ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 177

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 66
12 ta' Lulju 2023


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1441 tal-10 ta’ Lulju 2023 dwar arranġamenti dettaljati għat-twettiq ta’ proċedimenti mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) 2022/2560 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sussidji barranin li joħolqu distorsjoni fis-suq intern

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/1442 tal-11 ta’ Lulju 2023 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f’kuntatt mal-ikel, fir-rigward tal-bidliet fl-awtorizzazzjonijiet tas-sustanzi u ż-żieda ta’ sustanzi ġodda ( 1 )

45

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1443 tal-11 ta’ Lulju 2023 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 19457 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1065/2012 ( 1 )

59

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1444 tal-11 ta’ Lulju 2023 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tal-pjanċi b’bastun tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Turkija

63

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2023 tal-Kumitat Konġunt stabbilit permezz tal-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Gvern tal-Istat ta’ Iżrael, min-naħa l-oħra tal-4 ta’ Lulju 2023 li jissostitwixxi l-Anness IV tal-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Gvern tal-Istat ta’ Iżrael, min-naħa l-oħra [2023/1445]

107

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

12.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 177/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1441

tal-10 ta’ Lulju 2023

dwar arranġamenti dettaljati għat-twettiq ta’ proċedimenti mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) 2022/2560 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sussidji barranin li joħolqu distorsjoni fis-suq intern

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2022/2560 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar sussidji barranin li joħolqu distorsjoni fis-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 47(1) tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sussidji Barranin,

Billi:

(1)

Fl-Artikolu 1, ir-Regolament (UE) 2022/2560 jippermetti li sussidji barranin li joħolqu distorsjoni fis-suq intern jiġu investigati u li tali distorsjonijiet jiġu rimedjati. Jeħtieġ li jiġu stabbiliti r-regoli u l-proċeduri speċifiċi li jikkonċernaw, fost l-oħrajn, is-sottomissjoni ta’ notifiki skont l-Artikolu 21 u l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2022/2560, it-twettiq ta’ intervisti u l-għoti ta’ dikjarazzjonijiet bil-fomm skont l-Artikolu 13, l-Artikolu 14 u l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2022/2560, is-sottomissjoni tal-impenji skont l-Artikolu 25 u l-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2022/2560, u d-dettalji tal-iżvelar u d-drittijiet tad-difiża tal-impriża taħt investigazzjoni skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2022/2560.

(2)

Skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2022/2560, il-persuni u l-impriżi huma meħtieġa jinnotifikaw ċerti konċentrazzjonijiet kbar li jinvolvu kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin sostanzjali qabel ma tidħol fis-seħħ il-konċentrazzjoni. L-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2022/2560 jirrikjedi n-notifika ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ akkwist pubbliku li jkunu jaqbżu ċerti limiti qabel jingħata l-kuntratt. In-nuqqas ta’ konformità mal-obbligu ta’ notifika, fost l-oħrajn, iwassal biex il-persuna jew l-impriża tkun soġġetta għal multi u ħlasijiet perjodiċi ta’ penali. Għalhekk, huwa meħtieġ li l-partijiet responsabbli għas-sottomissjoni tan-notifika u tal-kontenut tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fin-notifika jkunu definiti b’mod preċiż.

(3)

Huwa f’idejn il-persuni jew l-impriżi msemmija fl-Artikoli 21(3) u 29(5) tar-Regolament (UE) 2022/2560 li jinfurmaw lill-Kummissjoni b’mod sħiħ u preċiż dwar il-fatti u ċ-ċirkostanzi li huma rilevanti għat-teħid ta’ deċiżjoni dwar il-konċentrazzjoni notifikata jew il-kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin fil-kuntest ta’ proċedura tal-akkwist pubbliku.

(4)

Sabiex in-notifiki u l-valutazzjoni tal-Kummissjoni jiġu ssimplifikati, jenħtieġ li jintużaw il-formoli standardizzati fl-Annessi ta’ dan ir-Regolament. Huma jistgħu jiġu sostitwiti b’formoli elettroniċi li jkun fihom l-istess rekwiżiti ta’ informazzjoni.

(5)

F’konformità mal-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) 2022/2560, f’każijiet meta, bħala riżultat tar-rieżami preliminari, il-Kummissjoni jkollha biżżejjed indikazzjonijiet li impriża tkun ingħatat sussidju barrani li joħloq distorsjoni fis-suq intern, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni fil-fond sabiex tkun tista’ tiġbor iktar informazzjoni biex tivvaluta l-eżistenza ta’ sussidju barrani u l-effetti distorsivi reali jew potenzjali tas-sussidju barrani. Jeħtieġ li jiġu stabbiliti r-regoli dwar il-limiti ta’ żmien li fihom l-impriża li tkun qed tiġi investigata u persuni oħra, inklużi l-Istati Membri u l-pajjiż terz li jkun ta s-sussidju barrani, ikunu jistgħu jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda investigazzjoni fil-fond, f’konformità mal-Artikolu 40(1) tar-Regolament (UE) 2022/2560.

(6)

Skont l-Artikolu 13(7) tar-Regolament (UE) 2022/2560, il-Kummissjoni, fit-twettiq tal-investigazzjoniet, tista’ tintervista lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li taqbel li tiġi intervistata għall-iskop li tinġabar informazzjoni relatata mas-suġġett ta’ investigazzjoni. Biex jiġu żgurati l-ekwità u t-trasparenza legali, qabel ma tagħmel intervisti ma’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jagħtu l-kunsens tagħhom li jiġu intervistati, jenħtieġ li l-Kummissjoni tinforma lil dawk il-persuni dwar il-bażi ġuridika tal-intervista. Il-persuni intervistati jenħtieġ li jiġu infurmati wkoll dwar l-iskop tal-intervista u jenħtieġ li jingħataw l-opportunità li jikkummentaw dwar l-intervista dokumentata. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi limitu ta’ żmien li fih il-persuna intervistata tkun tista’ tikkomunikalha l-kummenti li jista’ jkollha dwar l-intervista dokumentata.

(7)

Skont l-Artikolu 14(2), il-punt (c) u l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2022/2560, il-Kummissjoni, fit-twettiq ta’ spezzjonijiet fl-Unjoni jew barra minnha, tista’ ssaqsi lil kwalunkwe rappreżentant jew membru tal-persunal tal-impriża jew tal-assoċjazzjoni ta’ impriżi għal spjegazzjonijiet ta’ fatti jew dokumenti relatati mas-suġġett u l-għan tal-ispezzjoni u li jiddokumentaw it-tweġibiet. Jenħtieġ li d-dikjarazzjonijiet bil-fomm dokumentati jkunu disponibbli għar-rappreżentant awtorizzat tal-impriża jew tal-assoċjazzjoni ta’ impriżi. F’każ ta’ spjegazzjonijiet ipprovduti minn membru tal-persunal mhux awtorizzat, jenħtieġ li l-impriża jew l-assoċjazzjoni tal-impriżi tingħata opportunità li tikkummenta dwar l-ispjegazzjonijiet dokumentati.

(8)

Skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (UE) 2022/2560, l-Istati Membri huma obbligati jagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha meħtieġa biex twettaq investigazzjonijiet skont dan ir-Regolament. Sabiex jiġi żgurat li din l-informazzjoni kollha tkun disponibbli għall-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku, jenħtieġ li dan l-obbligu japplika wkoll għall-awtoritajiet kontraenti jew għall-entitajiet kontraenti inkarigati mill-proċedura rilevanti tal-akkwist pubbliku.

(9)

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ twettaq valutazzjoni xierqa, għall-finijiet tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni b’impenji offruti mill-impriża taħt investigazzjoni bil-għan li tirrimedja distorsjoni fis-suq intern, jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-proċedura biex jiġu proposti impenji skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2022/2560 u l-limiti ta’ żmien biex jiġu proposti impenji skont l-Artikoli 25 u 31 tar-Regolament (UE) 2022/2560.

(10)

Fl-interess li tiġi żgurata t-trasparenza, il-Kummissjoni, jekk ikun xieraq, tista’ timponi obbligi ta’ rappurtar u trasparenza skont l-Artikolu 7(5) u l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2022/2560 f’atti li jagħlqu investigazzjoni fil-fond skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2022/2560. Jenħtieġ li dawn l-obbligi jippermettu lill-Kummissjoni tidentifika distorsjonijiet potenzjali fis-suq intern jew timmonitorja l-implimentazzjoni tal-atti tagħha adottati skont ir-Regolament (UE) 2022/2560. Għalhekk, huwa meħtieġ li l-forma, il-kontenut u d-dettalji proċedurali ta’ dawn l-obbligi jiġu ċċarati.

(11)

Skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2022/2560, f’konformità mal-prinċipju tar-rispett għad-drittijiet tad-difiża, jenħtieġ li l-impriża li qed tiġi investigata tingħata l-opportunità, qabel ma l-Kummissjoni tadotta deċiżjoni skont l-Artikoli 11, 12, 17, 18, 25(3), 26, 31 jew 33 tar-Regolament (UE) 2022/2560, li tissottometti l-osservazzjonijiet tagħha dwar ir-raġunijiet kollha li abbażi tagħhom il-Kummissjoni biħsiebha tadotta d-deċiżjoni tagħha. F’konformità mal-Artikolu 42(4) tar-Regolament (UE) 2022/2560, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar sa liema punt jenħtieġ li impriża taħt investigazzjoni tingħata aċċess għall-fajl tal-Kummissjoni. Filwaqt li jenħtieġ li l-impriża taħt investigazzjoni dejjem ikollha d-dritt li tikseb mingħand il-Kummissjoni l-verżjonijiet mhux kunfidenzjali tad-dokumenti kollha msemmija fir-raġunijiet, jenħtieġ li l-aċċess għad-dokumenti kollha fil-fajl tal-Kummissjoni, mingħajr ebda redazzjoni, jiġi pprovdut lil għadd limitat ta’ konsulenti legali jew ekonomiċi esterni jew esperti tekniċi esterni speċifikati, f’isem l-impriża taħt investigazzjoni, skont it-termini li għandhom jiġu stabbiliti f’deċiżjoni tal-Kummissjoni. Jenħtieġ li dan l-aċċess f’ċerti sitwazzjonijiet ikun limitat, inkluż meta l-iżvelar ta’ ċerti dokumenti jkun ta’ ħsara għall-fornitur tagħhom jew fejn jipprevalu interessi oħra.

(12)

Skont l-Artikolu 42(4) tar-Regolament (UE) 2022/2560, meta tagħti aċċess għall-fajl, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura l-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali u ta’ informazzjoni kunfidenzjali oħra. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dettaljati li jippermettu lill-Kummissjoni titlob lil persuni u impriżi li jissottomettu jew li ssottomettew informazzjoni, inklużi dokumenti, biex jidentifikaw sigrieti kummerċjali jew informazzjoni kunfidenzjali fis-sottomissjonijiet tagħhom jew fir-rigward ta’ informazzjoni f’avviż sommarju jew deċiżjoni, kif ukoll biex jippermettu lill-Kummissjoni tiddeċiedi dwar it-trattament ta’ ċerta informazzjoni f’każ ta’ nuqqas ta’ qbil dwar il-kunfidenzjalità.

(13)

Ladarba n-notifiki stabbiliti jagħtu bidu għal-limiti ta’ żmien legali stabbiliti mir-Regolament (UE) 2022/2560, jenħtieġ li jkunu wkoll determinati l-kundizzjonijiet li jirregolaw tali limiti ta’ żmien kif ukoll id-dati meta n-notifiki jidħlu fis-seħħ. B’mod partikolari, jenħtieġ li jiġu ddeterminati d-data tal-bidu u tat-tmiem tal-limiti ta’ żmien, kif ukoll iċ-ċirkostanzi li jiddeterminaw is-sospensjoni tagħhom.

(14)

It-trażmissjoni ta’ dokumenti lill-Kummissjoni u minn għandha jenħtieġ li fil-prinċipju ssir permezz ta’ mezzi diġitali, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi fit-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u l-benefiċċju ambjentali ta’ tali trażmissjonijiet. B’mod partikolari, jenħtieġ li dan japplika, skont l-Artikolu 47(1), il-punti (a), (b) u (h) tar-Regolament (UE) 2022/2560, għal notifiki, tweġibiet għal talbiet għal informazzjoni, osservazzjonijiet dwar ir-raġunijiet li abbażi tagħhom il-Kummissjoni biħsiebha tadotta d-deċiżjoni tagħha indirizzata lill-impriża taħt investigazzjoni, kif ukoll għal impenji offruti mill-partijiet notifikanti.

(15)

Fl-interess tat-trasparenza u taċ-ċertezza legali, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ qabel il-bidu tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2022/2560,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

F’konformità mal-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2022/2560, dan ir-Regolament jistabbilixxi arranġamenti dettaljati fir-rigward ta’:

(1)

il-forma, il-kontenut u d-dettalji proċedurali tan-notifiki tal-konċentrazzjonijiet;

(2)

il-forma, il-kontenut u d-dettalji proċedurali tan-notifiki tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin u d-dikjarazzjoni ta’ ebda kontribuzzjoni finanzjarja barranija fil-kuntest tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku;

(3)

dettalji proċedurali għal dikjarazzjonijiet bil-fomm skont l-Artikolu 13(7), l-Artikolu 14(2), il-punt (c) u l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2022/2560;

(4)

regoli dettaljati dwar l-iżvelar, l-aċċess għall-fajl u l-informazzjoni kunfidenzjali skont l-Artikolu 42 u l-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) 2022/2560;

(5)

il-forma, il-kontenut u d-dettalji proċedurali tar-rekwiżiti ta’ trasparenza;

(6)

regoli dettaljati dwar il-kalkolu tal-limiti ta’ żmien;

(7)

id-dettalji proċedurali u l-limiti ta’ żmien biex jiġu proposti impenji skont l-Artikolu 25 u 31 tar-Regolament (UE) 2022/2560.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“Partijiet notifikanti” għall-fini ta’ notifiki ta’ konċentrazzjonijiet tfisser persuni jew impriżi li huma meħtieġa jissottomettu notifika skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament (UE) 2022/2560.

(2)

“Persuni oħra involuti” għall-fini ta’ notifiki ta’ konċentrazzjonijiet tfisser persuni involuti fil-konċentrazzjoni proposta minbarra l-partijiet notifikanti, bħall-bejjiegħ u l-impriża jew parti mill-impriża li hija l-mira tal-konċentrazzjoni.

(3)

“Partijiet notifikanti” għall-fini ta’ notifiki u dikjarazzjonijiet rigward kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin fl-akkwist pubbliku tfisser l-operaturi ekonomiċi, il-gruppi ta’ operaturi ekonomiċi, is-subkuntratturi ewlenin u l-fornituri ewlenin kollha koperti mill-obbligu ta’ notifika f’konformità mal-Artikolu 29(5) tar-Regolament (UE) 2022/2560.

(4)

“Jiem ta’ xogħol” tfisser il-ġranet kollha minbarra s-Sibtijiet, il-Ħdud, u l-btajjel tal-Kummissjoni kif ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

KAPITOLU II

NOTIFIKI

Artikolu 3

Persuni intitolati li jissottomettu notifiki u dikjarazzjonijiet

1.   In-notifiki tal-konċentrazzjonijiet skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2022/2560 għandhom jiġu sottomessi mill-partijiet notifikanti kif imsemmija fl-Artikolu 2, il-punt 1. Kull parti notifikanti għandha tkun responsabbli għall-korrettezza tal-informazzjoni pprovduta minnha.

2.   In-notifiki u d-dikjarazzjonijiet fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku għandhom jiġu sottomessi lill-awtorità kontraenti jew lill-entità kontraenti mill-operatur ekonomiku, jew, fil-każ ta’ gruppi ta’ operaturi ekonomiċi, subkuntratturi ewlenin u fornituri ewlenin, il-kuntrattur ewlieni jew il-konċessjonarju ewlieni imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (UE) 2022/2560, f’ismu u f’isem kwalunkwe parti notifikanti waħda jew kollha imsemmija fl-Artikolu 2, il-punt 3. Kull parti notifikanti għandha tkun responsabbli biss għall-korrettezza tal-informazzjoni marbuta mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin li jkunu ngħatawlha.

3.   Meta n-notifiki jew id-dikjarazzjonijiet jkunu ffirmati mir-rappreżentanti esterni awtorizzati ta’ persuni jew ta’ impriżi, dawk ir-rappreżentanti għandhom jipproduċu prova bil-miktub li huma awtorizzati li jaġixxu.

Artikolu 4

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjonijiet

1.   In-notifiki tal-konċentrazzjonijiet skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2022/2560 għandhom jiġu sottomessi bl-użu tal-formola għan-notifika tal-konċentrazzjonijiet stabbilita fl-Anness I. In-notifiki konġunti skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament (UE) 2022/2560 għandhom jiġu sottomessi fuq formola waħda.

2.   Il-formoli għan-notifika tal-konċentrazzjonijiet u d-dokumenti ta’ sostenn rilevanti kollha għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 25.

3.   In-notifiki għandhom ikunu sottomessi f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Sakemm il-Kummissjoni u l-partijiet notifikanti ma jiftehmux mod ieħor, il-lingwa tan-notifika għandha tkun ukoll il-lingwa tal-proċedimenti, kif ukoll dik ta’ kwalunkwe proċediment amministrattiv sussegwenti quddiem il-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) 2022/2560 relatat mal-istess konċentrazzjoni. Id-dokumenti ta’ sostenn għandhom jiġu sottomessi fil-lingwa oriġinali tagħhom. Meta l-lingwa oriġinali ta’ dokument ma tkunx waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, għandha tiġi mehmuża traduzzjoni fil-lingwa tal-proċedimenti.

4.   Wara talba bil-miktub, il-Kummissjoni tista’ teżenta lil parti notifikanti rikjedenti mill-obbligu li tipprovdi kwalunkwe informazzjoni fil-formola ta’ notifika stabbilita fl-Anness I, inklużi dokumenti, jew minn kwalunkwe rekwiżit ieħor fil-formola ta’ notifika relatati ma’ din l-informazzjoni.

5.   Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tgħarraf bil-miktub lill-partijiet notifikanti, bil-wasla tan-notifika u ta’ kwalunkwe risposta għal ittra li tintbagħat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 6(2) u (3).

Artikolu 5

Notifiki u dikjarazzjonijiet ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ akkwist pubbliku

1.   In-notifiki ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ akkwist pubbliku għandhom jiġu sottomessi bl-użu tal-formola stabbilita fl-Anness II fuq formola waħda li jkun fiha l-informazzjoni rigward il-partijiet notifikanti kollha relatati ma’ offerta jew talba għal parteċipazzjoni waħda, lill-awtorità kontraenti jew lill-entità kontraenti inkarigata mill-proċedura ta’ akkwist pubbliku rilevanti f’konformità mal-Artikolu 29(1) tar-Regolament (UE) 2022/2560.

2.   Jekk, fil-proċeduri ta’ akkwist pubbliku li jilħqu l-limiti tal-Artikoli 28(1)(a) u 28(2) tar-Regolament (UE) 2022/2560, ma tkun ingħatat ebda kontribuzzjoni finanzjarja barranija notifikabbli fl-aħħar tliet (3) snin minn pajjiż terz lill-partijiet notifikanti, dawk il-partijiet iridu jissottomettu, minflok notifika, dikjarazzjoni. Id-dikjarazzjoni trid tiġi sottomessa bil-mod preskritt mill-intestatura 7 tal-Introduzzjoni u t-Taqsima 7 tal-Anness II fuq formola waħda, lill-awtorità kontraenti jew lill-entità kontraenti inkarigata mill-proċedura ta’ akkwist pubbliku rilevanti. F’konformità mal-Artikolu 4(3) u 29(1) tar-Regolament (UE) 2022/2560, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin li l-ammont totali tagħhom għal kull pajjiż terz ikun inqas mill-ammont ta’ għajnuna de minimis kif definita fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 1407/2013 matul il-perjodu konsekuttiv ta’ tliet snin qabel id-dikjarazzjoni, ma għandhomx għalfejn jiġu rrapportati fid-dikjarazzjoni.

3.   In-notifika, inklużi d-dokumenti ta’ sostenn rilevanti kollha, jew id-dikjarazzjoni għandhom jiġu ttrasferiti mill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 26.

4.   In-notifiki u d-dikjarazzjonijiet għandhom ikunu sottomessi lill-awtorità kontraenti jew lill-entità kontraenti f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Sakemm il-Kummissjoni u l-partijiet notifikanti ma jaqblux mod ieħor, il-lingwa tan-notifika jew tad-dikjarazzjoni għandha tkun ukoll il-lingwa tal-proċediment, kif ukoll dik ta’ kwalunkwe proċediment amministrattiv sussegwenti quddiem il-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) 2022/2560 relatat mal-istess proċedura ta’ akkwist pubbliku. Id-dokumenti ta’ sostenn għandhom jiġu sottomessi fil-lingwa oriġinali tagħhom. Meta l-lingwa oriġinali ta’ dokument ma tkunx waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, għandha tiġi mehmuża traduzzjoni fil-lingwa tal-proċedimenti.

5.   Il-Kummissjoni tista’, fuq talba bil-miktub mill-partijiet notifikanti, u filwaqt li tinforma lill-awtorità kontraenti jew lill-entità kontraenti inkarigata mill-proċedura tal-akkwist pubbliku, teżenta lil parti notifikanti rikjedenti mill-obbligu li tipprovdi kwalunkwe informazzjoni fil-formola ta’ notifika stabbilita fl-Anness II, inklużi dokumenti, jew minn kwalunkwe rekwiżit ieħor fil-formola ta’ notifika relatat ma’ dik l-informazzjoni.

6.   Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tgħarraf bil-miktub bil-wasla tan-notifika jew tad-dikjarazzjoni, u ta’ kwalunkwe tweġiba għal ittra mibgħuta mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7(1) u (3), lill-awtorità kontraenti jew lill-entità kontraenti inkarigata mill-proċedura tal-akkwist pubbliku, u tibgħat kopja tal-konferma tal-wasla lill-partijiet notifikanti jew lir-rappreżentanti esterni awtorizzati tagħhom.

Artikolu 6

Data effettiva tan-notifika f’konċentrazzjonijiet

1.   Skont l-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) 2022/2560, id-data effettiva ta’ notifika għandha tkun id-data li fiha l-Kummissjoni tirċievi notifika kompluta.

2.   Meta l-Kummissjoni ssib li l-informazzjoni, inklużi d-dokumenti, li jkun hemm fin-notifika ma tkunx kompluta, il-Kummissjoni għandha tinforma bil-miktub lill-partijiet notifikanti jew lir-rappreżentanti esterni awtorizzati tagħhom mingħajr dewmien. F’każijiet bħal dawn, in-notifika għandha tidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-informazzjoni kompluta tkun waslet għand il-Kummissjoni.

3.   Wara n-notifika, il-partijiet notifikanti għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien kwalunkwe informazzjoni rilevanti, inkluż tibdil materjali fil-fatti, li l-partijiet notifikanti kien ikollhom jinnotifikaw li kieku kienu jafu jew kellhom ikunu jafu dik l-informazzjoni fil-ħin tas-sottomissjoni tan-notifika. Jekk dik l-informazzjoni jista’ jkollha effett sinifikanti fuq il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-konċentrazzjoni nnotifikata, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra li n-notifika ssir effettiva biss fid-data li fiha tirċievi l-informazzjoni kkonċernata. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-partijiet notifikanti jew lir-rappreżentanti tagħhom b’dan bil-miktub mingħajr dewmien.

4.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-għoti ta’ informazzjoni skorretta jew qarrieqa għandu jitqies li jagħmel in-notifika mhux kompluta.

Artikolu 7

Data effettiva ta’ notifiki u dikjarazzjonijiet ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ akkwist pubbliku

1.   Fi proċeduri miftuħa ta’ akkwist pubbliku skont it-tifsira tal-Artikolu 27 tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), in-notifiki u d-dikjarazzjonijiet għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data li fiha jaslu għand il-Kummissjoni. Fi proċeduri ta’ akkwist pubbliku f’diversi stadji, in-notifika jew id-dikjarazzjoni sottomessa fl-istadju tas-sottomissjoni tat-talba għall-parteċipazzjoni, kif ukoll in-notifika aġġornata jew id-dikjarazzjoni aġġornata sottomessa fl-istadju tas-sottomissjoni tal-offerta finali skont l-Artikolu 29(1), l-aħħar sentenza, tar-Regolament (UE) 2022/2560, għandhom isiru effettivi fid-data li fiha jaslu għand il-Kummissjoni. Madankollu, jekk il-Kummissjoni ssib li l-informazzjoni, inklużi d-dokumenti, li jinsabu fin-notifika jew dikjarazzjoni rċevuta mhijiex kompluta, il-Kummissjoni għandha tinforma bil-miktub mingħajr dewmien lill-partijiet notifikanti jew lir-rappreżentanti esterni awtorizzati tagħhom. F’każijiet bħal dawn, in-notifika jew id-dikjarazzjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-informazzjoni kompluta skont l-Artikolu 29(4) tar-Regolament (UE) 2022/2560 tkun waslet għand il-Kummissjoni.

2.   Jekk l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti rilevanti teżerċita d-drittijiet tagħha skont l-Artikolu 56(3) tad-Direttiva 2014/24/UE jew l-Artikolu 76(4) tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), li titlob kjarifiki tan-notifika, tad-dikjarazzjoni, tan-notifika aġġornata jew tad-dikjarazzjoni aġġornata skont l-Artikolu 29(1), l-aħħar sentenza, u l-Artikolu 29(3) tar-Regolament (UE) 2022/2560, u tiddeċiedi li tirrifjuta l-offerta jew it-talba għall-parteċipazzjoni minħabba nuqqas ta’ kjarifiki jekk dawn ma jkunux ġew ipprovduti kif xieraq, in-notifika jew id-dikjarazzjoni għandha titqies li ma tkunx saret jew li ma ġietx ittrasferita lill-Kummissjoni.

3.   Wara s-sottomissjoni ta’ notifika, dikjarazzjoni, notifika aġġornata jew dikjarazzjoni aġġornata, il-partijiet notifikanti għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien kwalunkwe informazzjoni ġdida rilevanti, inkluż tibdil fil-fatti, li l-partijiet notifikanti kien ikollhom jinnotifikaw li kieku kienu jafu jew kellhom ikunu jafu dik l-informazzjoni fil-ħin tas-sottomissjoni tan-notifika jew dikjarazzjoni kompluta jew tan-notifika jew tad-dikjarazzjoni aġġornata. Jekk dik l-informazzjoni jista’ jkollha effett sinifikanti fuq il-valutazzjoni tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista’ tqis li n-notifika u d-dikjarazzjoni, in-notifika aġġornata jew id-dikjarazzjoni aġġornata jsiru effettivi biss fid-data li fiha tirċievi l-informazzjoni rilevanti. Il-Kummissjoni għandha tinforma bil-miktub u mingħajr dewmien lill-partijiet notifikanti tan-notifiki fil-kuntest tal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku jew lir-rappreżentanti esterni tagħhom, kif ukoll lill-awtorità kontraenti jew lill-entità kontraenti rilevanti dwar id-data tal-effettività.

4.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, u mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 17, 29 u 33 tar-Regolament (UE) 2022/2560, il-provvista ta’ informazzjoni skorretta jew qarrieqa għandu jitqies li jagħmel in-notifika mhux kompluta.

KAPITOLU III

INVESTIGAZZJONI MILL-KUMMISSJONI

Artikolu 8

Limitu ta’ żmien għas-sottomissjoni tal-kummenti wara l-ftuħ ta’ investigazzjoni fil-fond

1.   Meta l-Kummissjoni tiftaħ investigazzjoni fil-fond skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) 2022/2560, il-limitu ta’ żmien li fih l-impriża taħt investigazzjoni, kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra, Stati Membri u l-pajjiż terz li jkun ta s-sussidju barrani jistgħu jissottomettu l-kummenti bil-miktub tagħhom, għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni u normalment ma għandux jaqbeż xahar mid-data li fiha l-impriża taħt investigazzjoni tkun ġiet infurmata dwar id-deċiżjoni, jew mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż sommarju tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-każijiet l-oħra kollha. Il-kummenti għandhom jiġu sottomessi f’konformità mal-Artikoli 25 u 26.

2.   F’każijiet debitament ġustifikati, il-Kummissjoni tista’ testendi l-limitu stabbilit fil-paragrafu 1.

3.   Meta s-sottomissjoni tkun tinkludi informazzjoni kunfidenzjali, il-persuna sottomittenti għandha tipprovdi verżjoni mhux kunfidenzjali tas-sottomissjoni fl-istess ħin tal-verżjoni kunfidenzjali.

