssir fil-mument ta’ kull rieżami ta’ skadenza. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

7.   INTERESS TAL-UNJONI

(273)

F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx b’mod ċar kontra l-interess tal-Unjoni b’mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq evalwazzjoni tal-interessi varji kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi, tal-utenti u tal-fornituri tal-materja prima. Il-partijiet ikkonċernati kollha ngħataw l-opportunità li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku.

(274)

Fil-bidu, għandha tiġi nnotata l-importanza tal-prodott taħt rieżami għal għadd ta’ industriji fl-Unjoni. Il-karbur tat-tungstenu huwa essenzjali għall-produzzjoni ta’ magni, b’mod partikolari fis-setturi tal-karozzi u tal-avjazzjoni, għall-magni fis-settur tal-kostruzzjoni, b’mod partikolari għall-infrastruttura bħat-toroq, l-awtostradi u l-binarji tal-ferroviji, u għall-għodod tal-estrazzjoni u tat-tħaffir. Barra minn hekk, il-karbur tat-tungstenu jintuża f’applikazzjonijiet ta’ sigurtà u difiża. Dawn l-applikazzjonijiet kollha jissuġġerixxu li diversi ktajjen tal-valur jiddependu fuq il-provvista kontinwa u frekwenti ta’ partijiet tal-użu jew kisjiet tal-wiċċ magħmula mill-karbur tat-tungstenu biex iżommu l-magni u l-għodod jaħdmu.

(275)

Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi mfakkar li, fl-investigazzjonijiet preċedenti, kien meqjus li l-adozzjoni ta’ miżuri ma tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-fatt li din l-investigazzjoni hija rieżami ta’ skadenza, li b’hekk tanalizza sitwazzjoni li fiha l-miżuri anti-dumping diġà kienu fis-seħħ, jippermetti l-valutazzjoni ta’ kwalunkwe impatt negattiv mhux dovut fuq il-partijiet ikkonċernati mill-miżuri anti-dumping kurrenti.

(276)

Fuq din il-bażi, ġie eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping u rikorrenza ta’ dannu, kienx hemm raġunijiet konvinċenti li jwasslu għall-konklużjoni li ma huwiex fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri f’dan il-każ partikolari.

7.1.   Interess tal-industrija tal-Unjoni

(277)

Kif imsemmi fil-premessa (166), matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-prodott simili kien manifatturat minn disa’ produtturi tal-Unjoni, li jappartjenu għal seba’ gruppi. Minn dawn, kien hemm sitt applikanti, li jappartjenu għal ħames gruppi. Barra minn hekk, Nashira Hardmetals S.r.l. (“Nashira”) ikkoopera bħala utent fl-investigazzjoni, minħabba l-prevalenza tal-użu tal-prodott taħt rieżami fuq il-produzzjoni tiegħu fl-attività tiegħu. Għalhekk, il-biċċa l-kbira tal-industrija tal-Unjoni pparteċipaw b’mod attiv fl-investigazzjoni.

(278)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet dwar il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni stabbiliti fil-premessi (249) sa (255), u skont l-argumenti relatati mal-analiżi tal-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu kif spjegat fil-premessi (256) sa (268), il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni aktarx li tesperjenza deterjorament serju fil-qagħda finanzjarja tagħha f’każ li d-dazji anti-dumping jitħallew jiskadu. Il-miżuri huma ppruvati li jkunu essenzjali għaż-żamma ta’ produzzjoni tal-karbur tat-tungstenu fl-Unjoni, minħabba li l-industrija tal-Unjoni ma kinitx tkun tista’ tirreżisti l-pressjoni ta’ volumi kbar ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping tal-karbur tat-tungstenu mir-RPĊ, mibjugħ fis-suq tal-Unjoni f’livelli aktar baxxi mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni.

(279)

Huwa meqjus li l-kontinwazzjoni tal-miżuri tibbenefika lill-industrija tal-Unjoni, peress li l-miżuri kurrenti naqqsu l-kompetizzjoni diretta minn karbur tat-tungstenu bi prezz inġust miċ-Ċina. Dawn ippermettew lill-produtturi tal-karbur tat-tungstenu tal-Unjoni jinvestu b’mod intensiv biex jinnovaw il-proċess ta’ produzzjoni u biex iżidu l-kapaċitajiet tar-riċiklaġġ u tal-materja prima, sabiex titnaqqas id-dipendenza fuq l-importazzjonijiet miċ-Ċina u biex jagħtu kontribut għall-ekonomija ċirkolari, inkorporata fl-aġenda tal-Patt Ekoloġiku Ewropew (111).

(280)

B’kuntrast, jekk il-miżuri jitħassru, dan probabbilment ikollu effett negattiv fuq l-industrija tal-Unjoni. Dan se jkun ta’ theddida serja għall-vijabbiltà tal-industrija tal-Unjoni li, b’konsegwenza ta’ dan, jista’ jkun li jkollha tagħlaq l-operazzjonijiet tagħha, u b’hekk jitnaqqsu s-sorsi ta’ forniment disponibbli fis-suq tal-Unjoni u l-kompetizzjoni. Jekk il-produtturi tal-Unjoni jwaqqfu l-produzzjoni tagħhom, il-produtturi tal-għodod tal-metall iebes u tal-partijiet tal-magni tal-Unjoni se jkunu prinċipalment dipendenti fuq l-importazzjonijiet ta’ materja prima minn pajjiżi terzi, u primarjament mir-RPĊ, li mhux biss hija l-produttur ewlieni tat-tungstenu fid-dinja iżda għandha wkoll il-maġġoranza tar-riżervi tad-dinja.

7.2.   Interess ta’ importaturi mhux relatati

(281)

L-ebda importatur ma kkoopera fl-investigazzjoni.

(282)

In-nuqqas ta’ kwalunkwe tweġiba jista’ jkun, kif indikat mill-applikanti fit-talba, minħabba li l-importaturi ġeneralment jinnegozjaw portafoll wiesa’ ta’ metalli u jkollhom sorsi alternattivi ta’ provvista ta’ karbur tat-tungstenu minbarra l-Unjoni u ċ-Ċina bħall-Iżrael, ir-Russja, il-Ġappun, il-Korea t’Isfel u l-Istati Uniti tal-Amerka.

(283)

F’konformità mas-sejbiet li saru fl-investigazzjonijiet preċedenti, ma kien hemm l-ebda evidenza li l-importaturi ma jkunux jistgħu jkomplu jakkwistaw il-provvisti tagħhom mir-RPĊ jew li kien hemm diffikultajiet importanti biex jinstabu sorsi oħra.

(284)

Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importaturi ma għandhom l-ebda raġuni konvinċenti kontra ż-żamma tal-miżuri eżistenti.

7.3.   Interess tal-utenti

(285)

Fil-bidu, ġew ikkuntattjati 54 importatur/utent magħrufa u ngħataw link għall-kwestjonarju fuq is-sit web tal-Kummissjoni. Disgħa minn dawn l-utenti ppreżentaw ruħhom fil-limiti ta’ żmien mogħtija (inkluż, kif imsemmi fil-premessa (277), Nashira, li kienet qed tipproduċi wkoll volumi żgħar tal-prodott simili). Dawn użaw il-karbur tat-tungstenu, fost l-oħrajn, biex jimmanifatturaw il-karbur issimentat biex jipproduċu għodod tal-metall iebes għal industriji differenti bħall-industriji tal-karozzi, tal-makkinarju u ajruspazjali.

(286)

Waslu tweġibiet għall-kwestjonarju minn sebgħa minn dawn id-disa’ utenti (tlieta mis-sebgħa huma relatati).

(287)

10 utenti oħra ppreżentaw ruħhom qabel id-divulgazzjoni. Dawn l-utenti ddikjaraw il-pożizzjoni tagħhom dwar il-kontinwazzjoni tal-miżuri fis-seħħ iżda ma wieġbux għall-kwestjonarju. Barra minn hekk, utent ieħor iddikjara l-pożizzjoni tiegħu qabel id-divulgazzjoni iżda, billi ma kkonfermax jekk din kinitx kunfidenzjali u ma pprovdiex sommarju mhux kunfidenzjali tagħha, il-pożizzjoni tiegħu ma ġietx ikkunsidrata.

(288)

Fost is-seba’ utenti li wieġbu għall-kwestjonarju, ħamsa opponew il-kontinwazzjoni tal-miżuri: Betek, Gühring, Konrad Friedrichs u G-ELIT, u Höganäs Germany GmbH (‘Höganäs’). Min-naħa l-oħra, Nashira appoġġat il-kontinwazzjoni tal-miżuri, filwaqt li Saar-Hartmetall und Werkzeuge GmbH (“Saar-Hartmetall”), filwaqt li ġeneralment kienet favur il-miżuri anti-dumping, issottomettiet li, bħala kumpanija iżgħar, kienet qed iġġarrab aktar minn kumpaniji akbar minn miżuri anti-dumping.

(289)

Barra minn hekk, mill-10 utenti li għamlu l-pożizzjoni tagħhom magħrufa qabel id-divulgazzjoni iżda ma ssottomettewx tweġiba għall-kwestjonarju, sitta appoġġaw il-kontinwazzjoni tal-miżuri: Ceratizit Austria GmbH, Ceratizit Luxembourg S.à r.l., AB Sandvik Coromant, Seco Tools AB, Dormer Pramet s.r.o., u Hyperion Materials & Technologies (‘Hyperion’). Abbażi tal-informazzjoni pubblika, ħamsa minn dawn l-utenti kienu relatati mal-industrija tal-Unjoni. Min-naħa l-oħra, erbgħa opponew il-kontinwazzjoni tal-miżuri: Fabricación Metales Duros S.A.L., Atlas Diamant GmbH, Abitzsch Präzisionsnormteile GmbH u Oerlikon Metco WOKA GmbH.

(290)

Il-ħames utenti relatati mal-industrija tal-Unjoni ppreżentaw li t-tungstenu kien materja prima strateġika u l-karbur tat-tungstenu kien l-ingredjent bażiku għal għodod tal-metall iebes u partijiet tal-magni li ntużaw b’mod wiesa’ fis-setturi industrijali u tal-kostruzzjoni fl-Unjoni. Huma affermaw ukoll li peress li l-għodod u l-partijiet kienu oġġetti konsumabbli, provvista stabbli ta’ karbur tat-tungstenu biex jiġu prodotti għodod u partijiet ġodda tkun essenzjali għall-funzjonament ġenerali tal-katina tal-valur tal-industrija tal-Unjoni u l-ekonomija usa’ tal-Unjoni. Huma argumentaw li l-industrija tal-karbur tat-tungstenu tal-Unjoni kellha rwol ewlieni fl-iżgurar tal-istabbiltà tal-provvista.

(291)

Hyperion appoġġat ukoll il-kontinwazzjoni tal-miżuri minħabba r-rwol tal-industrija tal-Unjoni fl-iżgurar tas-sigurtà tal-provvista lejn is-suq tal-Unjoni, minbarra kunsiderazzjonijiet ta’ sostenibbiltà, ta’ ekonomija ċirkolari u ambjentali.

(292)

Saar-Hartmetall argumentat li, jekk il-miżuri jitħassru, fuq perjodu ta’ żmien qasir, l-utenti jibbenefikaw minn prezzijiet baxxi tal-importazzjoni miċ-Ċina u l-industrija tal-Unjoni titkeċċa mis-suq. Madankollu, fit-terminu medju sa twil, il-produtturi Ċiniżi tal-prodott ikkonċernat isiru dominanti fis-suq u jkunu jistgħu jistabbilixxu l-prezzijiet fl-Unjoni. Barra minn hekk, Hyperon sostniet li t-tnaqqis jew l-għeluq tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni jwasslu għal kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-provvista tal-karbur tat-tungstenu fis-suq tal-Unjoni. Kif uriet il-pandemija tal-COVID-19, it-tiftix ta’ sorsi ta’ provvista minn distanzi twal miċ-Ċina kien fraġli, u għalhekk it-tiftix ta’ sorsi ta’ provvista lokali fl-Unjoni jrid jibqa’ għażla vijabbli.

(293)

L-erba’ utenti li jopponu l-kontinwazzjoni tal-miżuri, li ma wieġbux għall-kwestjonarju, issottomettew li d-dazji anti-dumping fuq il-karbur tat-tungstenu jdgħajfu l-kompetittività globali tagħhom.