Artikolu 9

Intervisti

1.   Meta l-Kummissjoni tintervista persuna skont l-Artikolu 13(7) tar-Regolament (UE) 2022/2560, fil-bidu tal-intervista l-Kummissjoni għandha tiddikjara l-bażi legali u l-għan tal-intervista, u tinforma lill-persuna intervistata li se tiddokumenta l-intervista.

2.   Intervista mwettqa skont l-Artikolu 13(7) tar-Regolament (UE) 2022/2560 tista’ tiġi dokumentata fi kwalunkwe forma.

3.   Kopja tal-forma dokumentata tal-intervista għandha tkun disponibbli għall-persuna intervistata għall-kummenti f’limitu ta’ żmien stabbilit mill-Kummissjoni.

Artikolu 10

Dikjarazzjonijiet bil-fomm waqt l-ispezzjonijiet

1.   Meta l-uffiċjali jew persuni oħra li jakkumpanjawhom awtorizzati mill-Kummissjoni jsaqsu lir-rappreżentanti esterni awtorizzati jew lill-membri tal-persunal ta’ impriża jew ta’ assoċjazzjoni ta’ impriżi għal spjegazzjonijiet skont l-Artikolu 14(2), il-punt (c) jew l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2022/2560, dawk l-ispjegazzjonijiet jistgħu jiġu ddokumentati fi kwalunkwe forma.

2.   Kopja ta’ kwalunkwe dokumentazzjoni magħmula skont il-paragrafu 1 għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-impriża jew l-assoċjazzjoni ta’ impriżi kkonċernata wara l-ispezzjoni.

3.   Meta membru tal-persunal ta’ impriża jew assoċjazzjoni ta’ impriżi li mhuwiex awtorizzat jew ma kienx awtorizzat mill-impriża jew l-assoċjazzjoni ta’ impriżi biex jipprovdi spjegazzjonijiet f’isem l-impriża jew l-assoċjazzjoni tal-impriżi, ikun ipprovda spjegazzjonijiet lill-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien li fih l-impriża jew l-assoċjazzjoni tal-impriżi tkun tista’ tikkomunika lill-Kummissjoni xi bidla fl-ispjegazzjonijiet ipprovduti minn tali membru tal-persunal. Il-bidliet għandhom jiżdiedu mal-ispjegazzjonijiet kif iddokumentati skont il-paragrafu 1.

Artikolu 11

Informazzjoni mill-awtoritajiet kontraenti u mill-entitajiet kontraenti inkarigati mill-proċeduri tal-akkwist pubbliku

1.   L-obbligu tal-Istati Membri skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (UE) 2022/2560 li jipprovdu lill-Kummissjoni, fuq talba tagħha, bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex twettaq investigazzjonijiet skont ir-Regolament (UE) 2022/2560 jestendi, b’mod partikolari, għall-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti inkarigati mill-proċeduri tal-akkwist pubbliku rilevanti li jkollhom informazzjoni rilevanti għall-investigazzjoni.

2.   L-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti rilevanti għandha tittrasferixxi lill-Kummissjoni man-notifika l-kopji tad-dokumenti użati fit-tħejjija tad-dokumenti tal-akkwist, inkluż, jekk disponibbli, kwalunkwe riċerka u l-baġit intern għall-akkwist, kif ukoll il-kopji ta’ kwalunkwe dokument ieħor li l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti rilevanti tista’ tqis kruċjali għall-investigazzjoni. Meta l-partijiet notifikanti jissottomettu informazzjoni skont it-Taqsima 4 tal-Anness II, l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti rilevanti għandha tibgħat ukoll il-kopji tal-offerti kollha sottomessi relatati mal-proċedura ta’ akkwist pubbliku inkwistjoni. Meta l-offerti ma jkunux għadhom ġew sottomessi jew ma jkunux disponibbli fiż-żmien tan-notifika, il-kopji għandhom jiġu ttrasferiti lill-Kummissjoni hekk kif isiru disponibbli. Meta l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti rilevanti ma tittrasferixxix jew ma tkunx tista’ tittrasferixxi lill-Kummissjoni l-kopji tad-dokumenti kollha rilevanti għall-investigazzjoni, il-Kummissjoni għandha titlobha tittrasferixxi l-kopji tad-dokumenti speċifiċi rilevanti għall-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

Artikolu 12

Sottomissjoni ta’ informazzjoni dwar offerta indebitament vantaġġuża

1.   Sakemm ma jkunx diġà pprovdut mill-partijiet notifikanti fin-notifika tagħhom sottomessa skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2022/2560, il-ġustifikazzjonijiet u d-dokumenti ta’ sostenn relatati elenkati fil-formola stabbilita fl-Anness II, relatati mal-valutazzjoni tan-natura indebitament vantaġġuża ta’ offerta, għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni skont il-limiti ta’ żmien u l-format speċifikati fl-Artikolu 8 jistgħu jiġu sottomessi matul ir-rieżami preliminari.

2.   Meta l-partijiet notifikanti jiddeċiedu li jagħmlu użu mill-possibbiltà li jissottomettu ġustifikazzjonijiet, huma għandhom jakkumpanjaw din is-sottomissjoni bid-dokumenti ta’ sostenn relatati kollha elenkati fil-formola stabbilita fl-Anness II sabiex jissostanzjaw l-argumenti tagħhom.

3.   Meta tipprovdi dokumenti ta’ sostenn, l-impriża taħt investigazzjoni għandha tidentifika kwalunkwe informazzjoni li hija tqis bħala kunfidenzjali, għandha tiġġustifika debitament tali talba ta’ kunfidenzjalità, u għandha tipprovdi verżjoni separata mhux kunfidenzjali.

KAPITOLU IV

IMPENJI, TRASPARENZA U RAPPURTAR

Artikolu 13

Limiti ta’ żmien għas-sottomissjoni ta’ impenji fl-ambitu ta’ konċentrazzjonijiet notifikati

1.   Fir-rigward tal-konċentrazzjonijiet innotifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2022/2560, l-impenji offruti għal-finijiet ta’ deċiżjoni li għandha tiġi adottata skont l-Artikolu 25(3), il-punt (a) tar-Regolament (UE) 2022/2560 għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni mhux iktar tard minn 65 jum tax-xogħol mid-data li fiha tkun inbdiet l-investigazzjoni fil-fond skont l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (UE) 2022/2560.

2.   Meta, skont l-Artikolu 24(4) tar-Regolament (UE) 2022/2560, il-limitu ta’ żmien għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 25(3) tar-Regolament (UE) 2022/2560 jiġi estiż, il-limitu ta’ żmien ta’ 65 jum tax-xogħol għas-sottomissjoni tal-impenji għandu awtomatikament jiġi estiż bl-istess numru ta’ jiem tax-xogħol.

3.   F’ċirkostanzi eċċezzjonali, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra impenji avolja jkunu ġew offruti wara l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien rilevanti għas-sottomissjoni tagħhom kif stabbilit f’dan l-Artikolu. Meta tiddeċiedi jekk tikkunsidrax l-impenji offruti f’ċirkostanzi bħal dawn, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra b’mod partikolari l-ħtieġa li tikkonforma mal-proċedura ta’ kumitat imsemmija fl-Artikolu 48(2) tar-Regolament (UE) 2022/2560.

Artikolu 14

Limiti ta’ żmien għas-sottomissjoni ta’ impenji f’investigazzjonijiet fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ akkwist pubbliku

1.   Fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin innotifikati lill-Kummissjoni fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ akkwist pubbliku skont l-Artikolu 29(1) tar-Regolament (UE) 2022/2560, l-impenji offruti mill-operaturi ekonomiċi kkonċernati skont l-Artikolu 31(1) tar-Regolament (UE) 2022/2560 għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni fi żmien mhux iktar minn 50 jum ta’ xogħol mid-data li fiha tkun inbdiet l-investigazzjoni fil-fond. Skont l-ambitu tagħhom u wara konsultazzjoni mal-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti, l-impenji riċevuti mill-Kummissjoni jistgħu jitqiesu li jikkostitwixxu każ eċċezzjonali debitament ġustifikat għall-estensjoni tal-limitu ta’ żmien għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni biex tingħalaq l-investigazzjoni fil-fond fis-sens tal-Artikolu 30(5) tar-Regolament (UE) 2022/2560.

2.   F’ċirkostanzi eċċezzjonali, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra l-impenji offruti wara l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien stabbilit fil-paragrafu 1. Meta tiddeċiedi jekk tikkunsidrax l-impenji offruti f’ċirkostanzi bħal dawn, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra b’mod partikolari l-ħtieġa li tikkonforma mal-proċedura ta’ kumitat imsemmija fl-Artikolu 48(2) tar-Regolament (UE) 2022/2560.

Artikolu 15

Proċedura għas-sottomissjoni ta’ impenji

1.   L-impenji offruti mill-impriża taħt investigazzjoni għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 25 għal deċiżjoni skont l-Artikolu 25(3), il-punt (a) tar-Regolament (UE) 2022/2560 jew l-Artikolu 26 għal deċiżjoni skont l-Artikolu 31(1) tar-Regolament (UE) 2022/2560.

2.   Meta toffri impenji, l-impriża taħt investigazzjoni għandha fl-istess ħin tidentifika kwalunkwe informazzjoni li hija tqis bħala kunfidenzjali, għandha tiġġustifika debitament tali talba ta’ kunfidenzjalità, u għandha tipprovdi verżjoni mhux kunfidenzjali separata tal-impenji.

3.   Fil-proċedimenti skont il-Kapitoli 3 u 4 tar-Regolament (UE) 2022/2560, l-impenji għandhom jiġu ffirmati mill-partijiet notifikanti, kif ukoll minn kwalunkwe persuna oħra involuta li l-impenji jimponu obbligi fuqha.

Artikolu 16

Trasparanza u rappurtar

Meta jkun xieraq, il-Kummissjoni tista’, skont deċiżjoni magħmula wara investigazzjoni fil-fond skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2022/2560, timponi obbligi ta’ trasparenza u rappurtar fuq impriża skont l-Artikolu 7(5) u l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2022/2560. Tali obbligi jistgħu jikkonċernaw l-għoti ta’ informazzjoni relatata ma’ xi waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin riċevuti matul perjodu speċifikat ta’ żmien li jibda mill-jum wara d-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni li timponi dak l-obbligu;

(b)

il-parteċipazzjoni f’konċentrazzjonijiet jew fi proċeduri ta’ akkwist pubbliku (meta l-impriża taħt investigazzjoni tissottometti offerta fi proċedura miftuħa jew talba għal parteċipazzjoni fi proċedura ta’ akkwist pubbliku f’diversi stadji) matul perjodu speċifikat ta’ żmien li jibda mill-jum wara d-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni li timponi dak l-obbligu;

(c)

l-implimentazzjoni ta’ deċiżjoni b’impenji adottati skont l-Artikolu 11(3), l-Artikolu 25(3), il-punt (a) jew l-Artikolu 31(1) tar-Regolament (UE) 2022/2560, ta’ deċiżjoni b’miżuri ta’ rimedju adottati skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2022/2560, ta’ deċiżjoni li tipprojbixxi konċentrazzjoni adottata skont l-Artikolu 25(3) punt (c) tar-Regolament (UE) 2022/2560, jew ta’ deċiżjoni li tipprojbixxi l-għoti tal-kuntratt adottata skont l-Artikolu 31(2) tar-Regolament (UE) 2022/2560.

KAPITOLU V

SOTTOMISSJONI TA’ OSSERVAZZJONIJIET

Artikolu 17

Sottomissjoni ta’ osservazzjonijiet

1.   Meta l-Kummissjoni, skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2022/2560, tinforma lill-impriża taħt investigazzjoni bir-raġunijiet li abbażi tagħhom biħsiebha tadotta d-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien ta’ mhux inqas minn 10 ijiem ta’ ħidma li fih dik l-impriża tista’ tissottometti l-osservazzjonijiet tagħha bil-miktub. Il-Kummissjoni ma għandhiex tkun obbligata tqis sottomissjonijiet miktuba rċevuti wara l-iskadenza ta’ dak il-limitu ta’ żmien.

2.   L-impriża taħt investigazzjoni għandha tissottometti kwalunkwe osservazzjoni bil-miktub kif ukoll kwalunkwe dokument rilevanti li jiċċertifika l-fatti stabbiliti f’dawk l-osservazzjonijiet lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 25 u l-Artikolu 26.

3.   Meta l-Kummissjoni, skont l-Artikolu 42(2) tar-Regolament (UE) 2022/2560, tadotta deċiżjoni proviżorja dwar miżuri interim, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien li fih l-impriża taħt investigazzjoni tista’ tissottometti l-osservazzjonijiet tagħha dwar dik id-deċiżjoni bil-miktub. Ladarba l-impriża taħt investigazzjoni tkun issottomettiet l-osservazzjonijiet tagħha, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni finali dwar il-miżuri interim li tħassar, temenda jew tikkonferma d-deċiżjoni proviżorja. Meta l-impriża taħt investigazzjoni ma tkunx issottomettiet osservazzjonijiet bil-miktub fil-limitu ta’ żmien stabbilit mill-Kummissjoni, id-deċiżjoni proviżorja għandha ssir finali mal-iskadenza ta’ dak il-limitu ta’ żmien.

4.   Jekk ikun xieraq u fuq talba motivata magħmula mill-impriża taħt investigazzjoni qabel l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien il-Kummissjoni tista’ testendi l-limiti ta’ żmien stabbiliti skont il-paragrafi 1 u 3.

KAPITOLU VI

UŻU TA’ INFORMAZZJONI U TRATTAMENT TA’ INFORMAZZJONI KUNFIDENZJALI

Artikolu 18

Użu ta’ informazzjoni mill-Kummissjoni

1.   Skont l-Artikolu 43(1) tar-Regolament (UE) 2022/2560 fornitur tal-informazzjoni jista’ jaqbel li l-Kummissjoni tkun intitolata tuża l-informazzjoni miksuba skont dak ir-Regolament għal finijiet oħra għajr dawk li għalihom l-informazzjoni tkun oriġinarjament inkisbet mill-Kummissjoni.

2.   Jekk il-fornitur tal-informazzjoni jipprovdi eżenzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 43(1) tar-Regolament (UE) 2022/2560, il-fornitur tal-informazzjoni għandu jindika liema informazzjoni speċifika jippermetti li tintuża għal finijiet oħra għajr dawk li għalihom tkun inkisbet l-informazzjoni u jipprovdi r-raġunijiet għaliex dik l-informazzjoni hija rilevanti għal dawk il-finijiet l-oħra, inkluż fl-applikazzjoni ta’ atti oħra tal-Unjoni.

3.   Jekk il-Kummissjoni titlob lill-fornitur tal-informazzjoni biex jipprovdi eżenzjoni skont l-Artikolu 43(1) tar-Regolament (UE) 2022/2560, il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-informazzjoni koperta minn dik it-talba u l-għanijiet li għalihom biħsiebha tuża dik l-informazzjoni. L-użu ta’ dik l-informazzjoni mill-Kummissjoni ma għandux imur lil hinn mill-finijiet indikati mill-Kummissjoni u maqbula mill-fornitur.

Artikolu 19

Identifikazzjoni u protezzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzali

1.   Sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2022/2560 u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 6, il-Kummissjoni la għandha tiżvela u lanqas tagħti aċċess għal informazzjoni, inklużi dokumenti, jekk din ikun fiha sigrieti kummerċjali jew informazzjoni kunfidenzjali oħra.

2.   Meta titlob informazzjoni skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2022/2560, tintervista persuna skont l-Artikolu 13(7) tar-Regolament (UE) 2022/2560, jew titlob spjegazzjonijiet bil-fomm matul l-ispezzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 14 u l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2022/2560, il-Kummissjoni għandha tinforma lil tali persuni, impriżi jew assoċjazzjonijiet ta’ impriżi li billi jipprovdu informazzjoni lill-Kummissjoni huma jaqblu li jista’ jingħata aċċess għal dik l-informazzjoni skont l-Artikolu 20. Meta l-Kummissjoni tirċievi informazzjoni mingħand fornituri tal-informazzjoni b’xi mod ieħor, hija għandha tinforma lil dawn il-fornituri tal-informazzjoni li l-aċċess għall-informazzjoni li jipprovdu jista’ jingħata skont l-Artikolu 20.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8 u l-Artikolu 15, il-Kummissjoni tista’ titlob, f’limitu ta’ żmien speċifikat, lill-fornituri tal-informazzjoni li jipprovdu dokumenti jew informazzjoni oħra skont ir-Regolament (UE) 2022/2560:

(a)

biex jidentifikaw id-dokumenti jew partijiet minn dokumenti, jew informazzjoni oħra, li huma jqisu li fihom sigrieti kummerċjali jew informazzjoni kunfidenzjali oħra;

(b)

biex jidentifikaw il-persuni li fir-rigward tagħhom dawn id-dokumenti jew informazzjoni oħra huma kkunsidrati bħala kunfidenzjali;

(c)

biex jissostanzjaw it-talbiet tagħhom għal sigrieti kummerċjali u informazzjoni kunfidenzjali oħra għal kull dokument jew parti minn dokument, jew informazzjoni oħra;

(d)

biex jipprovdu lill-Kummissjoni b’verżjoni mhux kunfidenzjali tad-dokumenti jew partijiet ta’ dokumenti, jew informazzjoni oħra, li fiha s-sigrieti kummerċjali u informazzjoni kunfidenzjali oħra jiġu redatti b’mod ċar u li jinftiehem;

(e)

biex jipprovdu deskrizzjoni konċiża, mhux kunfidenzjali u ċara ta’ kull biċċa informazzjoni redatta.

4.   Il-Kummissjoni għandha tirrikjedi li impriża taħt investigazzjoni tidentifika, f’limitu ta’ żmien speċifikat, il-partijiet ta’ avviż sommarju skont l-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) 2022/2560 jew ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 11, l-Artikolu 25 l-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2022/2560, li hija tqis li jkun fihom sigrieti kummerċjali jew informazzjoni kunfidenzjali oħra qabel ma l-avviż sommarju jew id-deċiżjoni tiġi ppubblikata. Meta s-sigrieti kummerċjali jew informazzjoni kunfidenzjali oħra jkunu identifikati, l-impriża taħt investigazzjoni għandha tiġġustifika dik l-identifikazzjoni fil-limitu ta’ żmien stabbilit mill-Kummissjoni.

5.   Meta fornitur tal-informazzjoni jew impriża taħt investigazzjoni jonqsu milli jidentifikaw l-informazzjoni li huma jqisu bħala kunfidenzjali skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 3 u 4, il-Kummissjoni tista’ tassumi li l-informazzjoni kkonċernata ma fihiex informazzjoni kunfidenzjali.

6.   Jekk il-Kummissjoni tqis li ċerta informazzjoni li tiġi ddikjarata kunfidenzjali minn fornitur tal-informazzjoni jew mill-impriża li tkun qed tiġi investigata tista’ tiġi żvelata, minħabba li din l-informazzjoni ma tikkostitwixxix sigriet kummerċjali jew informazzjoni kunfidenzjali oħra, jew minħabba li jkun hemm interess prevalenti fl-iżvelar tagħha, hija għandha tinforma lill-fornitur tal-informazzjoni jew lill-impriża li tkun qed tiġi investigata bl-intenzjoni tagħha li tiżvela tali informazzjoni. Jekk il-fornitur tal-informazzjoni jew l-impriża li tkun qed tiġi investigata joġġezzjonaw fi żmien ħamest (5) jum tax-xogħol wara li jkunu ġew infurmati dwar l-intenzjonijiet tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni li tispeċifika d-data minn meta se tiġi żvelata l-informazzjoni jew, fil-każ tal-paragrafu 4, ippubblikata fl-avviż sommarju jew id-deċiżjoni. Din id-data ma għandhiex tkun inqas minn ħamest (5) ijiem tax-xogħol mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Id-Deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-persuna fiżika jew ġuridika kkonċernata.

7.   Dan l-Artikolu ma għandux iwaqqaf lill-Kummissjoni milli tuża u tiżvela sa fejn neċessarju, l-informazzjoni li turi l-eżistenza ta’ sussidju barrani distorsiv.

KAPITOLU VII

AĊĊESS GĦALL-FAJL

Artikolu 20

Aċċess għall-fajl tal-Kummissjoni u l-użu ta’ dokumenti

1.   Wara li l-Kummissjoni tinforma lill-impriża taħt investigazzjoni dwar ir-raġunijiet li abbażi tagħhom il-Kummissjoni biħsiebha tadotta deċiżjoni, l-impriża li tkun qed tiġi investigata tista’ titlob aċċess għall-fajl tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 42(4) tar-Regolament (UE) 2022/2560.

2.   Id-dritt ta’ aċċess għall-fajl tal-Kummissjoni ma għandux jestendi għal:

(a)

dokumenti interni tal-Kummissjoni;

(b)

dokumenti interni tal-awtoritajiet tal-Istati Membri jew ta’ pajjiżi terzi, inklużi l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni u l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti;

(c)

korrispondenza bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-Istati Membri jew pajjiżi terzi, inklużi l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni u l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti;

(d)

korrispondenza bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi.

3.   Meta tipprovdi aċċess għall-fajl, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-impriża taħt investigazzjoni b’verżjoni mhux kunfidenzjali tad-dokumenti kollha msemmija fir-raġunijiet li abbażi tagħhom il-Kummissjoni biħsiebha tadotta deċiżjoni.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 2 u 5, il-Kummissjoni għandha tipprovdi wkoll aċċess għad-dokumenti kollha fil-fajl tagħha, mingħajr ebda redazzjoni għall-kunfidenzjalità, skont it-termini ta’ żvelar li għandhom jiġu stabbiliti f’deċiżjoni tal-Kummissjoni. It-termini tal-iżvelar għandhom jiġu ddeterminati skont dan li ġej:

(a)

L-aċċess għad-dokumenti skont dan il-paragrafu għandu jingħata biss lil numru limitat ta’ konsulenti legali u ekonomiċi esterni u esperti tekniċi esterni speċifikati mqabbda mill-impriża taħt investigazzjoni u li l-ismijiet tagħhom ikunu ġew ikkomunikati lill-Kummissjoni minn qabel.

(b)

Il-konsulenti legali u ekonomiċi esterni u l-esperti tekniċi esterni speċifikati jridu jkunu impriżi, impjegati ta’ impriżi jew f’sitwazzjoni komparabbli ma’ dik tal-impjegati tal-impriżi. Kollha kemm huma għandhom ikunu marbuta bit-termini tal-iżvelar.

(c)

Il-persuni elenkati bħala konsulenti legali u ekonomiċi esterni u esperti tekniċi esterni speċifikati ma jistgħux, fid-data tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi t-termini ta’ divulgazzjoni, ikunu f’relazzjoni ta’ impjieg mal-impriża taħt investigazzjoni jew bħala parti mill-maniġement tagħha jew f’sitwazzjoni komparabbli ma’ dik ta’ impjegat jew maniġer tal-impriża taħt investigazzjoni. Jekk il-konsulent legali jew ekonomiku estern jew l-espert tekniku estern speċifikati sussegwentement jidħlu f’tali relazzjoni mal-impriża taħt investigazzjoni matul l-investigazzjoni jew matul it-tliet (3) snin wara t-tmiem tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni, il-konsulent legali jew ekonomiku estern jew l-espert tekniku estern speċifikat u l-impriża li tkun qed tiġi investigata għandhom jinformaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni dwar it-termini ta’ tali relazzjoni. Il-konsulent legali jew ekonomiku estern jew l-espert tekniku estern speċifikati għandhom jipprovdu wkoll lill-Kummissjoni b’assigurazzjoni li ma għadx għandhom aċċess għall-informazzjoni jew għad-dokumenti fil-fajl li aċċessaw skont dan il-paragrafu li ma kinux saru disponibbli għall-impriża taħt investigazzjoni mill-Kummissjoni. Huma għandhom jipprovdu wkoll assigurazzjonijiet lill-Kummissjoni li se jkomplu jikkonformaw mar-rekwiżiti msemmija fil-punti (d) u (e) ta’ dan il-paragrafu.

(d)

Il-konsulenti legali u ekonomiċi esterni u l-esperti tekniċi esterni speċifikati ma għandhom jiżvelaw l-ebda wieħed mid-dokumenti pprovduti jew il-kontenut tagħhom lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li ma tkunx marbuta bit-termini tal-iżvelar.

(e)

Il-konsulenti legali u ekonomiċi esterni u l-esperti tekniċi esterni speċifikati ma għandhom jużaw l-ebda wieħed mid-dokumenti pprovduti jew il-kontenut tagħhom ħlief għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 10 hawn taħt.

5.   Il-Kummissjoni għandha tispeċifika, f’termini ta’ żvelar, il-mezzi tekniċi tal-iżvelar u t-tul ta’ żmien tiegħu. L-iżvelar jista’ jsir b’mezzi elettroniċi lill-konsulent legali u ekonomiku speċifikat u lill-esperti tekniċi jew (għal xi wħud mid-dokumenti jew id-dokumenti kollha) fil-bini tal-Kummissjoni biss. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li ma tagħtix aċċess skont it-termini tal-iżvelar imsemmija fil-paragrafu 4 għal ċerti dokumenti jew li tagħti aċċess għal dokumenti parzjalment redatti jekk tqis li l-ħsara li l-fornitur tal-informazzjoni x’aktarx isofri mill-iżvelar skont it-termini tal-iżvelar, meta jitqies il-bilanċ, tegħleb l-importanza tal-iżvelar tad-dokument sħiħ għall-eżerċizzju tad-dritt li wieħed jinstema’. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, il-Kummissjoni se twettaq valutazzjoni simili dwar l-importanza tal-iżvelar meta tqis jekk għandhiex bżonn tiżvela jew tiżvela parzjalment korrispondenza bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri jew ta’ pajjiżi terzi u tipi oħra ta’ dokumenti sensittivi pprovduti mill-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri jew ta’ pajjiżi terzi. Qabel l-iżvelar ta’ tali korrispondenza jew dokumenti, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz.

6.   Il-konsulenti legali u ekonomiċi esterni u l-esperti tekniċi esterni speċifikati msemmija fil-paragrafu 4, l-ittra (a) jistgħu, fi żmien ġimgħa minn meta jirċievu l-aċċess skont it-termini tal-iżvelar, jagħmlu talba motivata lill-Kummissjoni għal aċċess għal verżjoni mhux kunfidenzjali ta’ kwalunkwe dokument fil-fajl tal-Kummissjoni li ma jkunx diġà pprovdut lill-impriża taħt investigazzjoni skont il-paragrafu 3, bil-ħsieb li dak id-dokument isir disponibbli għall-impriża taħt investigazzjoni. Jew jistgħu jagħmlu talba motivata għal estensjoni tat-termini tal-iżvelar għal konsulenti legali u ekonomiċi esterni jew esperti tekniċi esterni speċifikati oħrajn. Tali aċċess addizzjonali għal verżjoni mhux kunfidenzjali ta’ dokumenti jew estensjoni għal individwi addizzjonali jista’ jingħata biss b’mod eċċezzjonali, u sakemm jintwera li huwa essenzjali għall-eżerċizzju xieraq tad-drittijiet ta’ difiża tal-impriża taħt investigazzjoni.

7.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafi 5 jew 6, il-Kummissjoni tista’ titlob li l-fornitur tal-informazzjoni li jkun issottometta d-dokumenti rilevanti jipprovdi verżjoni mhux kunfidenzjali tad-dokumenti skont l-Artikolu 19(3).

8.   Jekk il-Kummissjoni tqis li xi waħda mit-talbiet skont il-paragrafu 6 ikollha bażi soda fid-dawl tal-ħtieġa li tiżgura li l-impriża taħt investigazzjoni tkun f’pożizzjoni li teżerċita d-drittijiet tad-difiża tagħha b’mod effettiv, il-Kummissjoni għandha tagħmel verżjoni mhux kunfidenzjali tad-dokument disponibbli għall-impriża li tkun qed tiġi investigata jew tadotta deċiżjoni li testendi t-termini tal-iżvelar għad-dokumenti inkwistjoni.

9.   Fi kwalunkwe ħin matul il-proċedura, minflok il-metodu tal-għoti ta’ aċċess għall-fajl skont il-paragrafu 4 hawn fuq jew flimkien miegħu, il-Kummissjoni tista’ tagħti aċċess għal xi wħud mid-dokumenti jew għad-dokumenti kollha redatti skont l-Artikolu 19(3) sabiex jiġi evitat dewmien sproporzjonat jew piż amministrattiv.

10.   L-informazzjoni miksuba permezz tal-aċċess għall-fajl għandha tintuża biss għall-finijiet tal-proċedimenti rilevanti għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2022/2560.

KAPITOLU VIII

LIMITI TA’ ŻMIEN

Artikolu 21

Limiti ta’ żmien

1.   Il-limiti ta’ żmien previsti fir-Regolament (UE) 2022/2560 jew f’dan ir-Regolament jew stabbiliti mill-Kummissjoni skonthom, għandhom jiġu kkalkulati skont ir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill (4), u r-regoli speċifiċi stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 22. Fil-każ ta’ konflitt, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom jipprevalu.

2.   Il-limiti ta’ żmien għandhom jibdew fil-jum tax-xogħol li jsegwi l-avveniment li għalih tirriferi d-dispożizzjoni rilevanti tar-Regolament (UE) 2022/2560 jew ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 22

Skadenza tal-limiti ta’ żmien

1.   Il-limitu ta’ żmien ikkalkolat f’jiem tax-xogħol għandu jiskadi fit-tmiem tal-aħħar jum tax-xogħol tiegħu.

2.   Il-limitu ta’ żmien stabbilit mill-Kummissjoni f’termini ta’ data kalendarja għandu jiskadi fi tmiem dak il-jum.

Artikolu 23

Sospensjoni ta’ limiti ta’ żmien f’konċentrazzjonijiet

1.   Il-Kummissjoni tista’ tissospendi l-limiti ta’ żmien imsemmija fl-Artikolu 24(1), il-punti (a) u (b) tar-Regolament (UE) 2022/2560, skont l-Artikolu 24(5) tar-Regolament (UE) 2022/2560, jew, għal xi waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

(a)

l-informazzjoni li l-Kummissjoni tkun talbet skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) 2022/2560 mill-partijiet notifikanti jew minn kwalunkwe persuna oħra involuta ma tkunx ipprovduta jew ma tkunx ipprovduta kompletament fil-limitu ta’ żmien stabbilit mill-Kummissjoni;

(b)

l-informazzjoni li l-Kummissjoni tkun talbet skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (UE) 2022/2560 minn impriżi jew assoċjazzjonijiet ta’ impriżi oħra ma tkunx ipprovduta jew ma tkunx ipprovduta kompletament fil-limitu ta’ żmien stabbilit mill-Kummissjoni minħabba ċirkostanzi li għalihom tkun responsabbli waħda mill-partijiet notifikanti jew kwalunkwe persuna oħra involuta;

(c)

waħda mill-partijiet notifikanti jew kwalunkwe persuna oħra involuta tkun irrifjutat li tissottometti ruħha għal spezzjoni li trid issir mill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 14(1) u ordnata b’deċiżjoni skont l-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE) 2022/2560 jew li tikkoopera fit-twettiq ta’ tali spezzjoni f’konformità mal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) 2022/2560;

(d)

il-partijiet notifikanti jkunu naqsu milli jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-informazzjoni rilevanti, inklużi bidliet fil-fatti tat-tip imsemmi fl-Artikolu 6(3).

2.   Meta l-Kummissjoni, skont il-paragrafu 1, tissospendi limitu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 24(1), il-punti (a) u (b) tar-Regolament (UE) 2022/2560, il-limitu ta’ żmien għandu jiġi sospiż fil-każijiet imsemmija fi:

(a)

il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, għall-perjodu bejn l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien stabbilita fit-talba għal informazzjoni, u l-wasla tal-informazzjoni kompluta u korretta meħtieġa, jew il-mument meta l-Kummissjoni tinforma lill-partijiet notifikanti jew lil kwalunkwe persuna involuta li, fid-dawl tar-riżultati tar-rieżami li għaddej tagħha jew tal-iżviluppi tas-suq, l-informazzjoni mitluba ma tkunx iktar meħtieġa;

(b)

il-punt (c) tal-paragrafu 1, għall-perjodu bejn it-tentattiv li ma rnexxiex li titwettaq l-ispezzjoni u t-tlestija effettiva tal-ispezzjoni ordnata b’deċiżjoni jew il-mument meta l-Kummissjoni tinforma lill-partijiet notifikanti jew lil kwalunkwe persuna oħra involuta li, fid-dawl tar-riżultati tal-investigazzjoni tagħha li tkun għaddejja jew tal-iżviluppi tas-suq, l-ispezzjoni ordnata ma tkunx għadha meħtieġa;

(c)

il-punt (d) tal-paragrafu 1, għall-perjodu bejn iż-żmien meta l-Kummissjoni kellha tiġi informata dwar informazzjoni rilevanti, inklużi bidliet fil-fatti, u l-wasla tal-informazzjoni sħiħa u korretta meħtieġa, jew il-mument meta l-Kummissjoni tinforma lill-partijiet notifikanti li, fid-dawl tar-riżultati tal-investigazzjoni tagħha li tkun għaddejja jew tal-iżviluppi tas-suq, l-informazzjoni ma għadhiex meħtieġa.

3.   Is-sospensjoni tal-limitu ta’ żmien għandha tibda fil-jum tax-xogħol ta’ wara d-data li fiha okkorra l-avveniment li kkawża s-sospensjoni. Dan għandu jiskadi fi tmiem il-jum meta r-raġuni għas-sospensjoni tkun tneħħiet. Meta tali jum ma jkunx jum tax-xogħol, is-sospensjoni tal-limitu taż-żmien għandha tiskadi fi tmiem il-jum tax-xogħol li jkun imiss.

4.   Il-Kummissjoni għandha tipproċessa fi żmien raġonevoli d-data kollha li tkun irċeviet fil-qafas tal-investigazzjoni tagħha li tista’ tippermettilha tqis li l-informazzjoni mitluba jew spezzjoni ordnata ma jkunux iktar meħtieġa, fis-sens tal-paragrafu 2, il-punti (a), (b) u (c).

Artikolu 24

Sospensjoni tal-limiti ta’ żmien matul rieżamijiet preliminari fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ akkwist pubbliku

Meta l-Kummissjoni tissospendi l-limitu ta’ żmien għar-rieżami preliminari skont l-Artikolu 30(6) tar-Regolament (UE) 2022/2560, dik is-sospensjoni għandha tibda fil-jum tax-xogħol wara l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien ta’ 20 jum tax-xogħol. Hija għandha tiskadi fi tmiem il-jum li fih tkun ġiet ippreżentata n-notifika aġġornata kompluta lill-Kummissjoni. Meta tali jum ma jkunx jum tax-xogħol, is-sospensjoni tal-limitu taż-żmien għandha tiskadi fit-tmiem tal-jum tax-xogħol segwenti.

KAPITOLU IX

TRAŻMISSJONI U FIRMA TA’ DOKUMENTI

Artikolu 25

Trażmissjoni u firma ta’ dokumenti f’konċentrazzjonijiet

1.   It-trażmissjoni ta’ dokumenti lill-Kummissjoni u mingħandha skont ir-Regolament (UE) 2022/2560 u dan ir-Regolament għandha ssir permezz ta’ mezzi diġitali, ħlief meta l-Kummissjoni eċċezzjonalment tippermetti l-użu tal-mezzi identifikati fil-paragrafi (6) u (7).

2.   Meta tkun meħtieġa firma, id-dokumenti sottomessi lill-Kummissjoni permezz ta’ mezzi diġitali għandhom jiġu ffirmati bl-użu ta’ mill-inqas Firma Elettronika Kwalifikata waħda (Qualified Electronic Signature, QES) li tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

3.   L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dwar il-mezzi ta’ trażmissjoni u l-firma jistgħu jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jsiru disponibbli fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni tal-Kummissjoni.

4.   Bl-eċċezzjoni tal-formola inkluża fl-Anness I, id-dokumenti kollha trażmessi b’mod elettroniku lill-Kummissjoni f’jum tax-xogħol għandhom jitqiesu li jkunu waslu dakinhar li ntbagħtu, dment li konferma tar-riċevuta turi fil-kronogramma tagħha li jkunu waslu dakinhar. Il-formola inkluża fl-Anness I trażmessa permezz ta’ mezzi diġitali lill-Kummissjoni f’jum tax-xogħol għandha titqies li tkun waslet dakinhar li ntbagħtet, dment li konferma tar-riċevuta turi fil-kronogramma tagħha li tkun waslet dakinhar qabel jew matul il-ħinijiet tal-ftuħ indikati fuq is-sit web tad-DĠ Kompetizzjoni. Il-formola inkluża fl-Anness I trażmessa b’mezzi diġitali lill-Kummissjoni f’jum tax-xogħol wara l-ħinijiet tal-ftuħ indikati fuq is-sit web tad-DĠ Kompetizzjoni għandha titqies li tkun waslet fil-jum tax-xogħol li jkun imiss. Id-dokumenti kollha trażmessi elettronikament lill-Kummissjoni barra ġurnata tax-xogħol għandhom jitqiesu li jkunu waslu fil-jum tax-xogħol li jkun imiss.

5.   Id-dokumenti trażmessi elettronikament lill-Kummissjoni ma għandhomx jitqiesu li jkunu waslu jekk id-dokumenti jew partijiet minnhom:

(a)

ikunu inoperabbli jew ma jkunux jistgħux jintużaw (korrotti);

(b)

ikun fihom viruses, malware jew theddid ieħor;

(c)

ikun fihom firem elettroniċi li l-validità tagħhom ma tistax tiġi vverifikata mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-mittent mingħajr dewmien jekk isseħħ waħda miċ-ċirkostanzi msemmija fil-punti (a), (b) jew (c).

6.   Id-dokumenti mibgħuta lill-Kummissjoni bil-posta rreġistrata għandhom jitqiesu li jkunu waslu fil-jum tal-wasla tagħhom fl-indirizz ippubblikat fid-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni tal-Kummissjoni.

7.   Id-dokumenti trażmessi lill-Kummissjoni permezz ta’ kunsinna bl-idejn għandhom jitqiesu li ġew irċevuti fil-jum tal-wasla tagħhom fl-indirizz ippubblikat fis-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni tal-Kummissjoni, dment li dan jiġi kkonfermat f’konferma ta’ riċevuta mill-Kummissjoni.

Artikolu 26

Trażmissjoni u firma ta’ dokumenti fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ akkwist pubbliku (notifiki u ex officio)

1.   It-trażmissjoni ta’ dokumenti fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ akkwist pubbliku lill-Kummissjoni u mingħandha skont ir-Regolament (UE) 2022/2560 u dan ir-Regolament għandha ssir permezz ta’ mezzi diġitali, ħlief meta l-Kummissjoni eċċezzjonalment tippermetti l-użu tal-mezzi identifikati fil-paragrafi (5) u (6).

2.   Fi proċedimenti dwar sussidji barranin fil-kuntest ta’ proċeduri tal-akkwist pubbliku, l-użu ta’ Firma Elettronika Kwalifikata (QES) li tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 910/2014 ma għandux ikun obbligatorju. In-notifika jew id-dikjarazzjoni għandha tiġi ffirmata mill-partijiet notifikanti kollha taħt l-obbligu li jinnotifikaw fil-kuntest tan-notifiki fl-akkwist pubbliku.

3.   L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dwar il-mezzi ta’ trażmissjoni u l-firma jistgħu jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jsiru disponibbli fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs tal-Kummissjoni.

4.   Meta jiġu ffirmati d-dokumenti u jiġu trażmessi lill-Kummissjoni fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ akkwist pubbliku, l-Artikolu 25(4) u (5) għandu japplika b’analoġija.

5.   Id-dokumenti mibgħuta lill-Kummissjoni bil-posta rreġistrata għandhom jitqiesu li jkunu waslu fil-jum tal-wasla tagħhom fl-indirizz ippubblikat fid-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs tal-Kummissjoni.

6.   Id-dokumenti mibgħuta lill-Kummissjoni permezz ta’ kunsinna bl-idejn għandhom jitqiesu li ġew irċevuti fil-jum tal-wasla tagħhom fl-indirizz ippubblikat fis-sit web tad-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs tal-Kummissjoni, dment li dan jiġi kkonfermat f’konferma ta’ riċevuta mill-Kummissjoni.

KAPITOLU X

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 27

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 330, 23.12.2022, p. 1.

(2)  Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

(3)  Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).

(4)  Ir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill tat-3 ta’ Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti ta’ żmien (ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).


ANNESS I

Il-formola FS-CO li tirrigwarda n-notifika ta’ konċentrazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2022/2560

Werrej

1.

L-iskop tal-Formola FS-CO 18

2.

Tipi ta’ informazzjoni meħtieġa mill-formola FS-CO 18

3.

Informazzjoni li mhijiex raġonevolment disponibbli 19

4.

Informazzjoni li mhijiex meħtieġa għall-eżami tal-każ mill-Kummissjoni 19

5.

Kuntatti ta’ qabel in-notifika u talbiet għal rinunzja 20

6.

Ir-rekwiżit għal notifika korretta u sħiħa 20

7.

Kif tinnotifika 21

8.

Kunfidenzjalità u Data Personali 21

9.

Definizzjonijiet u struzzjonijiet għall-finijiet ta’ din il-Formola FS-CO 22

TAQSIMA 1:

Deskrizzjoni tal-konċentrazzjoni 22

TAQSIMA 2:

Informazzjoni dwar il-partijiet 22

TAQSIMA 3:

Dettalji tal-konċentrazzjoni, sjieda u kontroll 23

TAQSIMA 4:

Livelli limiti tan-notifika 24

TAQSIMA 5:

Kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin 25

TAQSIMA 6:

Impatt fuq is-suq intern tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin fil-konċentrazzjoni 27

TAQSIMA 7:

Effetti pożittivi possibbli 28

TAQSIMA 8:

Dokumentazzjoni ta’ sostenn 28

TAQSIMA 9:

Attestazzjoni 29

INTRODUZZJONI

1.   L-iskop tal-Formola FS-CO

(1)

Il-Formola FS-CO tispeċifika l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta mill-parti(jiet) notifikanti meta jissottomettu notifika lill-Kummissjoni ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni fil-kuntest tas-sistema ta’ kontroll tas-sussidji barranin tal-Unjoni. Is-sistema ta’ kontroll tas-sussidji barranin tal-Unjoni hija stabbilita fir-Regolament (UE) 2022/2560 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) u fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1441 dwar arranġamenti dettaljati għat-tmexxija ta’ proċedimenti mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) 2022/2560 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sussidji barranin li joħolqu distorsjoni fis-suq intern (ir-“Regolament ta’ Implimentazzjoni”) (2), li miegħu hija annessa din il-FS-CO.

2.   Tipi ta’ informazzjoni meħtieġa mill-formola FS-CO

(2)

Il-Formola CO titlob l-informazzjoni li ġejja:

(a)

Informazzjoni bażika li fil-prinċipju hija meħtieġa għall-valutazzjoni tal-konċentrazzjonijiet kollha (it-Taqsimiet 1 sa 4).

(b)

Informazzjoni dwar kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin riċevuti mill-partijiet skont l-Artikolu 20(3), il-punt (b) tar-Regolament (UE) 2022/2560 (it-Taqsima 5). B’mod partikolari, skont it-Taqsima 5 tal-Formola FS-CO, tintalab informazzjoni dettaljata dwar kull waħda mill-kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin daqs jew iktar minn EUR 1 miljun mogħtija lill-partijiet tal-konċentrazzjoni fit-tliet snin qabel il-konklużjoni tal-ftehim, it-tħabbir tas-sejħa pubblika jew l-akkwiżizzjoni ta’ interess kontrollanti li jistgħu jaqgħu f’xi waħda mill-kategoriji tal-Artikolu 5(1), il-punti (a) sa (d) tar-Regolament (UE) 2022/2560. Fir-rigward ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin oħra, il-Formola FS-CO teħtieġ ħarsa ġenerali lejn id-diversi tipi ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji daqs jew aktar minn EUR 1 miljun mogħtija lill-parti(jiet) notifikanti fit-tliet snin qabel il-konklużjoni tal-ftehim, it-tħabbir tal-offerta pubblika jew l-akkwiżizzjoni ta’ interess kontrollanti skont l-istruzzjonijiet ipprovduti fit-Tabella 1. Il-Kummissjoni tista’, fuq bażi ta’ każ b’każ, titlob informazzjoni aktar dettaljata dwar kwalunkwe wieħed mit-tipi ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji inklużi fit-tweġiba għall-mistoqsijiet fit-Taqsima 5 u fit-Tabella 1, jew dwar kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja barranija oħra riċevuta mill-parti(jiet) għall-konċentrazzjoni. Fi kwalunkwe każ, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin kollha mogħtija lill-partijiet tal-konċentrazzjoni fl-aħħar tliet snin qabel il-konklużjoni tal-ftehim, it-tħabbir tas-sejħa pubblika jew l-akkwiżizzjoni ta’ interess kontrollanti jridu jitqiesu għall-finijiet tad-determinazzjoni jekk il-livell limitu tan-notifika skont l-Artikolu 20(3)(b) tar-Regolament (UE) 2022/2560 intlaħaqx, irrispettivament minn jekk tintalabx xi informazzjoni dwarhom skont it-Taqsima 5.

(c)

Informazzjoni meħtieġa biex jiġi vvalutat jekk il-kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin fil-konċentrazzjoni jistgħux joħolqu distorsjoni fis-suq intern skont it-tifsira tal-Artikoli 4 jew 5 tar-Regolament (UE) 2022/2560 (kemm fir-rigward tal-proċess tal-akkwist kif ukoll fir-rigward tal-attivitajiet li se jwettqu l-partijiet tal-konċentrazzjoni) (it-Taqsimiet 6).

(d)

Informazzjoni dwar l-effetti pożittivi possibbli tas-sussidji barranin (it-Taqsima 7).

(e)

Dokumentazzjoni ta’ sostenn (Taqsima 8).

(3)

L-informazzjoni meħtieġa fit-Taqsimiet 1-6 u t-Taqsima 8 trid fil-prinċipju tiġi pprovduta sabiex notifika titqies kompluta. B’kuntrast ma’ dan, huwa f’idejn il-parti(jiet) notifikanti li jiddeċiedu jekk jipprovdux l-informazzjoni meħtieġa skont it-Taqsima 7, li tittratta informazzjoni dwar l-effetti pożittivi possibbli tas-sussidji barranin fuq l-iżvilupp tal-attività ekonomika sussidjata rilevanti fuq is-suq intern, kif ukoll effetti pożittivi oħra fir-rigward tal-objettivi ta’ politika rilevanti.

(4)

L-informazzjoni kollha mitluba fil-Formola FS-CO hija mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Kummissjoni titlob iktar informazzjoni f’talba għal informazzjoni.

3.   Informazzjoni li mhijiex raġonevolment disponibbli

(5)

Meta ċerta informazzjoni meħtieġa minn din il-Formola FS-CO ma tkunx raġonevolment disponibbli għall-parti(jiet) notifikanti parzjalment jew kollha kemm huma, il-parti(jiet) notifikanti jistgħu jitolbu li l-Kummissjoni teżenta mill-obbligu li tiġi pprovduta l-informazzjoni rilevanti jew minn kwalunkwe rekwiżit ieħor fil-Formola FS-CO relatat ma’ dik l-informazzjoni. Jenħtieġ li t-talba titressaq skont l-istruzzjonijiet fil-premessi (9)–(11) ta’ din l-Introduzzjoni.

4.   Informazzjoni li mhijiex meħtieġa għall-eżami tal-każ mill-Kummissjoni

(6)

Skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista’ teżenta mill-obbligu li tiġi pprovduta xi informazzjoni partikolari fin-notifika, inklużi dokumenti, jew minn kwalunkwe rekwiżit ieħor fil-Formola FS-CO relatat ma’ din l-informazzjoni, meta l-Kummissjoni tqis li l-konformità ma’ dawn l-obbligi jew ħtiġijiet ma tkunx neċessarja għall-eżami tagħha tal-każ.

(7)

Il-parti(jiet) notifikanti jistgħu jitolbu li l-Kummissjoni teżenta mill-obbligu li tiġi pprovduta l-informazzjoni rilevanti jew minn kwalunkwe rekwiżit ieħor fil-Formola FS-CO relatat ma’ din l-informazzjoni. Jenħtieġ li din it-talba tiġi sottomessa skont l-istruzzjonijiet għat-talbiet għal rinunzja stabbiliti fil-presmessi (9)–(11) ta’ din l-Introduzzjoni.

5.   Kuntatti ta’ qabel in-notifika u talbiet għal rinunzja

(8)

Il-parti(jiet) notifikanti huma mħeġġa jidħlu f’diskussjonijiet ta’ qabel in-notifika f’ħin biżżejjed qabel in-notifika, preferabbilment fuq il-bażi ta’ abbozz ta’ notifika. Il-possibbiltà li jsiru kuntatti ta’ qabel in-notifika hija servizz offrut mill-Kummissjoni lill-parti(jiet) notifikanti fuq bażi volontarja sabiex jitħejja r-rieżami preliminari ta’ sussidju barrani fil-kuntest ta’ konċentrazzjoni. Għalhekk, filwaqt li mhumiex obbligatorji, il-kuntatti ta’ qabel in-notifika jistgħu jkunu ta’ valur kbir kemm għall-parti(jiet) notifikanti kif ukoll għall-Kummissjoni meta jiġu biex jiddeterminaw l-ammont eżatt ta’ informazzjoni meħtieġa f’notifika, b’mod partikolari fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont it-Taqsima 5 u fit-Tabella 1 u biex jiġi żgurat li n-notifika tkun kompluta. Barra minn hekk, il-kuntatti ta’ qabel in-notifika jistgħu jirriżultaw fi tnaqqis fl-informazzjoni meħtieġa.

(9)

Waqt il-kuntatti ta’ qabel in-notifika, il-parti(jiet) notifikanti jistgħu jitolbu rinunzji biex jissottomettu ċerta informazzjoni meħtieġa minn din il-formola. Il-Kummissjoni se tikkunsidra talbiet għal rinunzja sakemm tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Il-parti(jiet) notifikanti jagħtu raġunijiet adegwati għaliex l-informazzjoni rilevanti mhijiex raġonevolment disponibbli. Meta jkun xieraq u sa fejn ikun possibbli, jenħtieġ li l-parti(jiet) notifikanti jipprovdu l-aħjar stimi għad-data nieqsa, jidentifikaw is-sorsi għal dawn l-istimi jew jindikaw meta kwalunkwe informazzjoni mitluba li ma tkunx disponibbli tista’ tinkiseb mill-Kummissjoni.

(b)

Il-parti(jiet) notifikanti jagħtu raġunijiet adegwati għaliex l-informazzjoni rilevanti ma tkunx meħtieġa għall-eżami tal-każ.

(10)

Jenħtieġ li t-talbiet għal rinunzja jsiru bil-miktub matul il-żmien ta’ qabel in-notifika, preferibbilment fl-abbozz tan-notifika nnifisha (fil-bidu tat-Taqsima jew is-subtaqsima rilevanti). Il-Kummissjoni se tittratta t-talbiet għal rinunzja matul iż-żmien ta’ qabel in-notifika fil-kuntest tar-rieżami tal-abbozz tan-notifika.

(11)

Il-fatt li l-Kummissjoni setgħet aċċettat li informazzjoni partikolari mitluba minn din il-Formola FS-CO tista’ titneħħa minn notifika bl-ebda mod ma jżomm lill-Kummissjoni milli titlob dik l-informazzjoni fi kwalunkwe żmien matul il-proċedimenti, b’mod partikolari billi titlob l-informazzjoni skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2022/2560.

6.   Ir-rekwiżit għal notifika korretta u sħiħa

(12)

Kif spjegat fil-premessi (2)–(4) ta’ din l-Introduzzjoni, l-informazzjoni mitluba fit-Taqsimiet 1 sa 6 u fit-Taqsima 8 trid fil-prinċipju tiġi pprovduta fil-każijiet kollha biex in-notifika titqies kompluta. L-informazzjoni meħtieġa kollha trid tiġi pprovduta fit-taqsimiet xierqa u trid tkun korretta u kompluta.

(13)

B’mod partikolari, jenħtieġ li jiġi nnotat dan li ġej:

(a)

Il-perjodu ta’ żmien ta’ 25 jum tax-xogħol stabbilit fl-Artikolu 24(1), il-punti (a) u (b) tar-Regolament (UE) 2022/2560 għandu jibda fil-jum tax-xogħol wara dak tal-wasla tan-notifika kompluta. Dan biex jiġi żgurat li l-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta l-konċentrazzjoni notifikata fil-limiti ta’ żmien stretti stipulati mir-Regolament (UE) 2022/2560.

(b)

Meta jkunu qed iħejju n-notifika, jenħtieġ li l-parti(jiet) notifikanti jaraw li l-ismijiet u n-numri ta’ kuntatt, u b’mod partikolari l-indirizzi tal-posta elettronika pprovduti lill-Kummissjoni huma preċiżi, relevanti u aġġornati.

(c)

Id-dettalji ta’ kuntatt mitluba jridu jiġu pprovduti fil-format preskritt mid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Kompetizzjoni (“DĠ Kompetizzjoni”’) fis-sit web tiegħu. Għall-proċess investigatorju xieraq, huwa essenzjali li d-dettalji tal-kuntatt ikunu eżatti. Għal dan il-għan, trid tiżgura li l-indirizzi tal-email ipprovduti jkunu personalizzati u attribwiti lil persuni ta’ kuntatt speċifiċi u li ma jkunux kaxxi postali ġenerali tal-kumpanija (eż., info @, hello@). Il-Kummissjoni tista’ tiddikjara n-notifika bħala mhux kompluta abbażi ta’ dettalji ta’ kuntatt mhux xierqa.

(d)

Id-dokumentazzjoni ta’ sostenn skont it-Taqsima 8 trid tiġi pprovduta flimkien ma’ tabella sommarja skont il-format preskritt mid-DĠ Kompetizzjoni fuq is-sit web tiegħu.

(e)

F’konformità mal-Artikolu 6(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, informazzjoni skorretta jew qarrieqa fin-notifika jew ipprovduta magħha se titqies li tagħmel in-notifika mhux kompluta għall-finijiet tad-determinazzjoni tad-data effettiva tan-notifika.

(f)

Skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2022/2560, l-impriża li, intenzjonalment jew b’negliġenza, tipprovdi informazzjoni mhux korretta jew qarrieqa, tista’ tkun soġġetta għal multi sa 1 % tal-fatturat aggregat tagħha. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (UE) 2022/2560, il-Kummissjoni tista’ tirrevoka d-deċiżjoni tagħha dwar konċentrazzjoni meta din tkun ibbażata fuq informazzjoni mhux kompluta, mhux korretta jew qarrieqa.

7.   Kif tinnotifika

(14)

In-notifiki għandhom ikunu sottomessi f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. L-ismijiet tal-partijiet notifikanti għandhom jiġu sottomessi wkoll fil-lingwa oriġinali tagħhom. L-informazzjoni meħtieġa minn din il-Formola FS-CO trid tiġi stabbilita bl-użu tat-taqsimiet u s-subtaqsimiet u, meta jkun rilevanti, billi tiġi annessa d-dokumentazzjoni ta’ sostenn. In-notifika sottomessa trid tinkludi attestazzjoni ffirmata kif previst fit-Taqsima 9. Meta l-informazzjoni pprovduta f’żewġ taqsimiet differenti tikkoinċidi parzjalment (jew kompletament), jistgħu jintużaw kontroreferenzi.

(15)

In-notifika trid tiġi ffirmata minn persuni awtorizzati bil-liġi biex jaġixxu f’isem kull parti notifikanti jew minn rappreżentant awtorizzat wieħed jew iktar tal-parti(ijiet) notifikanti. Il-prokura/i korrispondenti (jew prova bil-miktub li huma awtorizzati jaġixxu) trid tiġi mehmuża man-notifika. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-istruzzjonijiet dwar in-notifiki (inklużi l-firem) jistgħu jinstabu fis-sit web tad-DĠ Kompetizzjoni.

(16)

Meta jimlew it-Taqsimiet 5, 6 u 7 ta’ din il-Formola FS-CO, il-parti(jiet) notifikanti huma mistiedna jikkunsidraw jekk, fl-interess taċ-ċarezza, dawk it-taqsimiet humiex ippreżentati bl-aħjar mod f’ordni numeriku, jew jekk jistgħux jinġabru fi grupp wieħed flimkien għal kull kontribuzzjoni finanzjarja barranija (jew grupp ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin).

(17)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza, xi informazzjoni tista’ titqiegħed f’annessi. Madankollu, huwa essenzjali li l-partijiet sostantivi ewlenin kollha tal-informazzjoni jiġu ppreżentati fil-korp tan-notifika. Kwalunkwe anness sottomess irid jintuża biss biex jissupplimenta l-informazzjoni pprovduta fil-korp ewlieni tan-notifika innifisha, u jrid ikun indikat b’mod ċar fil-korp meta l-informazzjoni supplimentari hija pprovduta fl-anness.