(294)

Betek, il-Grupp Gühring, Höganäs, Nashira u Saar-Hartmetall (“l-utenti li kkooperaw”) xtraw ammont tal-prodott taħt rieżami li jikkorrispondi għal 22,9 % tal-konsum tas-suq ħieles fl-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Huma xtraw il-prodott taħt rieżami mill-industrija tal-Unjoni, miċ-Ċina u minn pajjiżi terzi oħra. Il-biċċa l-kbira tal-importazzjonijiet tagħhom miċ-Ċina ġew importati skont l-IPP. Pajjiżi terzi oħra li jfornu l-karbur tat-tungstenu lill-utenti li kkooperaw matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kienu jinkludu: l-Iżrael, ir-Russja, il-Ġappun u l-Vjetnam.

(295)

L-investigazzjoni żvelat li l-fatturat li jirriżulta mill-bejgħ ta’ prodotti li jinkorporaw il-karbur tat-tungstenu, għall-utenti li kkooperaw, kien jirrappreżenta bejn madwar 24 % u 100 % tal-fatturat totali tagħhom, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Xi wħud mill-utenti kienu parti minn gruppi integrati vertikalment u biegħu xi prodotti manifatturati lil kumpaniji oħra tal-grupp, filwaqt li oħrajn kienu entitajiet indipendenti. L-entitajiet indipendenti biegħu għodod tal-karbur issimentat kemm fis-suq tal-Unjoni kif ukoll barra mill-Unjoni. Għall-bejgħ barra mill-Unjoni, proporzjon sostanzjali tal-karbur tat-tungstenu użat bħala materja prima nxtara mir-RPĊ skont ir-reġim tal-IPP u għalhekk, ma tħallsu l-ebda dazji tal-importazzjoni.

(296)

L-utenti li kkooperaw kienu qed jimmanifatturaw varjetà kbira ta’ prodotti li tinkorpora l-prodott taħt rieżami. L-importanza tal-kostijiet tal-karbur tat-tungstenu varjat b’mod sinifikanti minn utent għal ieħor. Abbażi tal-informazzjoni pprovduta minn utenti differenti, il-karbur tat-tungstenu kien jirrappreżenta bejn 13 % u 71 % tal-kostijiet tal-prodotti li jinkorporaw il-karbur tat-tungstenu, u bejn 7 % u 22 % tal-kostijiet totali tal-kumpanija għall-prodotti kollha prodotti. Xi utenti pprovdew ċifri tal-kostijiet għal tipi ta’ prodotti rappreżentattivi li għażlu, filwaqt li oħrajn ipprovdew kostijiet għall-kumpanija kollha. Għalhekk, din l-analiżi twettqet abbażi taċ-ċifri disponibbli għall-Kummissjoni għal kull wieħed miż-żewġ paraguni.

(297)

L-utenti li kkooperaw kienu ġeneralment profittabbli matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, kemm fil-livell tal-kumpanija totali kif ukoll għal prodotti li jinkorporaw il-prodott ikkonċernat. Il-profittabbiltà fil-livell tal-kumpanija kienet tirrappreżenta bejn 1 % u 7 % tal-fatturat totali, filwaqt li l-profittabbiltà tal-prodotti li jinkorporaw il-prodott taħt rieżami kienet tirrappreżenta bejn 3 % u 6 % tal-fatturat iġġenerat mill-bejgħ ta’ prodotti li jinkorporaw il-prodott taħt rieżami.

(298)

Wieħed mill-utenti li kkooperaw, Höganäs affermat li, minħabba l-miżuri anti-dumping fis-seħħ, kellha tikkompeti ma’ kumpaniji li jipproduċu prodotti lesti barra mill-Unjoni, b’aċċess għal materja prima orħos. B’riżultat ta’ dan, kellha taċċetta marġnijiet aktar baxxi mill-utenti f’pajjiżi terzi.

(299)

Il-Kummissjoni nnotat li l-investigazzjoni wriet, kif imfakkar fil-premessa (297), li l-utenti ġeneralment setgħu jiksbu xi profitt matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. F’dan l-isfond, l-argument li l-utenti f’pajjiżi oħra allegatament qed jiġġeneraw aktar profitti mill-utenti tal-Unjoni fih innifsu ma huwiex biżżejjed biex jiġi konkluż li l-miżuri huma b’mod ċar kontra l-interess tal-Unjoni. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(300)

Jekk il-miżuri jinżammu, il-Grupp Gühring, li oppona l-miżuri, argumenta li se jitlef is-sehem mis-suq għall-prodotti tal-karbur issimentat tiegħu, minħabba li dan jitqiegħed fi żvantaġġ kompetittiv mal-kompetituri barra mill-Unjoni, li jistgħu jixtru l-karbur tat-tungstenu Ċiniż mingħajr ma jħallsu d-dazji anti-dumping. Huwa argumenta li l-kost prinċipali tal-prodotti tiegħu kien il-materja prima (jiġifieri l-karbur tat-tungstenu), materja prima li ma tistax tiġi sostitwita b’oħra. Lanqas ma jkun possibbli li jiġu assorbiti kostijiet ogħla tal-materja prima u l-unika possibbiltà biex jiġi evitat telf tas-sehem mis-suq tkun li jiġu rilokati l-impjanti tal-produzzjoni barra mill-Unjoni.

(301)

Il-kontinwazzjoni tal-miżuri tkun limitata għall-kontinwazzjoni tar-rata tad-dazju anti-dumping stabbilita fl-investigazzjoni oriġinali billi tinżamm l-istess rata ta’ dazju. Għalhekk, l-utenti ma jiffaċċjawx kostijiet ogħla tal-materja prima milli għandhom bħalissa. Il-Kummissjoni nnotat li l-investigazzjoni wriet, kif imfakkar fil-premessa (297), li l-utenti kienu ġeneralment profittabbli matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Fir-rigward tal-affermazzjoni li tikkonċerna r-rilokazzjoni tal-utenti, il-Kummissjoni nnotat li l-utenti ma ċaqilqux il-biċċa l-kbira tal-produzzjoni tagħhom, minkejja li l-miżuri kienu fis-seħħ u ma kienet disponibbli l-ebda evidenza li turi, għall-kuntrarju, li r-revoka tal-miżuri tipprevjeni r-rilokazzjoni tal-utenti lejn iċ-Ċina jew pajjiżi terzi oħra. Għalhekk, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda.

(302)

Saar-Hartmetall issottomettiet li, filwaqt li f’xenarju ta’ kontinwazzjoni tal-miżuri l-industrija tal-Unjoni tibqa’ ħajja, l-utenti li jipproduċu għodod tal-metall iebes ma jkunux kompetittivi għal prodotti aktar intensivi fl-użu tal-materjal u għal prodotti mingħajr għarfien teknoloġiku speċifiku.

(303)

Il-Kummissjoni nnotat li, s’issa, il-miżuri ma waqqfux lill-utenti milli jipproċessaw il-prodott ikkonċernat mingħajr dazji, peress li l-maġġoranza l-kbira tal-importazzjonijiet kienu taħt l-IPP, u għalhekk mingħajr dazji. Kif stabbilit fit-Tabella 7, l-utenti ħallsu dazji anti-dumping biss fuq 38 tunnellata importati taħt ir-reġim normali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Barra minn hekk, din ix-xejra kummerċjali ma tidhirx li hija neċessarjament ikkawżata mill-miżuri: kif imfakkar fil-premessa (274), il-karbur tat-tungstenu jsib varjetà ta’ applikazzjonijiet f’ħafna industriji fil-pajjiżi kollha, u għalhekk għodod tal-metall iebes magħmula mill-karbur tat-tungstenu probabbilment huma prodotti globali suxxettibbli għall-esportazzjoni mill-Unjoni. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(304)

L-investigazzjoni sabet li minkejja l-miżuri anti-dumping fis-seħħ, l-għadd sostanzjali ta’ utenti li pprovdew kummenti setgħu jkomplu bl-attività tagħhom fl-Unjoni permezz ta’ xiri mill-industrija tal-Unjoni, importazzjonijiet skont l-IPP miċ-Ċina mingħajr il-ħlas ta’ dazji anti-dumping u importazzjonijiet minn sorsi oħra ta’ karbur tat-tungstenu. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, id-dazji anti-dumping fil-fatt tħallsu biss fuq 38 tunnellata ta’ importazzjonijiet ta’ karbur tat-tungstenu skont ir-reġim normali. Barra minn hekk, l-utenti kienu ġeneralment profittabbli, minkejja l-miżuri anti-dumping fis-seħħ. Barra minn hekk, diversi utenti, kemm relatati kif ukoll mhux relatati mal-industrija tal-Unjoni, kemm involuti kif ukoll mhux involuti wkoll fil-produzzjoni tal-prodott simili, appoġġaw iż-żamma tal-miżuri. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżuri fis-seħħ ma għandhomx impatt negattiv sinifikanti fuq l-utenti.

7.4.   Interess tal-fornituri tal-materja prima

(305)

Żewġ kumpaniji u assoċjazzjoni waħda fl-industrija tar-riċiklaġġ upstream ippreżentaw ruħhom u esprimew l-appoġġ tagħhom għall-kontinwazzjoni tal-miżuri. Iż-żewġ kumpaniji kienu RS-Recycling GmbH u PA Metals Recycling OHG, filwaqt li l-assoċjazzjoni kienet il-Konfederazzjoni Ewropea tal-Industriji tar-Riċiklaġġ (EuRIC). Fornitur ieħor ippreżenta ruħu u pprovda sottomissjoni iżda, peress li ma kkonfermax jekk din kinitx kunfidenzjali u ma pprovdiex sommarju mhux kunfidenzjali tagħha, is-sottomissjoni tiegħu ma ġietx ikkunsidrata.

(306)

Iż-żewġ kumpaniji msemmija hawn fuq u l-assoċjazzjoni argumentaw li huma investew sostanzjalment fin-negozju tar-riċiklaġġ tat-tungstenu u ta’ skart ieħor tal-metall u li, fid-dawl tal-għanijiet ambjentali tal-Unjoni u globali, l-iżvilupp ta’ ekonomiji ċirkolari u ktajjen ta’ valur sostenibbli sar dejjem aktar importanti. Huma argumentaw ukoll li ċ-Ċina kellha l-akbar riżervi tat-tungstenu fid-dinja u li l-GTĊ kellu t-tendenza li jżomm il-prezzijiet tal-prodotti tat-tungstenu bbażati fuq il-materja prima primarja baxxi biex jiskoraġġixxi l-użu ta’ materja prima sekondarja. Għalhekk, huma argumentaw li jekk il-miżuri jitħallew jiskadu u jerġgħu jibdew l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping tal-karbur tat-tungstenu miċ-Ċina (prodott l-aktar mill-materja prima primarja), l-Unjoni titlef parti importanti mill-katina tal-valur ċirkolari tagħha, li jqiegħed lir-riċiklaturi tal-Unjoni f’riskju tal-għeluq tan-negozju tagħhom u jiffrustra l-isforzi tal-Unjoni biex toħloq ktajjen tal-provvista sostenibbli u ċirkolari.

(307)

Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa fl-interess tal-fornituri li jinżammu fis-seħħ il-miżuri anti-dumping.

7.5.   Elementi oħra li qed jiġu eżaminati

7.5.1.   Kompetizzjoni fl-Unjoni u dħul ġdid fis-suq

(308)

Il-produtturi esportaturi Zhangyuan Tungsten, Xianglu Tungsten u Golden Egret affermaw li s-suq tal-Unjoni kien jinkludi atturi tas-suq interrelatati mill-qrib, b’relazzjonijiet kummerċjali fit-tul, li kienu jiskoraġġixxu lill-partijiet ikkonċernati milli jikkummentaw b’mod miftuħ kontra l-miżuri. Huma argumentaw li s-suq tal-Unjoni kien suq protett tajjeb u indipendenti, mingħajr il-ħtieġa li jiġu ddiversifikati s-sorsi tal-provvista jew li jkun hemm kompetizzjoni u kien iddominat minn atturi influwenti għad-detriment tal-utenti u tal-importaturi. Huma ddikjaraw li t-tħassib dwar l-ipprezzar u l-profitt li tqajjem minn ċerti utenti kien jimplika li l-kostijiet u l-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni ġew stabbiliti f’livelli ħafna ogħla minn f’pajjiżi oħra.