(18)

Id-dokumenti ta’ sostenn għandhom ikunu sottomessi fil-lingwa oriġinali tagħhom; jekk din ma tkunx lingwa uffiċjali tal-Unjoni, għandha tiġi mehmuża traduzzjoni fil-lingwa tal-proċediment (l-Artikoli 4(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni).

8.   Kunfidenzjalità u Data Personali

(19)

L-Artikolu 339 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-Artikolu 43(2) tar-Regolament (UE) 2022/2560 jeħtieġ li l-Kummissjoni, l-uffiċjali u aġenti oħra tagħhom ma jiżvelawx informazzjoni koperta mill-obbligu tas-segretezza professjonali li jkunu kisbu permezz tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2022/2560. L-istess prinċipju jrid japplika wkoll għall-protezzjoni tal-kunfidenzjalità bejn il-partijiet notifikanti.

(20)

Jekk il-parti(jiet) notifikanti jaħsbu li l-interessi tagħhom ikunu milqutin ħażin jekk xi parti mill-informazzjoni li huma mitluba jipprovdu tiġi ppubblikata jew divulgata b’xi mod ieħor lil partijiet oħrajn, huma għandhom jissottomettu din l-informazzjoni b’mod separat b’kull paġna mmarkata b’mod ċar “Kunfidenzjali”. Jenħtieġ li l-parti(jiet) notifikanti jagħtu wkoll raġunijiet għaliex din l-informazzjoni m’għandhiex tiġi żvelata jew ippubblikata.

(21)

Fil-każ ta’ fużjonijiet jew akkwiżizzjonijiet b’kontroll konġunt, jew f’każijiet oħrajn li fihom in-notifika timtela minn iktar minn parti waħda, is-sigrieti kummerċjali jistgħu jiġu sottomessi b’qoxra separata, u tista’ ssir referenza għalihom fin-notifika bħala anness. Sabiex notifika titqies kompluta, dawn l-annessi kollha jridu jiġu inklużi fin-notifika.

(22)

Kwalunkwe data personali sottomessa fin-notifika jew magħha se tiġi pproċessata f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

9.   Definizzjonijiet u struzzjonijiet għall-finijiet ta’ din il-Formola FS-CO

(23)

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“Parti(jiet) notifikanti”: f’konformità mal-Artikolu 21(3) tar-Regolament (UE) 2022/2560, fil-każ ta’ fużjoni, dan it-terminu jirreferi għall-partijiet kollha fil-fużjoni jew, fil-każ ta’ akkwiżizzjoni ta’ kontroll, għall-impriżi kollha jew għall-persuni kollha li jakkwistaw kontroll esklużiv jew konġunt ta’ impriża waħda jew aktar jew ta’ partijiet minnhom.

(b)

“Entità/entitajiet fil-mira”: tirreferi għall-impriżi kollha jew għal partijiet ta’ impriża li fiha qed jiġi akkwistat interess kontrollanti (inkluża impriża konġunta) jew li tkun is-suġġett ta’ offerta pubblika. Dan it-terminu ma jinkludix il-bejjiegħ(a).

(c)

“Parti/partijiet) tal-konċentrazzjoni”: il-parti(jiet) notifikanti kif definiti f’(a) u l-entità fil-mira kif definita f’(b).

(24)

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor:

(a)

It-terminu “parti(jiet) notifikanti” jinkludi, (i) l-impriżi kollha li waħedhom jew b’mod konġunt, direttament jew indirettament, huma kkontrollati mill-“parti(jiet) notifikanti” skont l-Artikolu 20(5) u 20(6) tar-Regolament (UE) 2022/2560, (ii) l-impriżi jew il-persuni kollha li, waħedhom jew b’mod konġunt, direttament jew indirettament, jikkontrollaw il-“parti (jiet) notifikanti”, u (iii) l-impriżi kkontrollati mill-impriżi msemmija fil-punt (ii).

(b)

It-terminu “entità/entitajiet fil-mira” jinkludi l-impriżi kollha li huma kkontrollati biss jew b’mod konġunt, direttament jew indirettament mill-“entità/entitajiet fil-mira” f’konformità mal-Artikolu 20(5) u 20 (6) tar-Regolament (UE) 2022/2560. Min-naħa l-oħra, dan it-terminu ma jinkludix impriżi u persuni li ma jibqgħux jikkontrollaw, waħedhom jew b’mod konġunt, direttament jew indirettament, l-“entità/entitajiet fil-mira” ladarba l-konċentrazzjoni tkun ġiet implimentata (eż. il-bejjiegħa fil-każ ta’ akkwiżizzjoni ta’ kontroll).

(25)

Kwalunkwe data finanzjarja mitluba trid tiġi pprovduta f’euro bir-rati tal-kambju medji prevalenti fis-snin jew il-perjodi l-oħrajn inkwistjoni.

TAQSIMA 1

Deskrizzjoni tal-konċentrazzjoni

1.1.

Ipprovdi sommarju eżekuttiv tal-konċentrazzjoni, li jispeċifika l-partijiet tal-konċentrazzjoni, il-proċess tal-akkwist (eż. jekk il-parti(jiet) notifikanti ntgħażlitx (intgħażlux) wara proċess kompetittiv), in-natura tal-konċentrazzjoni (eż. fużjoni, akkwiżizzjoni ta’ kontroll esklużiv jew konġunt, jew ħolqien ta’ impriża konġunta), ir-raġunament strateġiku u ekonomiku tal-konċentrazzjoni, u l-attivitajiet tal-partijiet tal-konċentrazzjoni.

TAQSIMA 2

Informazzjoni dwar il-partijiet

2.1.

Informazzjoni dwar il-partijiet tal-konċentrazzjoni.

Għal kull parti tal-konċentrazzjoni, ipprovdi:

2.1.1.

l-isem tal-partijiet tal-impriża (l-isem tal-impriża għandu jiġi sottomess ukoll fil-lingwa oriġinali tagħha);

2.1.2.

ir-rwol tagħha fil-konċentrazzjoni (il-parti li tingħaqad/il-parti akkwirenti/l-entità fil-mira/l-impriża konġunta maħluqa ġdida);

2.1.3.

l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, il-posta elettronika, il-pożizzjoni okkupata minn, il-persuna xierqa tal-kuntatt; l-indirizz mogħti għandu jkun indirizz għan-notifika li lilu jistgħu jiġu nnotifikati d-dokumenti u, b’mod partikolari, id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni u dokumenti proċedurali oħra, u l-persuna ta’ kuntatt mogħtija għandha titqies li hija awtorizzata li taċċetta n-notifika;

2.1.4.

jekk jinħatar rappreżentant estern awtorizzat wieħed jew iktar tal-impriża, ir-rappreżentant jew rappreżentanti li lilhom jistgħu jiġu notifikati dokumenti u, b’mod partikolari, deċiżjonijiet tal-Kummissjoni u dokumenti proċedurali oħrajn:

2.1.4.1.

l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefown u l-posta elettronika ta’ kull rappreżentant, u l-kariga okkupata minn kull wieħed minnhom; kif ukoll

2.1.4.2.

il-prova bil-miktub li kull rappreżentant huwa awtorizzat jaġixxi għall-parti tal-konċentrazzjoni inkwistjoni (fuq il-bażi tal-mudell tal-prokura li tinsab fis-sit web tad-DĠ Kompetizzjoni).

2.2.

L-għamla tan-negozju ta’ kull parti.

Għal kull parti tal-konċentrazzjoni, iddeskrivi l-għamla tan-negozju tal-impriża.

TAQSIMA 3

Dettalji tal-konċentrazzjoni, sjieda u kontroll

L-informazzjoni mfittxija f’din it-taqsima tista’ tintwera bl-użu ta’ organigramma jew dijagrammi biex tintwera l-istruttura tas-sjieda u l-kontroll tal-impriżi qabel u wara t-tlestija tal-konċentrazzjoni.

3.1.

Iddeskrivi n-natura tal-konċentrazzjoni li qed tiġi nnotifikata b’referenza għall-kriterji rilevanti tar-Regolament (UE) 2022/2560:

3.1.1.

Identifika l-impriżi jew il-persuni li b’mod esklużiv jew konġunt ultimament jikkontrollaw lill-parti(jiet) notifikanti, direttament jew indirettament, u ddeskrivi l-istruttura tas-sjieda u l-kontroll tal-partijiet tal-konċentrazzjoni qabel titlesta l-konċentrazzjoni.

3.1.2.

Spjega jekk il-konċentrazzjoni proposta hijiex:

(i)

fużjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 20(1), il-punt(a) tar-Regolament (UE) 2022/2560;

(ii)

akkwiżizzjoni ta’ kontroll esklużiv jew konġunt skont it-tifsira tal-Artikolu 20(1), il-punt(b) tar-Regolament (UE) 2022/2560; jew

(iii)

il-ħolqien ta’ impriża konġunta skont it-tifsira tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) 2022/2560.

3.1.3.

Spjega kif se tiġi implimentata l-konċentrazzjoni (pereżempju permezz tal-konklużjoni ta’ ftehim, bit-tnedija ta’ offerti pubbliċi, eċċ.).

3.1.4.

B’referenza għall-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2022/2560, spjega liema minn dawn seħħew fi żmien in-notifika:

(i)

Ġie konkluż ftehim.

(ii)

Ġie akkwiżit interess kontrollanti.

(iii)

Ġiet imħabbra offerta pubblika jew l-intenzjoni li titnieda offerta pubblika; jew

(iv)

Il-parti(jiet) notifikanti u l-bejjiegħa (skont il-każ) urew intenzjoni bona fide li jikkonkludu ftehim.

3.1.5.

Indika d-data mistennija ta’ kwalunkwe avveniment importanti li għandu l-għan li jwassal biex il-konċentrazzjoni tiġi kompluta.

3.1.6.

Spjega l-istruttura tas-sjieda u l-kontroll tal-entità fil-mira jew l-impriża li tirriżulta mill-konċentrazzjoni.

3.2.

Iddeskrivi l-ħsieb ekonomiku wara l-konċentrazzjoni.

3.3.

Għandek tistqarr il-valur tat-tranżazzjoni (il-prezz tax-xiri jew tal-valur tal-assi kollha involuti, skont kif japplika); speċifika jekk dan huwiex imħallas fil-forma ta’ ekwità, flus kontanti, jew assi oħrajn). Indika wkoll il-valur tal-intrapriża fil-mira u spjega kif ġie kkalkulat dan il-valur tal-intrapriża (4).

3.4.

Elenka s-sorsi kollha ta’ finanzjament (dejn, ekwità, flus kontanti, assi, eċċ.) użati għall-finanzjament tat-tranżazzjoni.

3.5.

Jekk l-akkwist kollu jew parti minnu huwa ffinanzjat permezz ta’ dejn:

3.5.1.

indika s-sellief għal kull strument ta’ dejn;

3.5.2.

indika l-garanziji u l-kollateral kollha assoċjati ma’ kull strument ta’ dejn.

3.6.

Jekk l-akkwiżizzjoni kollha jew parti minnha tkun iffinanzjata permezz ta’ ekwità:

3.6.1.

indika l-identità tal-impriżi li jissottoskrivu/jixtru l-ishma;

3.6.2.

indika kwalunkwe kundizzjoni marbuta mal-finanzjament tal-ekwità.

3.7.

Ikkonferma jekk il-parti(jiet) notifikanti għamlux xi akkwiżizzjonijiet ta’ kontroll matul l-aħħar tliet snin li ġew innotifikati lill-Kummissjoni Ewropea skont ir-Regolament (UE) 2022/2560 jew skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (5).

3.8.

Ipprovdi lista ta’ akkwiżizzjonijiet ta’ kontroll li saru matul l-aħħar tliet snin mill-parti(jiet) notifikanti li ġew notifikati skont ir-regoli dwar il-kontroll tal-fużjonijiet lil awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni fl-Unjoni.

TAQSIMA 4

Livelli limiti tan-notifika

4.1.

Ipprovdi l-fatturat fl-Unjoni għas-sena finanzjarja preċedenti (6) għal kull wieħed mill-impriżi identifikat skont l-Artikolu 20(3), il-punt(a) tar-Regolament (UE) 2022/2560 kif rilevanti (7) :

4.1.1.

Fil-każ ta’ fużjoni: għal kull waħda mill-impriżi li qed jingħaqdu;

4.1.2.

Fil-każ ta’ akkwiżizzjoni tal-kontroll: l-entità fil-mira, inkluża l-impriża konġunta f’każijiet ta’ akkwiżizzjoni ta’ kontroll konġunt.

Id-data dwar il-fatturat trid tiġi pprovduta billi timtela t-tabella mudell tal-Kummissjoni li tinsab fis-sit web tad-DĠ Kompetizzjoni.

Jenħtieġ li din id-data dwar il-fatturat tiġi kkalkulata skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) 2022/2560. B’deroga mill-Artikolu 22(2) tar-Regolament (UE) 2022/2560, meta l-konċentrazzjoni tkun magħmula mill-akkwist ta’ partijiet, kemm jekk kostitwiti bħala entitajiet ġuridiċi kif ukoll jekk le, ta’ impriża waħda jew iktar, mill-fatturat tal-bejjiegħ, għandu jitqies biss il-fatturat relatat mal-partijiet li huma l-oġġett tal-konċentrazzjoni.

4.2.

L-impriżi identifikati fl-Artikolu 20(3)(b) tar-Regolament (UE) 2022/2560 ingħataw kontribuzzjonijiet finanzjarji aggregati kkombinati ta’ iktar minn EUR 50 miljun minn pajjiżi terzi fit-tliet snin ta’ qabel il-konklużjoni tal-ftehim (8), it-tħabbir tal-offerta pubblika, jew l-akkwiżizzjoni ta’ interess kontrollanti?

iva

le

TAQSIMA 5

Kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin

5.1.

Indika jekk kull wieħed mill-parti(jiet) notifikanti jew l-entità fil-mira ngħatawx individwalment fit-tliet snin qabel il-konklużjoni tal-ftehim, it-tħabbir tal-offerta pubblika, jew l-akkwiżizzjoni ta’ interess kontrollanti, kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja barranija daqs jew iktar minn EUR 1 miljun li tista’ taqa’ f’xi waħda mill-kategoriji tal-Artikolu 5(1), il-punti (a) sa (d) tar-Regolament (UE) 2022/2560:

5.1.1.

Sabiex jiġi ddeterminat jekk ingħatatx kontribuzzjoni finanzjarja barranija lil impriża li kienet f’diffikultà skont it-tifsira tal-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament (UE) 2022/2560, jekk jogħġbok indika jekk ġietx issodisfata xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin fi kwalunkwe ħin fit-tliet snin qabel il-konklużjoni tal-ftehim, it-tħabbira tal-offerta pubblika, jew l-akkwiżizzjoni ta’ interess kontrollanti:

5.1.1.1.

L-impriża hija kumpanija b’responsabbiltà limitata, fejn iktar minn nofs il-kapital azzjonarju sottoskritt tagħha għeb minħabba telf akkumulat?

Parti(jiet) notifikanti

iva

le

Entità fil-mira

iva

le

5.1.1.2.

L-impriża hija kumpanija li fiha tal-inqas uħud mill-membri għandhom responsabbiltà limitata għad-dejn tal-kumpanija, u fejn iktar minn nofs il-kapital tagħha kif muri fil-kontijiet tal-kumpanija għeb minħabba telf akkumulat?

Parti(jiet) notifikanti

iva

le

Entità fil-mira

iva

le

5.1.1.3.

L-impriża hija soġġetta għal proċedimenti ta’ insolvenza kollettivi jew tissodisfa l-kriterji tal-liġi domestika tagħha biex jinbdew proċedimenti ta’ insolvenza kollettivi fuq talba tal-kredituri tagħha?

Parti(jiet) notifikanti

iva

le

Entità fil-mira

iva

le

5.1.1.4.

F’każ li l-impriża inkwistjoni ma tkunx SME (9):

5.1.1.4.1.

il-proporzjon bejn id-dejn u l-ekwità fuq il-kotba tal-impriża kien ikbar minn 7,5 fl-aħħar sentejn?

kif ukoll

5.1.1.4.2.

il-proporzjon ta’ kopertura tal-imgħax EBITDA tal-impriża (10) kien inqas sminn 1,0 fl-aħħar sentejn?

Parti(jiet) notifikanti

iva

le

Entità fil-mira

iva

le

5.1.1.5.

Jekk it-tweġiba għax xi waħda mill-mistoqsijiet fit-taqsimiet 5.1.1.1 sa 5.1.1.4 kienet “iva” b’rabta ma’ xi waħda mill-partijiet tal-konċentrazzjoni, indika jekk waqt il-perjodu meta l-impriża inkwistjoni kienet f’diffikultà, irċevietx xi kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin li setgħu kkontribwew biex jirrestawraw il-vijabbiltà fit-tul tagħha (inkluż xi assistenza temporanja fil-likwidità mfassla biex tappoġġa r-restawr tal-vijabbiltà) jew biex iżommu dik il-parti għaddejja għaż-żmien qasir meħtieġ biex jinħadem pjan ta’ ristrutturar jew ta’ likwidazzjoni.

Parti(jiet) notifikanti

iva

le

Entità fil-mira

iva

le

5.1.1.6.

Jekk it-tweġiba għal xi waħda mill-mistoqsijiet fit-taqsimiet 5.1.1.1 sa 5.1.1.4 kienet “iva” b’rabta ma’ xi waħda mill-partijiet tal-konċentrazzjoni, indika jekk hemmx pjan ta’ ristrutturar li jista’ jwasal għall-vijabbiltà fit-tul ta’ dik il-parti u jekk dan il-pjan ta’ ristrutturar jinkludix kontribuzzjoni proprja sinifikanti mill-parti notifikanti, mill-entità fil-mira jew minn xi parti oħra tal-konċentrazzjoni u pprovdi dettalji ta’ dak il-pjan.

5.1.1.7.

Jekk it-tweġiba għal xi waħda mill-mistoqsijiet fit-taqsimiet 5.1.1.1 sa 5.1.1.4 kienet “iva”, issostanzja t-tweġiba, inkludi r-referenzi fit-tweġiba għad-dokumenti ta’ sostenn li għandhom jiġu pprovduti fl-annessi (tali dokumenti jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn, l-aħħar dikjarazzjonijiet tar-rapport tal-introjtu bil-karti bilanċjali tal-parti notifikanti jew tal-entità fil-mira, jew id-deċiżjonijiet tal-qorti li jiftħu proċedimenti ta’ insolvenza kollettivi fuq il-kumpanija, jew id-dokumenti li jipprovdu evidenza li huma ssodisfati l-kriterji sabiex titqiegħed fi proċedimenti ta’ insolvenza fuq talba tal-kredituri skont il-liġi nazzjonali dwar il-kumpaniji).

5.1.2.

Kontribuzzjoni finanzjarja barranija fil-forma ta’ garanzija illimitata għad-djun jew l-obbligazzjonijiet tal-impriża, jiġifieri mingħajr ebda limitazzjoni fuq l-ammont jew it-tul ta’ żmien ta’ tali garanzija (l-Artikolu 5(1)(b)).

Parti(jiet) notifikanti

iva

le

Entità fil-mira

iva

le

5.1.3.

Miżura ta’ finanzjament tal-esportazzjoni li mhijiex konformi mal-Arranġament dwar il-krediti għall-esportazzjoni uffiċjalment appoġġati tal-OECD (l-Artikolu 5(1)(c)).

Parti(jiet) notifikanti

iva

le

Entità fil-mira

iva

le

5.1.4.

Kontribuzzjoni finanzjarja barranija li tiffaċilita konċentrazzjoni direttament (l-Artikolu 5(1)(d)).

Parti(jiet) notifikanti

iva

le

Entità fil-mira

iva

le

5.2.

Għal kull kontribuzzjoni finanzjarja barranija ta’ EUR 1 miljun jew iktar li tingħata individwalment lil kull waħda mill-partijiet tal-konċentrazzjoni fit-tliet snin qabel il-konklużjoni tal-ftehim, it-tħabbir tal-offerta pubblika, jew l-akkwiżizzjoni ta’ interess kontrollanti li jistgħu jaqgħu f’xi waħda mill-kategoriji tal-Artikolu 5(1), il-punti (a) sa (d) tar-Regolament (UE) 2022/2560, ipprovdi l-informazzjoni li ġejja u pprovdi dokumenti ta’ sostenn:

5.2.1.

Formola tal-kontribuzzjoni finanzjarja (pereż. Self, eżenzjoni mit-taxxa, injezzjoni ta’ kapital, inċentiv fiskali, kontribuzzjonijiet in natura, eċċ.).

5.2.2.

Pajjiż terz li jagħti l-kontribuzzjoni finanzjarja. Speċifika wkoll l-awtorità jew l-entità pubblika li tagħti l-għajnuna.

5.2.3.

L-ammont ta’ kull kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni.

5.2.4.

L-iskop u r-raġunament ekonomiku għall-għoti tal-kontribuzzjoni finanzjarja lill-parti

5.2.5.

Jekk hemmx xi kundizzjonijiet marbuta mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif ukoll mal-użu tagħhom.

5.2.6.

Iddeskrivi l-elementi u l-karatteristiċi ewlenin ta’ dawk il-kontribuzzjonijiet finanzjarji (eż. ir-rati tal-imgħax u t-tul ta’ żmien fil-każ ta’ self).

5.2.7.

Spjega jekk il-kontribuzzjoni finanzjarja tagħtix benefiċċju skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2022/2560 lill-impriża li lilha tkun ingħatat il-kontribuzzjoni finanzjarja barranija jew lil xi parti oħra tal-konċentrazzjoni (11). Spjega għaliex, b’referenza għad-dokumenti ta’ sostenn pprovduti fit-Taqsima 8.

5.2.8.

Spjega jekk il-kontribuzzjoni finanzjarja hijiex limitata fil-liġi jew fil-fatt, fis-sens tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2022/2560, għal ċerti impriżi jew industriji (12). Spjega għaliex, b’referenza għad-dokumenti ta’ sostenn ipprovduti fit-Taqsima 8.

5.3.

Ipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin ta’ EUR 1 miljun jew iktar mogħtija lill-parti(jiet)notifikanti fl-aħħar tliet snin qabel il-konklużjoni tal-ftehim, it-tħabbir tas-sejħa pubblika, jew l-akkwiżizzjoni ta’ interess kontrollanti u li ma jaqgħu fl-ebda waħda mill-kategoriji tal-Artikolu 5(1), il-punti (a) sa (e) tar-Regolament (UE) 2022/2560 skont il-mudell u l-istruzzjonijiet previsti fit-Tabella 1.

TAQSIMA 6

Impatt fuq is-suq intern tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin fil-konċentrazzjoni

6.1.

Il-konċentrazzjoni sseħħ fil-kuntest ta’ proċess strutturat ta’ offerti? Jekk iva:

6.1.1.

Ipprovdi deskrizzjoni dettaljata tal-proċess tal-offerti.

6.1.2.

Ipprovdi deskrizzjoni tal-profil ta’ kull wieħed mill-kandidati l-oħra li taf bihom (eż. jekk dawn humiex kumpaniji ta’ ekwità privati jew impriżi industrijali).

6.2.

Spjega x’inhuma l-linji jew l-attivitajiet ta’ negozju differenti tal-entità fil-mira, filwaqt li tispjega l-kategoriji ta’ prodotti u/jew servizzi offruti f’kull wieħed minnhom u lil liema klijenti. Spjega jekk il-parti(jiet) notifikanti humiex attivi fl-istess attivitajiet jew linji ta’ negozju jew relatati u ddeskrivihom.

6.3.

Għal kull waħda mil-linji jew attivitajiet ta’ negozju deskritti taħt it-Taqsima 6.2 għall-entità fil-mira u l-parti(jiet) notifikanti, jekk jogħġbok indika:

6.3.1.

il-fatturat miksub fil-livell dinji u fil-livell tal-Unjoni għal dik il-linja jew attività tan-negozju;

6.3.2.

il-perċentwal li l-fatturat miksub fl-Unjoni jirrappreżenta fir-rigward tal-fatturat globali tal-impriża għal dik il-linja jew attività ta’ negozju.

6.4.

Għal kull waħda mill-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għalihom ġiet ipprovduta informazzjoni addizzjonalment skont it-Taqsima 5.2 hawn fuq, spjega jekk u kif il-kontribuzzjoni finanzjarja tista’ ttejjeb il-pożizzjoni kompetittiva fis-suq intern tal-partijiet tal-konċentrazzjoni. Meta twieġeb għal din it-taqsima, jekk jogħġbok irreferi għan-natura, l-ammont u l-użu jew l-iskop tal-kontribuzzjoni finanzjarja.

6.5.

Indika jekk il-konċentrazzjoni skattatx notifiki tal-kontroll tal-fużjonijiet fl-Unjoni (fil-livell tal-Unjoni jew nazzjonali) u, jekk iva, indika l-istatus ta’ kull wieħed minn dawn il-proċedimenti fiż-żmien ta’ din in-notifika.

6.6.

Indika jekk il-konċentrazzjoni skattatx applikazzjonijiet regolatorji oħra fl-Unjoni (bħal applikazzjonijiet għal skrinjar tal-investiment dirett barrani fil-livell nazzjonali) u, jekk inhu hekk, indika l-istatus ta’ dawn il-proċedimenti fiż-żmien tan-notifika.

Dettalji ta’ kuntatt

6.7.

Ipprovdi d-dettalji ta’ kuntatt tal-ikbar ħames kompetituri tal-entità fil-mira li huma attivi fl-Unjoni.

6.8.

Jekk il-konċentrazzjoni tkun skattat l-applikazzjonijiet għall-kontroll tal-fużjonijiet fl-Unjoni (fil-livell tal-Unjoni jew fil-livell nazzjonali), ipprovdi d-dettalji ta’ kuntatt kollha tal-kompetituri pprovduti fil-kuntest ta’ dan/dawn l-applikazzjoni(jiet) għall-kontroll tal-fużjonijiet.

TAQSIMA 7

Effetti pożittivi possibbli

7.1.

Jekk applikabbli, elenka u ssostanzja kwalunkwe effett pożittiv possibbli fuq l-iżvilupp tal-attività ekonomika sussidjata rilevanti fis-suq intern. Elenka wkoll u ssostanzja kwalunkwe effett pożittiv ieħor tas-sussidju barrani, bħal effetti pożittivi usa’ fir-rigward tal-objettivi ta’ politika rilevanti, b’mod partikolari dawk tal-Unjoni, u speċifika meta u fejn dawk l-effetti seħħew jew huma mistennija li jseħħu. Ipprovdi deskrizzjoni ta’ kull wieħed minn dawk l-effetti pożittivi.

TAQSIMA 8

Dokumentazzjoni ta’ sostenn

Ipprovdi dan li ġej għal kull parti tal-konċentrazzjoni:

8.1.

Kopji tad-dokumenti kollha ta’ sostenn relatati mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jistgħu jaqgħu f’xi waħda mill-kategoriji tal-Artikolu 5(1), il-punti (a) sa (d) tar-Regolament (UE) 2022/2560 skont it-Taqsima 5.1.

8.2.

Kopji tad-dokumenti li ġejjin imħejjija minn kwalunkwe membru tal-bord maniġerjali, il-bord tad-diretturi jew il-bord superviżorju, jew imħejjija għalihom jew riċevuti minnhom:

(a)

Analiżijiet, rapporti, studji, stħarriġiet, preżentazzjonijiet u kwalunkwe dokument komparabbli li jiddiskuti l-iskop, l-użu u r-raġunament ekonomiku tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin li jistgħu jaqgħu fi kwalunkwe waħda mill-kategoriji tal-Artikolu 5(1), il-punti (a) sa (d) tar-Regolament (UE) 2022/2560. Ipprovdi l-istess dokumenti mħejjija mill-entità li tagħti l-kontribuzzjoni finanzjarja barranija, jew imħejjija għalihom jew riċevuti minnhom, sa fejn ikunu fil-pussess tiegħek jew ikunu disponibbli pubblikament.

(b)

Analiżijiet, rapporti, studji, stħarriġ, preżentazzjonijiet u kwalunkwe dokument paragunabbli għall-iskop ta’ valutazzjoni jew analiżi tal-konċentrazzjoni fir-rigward tal-ħsieb warajha (inklużi dokumenti fejn it-tranżazzjoni tiġi diskussa fir-rigward tal-akkwiżizzjonijiet alternattivi potenzjali).

(c)

F’każ li kwalunkwe konsulent estern ikun assista lill-parti notifikanti f’diliġenza dovuta mwettqa fuq l-entità fil-mira għall-finijiet tal-konċentrazzjoni, ipprovdi sommarji, konklużjonijiet jew rapporti mħejjija minn dawk il-konsulenti bħala parti minn dik id-diliġenza dovuta, kif ukoll kwalunkwe dokument fejn il-valur tat-tranżazzjoni jiġi vvalutat jew diskuss.

8.3.