(309)

Huwa mfakkar li hemm seba’ gruppi ta’ produtturi tal-Unjoni fis-suq, li jużaw proċessi ta’ manifattura differenti u materja prima differenti. Kif iddikjarat fil-premessi (56)-(58), xi produtturi tal-Unjoni jużaw biss materja prima verġni u xi wħud jużaw kemm materja prima verġni kif ukoll ir-ruttam. Is-seba’ gruppi ta’ produtturi tal-Unjoni huma indipendenti minn xulxin u jikkompetu ma’ xulxin fis-suq tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li hemm sorsi oħra ta’ provvista fis-suq tal-Unjoni, kif imfakkar fil-premessa (294). Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni nnotat li, meta mqabbla mar-rieżami ta’ skadenza preċedenti – meta sitt gruppi ta’ produtturi tal-Unjoni kienu attivi fis-suq – Nashira, produttur ġdid tal-Unjoni, daħlet fis-suq. Dan wera li s-suq tal-Unjoni kien għadu dinamiku u l-ostakli għad-dħul setgħu jingħelbu. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

7.5.2.   It-tungstenu bħala materja prima kritika, bħala materja prima strateġika potenzjali u bħala mineral ta’ kunflitt

(310)

Mill-2011 it-tungstenu ġie klassifikat b’mod konsistenti bħala materja prima kritika għall-Unjoni (112). L-inklużjoni kontinwa tagħha fil-lista tal-Unjoni ta’ materja prima kritika tressqet mill-Kummissjoni fil-proposta tagħha għal Att Ewropew dwar il-Materja Prima Kritika (113).

(311)

Barra minn hekk, fil-proposta tagħha għal Att Ewropew dwar il-Materja Prima Kritika, il-Kummissjoni ressqet it-tungstenu wkoll bħala materja prima strateġika, kunċett li jinkludi dik il-materja prima ta’ importanza kbira għal teknoloġija li tappoġġa t-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali doppja u l-objettivi tad-difiża u tal-ajruspazju (114).

(312)

Fl-aħħar nett, l-attenzjoni li l-Unjoni ddedikat għall-katina tal-provvista tat-tungstenu ġiet ikkonfermata aktar mill-inklużjoni tat-tungstenu fost il-minerali ta’ kunflitt fir-Regolament dwar il-Minerali ta’ Kunflitt (115). Dan jimplika li l-importazzjoni tat-tungstenu teħtieġ obbligi tad-diliġenza dovuta li jinfluwenzaw lill-importaturi tal-Unjoni biex jiżguraw li l-kummerċ tat-tungstenu ma jintużax biex jiffinanzja gruppi armati, biex jagħti spinta lix-xogħol furzat u abbużi oħra tad-drittijiet tal-bniedem, u biex jappoġġa l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus f’żoni politikament instabbli.

(313)

Fid-dawl tal-qafas regolatorju kumpless tal-katina tal-provvista tat-tungstenu, kif ukoll l-importanza strateġika tat-tungstenu, dan huwa, għalhekk, fl-interess tal-Unjoni li żżomm il-produzzjoni tal-karbur tat-tungstenu fl-Unjoni, li tippromwovi r-riċiklaġġ sabiex jitnaqqas il-konsum tal-materja prima primarja u li titnaqqas id-dipendenza relattiva fuq l-importazzjoni.

7.5.3.   Estensjoni possibbli tal-miżuri

(314)

Höganäs, li opponiet iż-żamma tal-miżuri, argumentat li kellha tħallas id-dazju anti-dumping fuq il-karbur tat-tungstenu, iżda fl-istess ħin ma kien hemm l-ebda dazju anti-dumping fuq il-prodotti downstream.

(315)

Nashira, kemm produttur kif ukoll utent, li kienet favur il-kontinwazzjoni tal-miżuri, argumentat ukoll li kienet qed tiffaċċja kompetizzjoni qawwija mill-produtturi Ċiniżi tal-għodda tal-metall iebes, li ta’ spiss kienu integrati vertikalment, li jipproduċu wkoll il-karbur tat-tungstenu u, f’xi każijiet, ikollhom is-sjieda tal-minjieri tat-tungstenu. Nashira argumentat ukoll li l-miżuri anti-dumping fuq il-karbur tat-tungstenu ma kinux biżżejjed biex jipproteġu u jistabbilizzaw is-suq tat-tungstenu fl-Ewropa u ssuġġeriet li jiġu introdotti wkoll miżuri anti-dumping fuq prodotti bbażati fuq it-tungstenu taħt l-intestaturi 8207 u 8209.

(316)

Il-Kummissjoni nnotat li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-investigazzjoni kurrenti huwa limitat għall-karbur tat-tungstenu, il-karbur tat-tungstenu mdewweb u l-karbur tat-tungstenu sempliċiment imħallat ma’ trab metalliku. Fil-kuntest tal-investigazzjoni kurrenti, l-ambitu tal-prodott ma jistax jiġi mmodifikat. Għalhekk, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda.

7.5.4.   Tul tal-miżuri

(317)

Zhangyuan Tungsten, Xianglu Tungsten u Golden Egret argumentaw li l-miżuri anti-dumping fuq il-prodott ikkonċernat ilhom fis-seħħ għal żmien twil wisq u għalhekk il-kontinwazzjoni tagħhom ma kinitx ġustifikata.

(318)

Il-Kummissjoni fakkret li skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, f’każ li tiġi stabbilita kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping ta’ dannu u l-miżuri b’mod ċar ma jkunux kontra l-interess tal-Unjoni kollha kemm hi, dawn il-miżuri jridu jinżammu. Il-kundizzjonijiet kollha ġew issodisfati f’din l-investigazzjoni. Bl-istess mod, il-partijiet ikkonċernati ma wrewx xi raġuni speċifika f’termini tal-interess ġenerali tal-Unjoni li titkellem b’mod ċar kontra l-kontinwazzjoni tal-miżuri. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma għandha l-ebda għażla oħra għajr li timponi miżuri anti-dumping. Għalhekk, dan l-argument huwa miċħud.

7.5.5.   Karbur tat-tungstenu mdewweb

(319)

Technogenia argumentat li ma kien hemm l-ebda interess tal-Unjoni li jappoġġa l-miżuri anti-dumping fuq il-karbur tat-tungstenu mdewweb, peress li l-industrija tal-Unjoni waqfet tipproduċih.

(320)

Filwaqt li tabilħaqq l-investigazzjoni żvelat li l-karbur tat-tungstenu mdewweb ma għadux jiġi prodott fis-suq tal-Unjoni, il-karbur tat-tungstenu mdewweb u l-karbur tat-tungstenu huma parzjalment interkambjabbli kif iddikjarat fil-premessa (66). Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li hemm sorsi alternattivi u l-karbur tat-tungstenu mdewweb jista’ jiġi importat mill-Kanada mingħajr dazji anti-dumping. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

7.6.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(321)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti f’termini tal-interess tal-Unjoni li jitkellmu kontra ż-żamma tal-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet tal-karbur tat-tungstenu, tal-karbur tat-tungstenu mdewweb u tal-karbur tat-tungstenu mħallat sempliċiment ma’ trab metalliku li joriġinaw mir-RPĊ.

8.   MIŻURI ANTI-DUMPING

(322)

Abbażi tal-konklużjonijiet milħuqin mill-Kummissjoni dwar il-kontinwazzjoni ta’ dumping, ir-rikorrenza ta’ dannu u l-interess tal-Unjoni, il-miżuri anti-dumping dwar il-karbur tat-tungstenu, il-karbur tat-tungstenu mdewweb u l-karbur tat-tungstenu mħallat sempliċiment ma’ trab metalliku mir-RPĊ jenħtieġ li jinżammu.

(323)

Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (116) meta jkollu jiġi rimborżat ammont fid-dawl ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jenħtieġ li l-imgħax li jitħallas ikun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar.

(324)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Qiegħed jiġi impost dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-karbur tat-tungstenu, tal-karbur tat-tungstenu mdewweb u tal-karbur tat-tungstenu mħallat sempliċiment ma’ trab metalliku, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 2849 90 30 u ex 3824 30 00 (117) (il-kodiċi TARIC 3824300010) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2.   Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1, għandha tkun ta’ 33 %.

3.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Awwissu 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2737/90 tal-24 ta’ Settembru 1990 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-karbur tat-tungstenu u l-karbur tat-tungstenu mdewweb li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju (ĠU L 264, 27.9.1990, p. 7).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/480/KEE tal-24 ta’ Settembru 1990 li taċċetta impenji offerti minn ċerti esportaturi marbuta mal-proċediment anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet tal-karbur tat-tungstenu u l-karbur tat-tungstenu mdewweb li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li ttemm l-investigazzjoni fir-rigward tal-esportaturi inkwistjoni (ĠU L 264, 27.9.1990, p. 59).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 610/95 tal-20 ta’ Marzu 1995 li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2735/90, (KEE) Nru 2736/90 u (KEE) Nru 2737/90 li jimponu dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ minerali u konċentrati tat-tungstenu, ossidu tat-tungstenu, aċidu tat-tungstenu, karbur tat-tungstenu u karbur tat-tungstenu mdewweb li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, u li jiġbor definittivament l-ammonti garantiti permezz tad-dazju anti-dumping provviżorju impost mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2286/94 (ĠU L 64, 22.3.1995, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 771/98 tas-7 ta’ April 1998 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ karbur tat-tungstenu u karbur tat-tungstenu mdewweb li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 111, 9.4.1998, p. 1).

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2268/2004 tat-22 ta’ Diċembru 2004 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ karbur tat-tungstenu u karbur tat-tungstenu mdewweb li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 395, 31.12.2004, p. 56).

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1275/2005 tas-26 ta’ Lulju 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2268/2004 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ tungsten carbide u fused tungsten carbide li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 202, 3.8.2005, p. 1).

(8)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 287/2011 tal-21 ta’ Marzu 2011 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ karbur tat-tangstin, karbur tat-tangstin mħallat sempliċiment ma’ trab metalliku u karbur tat-tangstin imdewweb li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 78, 24.3.2011, p. 1).

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51). Dan ir-Regolament ġie kkodifikat bir-Regolament bażiku.

(10)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/942 tal-1 ta’ Ġunju 2017 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-karbur tat-tungstenu, karbur tat-tungstenu mdewweb u karbur tat-tungstenu mħallat sempliċiment ma’ trab metalliku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil (ĠU L 142, 2.6.2017, p. 53).

(11)  Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri anti-dumping (ĠU C 354, 3.9.2021, p. 2).

(12)  Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping li japplikaw għall-importazzjonijiet tal-karbur tat-tungstenu, karbur tat-tungstenu mdewweb u karbur tat-tungstenu mħallat sempliċiment ma’ trab metalliku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C 217, 1.6.2022, p. 17).

(13)  http://www.ctia.com.cn/en/news/31091.html

(14)  https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2604

(15)  Il-Kummissjoni vverifikat ukoll id-data makroekonomika fil-bini tar-rappreżentant legali tal-applikanti.

(16)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/942, il-premessa (37).

(17)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 771/98, il-premessa (11); Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2268/2004, il-premessi (17)-(19); u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/942, il-premessa (196).

(18)  http://www.gtis.com/gta/secure/default.cfm

(19)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1267 tas-26 ta’ Lulju 2019 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ elettrodi tat-tungstenu li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11.

(20)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1267, il-premessa (49).

(21)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1267, il-premessi (56)-(60).

(22)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1267, il-premessi (61)-(64).

(23)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1267, il-premessi (65)-(73).

(24)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1267, il-premessi (74)-(77).

(25)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1267, il-premessi (78)-(80).

(26)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1267, il-premessi (81)-(90).

(27)  Id-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni SWD (2017) 483 final/2, 20.12.2017, disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/transparency/documents-register/detail?ref=SWD(2017)483&lang=mt.

(28)  Talba għal rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament 2016/1036 dwar il-karbur tat-tungstenu miċ-Ċina. Ippreżentata fil-25 ta’ Frar 2022 mill-Industrija WC tal-UE.

(29)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1267.

(30)  Talba għal rieżami ta’ skadenza, il-para. 60.

(31)   Ibid., il-para. 62.

(32)   Ibid., il-para. 63.

(33)   Ibid., il-para. 65.

(34)   Ibid., il-para. 70.

(35)   Ibid., il-para. 71.

(36)   Ibid., il-para. 72.

(37)   Ibid., il-paragrafi 72-75.

(38)   Ibid., il-para. 78.