Indikazzjoni tal-indirizz fuq l-Internet, jekk ikun hemm, li fih ikun hemm disponibbli l-iktar kontijiet u rapporti annwali riċenti tal-partijiet tal-konċentrazzjoni, jew jekk dan l-indirizz fuq l-Internet ma jeżistix, kopji tal-iktar kontijiet u rapporti annwali riċenti tal-partijiet tal-konċentrazzjoni.

TAQSIMA 9

Attestazzjoni

In-notifika għandha tispiċċa b’din id-dikjarazzjoni li ġejja li għandha tkun iffermata minn, jew f’isem, il-partijiet notifikanti kollha:

Il-parti jew partijiet notifikanti jikkonfermaw li l-informazzjoni li taw f’din in-notifika hija vera, korretta u kompluta sa fejn jafu huma, li ġew ipprovduti kopji veri, korretti u sħaħ tad-dokumenti meħtieġa mill-Formola FS-CO, li l-istimi kollha huma identifikati bħala tali u li dawn huma l-aħjar stimi tagħhom tal-fatti sottostanti, u li l-fehmiet espressi kollha huma sinċieri.

Huma konxji mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2022/2560 dwar multi u ħlasijiet perjodiċi ta’ penali.”

Data:

[firmatarju 1]

Isem:

Organizzazzjoni:

Pożizzjoni:

Indirizz:

Nru tat-telefon:

Email:

[“iffirmat elettronikament”/firma]

[firmatarju 2, jekk applikabbli]

Isem:

Organizzazzjoni:

Pożizzjoni:

Indirizz:

Nru tat-telefon:

Email:

[“iffirmat elettronikament”/firma]

Tabella 1

Struzzjonijiet biex tingħata informazzjoni dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin li ma jaqgħu taħt l-ebda waħda mill-kategoriji tal-Artikolu 5(1), il-punti (a) sa (e) (it-Taqsima 5.3)

1.

Ipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin ta’ EUR 1 miljun jew iktar mogħtija lill-parti(jiet) notifikanti fit-tliet snin ta’ qabel il-konklużjoni tal-ftehim, it-tħabbir tal-offerta pubblika, jew l-akkwist ta’ interess kontrollanti u li ma jaqgħu fl-ebda waħda mill-kategoriji tal-Artikolu 5(1), il-punti (a) sa (e) tar-Regolament (UE) 2022/2560 skont il-mudell u l-istruzzjonijiet ta’ hawn taħt.

A.   Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fir-reġistru

2.

Qassam il-kontribuzzjonijiet finanzjarji differenti għal kull pajjiż terz u għal kull tip, bħal għotja diretta, strument ta’ self/finanzjament/pagamenti bil-quddiem ripagabbli, vantaġġ tat-taxxa, garanzija, strument ta’ kapital ta’ riskju, intervent ta’ ekwità, tħassir tad-dejn, kontribuzzjonijiet mogħtija għall-attivitajiet mhux ekonomiċi ta’ impriża (ara l-premessa 16 tar-Regolament (UE) 2022/2560), jew oħrajn.

3.

Inkludi biss dawk il-pajjiżi fejn l-ammont aggregat stmat tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji kollha mogħtija fit-tliet snin qabel il-konklużjoni tal-ftehim, it-tħabbir tal-offerta pubblika, jew l-akkwiżizzjoni ta’ interess kontrollanti (ikkalkulat skont il-punt (5)) huwa ta’ EUR 45 miljun jew aktar.

4.

Għal kull tip ta’ kontribuzzjoni finanzjarja, ipprovdi deskrizzjoni qasira tal-iskop tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji u l-entitajiet li jagħtu l-għajnuna.

5.

Ikkwantifika l-ammont aggregat stmat ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji mogħti minn kull pajjiż terz partikolari fit-tliet snin qabel il-konklużjoni tal-ftehim, it-tħabbir tal-offerta pubblika, jew l-akkwiżizzjoni ta’ interess kontrollanti fil-forma ta’ firxiet, kif speċifikat fin-noti tat-Tabella ta’ hawn taħt. Għall-kalkolu ta’ dan l-ammont, il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin huma rilevanti:

(a)

Qis il-kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin li jaqgħu fil-kategoriji tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2022/2560, u li dwarhom ġiet ipprovduta informazzjoni skont it-Taqsimiet 5.1 u 5.2.

(b)

Tqisx il-kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin esklużi skont il-punti 6 u 7 ta’ hawn taħt.

B.   Eċċezzjonijiet

6.

M’għandekx għalfejn tinkludi fit-Tabella informazzjoni dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin li ġejjin:

(a)

Differimenti ta’ ħlas ta’ taxxi jew ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, amnestiji tat-taxxa u vaganzi tat-taxxa kif ukoll deprezzament normali u regoli ta’ trasferiment tat-telf li huma ta’ applikazzjoni ġenerali. Jekk dawn il-miżuri jkunu limitati, pereżempju, għal ċerti setturi, reġjuni jew (tipi ta’) impriżi, dawn għandhom jiġu rrapportati.

(b)

L-applikazzjoni ta’ ħelsien mit-taxxa biex tiġi evitata t-tassazzjoni doppja f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ ftehimiet bilaterali jew multilaterali biex tiġi evitata t-tassazzjoni doppja, kif ukoll ħelsien mit-taxxa unilaterali biex tiġi evitata t-tassazzjoni doppja applikata skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar it-taxxa sa fejn dawn isegwu l-istess loġika u kundizzjonijiet bħad-dispożizzjonijiet ta’ ftehimiet bilaterali jew multilaterali.

(c)

Provvista/xiri ta’ oġġetti/servizzi (ħlief servizzi finanzjarji) f’termini tas-suq fil-kors ordinarju tan-negozju, pereżempju l-provvista/xiri ta’ oġġetti jew servizzi mwettqa wara proċedura ta’ sejħa għall-offerti kompetittiva, trasparenti u mhux diskriminatorja.

(d)

Kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin inqas mill-ammont individwali ta’ EUR 1 miljun.

7.

Fil-każ ta’ akkwiżizzjonijiet ta’ kontroll jew kreazzjonijiet ta’ impriżi konġunti minn fond ta’ investiment jew minn entità legali kkontrollata minn jew permezz ta’ fond ta’ investiment, m’għandekx għalfejn tinkludi kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin mogħtija lil fondi oħra ta’ investiment ġestiti mill-istess kumpanija ta’ investiment iżda b’maġġoranza ta’ investituri differenti mkejla skont l-intitolament tagħhom għall-profitt (jew mogħtija lil kumpaniji tal-portafoll ikkontrollati minn dawn il-fondi l-oħra) sakemm tkun tista’ turi li l-kundizzjonijiet li ġejjin huma ssodisfati b’mod kumulattiv:

(a)

Il-Fond li jikkontrolla l-entità akkwirenti jrid ikun soġġett għad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi (13) jew għal leġiżlazzjoni ekwivalenti ta’ pajjiż terz f’termini ta’ regoli prudenzjali, organizzattivi u ta’ kondotta, inklużi rekwiżiti mmirati biex jipproteġu lill-investituri; kif ukoll

(b)

It-tranżazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali bejn il-fond li jikkontrolla l-entità akkwirenti u fondi oħra ta’ investiment (u l-kumpaniji kkontrollati minn dawn il-fondi) ġestiti mill-istess kumpanija ta’ investiment huma ineżistenti jew limitati. F’dan ir-rigward, inti trid tipprovdi lill-Kummissjoni b’evidenza ta’ kwalunkwe tranżazzjoni ekonomika u kummerċjali bħal din li setgħet seħħet fit-tliet snin qabel il-konklużjoni tal-ftehim, it-tħabbir tal-offerta pubblika, jew l-akkwiżizzjoni ta’ interess kontrollanti. It-tranżazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali jinkludu iżda mhumiex limitati għall-bejgħ ta’ assi (inkluż is-sjieda f’kumpaniji), self, linji ta’ kreditu, jew garanziji.

Parti X

Pajjiz terz

It-tip ta’ kontribuzzjoni finanzjarja (*1)

Deskrizzjoni qasira tal-iskop tal-kontribuzzjonijiet finanzjarja u l-entità awtorizzanti (*2)

Pajjiż A

Tip 1

 

Tip 2

 

Tip 3

 

Tip 4

 

 

Aggregat stmat tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji mogħtija minn A: EUR […] (*3)

Pajjiż B

Tip 1

 

Tip 2

 

Tip 3

 

Tip 4

 

 

Aggregat stmat tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji mogħtija minn B: EUR […] (*3)

Pajjiż C

 

 

 

 

 

 

 

Nota:

ipprovdi tabella separata għal kull waħda mill-partijiet notifikanti. Il-pajjiżi terzi u, fejn possibbli, it-tipi ta’ kontribuzzjonijiet, jenħtieġ li jiġu ordnati skont l-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja barranija, mill-ogħla sal-iktar baxx.

C.   Aktar tagħrif

8.

Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin li jistgħu jkunu rilevanti għall-valutazzjoni ta’ kull konċentrazzjoni jistgħu jiddependu fuq għadd ta’ fatturi bħas-setturi jew l-attivitajiet involuti, it-tip ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji jew speċifiċitajiet oħra tal-każ. Fid-dawl ta’ dawn l-ispeċifiċitajiet, il-Kummissjoni tista’ titlob informazzjoni addizzjonali meta tqis li tali informazzjoni tkun meħtieġa għall-valutazzjoni tagħha.

(1)  OJ L 330, 23.12.2022, p. 1.

(2)  ĠU L 177., 12.7.2023, p. 1.

(3)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39). Ara wkoll l-istqarrija ta’ privatezza relatata mal-investigazzjonijiet dwar il-kompetizzjoni fuq https://ec.europa.eu/competition-policy/index/privacy-policy-competition-investigations_en.

(4)  Għall-finijiet ta’ din il-Formola FS-CO, il-valur tal-intrapriża jkejjel il-valur totali ta’ kumpanija, u jenħtieġ li jinkludi fil-kalkolu tiegħu l-kapitalizzazzjoni tas-suq tal-entità fil-mira iżda wkoll id-dejn fuq terminu qasir u twil u kwalunkwe flus jew ekwivalenti ta’ flus kontanti fuq il-karta bilanċjali tal-entità fil-mira.

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1).

(6)  Dwar il-kalkolu tal-fatturat, ara l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2022/2560.

(7)  Skont l-Artikolu 20(3), il-punt (a) tar-Regolament (UE) 2022/2560, huwa meħtieġ li mill-inqas waħda mill-impriżi li għaddejjin minn fużjoni, l-impriża akkwistata jew l-impriża konġunta jkunu “stabbiliti fl-Unjoni”. “Stabbilita fl-Unjoni” trid tinftiehem f’konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u tinkludi l-inkorporazzjoni ta’ sussidjarja fl-Unjoni, kif ukoll stabbiliment permanenti ta’ negozju fl-Unjoni (ara s-sentenzi fil-kawżi C-230/14 Weltimmo, § § 29, 30; C-39/13, C-40/13 u C-41/13 SCA Group Holding et, il-paragrafi 24, 25, 26, 27; u C-196/87 Steymann, il-paragrafu 16).

(8)  Kontribuzzjoni finanzjarja barranija għandha titqies mogħtija mill-mument li l-benefiċjarju jikseb intitolament biex jirċievi l-kontribuzzjoni finanzjarja barranija. L-iżborż attwali tal-kontribuzzjoni finanzjarja mhuwiex kundizzjoni meħtieġa biex kontribuzzjoni finanzjarja barranija taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2022/2560.

(9)  Intrapriżi żgħar u medji jew SMEs huma definiti fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187 26.6.2014, p. 1).

(10)  Il-qligħ qabel l-imgħax, it-taxxi, id-deprezzament u l-amortizzazzjoni.

(11)  Kontribuzzjoni finanzjarja għandha titqies li tagħti benefiċċju lil impriża jekk ma setgħetx tinkiseb f’kundizzjonijiet normali tas-suq. Għal iktar dettalji dwar kif għandha tiġi vvalutata l-eżistenza ta’ benefiċċju, ara l-premessa (13) tar-Regolament (UE) 2022/2560.

(12)  Il-benefiċċju għandu jingħata lil impriża jew industrija waħda jew iktar. L-ispeċifiċità tas-sussidju barrani tista’ tiġi stabbilita fil-liġi jew fil-fatt.

(13)  Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).

(*1)  Identifika l-kontribuzzjonijiet finanzjarji billi tiġborhom flimkien skont it-tip: bħal għotja diretta, strument ta’ self/finanzjament/pagamenti bil-quddiem ripagabbli, vantaġġ tat-taxxa, garanzija, strument ta’ kapital ta’ riskju, intervent ta’ ekwità, tħassir tad-dejn, kontribuzzjonijiet mogħtija għall-attivitajiet mhux ekonomiċi ta’ impriża (ara l-premessa 16 tar-Regolament 2022/2560), jew oħrajn.

(*2)  Deskrizzjoni ġenerali tal-iskop tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji inklużi f’kull tip u tal-entità(jiet) tal-għoti. Pereżempju, “eżenzjoni mit-taxxa għall-produzzjoni ta’ prodotti A u attivitajiet ta’ R&Ż”, “diversi selfiet ma’ banek tal-Istat għall-iskop X”, “diversi miżuri ta’ finanzjament ma’ aġenziji ta’ investiment tal-Istat biex ikopru l-ispejjeż operatorji/għal attivitajiet ta’ R&Ż”, “injezzjoni ta’ kapital pubbliku fil-Kumpanija X”.

(*3)  Uża l-meded li ġejjin: “EUR 45-100 miljun”, “EUR > 100-500 miljun”, “EUR > 500-1 000 miljun”, “iktar minn EUR 1 000 miljun”.


ANNESS II

il-formola FS-PP li tirrigwarda n-notifika ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ akkwist pubbliku skont ir-Regolament (UE) 2022/2560

Werrej

1.

L-iskop tal-Formola FS-PP 32

2.

Definizzjonijiet u struzzjonijiet għall-finijiet ta’ din il-Formola FS-PP 32

3.

Tipi ta’ informazzjoni meħtieġa mill-Formola FS-PP 33

4.

Informazzjoni li mhijiex raġonevolment disponibbli 34

5.

Informazzjoni li mhijiex meħtieġa għall-eżami tal-każ mill-Kummissjoni 34

6.

Kuntatti ta’ qabel in-notifika u talbiet għal rinunzja 34

7.

Ir-rekwiżit għal notifika jew dikjarazzjoni korretta u kompluta 35

8.

Kif għandek tinnotifika? 36

9.

Kunfidenzjalità u Data Personali 36

TAQSIMA 1:

Deskrizzjoni tal-akkwist pubbliku 37

TAQSIMA 2:

Informazzjoni dwar il-parti(jiet) notifikanti 37

TAQSIMA 3:

Kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin 38

TAQSIMA 4: .

Ġustifikazzjoni għan-nuqqas ta’ offerta indebitament vantaġġuża 40

TAQSIMA 5:

Effetti pożittivi possibbli 41

TAQSIMA 6:

Dokumentazzjoni ta’ sostenn 41

TAQSIMA 7:

Dikjarazzjoni 41

TAQSIMA 8:

Attestazzjoni 42

INTRODUZZJONI

1.   L-iskop tal-Formola FS-PP

(1)

Din il-Formola FS-PP tispeċifika l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta mill-parti(jiet) notifikanti meta jissottomettu notifika jew dikjarazzjoni lill-Kummissjoni ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin fil-kuntest ta’ proċedura ta’ akkwist pubbliku koperta mis-sistema ta’ kontroll tas-sussidji barranin tal-Unjoni. Is-sistema ta’ kontroll tas-sussidji barranin tal-Unjoni hija stabbilita fir-Regolament (UE) 2022/2560 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) u fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1441 dwar arranġamenti dettaljati għat-twettiq ta’ proċedimenti mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) 2022/2560 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sussidji barranin li joħolqu distorsjoni fis-suq intern (ir-“Regolament ta’ Implimentazzjoni”) (2), li miegħu hija annessa din il-Formola FS-PP.

2.   Definizzjonijiet u struzzjonijiet għall-finijiet ta’ din il-Formola FS-PP

(2)

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“Parti(jiet) notifikanti” tfisser/ifissru, skont l-Artikolu 29(5) tar-Regolament (UE) 2022/2560, l-operaturi ekonomiċi, il-gruppi ta’ operaturi ekonomiċi, is-subkuntratturi ewlenin u l-fornituri ewlenin kollha koperti mill-obbligu ta’ notifika konformi mal-Artikolu 29(1) tar-Regolament (UE) 2022/2560;

(b)

“Kuntrattur ewlieni”, skont it-tifsira tad-Direttivi 2014/24/UE (3) u 2014/25/UE (4) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jew “konċessjonarju ewlieni” skont it-tifsira tad-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), huwa l-operatur ekonomiku li jiżgura s-sottomissjoni tan-notifika jew tad-dikjarazzjoni f’isem il-partijiet notifikanti kollha;

(3)

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, it-terminu “parti(jiet) notifikanti” jinkludi l-kumpaniji sussidjarji kollha tiegħu mingħajr awtonomija kummerċjali u l-kumpaniji azzjonarji tiegħu skont it-tifsira tal-Artikolu 28(1)(b) tar-Regolament (UE) 2022/2560.

(4)

Kwalunkwe data finanzjarja mitluba trid tiġi pprovduta f’euro bir-rati tal-kambju medji prevalenti fis-snin jew il-perjodi l-oħrajn inkwistjoni.

3.   Tipi ta’ informazzjoni meħtieġa mill-Formola FS-PP

(5)

Jekk mill-inqas waħda mill-partijiet notifikanti tkun irċeviet kontribuzzjoni finanzjarja barranija notifikabbli f’konformità mal-Artikoli 28(1) u (2) u l-Artikolu 29(1) tar-Regolament (UE) 2022/2560, il-parti(jiet) notifikanti għandhom, jissottomettu biss notifika. In-notifika hija ppreżentata f’formola waħda, abbażi tal-elementi deskritti hawn taħt.

(6)

Min-naħa l-oħra, jekk l-ebda waħda mill-partijiet notifikanti ma tkun irċeviet kontribuzzjoni finanzjarja barranija notifikabbli f’konformità mal-Artikoli 28(1) u (2) u l-Artikolu 29(1) tar-Regolament (UE) 2022/2560, il-parti(jiet) notifikanti għandhom jissottomettu biss dikjarazzjoni. Id-dikjarazzjoni hija ppreżentata f’forma waħda, ibbażata fuq l-elementi deskritti hawn taħt.

(7)

Il-Kummissjoni tista’, fuq bażi ta’ każ b’każ, titlob informazzjoni iktar dettaljata dwar xi wieħed mit-tipi ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji inklużi fit-tweġiba għall-mistoqsijiet fit-Taqsima 3 u fit-Tabella 1, jew dwar xi kontribuzzjoni finanzjarja barranija oħra riċevuta mill-parti(jiet) notifikanti. Fi kwalunkwe każ, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin kollha mogħtija lill-parti(jiet) notifikanti fit-tliet snin qabel in-notifika jridu jitqiesu għall-finijiet tad-determinazzjoni jekk intlaħaqx il-livell limitu tan-notifika skont l-Artikolu 28(1)(b) tar-Regolament (UE) 2022/2560, irrispettivament minn jekk tintalabx xi informazzjoni dwarhom skont it-Taqsima 3.

(8)

Il-Formola FS-PP tirrikjedi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

NOTIFIKI TA’ KONTRIBUZZJONIJIET FINANZJARJI BARRANIN

(i)

Fil-każ ta’ notifika ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin skont il-Kapitolu 4 tar-Regolament (UE) 2022/2560, it-taqsimiet kollha u l-oqsma rispettivi tagħhom normalment iridu jimtlew, bl-eċċezzjoni tat-Taqsima 7 (Dikjarazzjoni).

(ii)

It-Taqsima 1 irid ikun fiha deskrizzjoni fil-qosor tal-proċedura tal-akkwist pubbliku.

(iii)

It-Taqsima 2 irid ikun fiha informazzjoni dwar il-parti(jiet) notifikanti.

(iv)

It-Taqsima 3 irid ikun fiha informazzjoni dettaljata dwar il-kontribuzzjoni(jiet) finanzjarja/(i) barranija/barranin. B’mod partikolari, skont it-Taqsima 3, tintalab informazzjoni dettaljata dwar kull waħda mill-kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin mogħtija ta’ EUR 1 miljun jew iktar mogħtija lill-partijiet notifikanti fit-tliet snin qabel in-notifika li jistgħu jaqgħu f’xi waħda mill-kategoriji tal-Artikolu 5(1), il-punti (a) sa (c) u (e) tar-Regolament (UE) 2022/2560. Fir-rigward ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin oħra, il-Formola FS-PP teħtieġ li l-parti(jiet) notifikanti jipprovdu ħarsa ġenerali lejn id-diversi tipi ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji mogħtija lill-parti(jiet) notifikanti skont l-istruzzjonijiet ipprovduti fit-Tabella 1.

(v)

It-Taqsima 4 tista’ tinkludi spjegazzjoni ta’ kif l-offerta mhijiex vantaġġuża bla bżonn.

(vi)

It-Taqsima 5 tista’, jekk applikabbli, telenka u tissostanzja kwalunkwe effett pożittiv possibbli tas-sussidji fuq l-iżvilupp tal-attività ekonomika sussidjata rilevanti kif ukoll effetti pożittivi oħra fir-rigward tal-objettivi ta’ politika rilevanti.

(vii)

It-Taqsima 6 telenka d-dokumenti ta’ sostenn inklużi.

(viii)

It-Taqsima 8 irid ikun fiha attestazzjoni ffirmata li l-informazzjoni pprovduta hija vera, korretta u kompluta u li l-parti(jiet) notifikanti hija/huma konxji mid-dispożizzjonijiet dwar il-multi.

(b)

DIKJARAZZJONI TA’ EBDA KONTRIBUZZJONI FINANZJARJA NOTIFIKABBLI:

(i)

Jekk ma tkun ingħatat l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja barranija notifikabbli lill-parti(jiet) notifikanti fl-aħħar tliet snin, iridu jimtlew biss it-Taqsimiet 1, 2 u 8 tal-Formola FS-PP, kif ukoll it-Taqsima 7 speċifika, filwaqt li t-Taqsimiet li jifdal iridu jitħallew vojta.

(ii)

L-informazzjoni kollha mitluba fil-Formola FS-PP hija mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Kummissjoni titlob iktar informazzjoni f’talba għal informazzjoni.

4.   Informazzjoni li mhijiex raġonevolment disponibbli

(9)

Meta ċerta informazzjoni meħtieġa minn din il-Formola FS-PP ma tkunx raġonevolment disponibbli għall-parti(jiet) notifikanti parzjalment jew kollha kemm huma, il-parti(jiet) notifikanti jistgħu jitolbu li l-Kummissjoni teżenta mill-obbligu li tiġi pprovduta l-informazzjoni rilevanti jew minn kwalunkwe rekwiżit ieħor fil-Formola FS-PP relatat ma’ dik l-informazzjoni. Jenħtieġ li t-talba titressaq skont l-istruzzjonijiet fil-premessi (13)-(15) ta’ din l-Introduzzjoni.

5.   Informazzjoni li mhijiex meħtieġa għall-eżami tal-każ mill-Kummissjoni

(10)

Skont l-Artikolu 5(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista’ teżenta mill-obbligu li tiġi pprovduta xi informazzjoni partikolari fin-notifika, inklużi dokumenti, jew minn kwalunkwe rekwiżit ieħor fil-Formola FS-PP relatat ma’ din l-informazzjoni, meta l-Kummissjoni tqis li l-konformità ma’ dawn l-obbligi jew ħtiġijiet ma tkunx neċessarja għall-eżami tagħha tal-każ.

(11)

Il-parti(jiet) notifikanti jkunu jistgħu jitolbu li l-Kummissjoni teżenta mill-obbligu li tiġi pprovduta l-informazzjoni rilevanti jew minn kwalunkwe rekwiżit ieħor fil-Formola FS-PP relatat ma’ din l-informazzjoni. Din it-talba għandha tiġi sottomessa skont l-istruzzjonijiet għat-talbiet għal rinunzja stabbiliti fil-premessi (13)-(15) tal-Introduzzjoni ta’ din il-Formola FS-PP.

6.   Kuntatti ta’ qabel in-notifika u talbiet għal rinunzja

(12)

Il-parti(jiet) notifikanti hija/huma mħeġġa jidħlu f’diskussjonijiet ta’ qabel in-notifika minn żmien suffiċjenti qabel in-notifika, preferibbilment fuq il-bażi ta’ abbozz tal-Formola FS-PP. Il-possibbiltà li wieħed jidħol f’kuntatti ta’ qabel in-notifika huwa servizz offrut mill-Kummissjoni lill-parti(jiet) notifikanti fuq bażi volontarja sabiex jitħejja r-rieżami preliminari tas-sussidji barranin fil-kuntest ta’akkwist pubbliku ppubblikat. Bħala tali, filwaqt li mhumiex obbligatorji, il-kuntatti ta’ qabel in-notifika jistgħu jkunu siewja kemm għall-parti(jiet) notifikanti kif ukoll għall-Kummissjoni biex jiġi determinat, fost affarijiet oħra, l-ammont preċiż ta’ informazzjoni meħtieġa f’notifika b’mod partikolari fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont it-Taqsima 3 u fit-Tabella 1, u biex jiġi żgurat li n-notifika tkun kompluta. Barra minn hekk, il-kuntatti ta’ qabel in-notifika jistgħu jirriżultaw fi tnaqqis sinifikanti tal-informazzjoni meħtieġa. Meta jkun hemm iktar minn parti notifikanti waħda (bħala operatur ekonomiku wieħed) jew iktar minn grupp ta’ partijiet notifikanti (bħala membri tal-istess konsorzju), u kull parti notifikanti jew grupp ikollu l-għan li jissottometti offerta differenti fl-istess proċedura ta’ akkwist pubbliku, id-diskussjonijiet ta’ qabel in-notifika jridu jsiru ma’ kull parti notifikanti jew kull grupp ta’ partijiet notifikanti separatament u b’kunfidenzjalità sħiħa, biex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta fil-proċedura ta’ akkwist pubbliku inkwistjoni.

(13)

Waqt il-kuntatti ta’ qabel in-notifika, il-parti(jiet) notifikanti jistgħu jitolbu rinunzji biex jissottomettu ċerta informazzjoni meħtieġa minn din il-formola. Il-Kummissjoni se tikkunsidra talbiet għal rinunzja sakemm tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Il-parti(jiet) notifikanti tagħti/jagħtu raġunijiet adegwati għaliex l-informazzjoni rilevanti mhijiex raġonevolment disponibbli. Jekk ikun xieraq u sa fejn ikun possibbli, il-parti(jiet) notifikanti għandhom jipprovdu l-aħjar stimi għad-data nieqsa, jidentifikaw is-sorsi għal dawn l-istimi jew jindikaw minn fejn xi informazzjoni mitluba li ma tkunx disponibbli għall-parti(jiet) notifikanti tista’ tinkiseb mill-Kummissjoni.

(b)

Il-parti(jiet) notifikanti tagħti/jagħtu raġunijiet adegwati għaliex l-informazzjoni rilevanti ma tkunx meħtieġa għall-eżami tal-każ.

(14)

It-talbiet għal rinunzja għandhom isiru bil-miktub matul il-żmien ta’ qabel in-notifika fl-abbozz tan-Notifika nnifisha (fil-bidu tat-taqsima jew tas-subtaqsima rilevanti). Il-Kummissjoni se tittratta t-talbiet għal rinunzja matul iż-żmien ta’ qabel in-notifika fil-kuntest tar-rieżami tal-abbozz tan-notifika.

(15)

Il-fatt li l-Kummissjoni setgħet aċċettat li kwalunkwe informazzjoni partikolari mitluba minn din il-Formola FS-PP tista titneħħa minn notifika, bl-ebda mod ma jżomm lill-Kummissjoni milli titlob dik l-informazzjoni partikolari matul il-proċedimenti, b’mod partikolari billi titlob l-informazzjoni skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2022/2560.

7.   Ir-rekwiżit għal notifika jew dikjarazzjoni korretta u kompluta

(16)

L-informazzjoni mitluba fit-Taqsimiet 1 sa 3, 6 u 8 trid tiġi pprovduta fil-każ ta’ notifika ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin u għalhekk hija rekwiżit għal notifika kompluta. L-informazzjoni meħtieġa kollha trid tiġi pprovduta fit-taqsimiet xierqa tal-Formola FS-PP u trid tkun korretta u kompluta.