(39)   Ibid., il-para. 76.

(40)   Ibid., il-para. 80.

(41)   Ibid., il-para. 81.

(42)   Ibid., il-para. 82.

(43)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1812 tal-14 ta’ Ottubru 2021 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafit li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ĠU 2021 L366/62, il-premessa 90.

(44)  Talba għal rieżami ta’ skadenza, il-paragrafu 86.

(45)   Ibid., il-para. 87.

(46)   Ibid., il-para. 88.

(47)   Ibid., il-para. 89.

(48)   Ibid., il-para. 90.

(49)   Ibid., il-para. 91.

(50)   Ibid., il-para. 94.

(51)   Ibid., il-para. 93.

(52)   Ibid., para. 91.

(53)   Ibid., il-para. 95.

(54)  Ara fuq: http://www.minmetals.com.cn/ (Aċċessat fil-11 ta’ Mejju 2023).

(55)  Ara fuq: https://www.601.cn/ & https://aiqicha.baidu.com/company_detail_30386666552710 (Aċċessat fil-11 ta’ Mejju 2023).

(56)  Ara fuq: http://www.gesac.com.cn u https://aiqicha.baidu.com/company_detail_29681726678350 (Aċċessat fl-11 ta’ Mejju 2023).

(57)  Ara fuq: http://www.zgcc.com/ (Aċċessat fil-11 ta’ Mejju 2023).

(58)  Ara fuq: http://www.minmetals.com.cn/ (Aċċessat fil-11 ta’ Mejju 2023).

(59)  Ara fuq: http://www.gesac.com.cn u https://aiqicha.baidu.com/company_detail_29681726678350 (Aċċessat fl-11 ta’ Mejju 2023).

(60)  Ir-rapport annwali ta’ China Minmetals għall-2021. Ara fuq: http://static.sse.com.cn/disclosure/listedinfo/announcement/c/new/2022-03-15/600058_20220315_11_WhMHFybV.pdf (Aċċessat fil-11 ta’ Mejju 2023).

(61)   Ibid., il-paġna 189.

(62)   Ibid., il-paġna 181/244.

(63)  Ir-rapport annwali ta’ Xiamen Tungsten għall-2022, il-paġna 237/304 u l-paġna 255/304. Ara fuq: https://pdf.dfcfw.com/pdf/H2_AN202304211585690834_1.pdf?1682102399000.pdf (Aċċessat fil-11 ta’ Mejju 2023).

(64)  Ara fuq: http://www.minmetals.com.cn/ddjj/gztx/ (Aċċessat fil-11 ta’ Mejju 2023).

(65)  Ara pereżempju l-Artikolu 33 tal-Kostituzzjoni tas-CCP.

(66)  Ara fuq: www.oke-carbide.com (Aċċessat fil-11 ta’ Mejju 2023).

(67)  Ir-rapport ta’ nofs is-sena ta’ OKE carbide tal-2022. Ara fuq: http://file.finance.sina.com.cn/211.154.219.97:9494/MRGG/CNSESH_STOCK/2022/2022-8/2022-08-10/8408838.PDF (Aċċessat fil-11 ta’ Mejju 2023).

(68)   Ibid., il-paġna 133.

(69)  L-Assoċjazzjoni tal-Industrija tat-Tungstenu taċ-Ċina. Disponibbli fuq: https://www.ctia.net.cn/about/Charter/ (Aċċessat fil-11 ta’ Mejju 2023) u l-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni ta’ China Nonferrous Metals Industry Association. Disponibbli fuq: www.chinania.org.cn (Aċċessat fil-11 ta’ Mejju 2023).

(70)  Ara fuq: https://minmetalstungsten.com/news/940.html (Aċċessat fil-11 ta’ Mejju 2023).

(71)  Ara fuq: https://aiqicha.baidu.com/company_detail_29681726678350 (Aċċessat fil-11 ta’ Mejju 2023).

(72)  L-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni ta’ Xiamen Tungsten Industry, l-Artikolu 2. Ara fuq: https://data.eastmoney.com/notices/detail/600549/AN202304211585690826.html# (Aċċessat fil-11 ta’ Mejju 2023).

(73)   Ibid., l-Artikolu 98.

(74)  L-Avviż 2023/48 dwar il-kontroll tal-kwantitajiet ġenerali tal-estrazzjoni u l-ewwel lott ta’ indikaturi applikabbli għall-materjali tal-art rari u għall-minerali tat-tungstenu fl-2023. Disponibbli fuq: http://gi.mnr.gov.cn/202304/t20230412_2781069.html (Aċċessat fil-11 ta’ Mejju 2023).

(75)   Ibid., it-Taqsima I.1.

(76)  Ibid.

(77)   Ibid., it-Taqsima II.5.

(78)  L-Avviż 2022/138 dwar il-kontroll tal-kwantitajiet ġenerali tal-estrazzjoni u l-ewwel lott ta’ indikaturi applikabbli għall-materjali tal-art rari u għall-minerali tat-tungstenu fl-2022. Disponibbli fuq: http://gi.mnr.gov.cn/202208/t20220817_2745900.html (Aċċessat fil-11 ta’ Mejju 2023).

(79)   Ibid., it-Taqsima I.

(80)  L-14-il FYP dwar l-iżvilupp tal-industrija tal-materja prima. Ara fuq: https://www.miit.gov.cn/zwgk/zcwj/wjfb/tz/art/2021/art_2960538d19e34c66a5eb8d01b74cbb20.html (Aċċessat fil-11 ta’ Mejju 2023).

(81)   Ibid., it-Taqsima VII.1.

(82)  Ibid.

(83)  Ara L-14-il FYP ta’ Jiangxi dwar l-iżvilupp ta’ kwalità għolja ta’ metalli mhux ferrużi. Disponibbli fuq: http://www.jiangxi.gov.cn/art/2021/11/11/art_5006_3717077.html (Aċċessat fil-11 ta’ Mejju 2023).

(84)   Ibid., it-Taqsima II.3.

(85)  Ibid.

(86)   Ibid. Taqsima III.2.

(87)  Ibid.

(88)  L-14-il FYP ta’ Henan dwar l-iżvilupp ta’ industrija tal-manifattura ta’ kwalità għolja. Disponibbli fuq: http://fgw.henan.gov.cn/2022/01-27/2389710.html (Aċċessat fil-11 ta’ Mejju 2023).

(89)   Ibid., it-Taqsima IV.3.

(90)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1267, il-premessi (78)-(80).

(91)  World Bank Open Data – Upper Middle Income, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income

(92)  Jekk ma jkun hemm l-ebda produzzjoni tal-prodott taħt rieżami fi kwalunkwe pajjiż li jkollu livell simili ta’ żvilupp, tista’ titqies il-produzzjoni ta’ prodott fl-istess kategorija ġenerali u/jew settur tal-prodott taħt rieżami.

(93)  Il-parametru referenzjarju huwa disponibbli fuq https://www.usgs.gov/centers/national-minerals-information-center/tungsten-statistics-and-information.

(94)  Il-kostijiet lavorattivi huma disponibbli fuq https://data.tuik.gov.tr/Bulten/DownloadIstatistikselTablo?p=tg4QGRdNcBVDQo/mmOOyD/8g3GlHdKhwM0SMnhh4V/APyz9UrZvk0kK90vktK5jo.

(95)  https://data.tuik.gov.tr/Bulten/Index?p=Consumer-Price-Index-December-2021-45789

(96)  https://data.tuik.gov.tr/Kategori/GetKategori?p=cevre-ve-enerji-103&dil=2; https://data.tuik.gov.tr/Bulten/Index?p=Electricity-and-Natural-Gas-Prices-Period-II:-July-December,-2021-45566; https://data.tuik.gov.tr/Bulten/Index?p=Electricity-and-Natural-Gas-Prices-Period-I:-January-June,-2021-37459

(97)  https://www3.tcmb.gov.tr/sektor/#/en

(98)  https://www3.tcmb.gov.tr/sektor/#/en

(99)  http://www.ctia.com.cn/en/news/31091.html

(100)  http://www.ctia.com.cn/en/news/32684.html

(101)  Ir-rapport jista’ jinxtara minn dan is-sit web li ġej: https://www.woodmac.com/reports/metals-roskill-tungsten-outlook-to-2030-528383/.

(102)  https://www.itia.info/assets/files/newsletters/ITIA_Newsletter_2018_05.pdf

(103)  Ir-rapport jista’ jinxtara minn dan is-sit web li ġej: https://www.woodmac.com/reports/metals-roskill-tungsten-outlook-to-2030-528383/.

(104)  Il-fattur ta’ konverżjoni minn W għal WC huwa ta’ 1,065.

(105)  https://www.mdpi.com/2075-163X/11/7/701

(106)  https://www.argusmedia.com/en/news/2171663-china-to-maintain-ferroalloys-metals-tariffs-in-2021

(107)  https://www.trademap.org/Index.aspx

(108)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/942, il-premessi (105) u 108.

(109)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/942, il-premessa (161).

(110)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/942, il-premessa (183).

(111)  Il-Kummissjoni, Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, COM(2019) 640 final tal-11 ta’ Diċembru 2019.

(112)  L-ewwel lista ta’ materja prima kritika inkluża f’Naffrontaw l-isfidi fis-swieq tal-prodotti bażiċi u dawk marbuta mal-materja prima, COM(2011) 25 final tat-2 ta’ Frar 2011, tal-Kummissjoni; it-tieni lista f’Dwar ir-reviżjoni tal-lista tal-materja prima kritika għall-UE u l-implimentazzjoni tal-Inizjattiva tal-Materja Prima, COM(2014) 297 final tas-26 ta’ Mejju 2014, tal-Kummissjoni; it-tielet lista f’Dwar il-lista tal-2017 tal-materja prima kritika għall-UE, COM/2017/0490 final tat-13 ta’ Settembru 2017, tal-Kummissjoni; u r-raba’ lista f’Ir-Reżiljenza tal-Materja Prima Kritika: It-Twittija tat-Triq lejn Sigurtà u Sostenibbiltà Akbar, COM(2020) 474 final tat-3 ta’ Settembru 2020.

(113)  L-Anness II, it-taqsima 1 tal-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas għall-iżgurar ta’ provvista sigura u sostenibbli ta’ materja prima kritika u li jemenda r-Regolamenti (UE) 168/2013, (UE) 2018/858, 2018/1724 u (UE) 2019/1020, COM(2023) 160 final tas-16 ta’ Marzu 2023.

(114)  L-Anness 1, it-Taqsima 1 tal-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas għall-iżgurar ta’ provvista sigura u sostenibbli ta’ materja prima kritika u li jemenda r-Regolamenti (UE) 168/2013, (UE) 2018/858, 2018/1724 u (UE) 2019/1020.

(115)  Ir-Regolament (UE) 2017/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2017 li jistabbilixxi obbligi tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista għall-importaturi tal-Unjoni ta’ landa, tantalu u tungstenu, il-minerali tagħhom, u deheb li joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitti u ta’ riskju għoli, ĠU L 130, 19.5.2017, p. 1.

(116)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(117)  Il-partiċelli huma irregolari u mingħajr fluwidità libera f’kuntrast mal-partiċelli tat-“trab lesti għall-ippressar”, li huma sferiċi jew b’forma granulari, omoġenji u bi fluwidità libera. In-nuqqas ta’ fluwidità jista' jitkejjel u jkun stabbilit bl-użu ta’ lenbut ikkalibrat, pereż. meter tal-fluwidità HALL skont l-istandard ISO 4490.


9.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 199/96


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1619

tat-8 ta’ Awwissu 2023

dwar miżuri temporanji ta’ emerġenza li jidderoga fir-rigward tas-sena 2023 minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 u (UE) 2021/2117 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għar-riżoluzzjoni ta’ problemi speċifiċi fis-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-inbid ikkawżati minn avvenimenti meteoroloġiċi avversi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 221(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Kawża tal-avvenimenti meteoroloġiċi avversi severi li seħħew f’diversi reġjuni tal-Istati Membri fir-rebbiegħa tal-2023, il-produzzjoni tal-frott u tal-ħxejjex ġarrbet ħsara drammatika. Fi Spanja, il-produzzjoni ppjanata fir-reġjun tal-Katalonja titnaqqas b’mill-inqas 50 % kawża ta’ sitwazzjoni ta’ nixfa, filwaqt li l-produzzjoni fir-reġjun tal-Emilia-Romagna fl-Italja nqerdet minn għargħar. In-nixfa affettwat serjament il-livell ta’ produzzjoni u l-kwalità tagħha f’xi reġjuni fi Franza u fil-Portugall.

(2)

Minħabba l-avvenimenti meteoroloġiċi avversi severi tar-rebbiegħa tal-2023, ħafna organizzazzjonijiet ta’ produtturi u assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi rikonoxxuti fis-settur tal-frott u l-ħxejjex qed isibu diffikultà biex jimplimentaw il-programmi operazzjonali approvati tagħhom. Xi wħud mill-azzjonijiet u l-miżuri approvati mhux se jiġu implimentati fl-2023 u għalhekk parti mill-fondi ta’ ġestjoni mhux se jintefqu. Organizzazzjonijiet ta’ produtturi u assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi rikonoxxuti oħra qed jemendaw il-programmi operazzjonali tagħhom bil-ħsieb li jimplimentaw l-azzjonijiet u l-miżuri għall-indirizzar tal-avvenimenti meteoroloġiċi avversi severi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, bħall-miżuri ta’ ġestjoni tal-kriżijiet.

(3)

Bħala parti mill-programmi operazzjonali approvati tagħhom, l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi u l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet ta’ produtturi rikonoxxuti jistgħu jimplimentaw miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ ġestjoni tal-kriżijiet fis-settur tal-frott u l-ħxejjex bil-ħsieb li jżidu r-reżiljenza tagħhom għat-tfixkil fis-suq. Madankollu, f’konformità mal-Artikolu 33(3), ir-raba’ subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, dawn il-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ ġestjoni tal-kriżijiet ma għandhomx jammontaw għal iżjed minn terz tan-nefqa fl-ambitu tal-programm operazzjonali. Sabiex tingħata aktar flessibbiltà lil dawk l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi u biex dawn ikunu jistgħu jiffukaw ir-riżorsi fl-ambitu tal-programmi operazzjonali għall-indirizzar tat-tfixkil fis-suq li jiġi kkawżat mill-miżuri relatati mal-avvenimenti meteoroloġiċi avversi, jenħtieġ li dik ir-regola ma tapplikax fis-sena 2023. Jenħtieġ li din id-deroga temporanja tapplika għall-programmi operazzjonali li jkomplu joperaw taħt il-kundizzjonijiet applikabbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 f’konformità mal-Artikolu 5(6), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2021/2117 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(4)

Barra minn hekk, jeħtieġ li l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi u l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet ta’ produtturi rikonoxxuti jkunu jistgħu jirridirezzjonaw il-fondi, inkluża l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni fi ħdan il-fond ta’ ġestjoni tagħhom lejn l-azzjonijiet u l-miżuri li huma meħtieġa biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-avvenimenti meteoroloġiċi avversi tar-rebbiegħa tal-2023. Biex ikun żgurat li l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi u l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet ta’ produtturi rikonoxxuti jkunu jistgħu jagħmlu dan, huwa meħtieġ li fis-sena 2023 ikun hemm żieda fil-limitu tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni stabbilita fl-Artikolu 34(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 minn 50 % għal 60 % tan-nefqa reali mġarrba. Jenħtieġ li din id-deroga temporanja tapplika għall-programmi operazzjonali li jkomplu joperaw taħt il-kundizzjonijiet applikabbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 f’konformità mad-dispożizzjoni tranżizzjonali stabbilita fl-Artikolu 5(6), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2021/2117.

(5)

L-avvenimenti meteoroloġiċi avversi tar-rebbiegħa tal-2023 affettwaw serjament ukoll lis-settur tal-inbid tal-Unjoni, fejn il-vitikulturi li jinsabu fir-reġjuni kkonċernati tal-Istati Membri ltaqgħu ma’ diffikultajiet eċċezzjonali. B’mod partikolari, il-kundizzjonijiet eċċezzjonali tat-temp żammew lill-vitikulturi milli jwettqu xogħlijiet fil-vinji tagħhom, li tipikament jitwettqu fir-rebbiegħa, bħat-tindif u l-preparazzjoni tal-ħamrija, it-taħwil jew it-tilqim ta’ dwieli ġodda. Fir-reġjuni milquta min-nixfa eċċezzjonali, tali attivitajiet mhumiex possibbli minħabba n-nixfa tal-ħamrija u l-kundizzjonijiet estremament sfavorevoli għat-tkabbir ta’ taħwil ġdid, fir-reġjuni affettwati mill-għargħar, tali attivitajiet mhumiex possibbli minħabba li l-vinji jew mhumiex aċċessibbli jew inqerdu mill-mases tal-ilma.

(6)

L-Artikolu 62(3), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jipprevedi li l-awtorizzazzjonijiet għat-taħwil tad-dwieli, inklużi l-awtorizzazzjonijiet għat-taħwil ġdid u għall-awtorizzazzjonijiet għat-taħwil mill-ġdid, huma validi għal 3 snin mid-data li fiha jkunu ngħataw. L-Artikolu 68(2), l-ewwel subparagrafu, ta’ dak ir-Regolament jistabbilixxi li l-awtorizzazzjonijiet mogħtija wara konverżjoni tad-drittijiet tat-taħwil għandhom l-istess perjodu ta’ validità tad-drittijiet tat-taħwil oriġinali. Fil-perjodu ta’ validità ta’ kull awtorizzazzjoni li ngħatat, il-vitikulturi tipikament jippreparaw il-ħamrija fil-ħarifa u jiksbu d-dwieli l-ġodda li mbagħad jitħawlu matul ir-rebbiegħa peress li r-rebbiegħa hi l-aktar perjodu xieraq tas-sena għat-taħwil.

(7)

Kawża tal-avvenimenti meteoroloġiċi avversi, il-vitikulturi li għandhom l-awtorizzazzjonijiet għat-taħwil li għandhom jintużaw fir-reġjuni milquta u li jiskadu fl-2023, fl-aħħar sena tal-validità tagħhom ma setgħux jużaw l-awtorizzazzjonijiet matul ir-rebbiegħa kif ippjanat. Peress li huwa impossibbli li jitbassar id-dewmien ta’ tali avvenimenti meteoroloġiċi avversi u l-konsegwenzi tagħhom, mhuwiex ċert jekk dawk il-vitikulturi hux se jkollhom il-possibbiltà li jużaw l-awtorizzazzjonijiet għat-taħwil tagħhom fil-perjodi ta’ validità rispettivi. Il-vitikulturi jkollhom iħawlu d-dwieli matul l-istaġun sħun u b’hekk f’mument inqas xieraq taċ-ċiklu tat-tkabbir, taħt kundizzjonijiet diffiċli u b’kost addizzjonali, meta s-settur tal-inbid ikun diġà qed isofri minn kundizzjonijiet tas-suq sfavorevoli.

(8)

Għalhekk, u biex jiġi evitat it-telf tal-awtorizzazzjoni għat-taħwil jew id-deterjorament rapidu tal-kundizzjonijiet li taħthom ikollu jsir it-taħwil, jeħtieġ li tiġi permessa mingħajr dewmien estensjoni tal-validità tal-awtorizzazzjonijiet għat-taħwil li jiskadu fis-sena 2023 fir-reġjuni affettwati mill-avvenimenti meteoroloġiċi avversi. Għalhekk, jenħtieġ li l-validità tal-awtorizzazzjonijiet kollha li jiskadu fl-2023 u li għandhom jintużaw fir-reġjuni affettwati tiġi estiża għal 12-il xahar addizzjonali mid-data tal-iskadenza attwali tagħhom fl-2023 biex il-vitikulturi jkunu jistgħu jħawlu d-dwieli fl-2024.

(9)

Minħabba d-diffikultajiet mhux previsti li l-vitikulturi jiltaqgħu magħhom fir-reġjuni milquta kawża tal-avvenimenti meteoroloġiċi avversi, jenħtieġ li tali vitikulturi jitħallew jirrinunzjaw għall-awtorizzazzjoni għat-taħwil tagħhom li tiskadi fis-sena 2023 mingħajr ma jeħlu l-penali amministrattiva msemmija fl-Artikolu 62(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jekk ma jkunux jixtiequ jkomplu jespandu ż-żona tal-vinji tagħhom.

(10)

Fir-rigward tal-vitikulturi li jkollhom vinji li jkunu għadhom kif tħawlu fiż-żoni li jkunu ġew affettwati serjament mill-avvenimenti meteoroloġiċi avversi tar-rebbiegħa tal-2023 fir-reġjuni relatati u li tħawlu, b’antiċipazzjoni tal-qlugħ tad-dwieli ta’ żona ekwivalenti, bl-użu tal-awtorizzazzjonijiet għat-taħwil mill-ġdid mogħtija mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 66(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, huwa pertinenti li l-iskadenza ta’ erba’ snin għall-qlugħ tad-dwieli taż-żona li tħawlet preċedentement tittawwal b’sena. Dan se jippermetti li l-vitikulturi jibbenefikaw minn sena tal-ħsad addizzjonali miż-żona mħawla preċedenti bħala kumpens għall-ħsarat li saru fil-vinja li tkun għadha kif tħawlet, minħabba li tali ħsarat jistgħu jdewmu l-bidu tal-użu taż-żona li tkun għadha kif tħawlet jew jirriżultaw fil-bżonn tat-taħwil mill-ġdid taż-żona li tkun għadha kif tħawlet. Konsegwentement, jenħtieġ li tiġi adattata wkoll l-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 5, it-tieni paragrafu, tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 (3).

(11)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti arranġamenti tranżizzjonali għan-nefqa mġarrba wara Diċembru 2022 fl-ambitu tal-programmi nazzjonali ta’ appoġġ fis-settur tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. B’mod partikolari, l-Artikolu 5(7) tar-Regolament (UE) 2021/2117 jistabbilixxi li l-programmi ta’ appoġġ fis-settur tal-inbid għandhom ikomplu japplikaw sal-15 ta’ Ottubru 2023. Għal dik ir-raġuni, l-Artikoli 39 sa 54 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom ikomplu japplikaw wara l-31 ta’ Diċembru 2022 fir-rigward tan-nefqa mġarrba u l-pagamenti magħmula għall-operazzjonijiet implimentati skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 qabel is-16 ta’ Ottubru 2023. Barra minn hekk, l-Artikoli 39 sa 54 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom ikomplu japplikaw ukoll għan-nefqa mġarrba u għall-pagamenti magħmula għall-operazzjonijiet implimentati skont l-Artikoli 46 u 50 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 qabel is-16 ta’ Ottubru 2025, dment li sal-15 ta’ Ottubru 2023 tali operazzjonijiet ikunu ġew implimentati parzjalment u n-nefqa mġarrba tkun tammonta għal mill-inqas 30 % tan-nefqa totali ppjanata.

(12)

Madankollu, kawża tad-diffikultajiet mhux previsti li l-vitikulturi ltaqgħu magħhom wara l-konsegwenzi severi tal-avvenimenti meteoroloġiċi avversi tar-rebbiegħa tal-2023, sar impossibbli għal xi vitikulturi li jimplimentaw l-operazzjonijiet skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 sabiex jikkonformaw mal-livell limitu ta’ 30 % tan-nefqa li trid tiġġarrab sal-15 ta’ Ottubru 2023. Għalhekk, huwa meqjus neċessarju li l-livell limitu ta’ 30 % jitnaqqas għal livell limitu ta’ 3 % biex jiġi żgurat li l-vitikulturi li jkunu bdew jimplimentaw il-miżura iżda li ma jitħallewx javvanzaw minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp mhux previsti ma jiġux penalizzati bla bżonn u jkunu jistgħu jkomplu jimplimentaw il-miżura ladarba s-sitwazzjoni tippermetti. Jenħtieġ li din il-flessibbiltà tapplika biss għall-vitikulturi li jkollhom l-awtorizzazzjonijiet għat-taħwil mill-ġdid li għandhom jintużaw fir-reġjuni affettwati mill-avvenimenti meteoroloġiċi avversi mġarrba fir-rebbiegħa tal-2023.