(17)

Fil-każ ta’ dikjarazzjoni li ma waslet l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja barranija notifikabbli, l-informazzjoni mitluba fit-Taqsimiet 1, 2, 7 u 8 trid tiġi pprovduta, u għalhekk hija rekwiżit għal dikjarazzjoni kompluta. L-informazzjoni meħtieġa kollha trid tiġi pprovduta fit-taqsima xierqa tal-Formola FS-PP u trid tkun korretta u kompluta.

(18)

Għandu jiġi partikolarment nnutat li:

(a)

Il-perjodu ta’ żmien ta’ 20 jum tax-xogħol stabbilit fl-Artikolu 30, il-paragrafi (2) u (6) tar-Regolament (UE) 2022/2560 għandu jibda fil-jum tax-xogħol wara dak tal-wasla tan-notifika kompluta. Dan biex jiġi żgurat li l-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta l-kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin fil-limiti ta’ żmien stretti stipulati mir-Regolament (UE) 2022/2560.

(b)

Meta jkunu qed iħejju n-notifika tagħhom, il-parti(jiet) notifikanti jridu jaraw li l-ismijiet u n-numri ta’ kuntatt, u b’mod partikolari l-indirizzi tal-email pprovduti lill-Kummissjoni jkunu preċiżi, relevanti u aġġornati.

(c)

Dikjarazzjoni tista’ tiġi sottomessa biss meta l-partijiet notifikanti kollha jiddikjaraw li ma tkun ingħatatilhom l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja barranija notifikabbli fl-aħħar tliet snin. Meta mill-inqas waħda mill-partijiet notifikanti tkun ingħatat kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin notifikabbli, is-sottomissjoni għandha titqies bħala notifika għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(d)

Id-dettalji ta’ kuntatt mitluba tal-partijiet notifikanti jridu jiġu pprovduti fil-format preskritt mid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs (DĠ GROW) fis-sit web tiegħu (6). Għal proċess ta’ rieżami xieraq, importanti li d-dettalji ta’ kuntatt ikunu preċiżi. Għal dan il-għan, l-indirizzi tal-email ipprovduti ma għandhomx ikunu personalizzati u attribwiti lil persuni ta’ kuntatt speċifiċi, minflok jenħtieġ li jintużaw kaxxi postali funzjonali tal-kumpanija tat-tim inkarigat min-notifika. Il-Kummissjoni tista’ tiddikjara n-notifika bħala mhux kompluta abbażi ta’ dettalji ta’ kuntatt mhux xierqa.

(e)

Id-dokumentazzjoni ta’ sostenn skont it-Taqsima 6 trid tiġi pprovduta flimkien ma’ tabella sommarja skont il-format preskritt mid-DĠ GROW fuq is-sit web tiegħu.

(f)

F’konformità mal-Artikolu 7(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, informazzjoni skorretta jew qarrieqa fin-notifika jew ipprovduta magħha se titqies li tagħmel in-notifika mhux kompluta għall-finijiet tad-determinazzjoni tad-data effettiva tan-notifika.

(g)

Skont l-Artikolu 29(4) tar-Regolament (UE) 2022/2560, jekk notifika li takkumpanja offerta jew talba għal parteċipazzjoni tibqa’ mhux kompluta minkejja talba magħmula mill-Kummissjoni biex tlestiha, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni li titlob lill-awtorità kontraenti jew lill-entità kontraenti tadotta deċiżjoni li tirrifjuta tali offerta jew talba għall-parteċipazzjoni irregolari.

(h)

Skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (UE) 2022/2560, l-operaturi ekonomiċi kkonċernat li, intenzjonalment jew b’negliġenza, jipprovdu informazzjoni mhux korretta jew qarrieqa, jistgħu jkunu soġġetti għal multi sa 1 % tal-fatturat aggregat tiegħu. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (UE) 2022/2560, il-Kummissjoni tista’ tirrevoka d-deċiżjoni tagħha meta din kienet ibbażata fuq informazzjoni mhux kompluta, mhux korretta jew qarrieqa.

8.   Kif għandek tinnotifika?

(19)

In-notifiki għandhom ikunu sottomessi f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. L-ismijiet tal-partijiet notifikanti għandhom jiġu sottomessi wkoll fil-lingwa oriġinali tagħhom. L-informazzjoni meħtieġa minn din il-Formola FS-PP trid tiġi stabbilita bl-użu tat-taqsimiet u s-subtaqsimiet u, fejn rilevanti, billi tiġi annessa d-dokumentazzjoni ta’ sostenn. In-notifika sottomessa trid tinkludi attestazzjoni kif previst fit-Taqsima 8. Meta l-informazzjoni pprovduta f’żewġ taqsimiet differenti tikkoinċidi parzjalment (jew kompletament), jistgħu jintużaw kontroreferenzi.

(20)

In-notifika trid tiġi ffirmata minn persuni awtorizzati bil-liġi biex jaġixxu f’isem kull parti notifikanti jew minn rappreżentant awtorizzat wieħed jew iktar tal-parti(jiet) notifikanti. Il-prokura(i) korrispondenti ta’ avukat (jew prova bil-miktub li huma awtorizzati li jaġixxu) iridu jiġu mehmuża man-notifika. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-istruzzjonijiet dwar in-notifiki jistgħu jinsabu fis-sit web tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs.

(21)

Meta jimlew it-Taqsima 3 ta’ din il-Formola FS-PP, il-parti(jiet) notifikanti huma mistiedna jikkunsidraw jekk, għall-fini ta’ ċarezza, l-informazzjoni f’dik it-taqsima hijiex ippreżentata bl-aħjar mod f’ordni numeriku, jew jekk l-informazzjoni tistax tinġabar fi grupp wieħed flimkien għal kull kontribuzzjoni finanzjarja barranija (jew grupp ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin).

(22)

Għall-fini ta’ ċarezza, xi informazzjoni tista’ titqiegħed f’annessi. Madankollu, huwa essenzjali li l-partijiet sostantivi ewlenin kollha tal-informazzjoni jiġu ppreżentati fil-korp tan-notifika. Kwalunkwe anness sottomess irid jintuża biss biex jissupplimenta l-informazzjoni pprovduta fit-test ewlieni tan-notifika nnifisha u jrid ikun indikat b’mod ċar fil-korp fejn tingħata informazzjoni supplimentari f’anness.

(23)

Id-dokumenti ta’ sostenn għandhom ikunu ippreżentati fil-lingwa oriġinali tagħhom; jekk din ma tkunx lingwa uffiċjali tal-Unjoni, għandha tiġi mehmuża traduzzjoni fil-lingwa tal-proċediment (l-Artikolu 5(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni).

9.   Kunfidenzjalità u Data Personali

(24)

L-Artikolu 339 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) u l-Artikolu 43(2) tar-Regolament (UE) 2022/2560 jeħtieġu li l-Kummissjoni, l-uffiċjali u aġenti oħra tagħha ma jiżvelawx informazzjoni koperta mill-obbligu tas-segretezza professjonali li jkunu kisbu permezz tal-applikazzjoni tar-Regolament. L-istess prinċipju irid japplika wkoll għall-protezzjoni tal-konfidenzalità bejn il-partijiet notifikanti.

(25)

Jekk il-parti(jiet) notifikanti temmen/jemmnu li l-interessi tagħhom jintlaqtu ħażin jekk xi informazzjoni li jintalbu jipprovdu kellha tiġi ppubblikata jew żvelata b’xi mod ieħor lil partijiet oħra, inklużi l-operaturi ekonomiċi l-oħra li jissottomettu n-notifika mal-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti rilevanti u l-awtorità kontraenti rilevanti, huma għandhom jissottomettu din l-informazzjoni lill-awtorità kontraenti jew lill-entità kontraenti rilevanti separatament b’kull paġna mmarkata b’mod ċar “Kunfidenzjali”. Għal dan l-għan, jista’ jiġi sottomess arkivju kriptat separat ta’ dokumenti u ċ-ċavetta tiġi pprovduta lill-Kummissjoni separatament. Jenħtieġ li l-partijiet notifikanti jagħtu wkoll raġunijiet għaliex din l-informazzjoni m’għandhiex tiġi żvelata jew ippubblikata.

(26)

F’każijiet li fihom in-notifika timtela minn iktar minn waħda mill-partijiet notifikanti, is-sigrieti kummerċjali jistgħu jiġu sottomessi b’qoxra separata, u tista’ ssir referenza għalihom fin-notifika bħala anness. Sabiex notifika titqies kompluta, dawn l-annessi kollha jridu jiġu inklużi fin-notifika.

(27)

Kwalunkwe data personali sottomessa fin-notifka jew magħha se tiġi pproċessata f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

TAQSIMA 1

Deskrizzjoni tal-akkwist pubbliku

1.1.

Ipprovdi link għad-dokument ippubblikat li jagħmel sejħa għall-kompetizzjoni f’din il-proċedura fuq Tenders Electronic Daily (TED) kif ukoll f’xi pjattaforma oħra, u sommarju tal-proċedura tal-akkwist pubbliku.

1.2.

Jekk id-Dokument Ewropew ta’ Akkwist Uniku (DEAU) jintuża mill-parti(jiet) notifikanti, jenħtieġ li l-obbligu li jiġi pprovdut sommarju tal-proċedura ta’ akkwist pubbliku jiġi ssodisfat permezz ta’ Parti I tal-Anness 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/7 mimlija (8).

1.3.

Jekk il-parti(jiet) notifikanti tissottometti/jissottomettu l-informazzjoni tagħhom permezz tad-DEAU, it-Taqsima 1 ta’ din il-Formola FS-PP għandha tiġi importata direttament mid-DEAU fil-Formola FS-PP bl-użu ta’ servizz diġitali pprovdut mill-Kummissjoni. Fin-nuqqas ta’ tali servizz, l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti għandha tibgħat lill-Kummissjoni n-notifika flimkien mal-Parti I mimlija tal-Anness 2 tad-DEAU.

1.4.

Jekk il-parti(jiet) notifikanti ma tissottomettix/ma jissottomettux l-informazzjoni tagħhom permezz tad-DEAU, din it-taqsima trid timtela bl-informazzjoni meħtieġa fil-Parti I tal-Anness 2 tad-DEAU.

1.5.

Jekk il-parti(jiet) notifikanti tissottometti/jissottomettu l-informazzjoni tagħhom permezz tad-DEAU parzjalment biss, l-elementi neqsin mill-Parti I tal-Anness 2 tal-parti tad-DEAU jridu jiġu pprovduti f’din it-taqsima.

TAQSIMA 2

Informazzjoni dwar il-parti(jiet) notifikanti

2.1.

Jekk jintuża d-DEAU mill-parti(jiet) notifikanti, l-obbligu li tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-parti(jiet) notifikanti jista’ jiġi ssodisfat billi tiġi pprovduta l-Parti II tal-Anness 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/7 li jistabbilixxi l-formola standard għad-DEAU. Id-DEAU jimtela għall-operaturi ekonomiċi kollha li jipparteċipaw fl-offerta jew fit-talbiet għall-parteċipazzjoni kif ukoll għas-subkuntratturi li wieħed joqgħod fuq il-kapaċitajiet tagħhom biex jissodisfaw il-kriterji tal-għażla. Subkuntratturi li mhumiex “subkuntratturi ewlenin” skont it-tifsira tal-Artikolu 29(5) tar-Regolament (UE) 2022/2560 ma għandhomx għalfejn jimlew din it-taqsima tal-formola. Subkuntratturi li huma “subkuntratturi ewlenin” skont it-tifsira tal-Artikolu 29(5) tar-Regolament (UE) 2022/2560 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, iżda li l-kapaċitajiet tagħhom mhumiex affidabbli f’konformità mal-Artikolu 63 tad-Direttiva 2014/24/UE jew l-Artikolu 79 tad-Direttiva 2014/25/UE, għandhom jimlew din it-taqsima manwalment.

2.2.

Jekk il-parti(jiet) notifikanti tissottometti/jissottomettu l-informazzjoni tagħhom permezz tad-DEUA, din il-parti tal-Formola FS-PP għandha tiġi importata direttament mid-DEUA f’din il-Formola FS-PP bl-użu ta’ servizz diġitali pprovdut mill-Kummissjoni. Fin-nuqqas ta’ tali servizz, l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti trid tibgħat din in-notifika lill-Kummissjoni flimkien mal-Parti II mimlija tal-Anness 2 tad-DEAU sottomess.

2.3.

Jekk il-parti(jiet) notifikanti ma tissottomettix/ma jissottomettux l-informazzjoni tagħhom permezz tad-DEAU, din it-taqsima trid timtela bl-informazzjoni meħtieġa fil-Parti II tal-Anness 2 tad-DEAU.

2.4.

Jekk il-parti(jiet) notifikanti tissottometti/jissottomettu l-informazzjoni tagħhom permezz tad-DEAU parzjalment biss, l-elementi neqsin mill-Parti II tal-Anness 2 tal-parti tad-DEAU jridu jiġu pprovduti f’din it-taqsima.

2.5.

Jekk jogħġbok daħħal l-indirizz tal-email jew l-identifikatur uniku tiegħek użat għall-kont tal-EU Login li se jservi għall-komunikazzjoni.

TAQSIMA 3

Kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin

3.1.

Il-valutazzjoni ta’ jekk hemmx distorsjoni kkawżata minn sussidji barranin fi proċedura ta’ akkwist pubbliku ssir billi jiġu vvalutati l-indikaturi tad-distorsjoni (9) u jekk l-offerta hijiex vantaġġuża indebitament fir-rigward tax-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi kkonċernati (10). F’din it-Taqsima, jenħtieġ li l-parti(jiet) notifikanti jirrapportaw biss kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 5(1), il-punti (a) sa (c) u (e) tar-Regolament (UE) 2022/2560, li huma fost l-iktar probabbli li joħolqu distorsjoni fis-suq intern. Għal kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin li ma jaqgħux f’dawn il-kategoriji, jekk jogħġbok irreferi għall-punt 3.3. ta’ din it-Taqsima u t-Tabella 1. Għal proċeduri ta’ akkwist pubbliku li jilħqu l-livelli limiti fl-Artikoli 28(1)(a) u 28(2) tar-Regolament (UE) 2022/2560, li fihom il-kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin notifikabbli f’konformità mal-Artikolu 28(1)(b) tar-Regolament (UE) 2022/2560, ikunu ngħataw lill-parti(jiet) notifikanti fit-tliet snin qabel in-notifika, indika jekk kull wieħed mill-partijiet notifikanti ngħatawx kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin ta’ EUR 1 miljun jew iktar individwalment (11) fit-tliet snin qabel in-notifika u li jistgħu jaqgħu f’xi waħda mill-kategoriji tal-Artikolu 5(1), il-punt (a) sa (c) u (e) tar-Regolament (UE) 2022/2560.

3.1.1.

Sabiex ikun jista’ jiġi ddeterminat jekk ingħatatx kontribuzzjoni finanzjarja barranija lil impriża li kienet f’diffikultà skont it-tifsira tal-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament (UE) 2022/2560, jekk jogħġbok indika jekk ġietx issodisfata xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin fi kwalunkwe ħin fit-tliet snin qabel in-notifika:

3.1.1.1.

Il-parti notifikanti hija kumpanija b’responsabbiltà limitata, fejn iktar minin nofs il-kapital azjonarju sottoskritt tagħha għeb minħabba telf akkumulat?

iva

le

3.1.1.2.

Il-parti notifikanti hija kumpanija fejn tal-inqas uħud mill-membri għandhom responsabbiltà illimitata għad-dejn tal-kumpanija, u fejn iktar minn nofs il-kapital tagħha kif muri fil-kontijiet tal-kumpanija għeb minħabba telf akkumulat?

iva

le

3.1.1.3.

Il-parti notifikanti hija soġġetta għal proċedimenti ta’ insolvenza kollettivi jew tissodisfa l-kriterji tal-liġi domestika tagħha biex jinbdew proċedimenti ta’ insolvenza kollettivi fuq talba tal-kredituri tagħha?

iva

le

3.1.1.4.

Fil-każ li l-parti notifikanti inkwistjoni mhijiex SME (12):

3.1.1.4.1.

il-proporzjon bejn id-dejn u l-ekwità fuq il-kotba tal-parti notifikanti kien ikbar minn 7,5 fl-aħħar sentejn?

kif ukoll

3.1.1.4.2.

il-proporzjon ta’ kopertura tal-imgħax EBITDA (13) tal-parti notifikanti kien inqas minn 1,0 fl-aħħar sentejn?

iva

le

3.1.1.5.

Jekk it-tweġiba għal xi waħda mill-mistoqsijiet fit-taqsimiet 3.1.1.1 sa 3.1.1.4 kienet “iva” b’rabta ma’ xi wieħed mill-partijiet notifikanti, indika jekk matul il-perjodi li fih l-impriża inkwistjoni kienet f’diffikultà, hija rċevietx xi kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin li setgħu ikkontribwew biex jirrestawraw il-vijabbiltà fit-tul tagħha (inkluż kwalunkwe assistenza temporanja fil-likwidità mfassla biex tappoġġa r-restawr tal-vijabbiltà) jew biex iżżomm dik il-parti għaddejja għaż-żmien qasir meħtieġ biex taħdem pjan ta’ ristrutturar jew ta’ likwidazzjoni.

Parti(jiet) notifikanti

iva

le

3.1.1.6.

Jekk it-tweġiba għal xi mistoqsija fit-taqsimiet minn 3.1.1.1 sa 3.1.1.4 kienet “iva” fir-rigward ta’ xi waħda mill-partijiet notifikanti, indika jekk hemmx pjan ta’ ristrutturar li jista’ jwassal għal vijabblità fit-tul ta’ dik il-parti notifikanti u jekk dan il-pjan ta’ ristrutturar jinkludix kontribuzzjoni proprja sinifikanti mill-parti notifikanti u pprovdi dettalji ta’ dak il-pjan.

3.1.1.7.

Jekk it-tweġiba għal kwalunkwe waħda mill-mistoqsijiet fil-punti 3.1.1.1 sa 3.1.1.4 kienet “iva”, issostanzja t-tweġiba, inklużi referenzi fit-tweġiba għall-evidenza ta’ sostenn jew għad-dokumenti li għandhom jiġu pprovduti fl-annessi (tali dokumenti jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, l-aħħar dikjarazzjonijiet tar-rapport tal-introjtu bil-karti bilanċjali tal-parti notifikanti, jew id-deċiżjoni tal-qorti li tiftaħ proċedimenti ta’ insolvenza kollettivi fuq il-kumpanija jew dokumenti li jipprovdu evidenza li l-kriterji sabiex titqiegħed fi proċedimenti ta’ insolvenza fuq talba tal-kredituri skont il-liġi nazzjonali dwar il-kumpaniji huma ssodisfati, eċċ.).

3.1.2.

Kontribuzzjoni finanzjarja barranija fil-forma ta’ garanzija illimitata għad-djun jew l-obbligazzjoni tal-impriża, jiġifieri mingħajr ebda indikazzjoni fuq l-ammont jew it-tul ta’ żmien ta’ tali garanzija (l-Artikolu 5(1)(b)).

iva

le

3.1.3.

Miżura ta’ finanzjament tal-esportazzjoni li mhijiex konformi mal-Arranġament dwar il-krediti għall-esportazzjoni uffiċjalment appoġġati tal-OECD (l-Artikolu 5(1)(c)).

iva

le

3.1.4.

Kontribuzzjoni finanzjarja barranija li tippermetti lil impriża tippreżenta offerta indebitament vantaġġuża li abbażi tagħha l-impriża tkun tista’ tingħata l-kuntratt rilevanti (l-Artikolu 5(1)(e)).

iva

le

3.2.

Għal kull kontribuzzjoni finanzjarja barranija mogħtija lill-parti(jiet) notifikanti daqs jew iktar minn EUR 1 miljun li tista’ taqa’ f’xi waħda mill-kategoriji tal-Artikolu 5(1), il-punti (a) sa (c) u (e) tar-Regolament (UE) 2022/2560 fit-tliet snin ta’ qabel in-notifika, ipprovdi l-informazzjoni li ġejja u pprovdi evidenza ta’ sostenn:

3.2.1.

Forma ta’ kontribuzzjoni finanzjarja (pereż. self, eżenzjoni mit-taxxa, injezzjoni ta’ kapital, inċentiv fiskali, kontribuzzjonijiet in natura, eċċ.).

3.2.2.

Pajjiż terz li jagħti l-kontribuzzjoni finanzjarja. Speċifika wkoll l-awtorità jew l-entità pubblika li tagħti l-għajnuna.

3.2.3.

L-ammont ta’ kull kontribuzzjoni finanzjarja.

3.2.4.

L-iskop u r-raġunament ekonomiku għall-għoti tal-kontribuzzjoni finanzjarja lill-parti

3.2.5.

Jekk hemmx xi kundizzjonijiet marbuta mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif ukoll mal-użu tagħhom.

3.2.6.

Iddeskrivi l-elementi u l-karatteristiċi ewlenin ta’ dawk il-kontribuzzjonijiet finanzjarji (eż. ir-rati tal-imgħax u t-tul ta’ żmien fil-każ ta’ self).

3.2.7.

Sġjega jekk il-kontribuzzjoni finanzjarja tagħtix benefiċċju skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2022/2560 lill-impriża li lilha tkun ingħatat il-kontribuzzjoni finanzjarja barranija. Spjega għaliex, b’referenza għad-dokumenti ta’ sostenn ipprovduti fit-Taqsima 6.

3.2.8.

Spjega jekk il-kontribuzzjoni finanzjarja hijiex limitata fil-liġi jew fil-fatt, skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2022/2560, għal ċerti impriżi jew industriji (14). Spjega għaliex, b’referenza għad-dokumenti ta’ sostenn ipprovduti fit-Taqsima 6.

3.2.9.

Spjega jekk il-kontribuzzjoni finanzjarja barranija tingħatax biss għall-spejjeż operatorji (15) marbuta esklussivament mal-akkwist pubbliku inkwistjoni.

3.3.

Ipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin ta’ EUR 1 miljun jew iktar mogħtija lill-partijiet notifikanti fit-tliet snin qabel in-notifika li ma jaqgħux f’xi waħda mill-kategoriji tal-Artikolu 5(1), il-punti (a) sa (e) tar-Regolament (UE) 2022/2560 skont il-mudell u l-istruzzjonijiet pprovduti fit-Tabella 1.

TAQSIMA 4

Ġustifikazzjoni għan-nuqqas ta’ offerta indebitament vantaġġuża

4.1.

Għal xi waħda mill-kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin li jippermettu lil impriża tissottometti offerta indebitament vantaġġuża li abbażi tagħha l-impriża tkun tista’ tingħata l-kuntratt rilevanti (l-Artikolu 5(1)(e) tar-Regolament (UE) 2022/2560), hemm xi elementi li jistgħu jiġu ppreżentati biex juru li l-offerta mhijiex vantaġġuża indebitament, direttament jew indirettament, minħabba l-kontribuzzjoni(jiet) finanzjarji rċevuti, inkluż l-elementi msemmija fl-Artikolu 69(2) tad-Direttiva 2014/24/UE jew fl-Artikolu 84(2) tad-Direttiva 2014/25/UE?

4.2.

L-elementi jistgħu jirreferu b’mod partikolari għal:

4.2.1.

l-ekonomija tal-proċess ta’ manifattura, tas-servizzi pprovduti jew tal-metodu tal-kostruzzjoni;

4.2.2.

is-soluzzjonijiet tekniċi magħżula jew kwalunkwe kundizzjoni eċċezzjonalment favorevoli disponibbli għall-offerent għall-forniment ta’ prodotti jew servizzi jew għat-twettiq tax-xogħol;

4.2.3.

l-oriġinalità tax-xogħol, tal-provvisti jew tas-servizzi proposti mill-offerent;

4.2.4.

il-konformità mal-obbligi applikabbli fl-oqsma tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol;

4.2.5.

il-konformità mal-obbligi rigward is-subkuntrattar.

TAQSIMA 5

Effetti pożittivi possibbli

5.1.

Jekk applikabbli, elenka u ssostanzja kwalunkwe effett pożittiv possibbli fuq l-iżvilupp tal-attività ekonomika sussidjata rilevanti fis-suq intern. Elenka wkoll u ssostanzja kwalunkwe effett pożittiv tas-sussidji barranin, bħal effetti pożittivi usa’ fir-rigward tal-objettivi ta’ politika rilevanti, b’mod partikolari dawk tal-Unjoni, u speċifika meta u fejn dawk l-effetti seħħew jew huma mistennija li jseħħu. Ipprovdi deskrizzjoni ta’ kull wieħed minn dawk l-effetti pożittivi.

TAQSIMA 6

Dokumentazzjoni ta’ sostenn

Ipprovdi dan li ġej għal kull parti notifikanti:

6.1.

Kopji tad-dokumenti uffiċjali ta’ sostenn kollha relatati mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jistgħu jaqgħu taħt xi waħda mill-kategoriji tal-Artikolu 5(1), il-punti (a) sa (c) u (e) tar-Regolament (UE) 2022/2560 skont it-Taqsima 3.1.

6.2.

Kopji tad-dokumenti li ġejjin imħejjija minn kwalunkwe membru tal-bord maniġerjali, il-bord tad-diretturi jew il-bord superviżorju jew imħejjija għalihom jew riċevuti minnhom: analiżijiet, rapporti, studji, stħarriġ, preżentazzjonijiet u kwalunkwe dokument komparabbli li jiddiskutu l-iskop, l-użu u r-raġunament ekonomiku tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin li jistgħu jaqgħu f’xi waħda mill-kategoriji tal-Artikolu 5(1), il-punti (a) sa (c) u (e) tar-Regolament (UE) 2022/2560. Ipprovdi l-istess dokumenti mħejjija mill-entità li tagħti l-kontribuzzjoni finanzjarja barranija, jew imħejjija għalihom jew riċevuti minnhom, sa fejn ikunu fil-pussess tiegħek jew ikunu disponibbli pubblikament.

6.3.

Indikazzjoni tal-indirizz fuq l-Internet, jekk ikun hemm, li fuqu hemm disponibbli l-iktar kontijiet annwali jew rapporti riċenti tal-partijiet notifikanti kollha, jew jekk dan l-indirizz fuq l-Internet ma jeżistix, kopji tal-iktar kontijiet annwali u rapport riċenti.

6.4.

Meta l-parti(jiet) notifikanti tipprovdi/jipprovdu ġustifikazzjonijiet tan-nuqqas ta’ vantaġġ indebitu tal-offerta billi jimlew it-Taqsima 4 ta’ din il-formola, jeħtieġ ukoll li jipprovdu dokumentazzjoni għall-perjodu li jkopri t-tliet snin ta’ qabel in-notifika, li tissostanzja l-elementi ppreżentati. Tali dokumentazzjoni tista’ tinkludi fost l-oħrajn, kif rilevanti:

(a)

dikjarazzjonijiet tat-taxxa għall-perjodu taħt rieżami, inklużi kopji tad-dikjarazzjonijiet tat-taxxa tal-kumpaniji u tad-dikjarazzjonijiet tal-VAT,

(b)

pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju u riċerka tas-suq li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni ta’ parteċipazzjoni fil-proċedura ta’ akkwist pubbliku.

TAQSIMA 7

Dikjarazzjoni

7.1.

F’konformità mal-Introduzzjoni, il-premessa 6, għal proċeduri ta’ akkwist pubbliku li jilħqu l-livelli limitu fl-Artikoli 28(1)(a) u 28(2) tar-Regolament (UE) 2022/2560, li fihom ma tkun ingħatat l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja barranija, notifikabbli f’konformità mal-Artikolu 28(1)(b) tar-Regolament (UE) 2022/2560, lill-part(ijiet) notifikanti fl-aħħar tliet snin, iridu jimtlew it-Taqsimiet 1, 2 u 8 ta’ din il-Formola, flimkien mad-dikjarazzjoni li ġejja:

L-ebda waħda mill-partijiet notifikanti ma rċeviet kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin notifikabbli skont il-Kapitolu 4 tar-Regolament (UE) 2022/2560 .”

7.2.

F’konformità mal-obbligu fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (UE) 2022/2560, il-parti(jiet) notifikanti jridu jelenkaw il-kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin kollha riċevuti. Dan l-obbligu jkopri l-kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin kollha mhux notifikabbli f’konformità mal-Artikolu 28(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2022/2560 riċevuti fl-aħħar tliet snin qabel id-dikjarazzjoni.

7.3.

Madankollu, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin mhux notifikabbli, li huma ta’ valur inqas minn EUR 1 miljun iżda ogħla mill-valur indikat fit-Taqsima 7.4 hawn taħt fl-aħħar tliet snin qabel id-dikjarazzjoni jistgħu jiġu ddikjarati bħala aggregati mingħajr ma jiġu indikati l-valuri tagħhom, bl-użu tat-Tabella 2. Meta jintalbu mill-Kummissjoni, kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin bħal dawn iridu jiġu rrappurtati individwalment.

7.4.

F’konformità mal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2022/2560, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin li l-ammont totali tagħhom għal kull pajjiż terz huwa inqas mill-ammont ta’ għajnuna de minimis kif definit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 (16) matul il-perjodu konsekuttiv ta’ tliet snin qabel id-dikjarazzjoni ma għandhomx għalfejn jiġu rrapportati fid-dikjarazzjoni.

TAQSIMA 8

Attestazzjoni

8.1.

In-notifika trid tispiċċa b’din l-attestazzjoni li ġejja li għandha tkun iffirmata minn kull parti notifikanti:

8.2.

Il-parti(jiet) notifikanti jikkonfermaw li l-informazzjoni li taw f’din in-notifika jew dikjarazzjoni hija vera, korretta u kompluta sa fejn jafu huma, li ġew ipprovduti kopji veri u sħaħ tad-dokumenti meħtieġa minn din il-Formula FS-PP, li l-istimi kollha huma identifikati bħala tali u li dawn huma l-aħjar stimi tagħhom tal-fatti sottostanti, u li l-fehmiet espressi kollha huma sinċieri.

8.3.

Huma konxji mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2022/2560 dwar multi u ħlasijiet perjodiċi ta’ penali.”

Data:

[firmatarju 1]

Isem:

Organizzazzjoni:

Pożizzjoni:

Indirizz:

Nru tat-telefon:

Email:

[“iffirmat elettronikament”/firma]

[firmatarju 2 jekk applikabbli, irrepeti għal kemm hemm partijiet notifikanti]

Isem:

Organizzazzjoni:

Pożizzjoni:

Indirizz:

Nru tat-telefon:

Email:

[“iffirmat elettronikament”/firma]

Tabella 1

Struzzjonijiet biex tingħata informazzjoni dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin li ma jaqgħu taħt l-ebda waħda mill-kategoriji tal-Artikolu 5(1), il-punti (a) sa (e) (it-Taqsima 3.3)

1.

Din it-Tabella tintuża biex tipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin ta’ EUR 1 miljun jew iktar mogħtija minn kull pajjiż terz lill-partijiet notifikanti fit-tliet snin ta’ qabel in-notifika u li ma jaqgħu fl-ebda waħda mill-kategoriji tal-Artikolu 5(1), il-punti (a) sa (e) tar-Regolament (UE) 2022/2560 skont il-mudell u l-istruzzjonijiet ta’ hawn taħt. Il-punt A jiċċara liema informazzjoni jeħtieġ li tiġi inkluża fit-tabella, u l-Punt B jiċċara liema informazzjoni ma għandhiex tiġi inkluża.

A.   Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fit-Tabella

2.

Qassam il-kontribuzzjonijiet finanzjarji differenti skont il-pajjiż terz u skont it-tip, bħal għotja diretta, self/strument ta’ finanzjament/pagamenti bil-quddiem ripagabbli, vantaġġ tat-taxxa, garanzija, strument ta’ kapital ta’ riskju, intervent ta’ ekwità, tħassir tad-dejn, kontribuzzjonijiet ipprovduti għall-attivitajiet mhux ekonomiċi ta’ impriża (ara l-premessa 16 tar-Regolament (UE) 2022/2560), jew oħrajn.

3.

Inkludi biss dawk il-pajjiżi fejn l-ammont aggregat stmat tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji kollha skont il-pajjiż mogħtija fit-tliet snin qabel in-notifika (ikkalkulat skont il-punt 5) huwa ta’ EUR 4 miljun jew iktar.

4.

Għal kull tip ta’ kontribuzzjoni finanzjarja, ipprovdi deskrizzjoni qasira tal-iskop tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji u l-entitajiet tal-għoti.

5.

Ikkwantifika l-ammont aggregat stmat tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji mogħtija minn kull pajjiż terz fit-tliet snin qabel in-notifika fil-forma ta’ meded, kif speċifikat fin-noti tat-Tabella ta’ hawn taħt. Għall-kalkolu ta’ dan l-ammont, il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin huma rilevanti:

(a)

Qis il-kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin li jaqgħu fil-kategoriji tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2022/2560 u li dwarhom ġiet ipprovduta informazzjoni skont it-Taqsimiet 3.1 u 3.2.

(b)

Tqisx il-kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin esklużi skont il-punti 6 u 7 hawn taħt.

B.   Eċċezzjonijiet

6.

Fit-tabella, ma għandekx għalfejn tinkludi deskrizzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li ġejjin:

(a)

Differimenti ta’ ħlas ta’ taxxi u/jew ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, amnestiji tat-taxxa u eżenzjonijiet mit-taxxi kif ukoll regoli normali ta’ deprezzament u ta’ riport tat-telf li huma ta’ applikazzjoni ġenerali. Jekk dawn il-miżuri jkunu limitati, pereżempju, għal ċerti setturi, reġjuni jew (tipi ta’) impriżi, dawn għandhom jiġu inklużi.

(b)

L-applikazzjoni ta’ ħelsien mit-taxxa biex tiġi evitata t-tassazzjoni doppja f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ ftehimiet bilaterali jew multilaterali għall-evitar tat-tassazzjoni doppja kif ukoll ħelsien mit-taxxa unilaterali biex tiġi evitata t-tassazzjoni doppja applikati skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar it-taxxa sal-punt li jsegwu l-istess loġika bħad-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet bilaterali jew multilaterali.

(c)

Il-provvista/xiri ta’ oġġetti/servizzi (ħlief servizzi finanzjarji) f’termini tas-suq fil-kors normali tan-negozju, pereżempju l-provvista/xiri ta’ oġġetti jew servizzi mwettqa wara proċedura ta’ sejħa għall-offerti kompetittiva, trasparenti u mhux diskriminatorja.

(d)

Kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin li jkunu inqas mill-ammont individwali ta’ EUR 1 miljun.

Pajjiz terz

It-tip ta’ kontribuzzjoni finanzjarja (*1)

Deskrizzjoni qasira tal-iskop tal-kontribuzzjoni finanzjarja u l-entità tal-għoti (*2)

Pajjiż A

Tip 1

 

Tip 2

 

Tip 3

 

Tip 4

 

 

Total stmat tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji mogħtija minn A: EUR […] (*3)

Pajjiż B

Tip 1

 

Tip 2

 

Tip 3

 

Tip 4

 

 

Total stmat tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji mogħtija minn B: EUR […] (*3)

Pajjiż C

 

 

 

 

 

 

 

Nota:

jekk jogħġbok ipprovdi tabella separata għal kull waħda mill-partijiet notifikanti. Il-pajjiżi terzi u, meta possibbli, it-tipi ta’ kontribuzzjonijiet, jenħtieġ li jiġu ordnati skont l-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja barranija, mill-ogħla waħda sa dik l-iktar baxxa.

C.   Iktar tagħrif

7.

Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin li jistgħu jkunu rilevanti għall-valutazzjoni ta’ kull akkwist pubbliku jistgħu jiddependu fuq għadd ta’ fatturi bħas-setturi jew l-attivitajiet involuti, it-tip ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji jew speċifiċitajiet oħra tal-każ. Fid-dawl ta’ dawn l-ispeċifiċitajiet, il-Kummissjoni tista’ titlob informazzjoni addizzjonali meta tqis li tali informazzjoni tkun meħtieġa għall-valutazzjoni tagħha.

Tabella 2

Għar-rapportar ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin li jkunu ta’ valur inqas minn EUR 1 miljun u ogħla mill-valur indikat fit-Taqsima 7.4

Pajjiz terz

Deskrizzjoni qasira tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji

Pajjiż A

 

Pajjiż B

 

Pajjiż C

 

 

 

 


(1)  ĠU L 330, 23.12.2022, p. 1.

(2)  ĠU L 177., 12.7.2023, p. 1.

(3)  Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

(4)  Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).

(5)  Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1).

(6)  Ara: https://single-market-economy.ec.europa.eu/single-market/public-procurement/foreign-subsidies-regulation u segwi l-istruzzjonijiet hemmhekk.

(7)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39). Ara wkoll l-istqarrija ta’ privatezz relatata mal-investigazzjonijiet dwar il-kompetizzjoni fuq https://ec.europa.eu/competition-policy/index/privacy-policy-competition-investigations_en.

(8)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/7 tal-5 ta’ Jannar 2016 li jistabbilixxi formola standard għad-Dokument Ewropew Uniku għall-Akkwist (ĠU L 3, 6.1.2016, p. 16).

(9)  L-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2022/2560

(10)  L-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 2022/2560

(11)  Kontribuzzjoni finanzjarja għandha titqies mogħtija mill-mument li l-benefiċjarju jikseb intitolament legali biex jirċeivi l-kontribuzzjoni finanzjarja. L-iżborż attwali tal-kontribuzzjoni finanzjarja mhuwiex kundizzjoni meħtieġa biex kontribuzzjoni finanzjarja taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2022/2560.

(12)  Impriżi żgħar u medji jew SMEs huma definiti fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat, ĠU L 187 26.6.2014, p. 1.

(13)  Il-qligħ qabel l-imgħax, it-taxxi, id-deprezzament u l-amortizzazzjoni. Dan il-proporzjon huwa kkalkulat bħala pagamenti tal-EBITDA/tal-imgħax

(14)  Il-benefiċċju għandu jingħata lil impriża jew industrija waħda jew iktar. L-ispeċifiċità tas-sussidju barrani tista’ tiġi stabbilita bil-liġi jew fil-fatt.

(15)  Pereżempju spejjeż tal-persunal, materjali, enerġija, manutenzjoni, kera, amministrazzjoni.

(16)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 1).

(*1)  Identifika l-kontribuzzjonijiet finanzjarji billi tiġborhom flimkien skont it-tip: bħal għotja diretta, self/strument ta’ finanzjament/pagamenti bil-quddiem ripagabbli, vantaġġ tat-taxxa, garanzija, strument ta’ kapital ta’ riskju, intervent ta’ ekwità, tħassir tad-dejn, kontribuzzjonijiet ipprovduti għall-attivitajiet mhux ekonomiċi ta’ impriża (ara l-premessa 16 tar-Regolament (UE) 2022/2560), jew oħrajn.

(*2)  Deskrizzjoni ġenerali tal-iskop tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji inklużi f’kull tip u tal-entità(jiet) tal-għoti. Pereżempju, “eżenzjoni mit-taxxa għall-produzzjoni ta’ prodott A u attivitajiet ta’ R&Ż”, “diversi selfiet ma’ banek tal-Istat għall-iskop X”, “diversi miżuri ta’ finanzjament ma’ aġenziji ta’ investiment tal-Istat biex ikopru l-ispejjeż operatorji/għal attivitajiet ta’ R&Ż”, “injezzjoni ta’ kapital pubbliku fil-Kumpanija X”.

(*3)  Uża l-meded li ġejjin: “EUR 45-100 miljun”, “EUR > 100-500 miljun”, “EUR > 500-1 000 miljun”, “iktar minn EUR 1 000 miljun”.


12.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 177/45


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1442

tal-11 ta’ Lulju 2023

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f’kuntatt mal-ikel, fir-rigward tal-bidliet fl-awtorizzazzjonijiet tas-sustanzi u ż-żieda ta’ sustanzi ġodda

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1), it-tieni subparagrafu, il-punti (a), (d), (e), (h) u (i), l-Artikolu 11(3) u l-Artikolu 12(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 (2) jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel. B’mod partikolari, l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ sustanzi awtorizzati li jistgħu jintużaw intenzjonalment fil-manifattura ta’ materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel.

(2)

Mill-aħħar darba li ġie emendat ir-Regolament (UE) Nru 10/2011, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ippubblikat opinjonijiet xjentifiċi ulterjuri dwar sustanzi ġodda li jistgħu jintużaw f’materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel (“FCM” — Food Contact Materials) kif ukoll dwar l-użu ta’ sustanzi diġà awtorizzati. Barra minn hekk, ġew identifikati ċerti ambigwitajiet relatati fl-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament. Sabiex jiġi żgurat li r-Regolament (UE) Nru 10/2011 iqis il-progress xjentifiku u tekniku, b’mod partikolari l-aktar sejbiet riċenti tal-Awtorità, u sabiex jitneħħa kwalunkwe dubju fir-rigward tal-applikazzjoni korretta tiegħu, dak ir-Regolament jenħtieġ li jiġi emendat.

(3)

Is-sustanza “dqiq tal-injam u fibri, mhux ittrattat” (FCM Nru 96, “injam”) bħalissa hija awtorizzata bħala addittiv f’materjali tal-plastik li jiġu f’kuntatt mal-ikel abbażi ta’ evalwazzjoni mill-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel li kkonkludiet li dqiq tal-injam u fibri huma materjal inerti. Madankollu, fl-opinjoni tagħha (3) ta’ Novembru 2019, l-Awtorità ma setgħetx tivvalida r-raġunijiet għal dik il-konklużjoni. Hija ddikjarat li l-injam ma jistax jitqies bħala inerti fih innifsu, minħabba l-ħafna sustanzi ta’ piż molekulari baxx li fih. Barra minn hekk, l-opinjoni ma tindika l-ebda kundizzjoni li fiha, l-użu tal-injam fil-plastik jista’ jitqies sikur, u tinnota li minħabba d-differenzi kimiċi fil-kompożizzjoni tal-materjali tal-pjanti, is-sikurezza tal-migranti minn dawn il-materjali trid tiġi evalwata fuq il-bażi ta’ każ b’każ, filwaqt li titqies ukoll lil hinn mill-ispeċijiet tal-oriġini, tal-ipproċessar, tat-trattament għall-kompatibbiltà mal-polimeru ospitanti u l-valutazzjoni, ta’ kif il-kostitwenti b’piż molekulari baxx jemigraw fl-ikel. Minħabba li din l-awtorizzazzjoni tal-injam ma tqisx dawk l-aspetti u għalhekk ma tistax tqis biżżejjed l-użu sikur ta’ dik is-sustanza fil-plastik, u l-Awtorità ma tipprevedix restrizzjonijiet oħra li madankollu jiżguraw l-użu sikur ta’ din is-sustanza fil-plastik, l-awtorizzazzjoni tenħtieġ li tiġi revokata.

(4)

Wara talba mill-Kummissjoni, fid-29 ta’ April 2020, l-Awtorità adottat opinjoni xjentifika (4) li tirrieżamina l-451 sustanza elenkata fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011, li għalihom ma huwa stabbilit l-ebda limitu ta’ migrazzjoni speċifika (“SML”) skont l-Artikolu 11(1) ta’ dak ir-Regolament. Hija qieset li 284 minn dawk is-sustanzi kellhom bżonn jiġu evalwati mill-ġdid sabiex jiġi ddeterminat jekk huwiex meħtieġ limitu ta’ migrazzjoni speċifika u kklassifikathom fi tliet gruppi ta’ prijorità. Tliet sustanzi tqiegħdu fil-“grupp ta’ prijorità għolja”. Minn dawn it-tliet sustanzi, l-istiren (FCM Nru 193) huwa magħruf li jintuża b’mod komuni u diġà huwa soġġett għal evalwazzjoni mill-ġdid, filwaqt li fir-rigward tas-sustanza aċidu lawriku, ester tal-vinil (FCM Nru 436), utent ipprovda lill-Awtorità b’data addizzjonali li wriet li evalwazzjoni mill-ġdid tiegħu tkun ta’ prijorità aktar baxxa. Madankollu, l-ebda utent tat-tielet sustanza, aċidu saliċiliku (FCM Nru 121), ma kkuntattja lill-Kummissjoni jew lill-Awtorità wara li tqiegħdet fil-lista ta’ prijorità għolja u wara li s-servizzi tal-Kummissjoni kkonsultaw lill-partijiet ikkonċernati dwar revoka potenzjali tal-awtorizzazzjoni tagħha. Madankollu, l-Awtorità ma tistax tevalwa l-użu ta’ sustanza mingħajr utent magħruf, minħabba li għandha tqis il-kundizzjonijiet maħsuba tal-użu tal-materjal jew tal-oġġett li fih tkun se tintuża s-sustanza, u utent biss jista’ jipprovdi tali informazzjoni. Barra minn hekk, jekk tiġi pprovduta, tali informazzjoni fil-biċċa l-kbira tiddetermina l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ kwalunkwe awtorizzazzjoni futura li x’aktarx tkun aktar limitata mill-awtorizzazzjoni wiesgħa attwali. Konsegwentement, peress li ma huwa magħruf l-ebda użu jew utent speċifiku tal-aċidu saliċiliku, u minħabba l-inċertezza dwar il-kundizzjonijiet tal-użu li taħthom l-użu ta’ din is-sustanza jkun konformi mar-Regolament (KE) Nru 1935/2004, huwa xieraq li tiġi revokata din l-awtorizzazzjoni tal-aċidu saliċiliku.

(5)

Abbażi tal-opinjonijiet tal-Awtorità adottati fl-2005 (5), ħames sustanzi minn grupp magħruf bħala “ftalati”, jiġifieri FCM Nru 157 (“DBP”), FCM Nru 159 (“BBP”), FCM Nru 283 (“DEHP”), FCM Nru 728 (“DINP”) u FCM Nru 729 (“DIDP”), huma awtorizzati bħala addittivi għall-użu bħala plastifikanti u sustanzi tekniċi ta’ sostenn fl-FCM tal-plastik, soġġetti għal restrizzjonijiet speċifiċi tal-użu u l-limiti ta’ migrazzjoni.

(6)

Wara opinjoni fl-2017 mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“ECHA”) dwar proposti ta’ restrizzjoni għal xi wħud minn dawn il-ftalati (6), il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità tivvaluta mill-ġdid ir-riskju għas-saħħa pubblika mill-ftalati li huma awtorizzati li jintużaw fl-FCM tal-plastik. Konsegwentement, l-Awtorità adottat opinjoni xjentifika fit-18 ta’ Settembru 2019 (7), li tikkonferma t-TDIs individwali stabbiliti fl-opinjoni tagħha tal-2005 għall-ħames ftalati kollha kemm huma iżda biss fuq bażi temporanja (t-TDI), minħabba għadd ta’ limitazzjonijiet u inċertezzi relatati mal-valutazzjoni, li jenħtieġ li jiġu indirizzati fil-futur.

(7)

Abbażi ta’ mekkaniżmu komuni ta’ azzjoni li huwa l-bażi tal-effetti riproduttivi tad-DBP, tal-BBP u tad-DEHP, l-Awtorità stabbiliet ukoll grupp t-TDI ġdid, filwaqt li qieset il-potenzjal relattiv tagħhom. L-Awtorità qieset ukoll li huwa xieraq li d-DINP jiġi inkluż fil-grupp t-TDI bħala approċċ konservattiv ibbażat fuq l-effetti temporanji tiegħu fuq il-livelli tat-testosteron tal-fetu, filwaqt li titqies il-potenza ogħla tad-DINP fuq il-fwied. L-awtorità stabbiliet il-grupp t-TDI għad-DBP, għall-BBP, għad-DEHP u għad-DINP għal 50 mikrogramma għal kull kilogramma ta’ piż tal-ġisem (μg/kg bw) espressa bħala saħħa ekwivalenti għad-DEHP. L-Awtorità ma inkluditx id-DIDP fil-grupp t-TDI u stabbiliet t-TDI individwali ta’ 150 μg/kg bw abbażi tal-effetti fuq il-fwied, b’mod konsistenti mas-sejbiet tagħha mill-2005.

(8)

Sabiex ikompli jiġi kkaratterizzat ir-riskju, l-Awtorità wettqet valutazzjoni tal-esponiment dijetetiku bħala parti mill-istess opinjoni. Filwaqt li ma setgħetx tiddetermina speċifikament il-kontribuzzjoni mill-FCM tal-plastik, hija stmat l-esponiment dijetetiku għall-ħames ftalati kollha, li jirrappreżentaw l-istimi tal-agħar xenarju ta’ esponiment mis-sorsi tal-FCM. Abbażi ta’ valutazzjoni tal-esponiment dijetetiku aggregat għad-DBP, għall-BBP, għad-DEHP u għad-DINP, hija kkonkludiet li l-esponiment dijetetiku jikkontribwixxi sa 14 % tal-grupp t-TDI ta’ 50 μg/kg bw għall-konsumatur medju u sa 23 % tal-grupp t-TDI għall-konsumaturi għoljin. L-istimi għad-DIDP jindikaw li l-esponiment dijetetiku huwa ferm inqas mit-t-TDI ta’ 150 μg/kg bw kemm għall-konsumaturi medji kif ukoll għal dawk għoljin.

(9)

Barra minn hekk, l-Awtorità qieset l-esponiment tal-konsumaturi għal ftalati oħra, b’mod partikolari għal benżen-1,2-dikarbossilat tal-1,2-bis (2-metilpropil) (ftalat tad-diisobutil jew “DIBP”; FCM Nru 1085; Numru CAS 84-69-5), li mhuwiex awtorizzat bħala addittiv għall-FCM tal-plastik, iżda jista’ jkun preżenti f’ammonti iżgħar fih bħala impurità jew bħala konsegwenza tal-użu tiegħu bħala sustanza teknika ta’ sostenn fil-proċess tal-manifattura ta’ ċerti tipi ta’ plastik. L-Awtorità nnotat li d-DIBP iżid b’mod sostanzjali l-esponiment u r-riskju ġenerali għall-konsumaturi mill-ftalati u li tali esponiment flimkien mal-potenza tiegħu fir-rigward tal-effetti riproduttivi jenħtieġ li jitqies ukoll mill-maniġer tar-riskju. L-Awtorità nnotat ukoll li l-esponiment tal-konsumaturi għall-ftalati jirriżulta minn sorsi oħra minbarra d-dieta. Kontribuzzjoni sinifikanti għall-esponiment totali għall-ftalati tiġi mill-preżenza tagħhom f’oġġetti għall-konsumatur u f’materjali tal-kostruzzjoni u mill-kuntatt sussegwenti dermali magħhom, kif ukoll mill-ġbid man-nifs tal-arja u tat-trab fl-ambjent ta’ ġewwa.

(10)

Sabiex jitqies il-grupp t-TDI għad-DBP, għall-BBP u għad-DEHP u l-kunsiderazzjonijiet tal-Awtorità fir-rigward tad-DIBP, u, b’mod partikolari, sabiex jiġi żgurat li l-esponiment għal dawn il-ftalati mill-FCM tal-plastik ma jaqbiżx il-grupp t-TDI, jenħtieġ li jiġi stabbilit limitu ta’ migrazzjoni speċifika totali (SML(T)) ġdid. Madankollu, għal raġunijiet ta’ ċarezza u ta’ simplifikazzjoni, b’mod partikolari fl-istabbiliment tal-konformità jew meta jitwettqu kontrolli uffiċjali f’każijiet fejn wieħed minn dawn il-ftalati jkun intuża waħdu, jenħtieġ li jinżammu SMLs individwali għall-ftalati awtorizzati flimkien mal-SML(T)s.

(11)

Għalkemm l-Awtorità inkludiet ukoll id-DINP fil-grupp t-TDI, qabel kien ġie stabbilit SML(T) għad-DINP flimkien mad-DIDP minħabba li huma taħlitiet li jikkoinċidu b’mod kimiku u ma setgħux jiġu distinti b’mod analitiku fil-każ ta’ kookkorrenza. Għalkemm kien hemm avvanzi f’metodi analitiċi mill-istabbiliment ta’ dak l-SML(T), għad hemm bżonn ta’ aktar ħidma ta’ validazzjoni qabel ma d-DINP u d-DIDP jkunu jistgħu jiġu differenzjati b’rutina mill-awtoritajiet kompetenti meta jwettqu kontrolli uffiċjali. Għalhekk, huwa xieraq li jinżamm SML(T) separat għas-somma tad-DINP u tad-DIDP u li jiġi pprojbit l-użu tad-DINP flimkien mad-DBP, mal-BBP u mad-DEHP kif ukoll mad-DIBP fejn dan jista’ jintuża bħala sustanza teknika ta’ sostenn, sabiex jiġi evitat kwalunkwe koesponiment potenzjali mill-istess FCM tal-plastik.

(12)

Filwaqt li jitqies li l-esponiment aggregat kemm mill-FCMs kif ukoll minn sorsi oħra għajr l-FCMs huwa mistenni li jkun fl-ordni tat-t-TDI, u li l-akkumulazzjoni tista’ sseħħ fil-katina tal-manifattura tal-ikel minħabba l-migrazzjoni mit-tagħmir tal-ipproċessar tal-ikel kif ukoll mill-imballaġġ tal-ikel, u filwaqt li jitqies il-livell sinifikanti ta’ inċertezza rigward l-istimi ta’ esponiment attwali, huwa xieraq li l-esponiment jitqies permezz ta’ fattur ta’ allokazzjoni ta’ 20 % għad-DBP, għall-BBP, għad-DEHP u għad-DINP fl-FCM tal-plastik. Filwaqt li titqies il-ħtieġa li jinżamm ukoll l-SML(T) għad-DINP u għad-DIDP, huwa xieraq li dak il-fattur ta’ allokazzjoni jintuża għall-ħames ftalati kollha kemm huma meta jiġu stabbiliti l-SML(T) u l-SMLs individwali.

(13)

Is-sustanza dietil[[3,5-bis(1,1-dimetiletil)-4-idrossifenil]metil]fosfonat (FCM Nru 1007) bħalissa hija awtorizzata għall-użu sa 0,2 % (w/w) abbażi tal-piż finali tal-polimeru fil-proċess ta’ polimerizzazzjoni għall-manifattura tal-polietilentereftalat (“PET”). Wara applikazzjoni għall-estensjoni tal-użu ta’ din is-sustanza, fis-26 ta’ Jannar 2022, l-Awtorità adottat opinjoni xjentifika favorevoli (8) dwar l-użu tagħha sa 0,1 % w/w abbażi tal-piż finali tal-polimeru fil-proċess ta’ polimerizzazzjoni għall-manifattura tal-poli(etilen 2,5-furandikarbossilat) (“PEF”). L-Awtorità kkonkludiet li, meta ntużat f’dan l-ammont, il-migrazzjoni tas-sustanza ma ġietx identifikata minħabba l-inkorporazzjoni tagħha fil-katina tal-poliester. Minħabba dik l-inkorporazzjoni, lanqas ma hemm raġuni biex wieħed jassumi li, meta tintuża fil-PEF f’livell ta’ użu ta’ 0,2 % w/w, il-migrazzjoni tas-sustanza tkun sostanzjalment ogħla. Għalhekk, peress li l-użu sikur tas-sustanza jirriżulta mill-inkorporazzjoni sħiħa tagħha fil-polimeru, u għal raġunijiet ta’ konsistenza u ta’ sempliċità, huwa xieraq li l-awtorizzazzjoni eżistenti tiġi estiża għal-livell tal-użu ta’ din is-sustanza fil-PET f’0,2 % w/w ukoll għall-manifattura tal-PEF.

(14)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1338 (9) awtorizza s-sustanza Poli((R)-3-idrossibutirat-ko-(R)-3-idrossieżanoat) (“PHBH”, FCM Nru 1059). Madankollu, jidher li l-ispeċifikazzjoni tal-użu permess ta’ dik is-sustanza teħtieġ kjarifika. Minn naħa waħda, peress li l-PHBH huwa makromolekula miksuba mill-fermentazzjoni mikrobika u r-Regolament (UE) Nru 10/2011 jirrikjedi li jiġi speċifikat li makromolekula tinkiseb minn tali fermentazzjoni, ir-referenza għal dan il-metodu ta’ produzzjoni jenħtieġ li tiżdied mal-ispeċifikazzjoni tal-PHBH. Barra minn hekk, l-awtorizzazzjoni tippermetti fażi qasira ta’ tisħin, mingħajr ma tispeċifika temperatura massima. Dan in-nuqqas ta’ temperatura massima jista’ jippermetti għal tisħin f’temperaturi lil hinn minn dawk previsti fl-opinjoni tal-Awtorità li abbażi tagħhom ġiet awtorizzata s-sustanza, li tirreferi għal kundizzjonijiet ta’ “mili sħun”, definiti mir-Regolament (UE) Nru 10/2011 bħala temperatura li ma taqbiżx il-100 °C fil-mument tal-mili. Barra minn hekk, l-opinjoni tindika li plastik manifatturat bis-sustanza għandu punt ta’ tidwib fil-medda ta’ 120–150 °C. Barra minn hekk, in-nuqqas ta’ temperatura massima jimplika li mhuwiex ċar liema kundizzjonijiet tal-ittestjar jenħtieġ li jintużaw biex tiġi vverifikata l-konformità mar-Regolament (UE) Nru 10/2011 fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni dwar il-“fażi ta’ tisħin qasir”. Għalhekk, l-ispeċifikazzjoni jenħtieġ li tiġi ċċarata billi tiġi indikata kundizzjoni ta’ użu peress li din ma taqbiżx il-kundizzjonijiet tat-temperatura previsti fl-opinjoni.