(13)

Is-sitwazzjoni ġenerali tikkostitwixxi problema speċifika fis-sens tal-Artikolu 221 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li ma tistax tiġi indirizzata faċilment mill-miżuri meħuda skont l-Artikoli 219 jew 220 ta’ dak ir-Regolament. Is-sitwazzjoni mhijiex marbuta speċifikament ma’ tfixkil eżistenti u uniku identifikat fis-suq jew ma’ theddida preċiża tiegħu. Lanqas ma hi marbuta mal-miżuri li jikkombattu t-tixrid tal-mard tal-annimali jew mat-telf ta’ fiduċja tal-konsumaturi kawża tar-riskji għas-saħħa pubblika u għas-saħħa tal-annimali jew tal-pjanti.

(14)

Fid-dawl tan-natura bla preċedent tal-avvenimenti meteoroloġiċi avversi severi tar-rebbiegħa tal-2023, huwa meħtieġ li dawk id-diffikultajiet jittaffew billi ssir deroga minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 u (UE) 2021/2117 sal-punt li jkun strettament meħtieġ biss.

(15)

Fid-dawl tal-ħtieġa li tittieħed azzjoni immedjata, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(16)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Derogi temporanji mir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tal-frott u l-ħxejjex

1.   B’deroga mill-Artikolu 33(3), ir-raba’ subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-limitu ta’ terz tan-nefqa għall-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ ġestjoni tal-kriżijiet fl-ambitu tal-programm operazzjonali msemmi f’dik id-dispożizzjoni ma għandux japplika fis-sena 2023 fir-rigward taż-żoni affettwati mill-avvenimenti meteoroloġiċi avversi tar-rebbiegħa tal-2023 li għandhom jiġu identifikati mill-Istati Membri.

2.   B’deroga mill-Artikolu 34(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għall-fond ta’ ġestjoni msemmi f’dik id-dispożizzjoni mogħtija fis-sena 2023 lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi jew lill-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet ta’ produtturi affettwati mill-avvenimenti meteoroloġiċi avversi tar-rebbiegħa tal-2023 li għandhom jiġu identifikati mill-Istati Membri, ma għandhiex taqbeż l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-fondi ta’ ġestjoni approvati mill-Istati Membri għas-sena 2023 u għandha tkun limitata għal 60 % tan-nefqa reali mġarrba.

Artikolu 2

Derogi temporanji mir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tal-inbid

1.   B’deroga mill-Artikolu 62(3), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza, u l-Artikolu 68(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza, tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-awtorizzazzjonijiet għat-taħwil mogħtija f’konformità mal-Artikoli 62, 64, 66 u 68 ta’ dak ir-Regolament li jiskadu fis-sena 2023 u li għandhom jintużaw fir-reġjuni affettwati mill-avvenimenti meteoroloġiċi avversi tar-rebbiegħa tal-2023 għandhom jiskadu biss 12-il xahar mid-data tal-iskadenza inizjali tagħhom.

2.   B’deroga mill-Artikolu 62(3), l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza, tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-vitikulturi li jkollhom l-awtorizzazzjonijiet għat-taħwil li jiskadu fis-sena 2023 u li għandhom jintużaw fir-reġjuni affettwati mill-avvenimenti meteoroloġiċi avversi tar-rebbiegħa tal-2023 ma għandhomx ikunu soġġetti għal penali amministrattivi, bil-kundizzjoni li jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti sal-31 ta’ Diċembru 2023 li mhumiex beħsiebhom jagħmlu użu mill-awtorizzazzjoni tagħhom u ma jixtiqux jibbenefikaw mill-estensjoni tal-validità prevista fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

3.   B’deroga mill-Artikolu 66(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, f’każijiet fejn iż-żona li tkun għadha kif tħawlet tiġi affettwata serjament mill-avvenimenti meteoroloġiċi avversi tar-rebbiegħa tal-2023 sal-punt li l-bidu tal-użu taż-żona li tkun għadha kif tħawlet jiddewwem jew iż-żona li tkun għadha kif tħawlet ikollha terġa’ titħawwel, l-Istati Membri jistgħu jestendu l-iskadenza għall-qlugħ tad-dwieli sa tmiem il-ħames sena mid-data li fiha jkunu tħawlu d-dwieli l-ġodda.

Fi żmien xahrejn mis-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-estensjoni tal-iskadenza għall-qlugħ tad-dwieli, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-applikant dwar l-approvazzjoni jew iċ-ċaħda tal-applikazzjoni tiegħu. F’każ li l-applikazzjoni tiġi miċħuda, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-applikant dwar ir-raġuni li wasslet għal din iċ-ċaħda.

L-Artikolu 5, it-tieni paragrafu, tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 għandu japplika jekk il-qlugħ tad-dwieli ma jsirx mill-vitikultur sa tmiem l-iskadenza estiża.

Sa tmiem l-skadenza estiża, il-vitikulturi li jgawdu mill-estensjoni ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-appoġġ għall-qtugħ bikri msemmi fl-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, la fuq iż-żona li tkun għadha kif tħawlet u lanqas fuq iż-żona li tkun se tinqala’.

Artikolu 3

Derogi temporanji mid-dispożizzjonijiet tranżizzjonali stabbiliti fl-Artikolu 5(7), il-punt (b) tar-Regolament (UE) 2021/2117 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 39 sa 52 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

B’deroga mill-Artikolu 5(7), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2021/2117, l-Artikoli 39 sa 54 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom ikomplu japplikaw wara l-31 ta’ Diċembru 2022 fir-rigward tan-nefqa mġarrba u l-pagamenti magħmula għall-operazzjonijiet implimentati skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 qabel is-16 ta’ Ottubru 2025, dment li:

(a)

sal-15 ta’ Ottubru 2023 tali operazzjonijiet ikunu ġew implimentati parzjalment u n-nefqa mġarrba tkun tammonta għal mill-inqas 3 % tan-nefqa totali ppjanata; u

(b)

tali operazzjonijiet jiġu implimentati bis-sħiħ sal-15 ta’ Ottubru 2025.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li din id-deroga tapplika biss għall-vitikulturi li jkollhom l-awtorizzazzjonijiet għat-taħwil mill-ġdid li għandhom jintużaw fir-reġjuni affettwati mill-avvenimenti meteoroloġiċi avversi li seħħew fir-rebbiegħa tal-2023.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika sad-9 ta’ Awwissu 2024.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Awwissu 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2021/2117 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, (UE) Nru 251/2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u (UE) Nru 228/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 262).

(3)  Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 tal-11 ta’ Diċembru 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħlu l-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-taħwil tad-dwieli, ir-reġistru tal-vinji, id-dokumenti ta’ akkumpanjament u ċ-ċertifikazzjoni, ir-reġistru tad-dħul u l-ħruġ, id-dikjarazzjonijiet obbligatorji, in-notifiki u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni notifikata, u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli u penali rilevanti, li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008, (KE) Nru 606/2009 u (KE) Nru 607/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009 kif ukoll ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/560 (ĠU L 58, 28.2.2018, p. 1).


9.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 199/101


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1620

tat-8 ta’ Awwissu 2023

dwar miżuri temporanji ta’ emerġenza li jidderogaw fir-rigward tas-sena 2023 minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, biex isolvu problemi speċifiċi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex ikkawżati minn avvenimenti meteoroloġiċi avversi u miżuri marbuta magħhom

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 (1) u (UE) Nru 1307/2013, u b’mod partikolari l-Artikolu 148(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Minħabba avvenimenti meteoroloġiċi avversi severi li seħħew f’diversi reġjuni tal-Istati Membri fir-rebbiegħa tal-2023, il-produzzjoni tal-frott u l-ħxejjex saritilha ħsara drammatika, u affettwat kemm il-volum li ġie prodott kif ukoll il-kwalità, bi proporzjon ogħla ta’ prodotti tal-klassi II u pprezzar żbilanċjat konsegwenti fost il-kwalitajiet. Fi Spanja, il-produzzjoni ppjanata fir-reġjun tal-Katalonja tnaqqset b’mill-inqas 50 % minħabba sitwazzjoni ta’ nixfa, filwaqt li l-produzzjoni fir-reġjun tal-Emilia-Romagna fl-Italja nqerdet minn għargħar. In-nixfa kellha wkoll impatt serju kemm fuq il-livell kif ukoll fuq il-kwalità tal-produzzjoni f’xi reġjuni fi Franza u fil-Portugall.

(2)

Minħabba l-avvenimenti meteoroloġiċi avversi severi li seħħew fir-rebbiegħa tal-2023, ħafna organizzazzjonijiet tal-produtturi u assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti fis-settur tal-frott u l-ħxejjex qed isibu diffikultà fl-implimentazzjoni tal-programmi operazzjonali approvati tagħhom. Xi wħud mill-azzjonijiet u l-miżuri approvati mhux se jiġu implimentati fl-2023 u għalhekk parti mill-fondi operazzjonali mhux se jintefqu. Organizzazzjonijiet tal-produtturi u assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti oħra qed jemendaw il-programmi operazzjonali tagħhom bil-ħsieb li jimplimentaw interventi li jindirizzaw l-impatt tal-avvenimenti meteoroloġiċi avversi severi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, bħal interventi mmirati lejn l-objettivi tal-prevenzjoni tal-kriżijiet u tal-ġestjoni tar-riskju.

(3)

L-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti jistgħu jimplimentaw, bħala parti mill-programmi operazzjonali approvati tagħhom, interventi li jsegwu l-objettivi tal-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet fis-settur tal-frott u l-ħxejjex kif imsemmi fl-Artikolu 47(2), il-punti (f), (g) u (h) tar-Regolament (UE) 2021/2115 li huma maħsuba biex iżidu r-reżiljenza tagħhom għad-disturbi fis-suq.

(4)

Madankollu, skont l-Artikolu 50(7), l-ewwel subparagrafu, il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2021/2115, tali interventi ma għandhomx jinkludu aktar minn terz tan-nefqa totali fil-qafas tal-programm operazzjonali. Sabiex tingħata flessibbiltà akbar lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi milquta mill-avvenimenti meteoroloġiċi avversi severi tar-rebbiegħa tal-2023 u sabiex ikunu jistgħu jiffukaw ir-riżorsi skont il-programmi operazzjonali biex jindirizzaw il-konsegwenzi ta’ avvenimenti bħal dawn, jenħtieġ li dik ir-regola ma tapplikax fis-sena 2023.

(5)

L-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti għandhom ikunu jistgħu jidderieġu mill-ġdid il-fondi, inkluża l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni fi ħdan il-fond operazzjonali għall-interventi li huma meħtieġa biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-avvenimenti meteoroloġiċi avversi severi tar-rebbiegħa tal-2023. Biex ikun żgurat li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti jkunu jistgħu jagħmlu dan, jeħtieġ li, fis-sena 2023, ikun hemm żieda fil-limitu tal-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni stipulata fl-Artikolu 52(1) tar-Regolament (UE) 2021/2115 minn 50 % għal 60 % tan-nefqa reali mġarrba.

(6)

Fid-dawl tan-natura bla preċedent tal-avvenimenti meteoroloġiċi avversi severi tar-rebbiegħa tal-2023, jeħtieġ li jittaffew id-diffikultajiet billi tingħata deroga biss sal-punt li huwa strettament meħtieġ u unikament għas-sena 2023, minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2021/2115 applikabbli għall-interventi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex.

(7)

Fid-dawl tal-ħtieġa li tittieħed azzjoni immedjata, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Politika Agrikola Komuni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Derogi temporanji mir-Regolament (UE) 2021/2115 fir-rigward tal-frott u l-ħxejjex

1.   B’deroga mill-Artikolu 50(7), l-ewwel subparagrafu, il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2021/2115, il-limitu ta’ terz tan-nefqa totali għall-interventi fit-tipi ta’ intervent imsemmija fl-Artikolu 47(2), il-punti (f), (g) u (h) ta’ dak ir-Regolament, ma għandux japplika fis-sena 2023 f’żoni affettwati mill-avvenimenti meteoroloġiċi avversi severi tar-rebbiegħa tal-2023 li għandhom jiġu identifikati mill-Istati Membri.

2.   B’deroga mill-Artikolu 52(1) tar-Regolament (UE) 2021/2115, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għall-fond operazzjonali fis-sena 2023 tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew tal-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi affettwati mill-avvenimenti meteoroloġiċi avversi severi tar-rebbiegħa tal-2023 li għandhom jiġu identifikati mill-Istati Membri ma għandhiex taqbeż l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-fondi operazzjonali approvati mill-Istati Membri għas-sena 2023 u għandha tkun limitata għal 60 % tan-nefqa reali mġarrba.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 2023.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Awwissu 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1.


DEĊIŻJONIJIET

9.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 199/103


ID-DEĊIŻJONI Nru 1/2023 TAL-KUMITAT SPEĊJALIZZAT STABBILIT BL-ARTIKOLU 8(1)(R) TAL-FTEHIM DWAR IL-KUMMERĊ U L-KOOPERAZZJONI BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA, MINN NAĦA WAĦDA, U R-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ, MIN-NAĦA L-OĦRA

tad-19 ta’ Ġunju 2023

li tistabbilixxi formola standard għat-talbiet għal assistenza reċiproka [2023/1621]

IL-KUMITAT SPEĊJALIZZAT DWAR L-INFURZAR TAL-LIĠI U L-KOOPERAZZJONI ĠUDIZZJARJA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (il-“Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 635(1) tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness 50 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni li jistabbilixxi formola standard għat-talbiet għal assistenza reċiproka f’materji kriminali kif stipulat fl-Appendiċi ta’ din id-Deċiżjoni huwa b’dan adottat.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fl-ewwel jum tat-tielet xahar wara d-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja

Il-Kopresidenti

Chris JONES

Bruno GENCARELLI

Stephen CURZON


(1)   ĠU L 149, 30.4.2021, p. 10.


APPENDIĊI

TALBA GĦAL ASSISTENZA REĊIPROKA F’MATERJI KRIMINALI

Din il-formola għandha tintuża mill-awtoritajiet kompetenti li għalihom tapplika skont il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

L-informazzjoni pprovduta trid tkun rilevanti u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex tiġi eżegwita din it-talba, f’konformità mar-rekwiżiti rilevanti tal-protezzjoni tad-data.

TAQSIMA A

Referenza tal-Każ: …

Stat Rikjedenti: …

Awtorità Rikjedenti: …

Stat Rikjest: …

Awtorità Li Ssirilha t-Talba (jekk magħrufa): …

TAQSIMA B: Urġenza

Jekk jogħġbok indika jekk hemmx xi urġenza minħabba:

Evidenza li tinħeba jew tinqered

Data tal-proċess imminenti

Persuna f’kustodja

Perjodu ta’ preskrizzjoni li jkun se jiskadi

Kwalunkwe raġuni oħra

Jekk jogħġbok speċifika hawn taħt:

Il-limiti ta’ żmien għall-eżekuzzjoni tat-talba huma stabbiliti fl-Artikolu 640 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni. Madankollu, jekk din it-talba tkun urġenti u/jew teħtieġ azzjoni sa/f’data speċifika, jekk jogħġbok speċifika u spjega r-raġuni għal dan: …

TAQSIMA C: Kunfidenzjalità

Din it-talba hija kunfidenzjali

Jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni addizzjonali fejn rilevanti: …

TAQSIMA D: Relazzjoni ma’ talba għal assistenza preċedenti jew simultanja

Jekk jogħġbok identifika kwalunkwe azzjoni meħuda f’dawn il-proċedimenti jew f’dawk relatati biex din l-evidenza tiġi mfittxija permezz ta’ mezzi oħra, fejn applikabbli. Jekk jogħġbok indika jekk din it-talba għal assistenza reċiproka tissupplimentax talba/talbiet għal assistenza preċedenti jew kwalunkwe talba għal assistenza simultanja lill-Istat Rikjest u, jekk rilevanti, lil Stat ieħor.

Impenn preċedenti mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, prosekuturi jew awtoritajiet oħra

Ipprovdi dettalji ta’ kwalunkwe kuntatt minn qabel mill-Istat rikjedenti inkluż l-isem tal-Istat, l-awtorità kkuntattjata, id-dettalji ta’ kuntatt rilevanti u kwalunkwe numru ta’ referenza tal-każ: …

Talba preċedenti relatata jew simultanja għal assistenza reċiproka jew Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea

Ipprovdi informazzjoni rilevanti biex tidentifika t-talbiet l-oħra inkluż l-isem tal-Istat, l-awtorità li t-talba ġiet trażmessa lilha, id-data tat-talba, u n-numri ta’ referenza mogħtija mill-awtoritajiet rikjedenti u li ssirilhom it-talba: …

Oħra

Jekk rilevanti, ipprovdi informazzjoni relatata ma’ din it-talba l-oħra għal assistenza:

TAQSIMA E: Raġuni tat-talba

1.

Klassifikazzjoni tar-reat(i)

Biex jiġi żgurat li din it-talba tintbagħat lis-sede xierqa, x’inhi n-natura u l-klassifikazzjoni legali tar-reat(i) li għalih(om) issir it-talba: …

Jekk jogħġbok ipprovdi l-piena massima, it-termini preskrittivi u jekk applikabbli, it-test tad-dispożizzjoni/kodiċi statutorja inklużi d-dispożizzjonijiet rilevanti relatati mal-pieni:

2.

Espożizzjoni fil-qosor tal-fatti

Deskrizzjoni tal-imġiba li wasslet għar-reat(i) li fir-rigward tiegħu qiegħda tintalab l-assistenza u sommarju tal-fatti sottostanti: …

Għan-notifika tad-dokumenti proċedurali u d-deċiżjonijiet ġudizzjarji, jekk jogħġbok ipprovdi sommarju qasir tad-dokument(i) u/jew tad-deċiżjoni(jiet) li għandhom jiġu nnotifikati, jekk dan ma jkunx disponibbli bil-lingwa tal-Istat rikjest:

Għal talbiet oħra, jekk jogħġbok iddeskrivi kif l-evidenza/miżura li qed tfittex li tikseb tista’ tgħin fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tar-reat(i): …

Stadju tal-investigazzjoni/proċedimenti:

investigazzjoni

prosekuzzjoni

proċess

ieħor, speċifika: …

Deskrizzjoni tar-riskji assoċjati mal-kisba ta’ din l-evidenza, jekk applikabbli: …

Kwalunkwe informazzjoni oħra li l-Istat rikjedenti jqis utli għall-awtorità ta’ eżekuzzjoni fl-eżekuzzjoni tat-talba għal assistenza, jekk applikabbli:…

3.

Dan ir-reat huwa Reat ta’ Sewqan imsemmi fl-Artikolu 640(6) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni:

Iva

Le

4.

Tipi ta’ proċedimenti li t-talba qiegħda tinħareġ għalihom:

proċedimenti fir-rigward ta’ reati li l-piena tagħhom, fil-mument tat-talba għall-assistenza, taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tal-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istat rikjedenti

proċedimenti mressqa mill-awtoritajiet amministrattivi fir-rigward ta’ atti li huma punibbli taħt il-liġi nazzjonali tal-Istat rikjedenti jew rikjest billi huma ksur tar-regoli tal-liġi, meta d-deċiżjoni tista’ twassal għal proċedimenti quddiem qorti li jkollha ġuriżdizzjoni b’mod partikolari f’materji kriminali.

TAQSIMA F: L-identità tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi kkonċernati

Jekk jogħġbok ipprovdi biss informazzjoni li hija rilevanti u li ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għal din it-talba. Jekk aktar minn persuna waħda hija kkonċernata, jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni għal kull persuna.

1.

Agħti l-informazzjoni kollha, sa fejn tkun magħrufa, dwar l-identità tal-persuna/i kkonċernata/i mill-miżura:

(i)

Fil-każ ta’ persuna/i fiżika/fiżiċi

Kunjom:…

Isem/ismijiet:…

Isem/ismijiet rilevanti ieħor/oħra, jekk applikabbli:…

Psewdonimi, jekk applikabbli:…

Sess:…

Nazzjonalità:…

Numru tal-identità jew numru tas-sigurtà soċjali:…

Tip u numru tad-dokument(i) tal-identità (karta tal-identità, passaport), jekk disponibbli:

Data tat-twelid:…

Post tat-twelid:…

Residenza u/jew indirizz magħruf; jekk l-indirizz mhux magħruf, agħti l-aħħar indirizz magħruf:

Post tax-xogħol (inklużi d-dettalji ta’ kuntatt):…

Dettalji oħra ta’ kuntatt (email, nru tat-telefown): …

Lingwa/i li l-persuna tifhem:…

Jekk jogħġbok iddeskrivi l-pożizzjoni li l-persuna kkonċernata għandha fil-proċedimenti:

Persuna suspettata jew akkużata

Vittma

Xhud

Espert

Parti Terza

Oħra (Jekk jogħġbok speċifika): …

(ii)

Fil-każ ta’ persuna/i ġuridika/ġuridiċi

Isem:…

Għamla ta’ persuna ġuridika:…

Isem imqassar, isem ta’ użu komuni jew isem kummerċjali, jekk applikabbli:

Sede/uffiċċju reġistrat(a):…

Numru tar-reġistrazzjoni:…

Indirizz tal-persuna ġuridika:…

Dettalji oħra ta’ kuntatt (email, nru tat-telefown): …

Isem ir-rappreżentant tal-persuna ġuridika:…

Jekk jogħġbok iddeskrivi l-pożizzjoni li l-persuna kkonċernata għandha fil-proċedimenti:

Persuna suspettata jew akkużata

Vittma

Xhud

Espert

Parti Terza

Oħra (Jekk jogħġbok speċifika): …

2.

Kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti:

TAQSIMA G: Miżura rikjesta

1.

Jekk jogħġbok speċifika l-miżura rikjesta:

Perkwiżizzjoni u sekwestru (Jekk din tiġi mmarkata, trid timtela t-taqsima H1)

Forniment ta’ dokumenti u/jew rekords tal-operat

Forniment ta’ materjal b’rabta mal-banek jew informazzjoni minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra (Jekk din tiġi mmarkata, trid timtela t-taqsima H2)

Notifika ta’ dokumenti proċedurali u deċiżjonijiet ġudizzjarji bl-assistenza tal-Istat rikjest

Ksib ta’ informazzjoni jew evidenza li tkun diġà fil-pussess tal-Istat rikjest

Ksib ta’ informazzjoni li tinsab fil-bażijiet tad-data miżmuma mill-pulizija jew mill-awtoritajiet ġudizzjarji

Dikjarazzjonijiet u Smigħ (Jekk din tiġi mmarkata, iridu jimtlew it-Taqsima F (L-identità tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi kkonċernati) u t-Taqsima I (Formalitajiet u proċeduri mitluba għall-eżekuzzjoni):

xhud

espert

persuna suspettata jew akkużata

vittma

parti terza

Smigħ b’vidjokonferenza, konferenza telefonika jew trażmissjoni awdjoviżiva oħra. (Jekk din tiġi mmarkata, trid timtela t-taqsima H4):

xhud

espert

persuna suspettata jew akkużata

vittma

parti terza

Ksib ta’ data dwar l-abbonat / l-entità (Jekk din tiġi mmarkata, trid timtela t-taqsima H3)

Ksib ta’ data dwar it-traffiku / l-eventi (inkluża dwar il-lokalizzazzjoni) (Jekk din tiġi mmarkata, trid timtela t-taqsima H3)

Ksib ta’ data dwar il-kontenut (Jekk din tiġi mmarkata, trid timtela t-taqsima H3)

Miżura investigattiva li timplika l-ġbir ta’ evidenza fi żmien reali, kontinwament u matul ċertu perjodu ta’ żmien:

monitoraġġ ta’ operazzjonijiet bankarji jew finanzjarji oħra

konsenji kkontrollati

oħra (Jekk jogħġbok speċifika jekk għażilt din): …

Miżura/i proviżorja/i għall-fini tal-preservazzjoni tal-evidenza, ta’ żamma ta’ sitwazzjoni eżistenti jew ta’ protezzjoni ta’ interessi legali fil-periklu (Jekk din tiġi mmarkata, trid timtela t-taqsima H5)

Trasferiment temporanju ta’ persuna miżmuma f’kustodja lejn l-Istat rikjedenti (Jekk din tiġi mmarkata, trid timtela t-taqsima H6)

Trasferiment temporanju ta’ persuna miżmuma f’kustodja lejn l-Istat rikjest (Jekk din tiġi mmarkata, trid timtela t-taqsima H6)

Investigazzjoni sigrieta (Jekk din tiġi mmarkata, trid timtela t-taqsima H7)

Oħra (Jekk jogħġbok speċifika jekk għażilt din): …

2.

Jekk jogħġbok iddeskrivi l-assistenza meħtieġa, u, jekk magħrufa, il-postijiet fejn tinsab/huwa maħsub li tinsab l-evidenza u kwalunkwe informazzjoni neċessarja li hemm bżonn biex titwettaq din il-miżura. Biex titlob li tiġi osservata kwalunkwe formalità jew proċedura, jekk jogħġbok ara t-taqsima I: …

TAQSIMA H: Rekwiżiti addizzjonali għal ċerti miżuri

Imla t-taqsimiet rilevanti għall-miżura/i investigattiva/i rikjesta/i:


TAQSIMA H1: Perkwiżizzjoni u sekwestru

Persuna fiżika jew ġuridika marbuta mal-perkwiżizzjoni. Jekk aktar minn waħda, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji għal kull waħda:

Bini li għandha ssir il-perkwiżizzjoni tiegħu. Jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji dwar kif il-persuna hija kkollegata mal-bini. Jekk aktar minn waħda, jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni għal kull waħda: …

Liema evidenza qiegħda tiġi mfittxija? Identifika l-materjal li trid tipperkwiżixxi f’kemm jista’ jkun dettall: …

Għaliex temmen li l-evidenza x’aktarx li tinsab fil-post imsemmi hawn fuq u li hija rilevanti u ta’ valur sostanzjali għall-investigazzjoni: …

Hemm xi riskju li jinstab materjal privileġġat? Jekk iva, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji:

Se jkun meħtieġ li xi uffiċjali tal-Istat rikjedenti jkunu preżenti waqt il-perkwiżizzjoni? (Jekk iva, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima I):

Iva

Le

Kwalunkwe informazzjoni magħrufa relatata ma’ investigazzjonijiet fi stati oħra li jista’ jkollha impatt fuq din it-talba ta’ perkwiżizzjoni u sekwestru: …

Jekk jogħġbok ipprovdi kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra relatata mal-perkwiżizzjoni u s-sekwestru:


TAQSIMA H2: Għoti ta’ informazzjoni dwar kontijiet bankarji jew kontijiet finanzjarji oħra

Jekk aktar minn kont wieħed huwa kkonċernat, jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni għal kull kont.

Jekk jogħġbok speċifika liema informazzjoni qiegħda tintalab:

Informazzjoni dwar kontijiet bankarji li għandha l-persuna li għandha l-prokura fir-rigward tagħhom

Informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji oħra li għandha l-persuna jew li għandha l-prokura fir-rigward tagħhom

Informazzjoni dwar operazzjonijiet bankarji:

Rendikonti tal-Bank

Dokumentazzjoni tal-ftuħ ta’ kontijiet bankarji

Prokura jew intestatarju addizzjonali tal-kont bankarju

Oħra (Jekk jogħġbok speċifika jekk għażilt din): …

Informazzjoni dwar operazzjonijiet finanzjarji oħra:

Rendikonti tal-Kontijiet Bankarji

Dokumentazzjoni tal-ftuħ ta’ kontijiet bankarji

Prokura jew intestatarju addizzjonali tal-kont bankarju

Oħra (Jekk jogħġbok speċifika jekk għażilt din): …

Jekk disponibbli, jekk jogħġbok ipprovdi:

 

Isem id-Detentur tal-Kont: …

 

Isem il-bank/istituzzjoni finanzjarja: …

 

L-IBAN jew in-Numru tal-Kont u l-Kodiċi li jidentifika l-Bank: …

 

Skala ta’ Żmien għat-tranżazzjonijiet: …

Oħrajn (Jekk jogħġbok speċifika jekk għażilt din): …

Jekk jogħġbok ipprovdi ġustifikazzjoni addizzjonali għaliex din l-evidenza x’aktarx li tkun rilevanti u ta’ valur sostanzjali għall-investigazzjoni, inkluża r-rabta tal-kont mar-reat imwettaq: …

Jekk meħtieġ, jekk jogħġbok ipprovdi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li x’aktarx tkun meħtieġa biex tiġi eżegwita din it-talba: …


TAQSIMA H3: Data dwar l-abbonat, it-traffiku, il-lokalizzazzjoni u l-kontenut

Tip ta’ data mitluba:

Data dwar l-abbonat / l-entità (pereż. abbonament għal numru tat-telefown jew indirizz IP), speċifika: …

Data dwar it-traffiku / l-eventi, speċifika: …

Data ta’ lokalizzazzjoni, speċifika: …

Data dwar il-kontenut (pereż. dump tal-web/kaxxa tal-posta elettronika jew log tal-messaġġi, snapshot), speċifika: …

Oħra, speċifika: …

It-talbiet kollha għal data dwar l-abbonat, it-traffiku jew il-lokalizzazzjoni, u l-kontenut jirrikjedu l-informazzjoni segwenti:

Data (JJ/XX/SSSS): …

Kronogramma (ss:mm:ss): …

Żona tal-Ħin: …

Ipprovdi dettalji ulterjuri biex tgħin fl-identifikazzjoni tad-data rikjesta:

Indirizz IP (u n-Numru tal-port jekk applikabbli): …

Numru/i tat-telefown: …

Numru/i IMEI: …

Oħrajn (Jekk jogħġbok speċifika): …


TAQSIMA H4: Vidjokonferenza jew konferenza telefonika jew trażmissjoni awdjoviżiva oħra

Jekk huwa rikjest smigħ b’vidjokonferenza jew konferenza telefonika jew trażmissjoni awdjoviżiva oħra:

Jekk jogħġbok indika l-isem tal-awtorità li se tmexxi s-smigħ (jekk jogħġbok inkludi l-isem tal-persuna li se tmexxi s-smigħ/id-dettalji ta’ kuntatt/il-lingwa meta disponibbli): …

Data/i proposta/i (JJ/XX/SSSS): …

Ħin tal-bidu tal-konferenza (ss:mm:ss): …

Żona tal-ħin: …

Tul approssimattiv tas-smigħ: …

Dettalji tekniċi:

 

Isem is-sit: …

 

Sistema ta’ komunikazzjoni: …

 

Kuntatti tat-tekniku (lingwa): …

Data u ħin tal-prova qabel: …

Dettalji ta’ kuntatt għall-operatur tal-prova ta’ qabel jekk magħruf: …

L-arranġamenti lingwistiċi u ta’ interpretazzjoni: …

Kwalunkwe rekwiżit ieħor (Jekk jogħġbok speċifika jekk għażilt din): …

Din it-talba tikkonċerna persuna akkużata jew il-persuna suspettata u s-smigħ huwa l-proċess ta’ din il-persuna, jew jifforma parti minnu

Raġuni(jiet) għaliex mhuwiex mixtieq jew possibbli għax-xhud jew l-espert li jattendi fiżikament:

Jekk jogħġbok speċifika jekk l-individwu, il-persuna suspettata jew akkużata tawx il-kunsens tagħhom:

Iva

Le

Nitlob li jintalab il-kunsens tal-persuna qabel ma din it-talba tipproċedi


TAQSIMA H5: Miżuri proviżorji

Jekk tintalab miżura proviżorja għall-fini tal-preservazzjoni tal-evidenza, ta’ żamma ta’ sitwazzjoni eżistenti jew ta’ protezzjoni ta’ interessi legali fil-periklu, jekk jogħġbok indika jekk:

l-oġġett għandux jiġi ttrasferit lill-Istat rikjedenti

l-oġġett għandux jibqa’ fl-Istat rikjest; jekk jogħġbok indika data stmata:

 

għat-tneħħija tal-miżura proviżorja: ...

 

għall-preżentazzjoni ta’ talba sussegwenti rigward l-oġġett: ...


TAQSIMA H6: Trasferiment ta’ persuna miżmuma f’kustodja

(1)

Jekk qiegħed jiġi rikjest trasferiment temporanju lejn l-Istat rikjedenti ta’ persuna miżmuma f’kustodja għall-fini tal-investigazzjoni, jekk jogħġbok indika jekk il-persuna tatx il-kunsens tagħha għal din il-miżura:

Iva

Le

Nitlob li jintalab il-kunsens tal-persuna

(2)

Jekk qiegħed jiġi rikjest trasferiment temporanju lejn l-Istat rikjest ta’ persuna miżmuma f’kustodja għall-fini ta’ investigazzjoni, jekk jogħġbok indika jekk il-persuna tatx il-kunsens tagħha għal din il-miżura:

Iva

Le

 

Jekk meħtieġ, jekk jogħġbok ipprovdi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali: …


TAQSIMA H7: Investigazzjonijiet Sigrieti

Jekk jogħġbok indika r-raġunijiet għaliex tqis li l-miżura investigattiva sigrieta hija rilevanti għall-fini tal-proċedimenti kriminali:

Jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni segwenti:

(a)

Informazzjoni għall-fini li jiġi identifikat is-soġġett tal-investigazzjoni sigrieta: …

(b)

Id-data mixtieqa tal-bidu tal-miżura sigrieta u t-tul ta’ żmien tagħha: …

(c)

Dettalji tal-vetturi/indirizz tal-miżura sigrieta: …

(d)

Jekk meħtieġ, jekk jogħġbok ipprovdi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali rilevanti għall-eżekuzzjoni ta’ din it-talba:


TAQSIMA I: Formalitajiet u proċeduri mitluba għall-eżekuzzjoni

1.

Immarka u imla, jekk applikabbli

Huwa mitlub li l-awtorità rilevanti/kompetenti tal-Istat rikjest tikkonforma mal-formalitajiet u l-proċeduri segwenti (inkluż kwalunkwe dritt/prekawzjoni/twissija li huwa meħtieġ li jiġu kkomunikati lill-persuna): …

2.

Immarka u imla, jekk applikabbli

Huwa mitlub li uffiċjal wieħed jew diversi uffiċjali tal-Istat rikjedenti jkunu preżenti matul l-eżekuzzjoni tat-talba b’appoġġ għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istat rikjedenti.

Isem, titolu tal-impjieg u dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċjali:

Il-lingwi li jistgħu jintużaw għall-komunikazzjoni, jekk differenti mil-lingwa indikata fit-taqsima J:

In-natura tal-assistenza li għandha tingħata mill-uffiċjal(i) tal-Istat rikjedenti, u/jew kwalunkwe dettall ulterjuri rilevanti:

3.

Trażmissjoni sigura ta’ informazzjoni u/jew evidenza

Jekk jogħġbok speċifika rotta ta’ trażmissjoni elettronika sigura, f’każ li tiġi aċċettata t-trażmissjoni elettronika:

Jekk it-trażmissjoni elettronika ma tiġix aċċettata jew ma tkunx xierqa f’dan il-każ, jekk jogħġbok indika l-metodu ta’ trażmissjoni rikjest: …


TAQSIMA J: Dettalji tal-awtorità li ħarġet it-talba

1.

Isem l-awtorità li ħarġet it-talba: …

Isem ir-rappreżentant/il-punt ta’ kuntatt: …

Indirizz: …

Nru tat-telefown: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt) …

Email: …

2.

Jekk differenti minn dan ta’ hawn fuq, isem l-awtorità li tmexxi l-investigazzjoni kriminali:

Isem u titolu ta’ uffiċjal li qiegħed iwettaq l-investigazzjoni kriminali: …

Indirizz: …

Numru tat-telefown: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt) …

Email: …

3.

Lingwi li bihom huwa possibbli li ssir komunikazzjoni mal-awtorità rikjedenti:

4.

Jekk differenti minn dawk ta’ hawn fuq, id-dettalji ta’ kuntatt tal-persuna/i li wieħed għandu jikkuntattja għal informazzjoni addizzjonali jew biex isiru l-arranġamenti prattiċi għat-trasferiment tal-evidenza:

Isem/Titolu/Organizzazzjoni: …

Indirizz: …

Email: …

Nru tat-Telefown ta’ Kuntatt: …

TAQSIMA K: Firma

Billi niffirma din il-formola, niċċertifika li:

il-kontenut tat-talba kif stabbilit f’din il-formola huwa preċiż u korrett,

din it-talba nħarġet minn awtorità kompetenti,

il-ħruġ ta’ din it-talba huwa meħtieġ għall-fini tal-proċedimenti, u

il-miżuri investigattivi rikjesti setgħu ġew ordnati taħt l-istess kundizzjonijiet f’każ domestiku simili, u meta applikabbli nkisbet l-awtorizzazzjoni neċessarja.

Firma tal-awtorità rikjedenti u/jew tar-rappreżentant tagħha:

Isem: …

Kariga okkupata: …

Data: …

Timbru uffiċjali (jekk disponibbli):

Lista ta’ hemżiet (jekk applikabbli):