(15)

L-Awtorità adottat opinjoni xjentifika favorevoli (10) dwar l-użu tas-sustanza “esteru trifenil tal-aċidu fosforuż polimerizzat b’alfa-idro-omega-idrossipoli[ossi(metil-1,2-etandiil)] C10–16 esteri alkiliċi” (FCM Nru 1076) bħala addittiv sa 0,025 % w/w f’kopolimeri ta’ akrilonitril-butadien-stiren (ABS). L-Awtorità kkonkludiet li l-użu tas-sustanza mhuwiex ta’ tħassib għas-sikurezza tal-konsumatur jekk is-sustanza tintuża bħala addittiv sa 0,025 % w/w f’materjali u f’oġġetti tal-ABS għal użu uniku u għal użu ripetut f’kuntatt ma’ ikel milwiem, aċiduż, alkoħoliku u ta’ emulsjoni tal-ilma fiż-żejt għall-ħżin fit-tul f’temperatura ambjentali u taħtha, u jekk il-migrazzjoni tagħha ma taqbiżx 0,05 mg/kg ta’ ikel. Peress li t-testijiet tal-migrazzjoni twettqu sabiex ikopru l-użi f’kuntatt mat-tipi kollha ta’ ikel, huwa xieraq li jiġi awtorizzat l-użu ta’ dan l-addittiv fil-manifattura ta’ materjali u ta’ oġġetti tal-ABS f’kuntatt mal-ikel kollu għall-użi kollha f’temperatura ambjentali u anqas, u li jiġi stabbilit limitu ta’ migrazzjoni f’konformità mal-opinjoni tal-Awtorità.

(16)

Fid-19 ta’ Settembru 2019, l-Awtorità adottat opinjoni xjentifika favorevoli (11) dwar l-użu tas-sustanza tris(2-etileżil) benżen-1,2,4-trikarbossilat ester (FCM Nru 1078, numru CAS 3319-31-1), bħala addittiv (plastifikant) fil-klorur tal-polivinil (“PVC”) FCM. F’dik l-opinjoni, l-Awtorità kkonkludiet li b’mod ġenerali, l-użu tal-FCM Nru 1078 ma joħloqx tħassib għas-sikurezza meta jintuża fil-manifattura tal-PVC artab. Għalhekk huwa xieraq li din is-sustanza tiġi awtorizzata kif xieraq. Madankollu, il-konklużjoni tal-Awtorità hija soġġetta għall-migrazzjoni tas-sustanza li ma taqbiżx il-5 mg/kg ta’ ikel. Barra minn hekk, l-Awtorità indikat li minħabba l-kontribuzzjoni addizzjonali minn sorsi oħra li jistgħu jżidu mal-esponiment mill-FCMs tal-plastik, jenħtieġ li tiġi kkunsidrata l-applikazzjoni ta’ fattur ta’ allokazzjoni. Fid-dawl tan-nuqqas ta’ data dwar l-esponiment imkejla direttament għal din is-sustanza għall-popolazzjoni ġenerali mis-sorsi kollha, huwa xieraq li jiġi applikat fattur ta’ allokazzjoni ta’ 20 % sakemm tiġi pprovduta data xjentifika xierqa. Barra minn hekk, fl-opinjoni tagħha, l-Awtorità ddikjarat li l-evalwazzjoni tagħha ma tkoprix l-użu ta’ din is-sustanza f’kuntatt ma’ “ikel tat-trabi”. Għalhekk, ma ntweriex li l-użu ta’ din is-sustanza f’kuntatt ma’ “ikel tat-trabi” jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004. Għalhekk, l-awtorizzazzjoni ta’ din is-sustanza jenħtieġ li tkun soġġetta għal limitu fuq il-migrazzjoni tagħha ta’ 1 mg/kg ta’ ikel u restrizzjoni li tipprevjeni li tiġi f’kuntatt ma’ ikel maħsub għat-trabi. Għal raġunijiet ta’ ċarezza u ta’ konsistenza b’restrizzjonijiet simili, huwa xieraq li ssir referenza għad-definizzjoni ta’ “tarbija” stabbilita fl-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12).

(17)

Barra minn hekk, peress li r-restrizzjoni tal-grupp 32 fit-Tabella 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 tistabbilixxi l-SML(T)s għall-plastifikanti u li s-sustanza FCM Nru 1078 hija wkoll plastifikant, huwa xieraq li din ir-restrizzjoni tal-grupp tiġi applikata wkoll għal dik is-sustanza. Barra minn hekk, sabiex jiġi ċċarat kwalunkwe dubju dwar in-natura ta’ din ir-restrizzjoni tal-grupp, huwa xieraq li jiġi indikat li tikkonċerna l-plastifikanti.

(18)

Wara applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu tas-sustanza (trietanolammina-perklorat, melħ tas-sodju) dimer (FCM Nru 1080), bħala addittiv fil-PVC riġidu għal fliexken ta’ użu ripetut maħsuba għal kuntatt mal-ilma, fid-29 ta’ April 2020 l-Awtorità adottat opinjoni xjentifika favorevoli (13) dwar dak l-użu. L-Awtorità kkonkludiet li l-użu tagħha jkun sikur jekk tiġi f’kuntatt mal-ilma u ma’ ikel aċiduż milwiem, bħall-meraq tal-frott, peress li, kemm fl-ilma kif ukoll f’ikel aċiduż milwiem, is-sustanza (trietanolammina-perklorat, melħ tas-sodju) dimer tiddissoċja bis-sħiħ fi trietanolammina u f’perklorat. Dawk iż-żewġ sustanzi diġà huma inklużi fil-lista tal-Unjoni ta’ sustanzi awtorizzati, trietanolammina bħala FCM Nru 793 b’limitu ta’ migrazzjoni ta’ 0,05 mg/kg, u perklorat bħala FCM Nru 822 b’limitu ta’ migrazzjoni ta’ 0,002 mg/kg. L-Awtorità kkonkludiet li dawk il-limiti jenħtieġ li japplikaw ukoll għall-FCM Nru 1080 minħabba li, jekk is-sustanza tintuża fil-plastik f’kuntatt mal-ilma u mal-ikel aċiduż milwiem, is-sikurezza tagħha hija kkontrollata bis-sħiħ mil-limiti ta’ migrazzjoni stabbiliti għal dawk iż-żewġ sustanzi minħabba d-dissoċjazzjoni tagħha. Barra minn hekk, l-Awtorità kkonfermat ulterjorment li l-migrazzjoni tal-FCM Nru 822 jenħtieġ li tiġi espressa bħala perklorat (14). Għalhekk huwa xieraq li jiġu stabbiliti żewġ restrizzjonijiet tal-grupp fit-Tabella 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011, li jinkludu s-sustanza FCM Nru 1080 flimkien mas-sustanza FCM Nru 793 fi grupp wieħed, u mas-sustanza FCM Nru 822 espressa bħala perklorat fil-grupp l-ieħor. Għalhekk, huwa xieraq li s-sustanzi FCM Nru 793 u 822 jiġu emendati kif xieraq, u li s-sustanza (trietanolammina-perklorat, melħ tas-sodju) dimer (FCM Nru 1080) tiġi inkluża bħala addittiv fil-lista tal-Unjoni ta’ sustanzi awtorizzati, bir-restrizzjoni li jenħtieġ li tintuża biss f’kuntatt ma’ ikel inkluż fil-kategorija tal-ikel bin-numru ta’ referenza 01.01.A fit-Tabella 2 tal-Anness III li tirrappreżenta l-ilma u l-ikel aċiduż milwiem ikkunsidrat mill-Awtorità.

(19)

Wara applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu tas-sustanza N,N-bis(2-idrossietil)stearilammina parzjalment esterfikata b’aċidi xaħmin saturati ta’ C16/C18 (FCM Nru 1081), bħala addittiv, f’FCM tal-plastik f’kuntatt ma’ ikel niexef, ma’ ikel aċiduż u ma’ xorb alkoħoliku b’ħażna sa sitt xhur f’temperatura ambjentali, l-Awtorità adottat opinjoni xjentifika parzjalment favorevoli (15) dwar dak l-użu. Bħala parti mill-evalwazzjoni tagħha, l-Awtorità qieset id-data dwar il-migrazzjoni pprovduta mill-applikant għall-ittestjar għall-kundizzjonijiet tal-ħżin ta’ aktar minn sitt xhur f’temperatura ambjentali u anqas. L-Awtorità kkonkludiet li N,N-bis(2-idrossietil)stearilammina mhijiex ta’ tħassib għas-sikurezza tal-konsumatur meta tintuża sa 2 % (w/w) fil-polimeri kollha maħsuba biex jiġu f’kuntatt biss ma’ ikel niexef, sakemm il-migrazzjoni tas-somma ta’ N,N-bis(2-idrossietil)stearilammina u l-mono-ester u d-di-ester tagħha, ikkalkolata bħala N,N-bis(2-idrossietil)stearilammina, ma taqbiżx l-SML(T) għas-sustanzi bl-FCM Nru 19 u 20, li fihom, skont l-Awtorità, kellha tiġi inkluża wkoll il-migrazzjoni tal-mono-ester u tad-di-ester ta’ N,N-bis(2-idrossietil)stearilammina. Għalhekk, huwa xieraq li l-użu ta’ din is-sustanza jiġi awtorizzat sa 2 % (w/w) għall-manifattura ta’ FCM tal-plastik maħsuba biex tiġi f’kuntatt biss ma’ ikel niexef f’temperatura ambjentali, u dan jenħtieġ li jiġi inkluż fir-restrizzjoni tal-grupp stabbilita għas-sustanzi bl-FCM Nru 19 u 20.

(20)

Madankollu, l-Awtorità qieset ukoll li d-data pprovduta ma ppermettitx il-valutazzjoni tas-sikurezza tas-sustanza bl-FCM Nru 1081 meta f’kuntatt ma’ ikel aċiduż u ma’ xorb alkoħoliku, u indikat li l-migrazzjoni tkun għolja b’mod partikolari f’kuntatt ma’ ikel xaħmi. Għalhekk, huwa xieraq li jittaffa r-riskju prevedibbli li l-konsumaturi jużaw plastik li fih din is-sustanza, f’kuntatt ma’ ikel għajr ikel niexef. Għal dak il-għan, din is-sustanza jenħtieġ li tintuża biss f’applikazzjonijiet għall-użu mill-operaturi tan-negozji tal-ikel biex jippakkjaw l-ikel. Barra minn hekk, l-Awtorità nnotat li l-migrazzjoni tista’ tiżdied bi grad aktar baxx ta’ esterifikazzjoni u tista’ taqbeż il-limiti ta’ migrazzjoni f’każ ta’ ħxuna ikbar tal-materjal tal-plastik li fih tiġi applikata, u li jistgħu jkunu rilevanti wkoll parametri oħra, bħall-polarità tal-polimeru. Għalhekk, huwa xieraq li jiġi indikat f’nota dwar il-verifika tal-konformità li hemm riskju li l-limiti tal-migrazzjoni jistgħu jinqabżu abbażi tal-ħxuna tal-materjal, tal-polarità tal-polimeru u tal-grad ta’ estrapolazzjoni tas-sustanza nnifisha.

(21)

L-Awtorità adottat opinjoni xjentifika favorevoli (16) dwar l-użu tas-sustanza aċidu fosforiku, l-esteri mħallta mal-metakrilat tat-2-idrossietil (FCM Nru 1082) f’komposti bbażati fuq il-polimetilmetakrilat maħsuba għal kuntatt ripetut mat-tipi kollha tal-ikel. L-Awtorità kkonkludiet li s-sustanza mhijiex ta’ tħassib għas-sikurezza tal-konsumatur jekk tintuża bħala komonomeru sa 0,35 % w/w, u dment li l-migrazzjoni tagħha ma taqbiżx 0,05 mg/kg ta’ ikel espress bħala s-somma tal-mono-esteri, di-esteri u tri-esteri tal-aċidu fosforiku u l-mono-esteri, di-esteri, tri-esteri u tetra-esteri tal-aċidu difosforiku. Għalkemm l-Awtorità rreferiet għall-użu ta’ din is-sustanza fil-“kompożiti”, dak it-terminu jista’ jkopri wkoll materjali li mhumiex polimeri u, għalhekk, li mhumiex plastik skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 10/2011. Konsegwentement, huwa xieraq li jiġi awtorizzat l-użu ta’ din is-sustanza tal-bidu fil-manifattura tal-polimetilmetakrilat sa 0,35 % w/w u li jiġi stabbilit limitu ta’ migrazzjoni skont l-opinjoni tal-Awtorità.

(22)

L-Awtorità adottat opinjoni xjentifika favorevoli (17) dwar l-użu tas-sustanza tal-bidu dianidride benżofenon-3,3’,4,4’-tetratetrakarbossiliku (“BTDA”) (FCM Nru 1083). L-Awtorità kkonkludiet li l-użu tas-sustanza BTDA mhuwiex ta’ tħassib għas-sikurezza tal-konsumatur jekk jiġi applikat sa 43 % bħala komonomeru fil-produzzjoni tal-poliimmidi għal kuntatt b’użu ripetut ma’ ikel aċiduż u xaħmi f’temperaturi sa 250 °C, sakemm il-migrazzjoni tal-BTDA ma taqbiżx iż-0,05 mg/kg. Peress li t-testijiet speċifiċi tal-migrazzjoni, li abbażi tagħhom l-Awtorità kkonkludiet b’mod favorevoli dwar l-użu ta’ din is-sustanza, twettqu f’kundizzjonijiet ta’ użu ripetut bl-aċidu aċetiku (simulat B) u biż-żejt taż-żebbuġa (simulat D2), u l-Awtorità osservat li ma kinitx se tqajjem tħassib anke jekk tintuża f’applikazzjonijiet għal użu mhux ripetut, huwa xieraq li jiġi awtorizzat l-użu ta’ din is-sustanza tal-bidu għall-użu fil-manifattura ta’ poliimidi sa 43 % w/w polimeru f’kuntatt ma’ ikel li għalih huma stabbiliti biss is-simulanti B u/jew D2 fit-Tabella 2 tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 f’temperaturi sa 250 °C, u jekk dan l-użu jkun soġġett għal limitu ta’ migrazzjoni ta’ 0,05 mg/kg ta’ ikel.

(23)

Sabiex l-operaturi jkunu jistgħu jadattaw għall-bidliet f’ċerti awtorizzazzjonijiet eżistenti stabbiliti f’dan ir-Regolament, huwa xieraq li jiġi previst li l-materjali u l-oġġetti tal-plastik li jikkonformaw mar-Regolament (UE) Nru 10/2011, kif applikabbli qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, jitħallew jiġu introdotti għall-ewwel darba fis-suq għal perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u li jibqgħu fis-suq sakemm jispiċċaw l-istokkijiet. Madankollu, il-produzzjoni tal-materjali u l-oġġetti tal-plastik finali tipikament tinvolvi l-provvista ta’ diversi prodotti u sustanzi minn stadji intermedji tal-manifattura minn operaturi oħra. Għall-finijiet tas-sikurezza tal-konsumatur, it-tranżizzjoni lejn konformità sħiħa ma’ dan ir-Regolament jenħtieġ li tinkiseb bl-aktar mod effiċjenti possibbli, u b’dewmien minimu. Għalhekk, l-operaturi li jimmanifatturaw prodotti u sustanzi intermedji li għadhom ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jkunu meħtieġa jinfurmaw lill-utenti ta’ dawn il-prodotti diġà fi żmien disa’ xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, li dawn il-prodotti, kif previst, ma jistgħux jintużaw għall-manifattura ta’ materjali u oġġetti tal-plastik li jridu jiġu introdotti fis-suq wara li jintemm il-perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ 18-il xahar.

(24)

Dan ir-Regolament jirrevoka l-awtorizzazzjonijiet għas-sustanzi “dqiq tal-injam u fibri, mhux ittrattat” (FCM Nru 96) u aċidu saliċiliku (FCM Nru 121) minħabba li ma jistax jiġi stabbilit li dawk l-awtorizzazzjonijiet, kif inhuma bħalissa, huma konformi mar-Regolament (UE) Nru 1935/2004 minħabba li l-informazzjoni dwar sustanzi speċifiċi jew użi speċifiċi ta’ dawk is-sustanzi tkun meħtieġa biex jiġi żgurat li dawk l-awtorizzazzjonijiet ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa sikur. Madankollu, sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel għal awtorizzazzjonijiet potenzjalment aktar limitati f’każ li l-operaturi li kienu qed jimmanifatturaw jew jużaw dawn is-sustanzi qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament iqisu li xi użi speċifiċi jikkonformaw mar-Regolament (UE) Nru 1935/2004, huwa xieraq li tkun permessa l-introduzzjoni fis-suq ta’ materjali u oġġetti tal-plastik manifatturati b’dawk is-sustanzi dment li applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ dawk l-użi speċifiċi tiġi sottomessa f’perjodu proporzjonat wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Fir-rigward tad-dqiq tal-injam mhux trattat u ta’ fibri mhux trattati, peress li l-Awtorità fl-opinjoni tagħha dwar l-injam qieset li l-materjali simili għall-injam jeħtieġ li jiġu evalwati fuq bażi ta’ każ b’każ, speċifiċi għall-ispeċi, tali applikazzjoni jenħtieġ li tkun speċifika għal ċerti speċijiet ta’ injam.

(25)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Miżuri tranżizzjonali

1.   Il-materjali u l-oġġetti tal-plastik li jikkonformaw mar-Regolament (UE) Nru 10/2011, kif applikabbli qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, li ġew introdotti fis-suq sal-1 ta’ Frar 2025 jistgħu jibqgħu fis-suq sakemm jispiċċaw l-istokkijiet.

2.   F’każ li prodott minn stadju intermedju tal-manifattura ta’ materjali u oġġetti tal-plastik jew sustanza maħsuba għall-manifattura ta’ tali prodott, materjal jew oġġett, li jikkonforma mar-Regolament (UE) Nru 10/2011 kif applikabbli qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u li jiġi introdott għall-ewwel darba fis-suq wara l-1 ta’ Mejju 2024 ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament, id-dikjarazzjoni ta’ konformità disponibbli għal dik is-sustanza jew prodott għandha tindika li ma jikkonformax mar-regoli preżenti, u li jista’ jintuża biss fil-manifattura ta’ materjali u oġġetti tal-plastik li għandhom jiġu introdotti fis-suq qabel l-1 ta’ Frar 2025.

3.   Materjali u oġġetti tal-plastik manifatturati bl-aċidu saliċiliku (FCM Nru 121) jew manifatturati bi dqiq tal-injam mhux trattat jew b’fibri minn speċi speċifika ta’ injam jistgħu jkomplu jiġu introdotti għall-ewwel darba fis-suq wara l-1 ta’ Frar 2025 dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ dik is-sustanza jew ta’ dak id-dqiq tal-injam mhux ittrattat jew ta’ fibra mhux ittrattata minn speċi speċifika ta’ injam ġiet sottomessa lill-awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 qabel l-1 ta’ Awwissu 2024;

(b)

l-użu ta’ dik is-sustanza jew ta’ dqiq tal-injam mhux ittrattat jew ta’ fibra mhux ittrattata minn speċi speċifika ta’ injam għall-manifattura ta’ materjal u oġġett tal-plastik, u l-użu tiegħu, huwa limitat għall-kundizzjonijiet maħsuba tal-użu deskritti fl-applikazzjoni;

(c)

l-informazzjoni pprovduta lill-Awtorità f’konformità mal-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tinkludi dikjarazzjoni li l-applikazzjoni hija applikazzjoni f’konformità ma’ dan il-paragrafu, u

(d)

L-Awtorità qieset l-applikazzjoni bħala valida.

4.   Il-materjali u l-oġġetti tal-plastik manifatturati bis-sustanza jew bid-dqiq tal-injam mhux trattat jew b’fibra mhux ittrattata soġġetti għal applikazzjoni jistgħu mbagħad ikomplu jintużaw sakemm l-applikant jirtira l-applikazzjoni tiegħu jew sakemm il-Kummissjoni tadotta deċiżjoni li tagħti jew li tiċħad l-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ dik is-sustanza jew tad-dqiq tal-injam u fibra skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 tal-14 ta’ Jannar 2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f’kuntatt mal-ikel (ĠU L 12, 15.1.2011, p. 1).

(3)  EFSA Journal 2019;17(11):5902

(4)  EFSA Journal 2020;18(6):6124

(5)  EFSA Journal 2005; 3(9):242; EFSA Journal 2005; 3(9):241; EFSA Journal 2005; 3(9):243 ; EFSA Journal 2005; 3(9):244, 1-18 ; EFSA Journal 2005; 3(9):245

(6)  ECHA Committee for Risk Assessment (RAC) and Committee for Socio-economic Analysis (SEAC) Opinion on an Annex XV dossier proposing restrictions on four phthalates (DEHP, BBP, DBP, DIBP); ECHA/RAC/RES-O-0000001412-86-140/F u ECHA/SEAC/RES-O-0000001412-86-154/F rispettivament. Disponibbli online https://echa.europa.eu/documents/10162/a265bf86-5fbd-496b-87b4-63ff238de2f7.

(7)  EFSA Journal 2019;17(12):5838

(8)  doi: 10.2903/j.efsa.2022.7172

(9)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1338 tat-8 ta’ Awwissu 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 10/2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f’kuntatt mal-ikel (ĠU L 209, 9.8.2019 p. 5).

(10)  EFSA Journal 2021;19(8):6786.

(11)  EFSA Journal 2019; 17(10):5864; fl-opinjoni tagħha, l-Awtorità tirreferi għall-“aċidu trimellitiku, tris(2-etileżil) ester”, filwaqt li dan ir-Regolament jirreferi għall-isem IUPAC tiegħu “tris(2-etileżil) benżen-1,2,4-trikarbossilat”.

(12)  Ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 35).

(13)  EFSA Journal 2020;18(5):6046.

(14)  Scientific panel on FCM, Enzymes, and processing aids (CEP), Minutes of the 19th meeting of the working group on FCM 2018-2021, 30 ta’ Settembru 2020, punt 7(1).

(15)  EFSA Journal 2020;18(3):6047.

(16)  EFSA Journal 2020;18(5):6120.

(17)  EFSA Journal 2020;18(7):6183.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-punt 1, it-Tabella 1 hija emendata kif ġej:

(a)

titħassar l-entrata 96 dwar id-dqiq tal-injam u fibri, mhux ittrattat, u l-entrata 121 dwar l-aċidu saliċiliku;

(b)

l-entrata 157 dwar l-aċidu ftaliku, dibutyl ester hija sostitwita b’dan li ġej:

“157

74880

0000084-74-2

aċidu ftaliku, ester tad-dibutil (“DBP”)

iva

le

le

0,12

(32)

(36)

Għandha tintuża biss bħala:

(a)

plastifikant f’materjali u oġġetti għal użu ripetut li jiġu f’kuntatt ma’ ikel mhux xaħmi;

(b)

sustanza teknika ta’ sostenn f’poljolefini f’konċentrazzjonijiet sa 0,05 % (w/w) fil-prodott finali.

(7)”

(c)

l-entrata 159 dwar l-aċidu ftaliku, benzyl butyl ester hija sostitwita b’dan li ġej:

“159

74560

0000085-68-7

aċidu ftaliku, ester tal-benżil butil (“BBP”)

iva

le

le

6

(32)

(36)

Għandha tintuża biss bħala:

(a)

plastifikant f’materjali u oġġetti għal użu ripetut;

(b)

plastifikant f’materjali u oġġetti għall-użu ta’ darba li jiġu f’kuntatt ma’ ikel mhux xaħmi għajr formuli tat-trabi u formuli ta’ prosegwiment (*);

(c)

sustanza teknika ta’ sostenn f’konċentrazzjonijiet sa 0,1 % (w/w) fil-prodott finali.

(7)”

(d)

l-entrata 283 dwar l-aċidu ftaliku, bis(2-ethylhexyl) ester hija sostitwita b’dan li ġej:

“283

74640

0000117-81-7

aċidu ftaliku, ester tal-bis(2-etileżil) (“DEHP”)

iva

le

le

0,6

(32)

(36)

Għandha tintuża biss bħala:

(a)

plastifikant f’materjali u oġġetti għal użu ripetut li jiġu f’kuntatt ma’ ikel mhux xaħmi;

(b)

sustanza teknika ta’ sostenn f’konċentrazzjonijiet sa 0,1 % (w/w) fil-prodott finali.

(7)”

(e)

l-entrata 728 dwar l-aċtu ftaliku, diesters b’alkoħol branched primarju, saturat C8 -C10, aktar minn 60 % C9 hija sostitwita b’dan li ġej:

“728

75100

0068515-48-0 0028553-12-0

diesteri tal-aċidu ftaliku b’alkoħols saturati primarji ramifikati C 8-C 10, b’aktar minn 60 % ta’ C 9 (“DINP”)

iva

le

le

 

(26)

(32)

Għandha tintuża biss bħala:

(a)

plastifikant f’materjali u oġġetti għal użu ripetut;

(b)

plastifikant f’materjali u oġġetti għall-użu ta’ darba li jiġu f’kuntatt ma’ ikel mhux xaħmi għajr formuli tat-trabi u formuli ta’ prosegwiment (*)

(c)

sustanza teknika ta’ sostenn f’konċentrazzjonijiet sa 0,1 % (w/w) fil-prodott finali.

Ma għandhiex tintuża flimkien mas-sustanzi FCM 157, 159, 283, jew 1085.

(7)”

(f)

l-entrata 793 dwar it-triethanolamine hija sostitwita b’dan li ġej:

“793

94000

0000102-71-6

trietanolammina

iva

le

le

 

(37)”

 

 

(g)

l-entrata 822 dwar l-aċidu perkloriku, imlieħ hija sostitwita b’dan li ġej:

“822

71983

14797–73–0

Aċidu perkloriku, imlieħ (perklorat)

iva

le

le

 

(38)”

 

 

(h)

l-entrata 1007 dwar id-dietil[[3,5-bis(1,1-dimetiletil)-4-idrossifenil]metil]fosfonat hija sostitwita b’dan li ġej:

“1007

 

976-56-7

dietil[[3,5-bis(1,1-dimetiletil)-4-idrossifenil]metil]fosfonat

le

iva

le

 

 

Għandha tintuża biss sa 0,2 % (w/w) abbażi tal-piż finali tal-polimeri fil-proċess ta’ polimerizzazzjoni għall-manifattura tal-polietilentereftalat (PET) u tal-poli(etilen 2,5-furandikarbossilat) (PEF)”

 

(i)

l-entrata 1059 dwar il-poli((R) -3-idrossibutirat ko-(R)-3-idrossieżanoat) hija sostitwita b’dan li ġej:

“1059

 

147398–31–0

Poli((R)-3-idrossibutirat-ko-(R)-3-idrossieżanoat) (“PHBH”)

le

iva

le

 

(35)

Is-sustanza hija makromolekula miksuba mill-fermentazzjoni bil-mikrobi.

Għandha tintuża biss f’kundizzjonijiet ta’ temperatura li ma jaqbżux il-kundizzjonijiet definiti fl-Anness V, il-punt 2.1.4(d). Il-migrazzjoni tal-oligomeri kollha b’piż molekulari taħt l-1 000 Da ma għandhiex taqbeż il-5,0 mg/kg ta’ ikel.

(23)”

(j)

l-entrata 1076 dwar l-esteru trifenil tal-aċidu fosforuż, polimerizzat b’alfa-idro-omega-idrossipoli[ossi(metil-1,2-etandiil)], C10–16 esteri alkiliċi hija sostitwita b’dan li ġej:

“1076

 

1227937-46-3

Aċidu fosforuż, ester tat-trifenil, polimerizzat b’alfa-idro-omega-idrossipoli[ossi(metil-1,2 —etandiil)], C10–16 esteri alkiliċi

iva

le

le

0,05

 

Għandha tintuża biss bħala:

(a)

addittiv sa 0,2 % w/w f’materjali tal-polistiren b’impatt għoli u f’oġġetti li jiġu f’kuntatt mal-ikel f’temperatura ambjentali u inqas, inkluż mili sħun u/jew it-tisħin sa 100 °C sa sagħtejn. Ma għandhiex tintuża f’kuntatt ma’ ikel li għalih is-simulant C u/jew D1 huwa assenjat fl-Anness III.

(b)

bħala addittiv sa 0,025 % w/w f’materjali akrilonitril-butadien-stiren (ABS) għall-użu f’temperatura ambjentali u inqas”

 

(k)

l-entrati li ġejjin jiddaħħlu fl-aħħar tat-Tabella 1 f’ordni numerika:

“1078

 

3319-31-1

tris(2-etileżil) benżen-1,2,4-tetrakarbossilat

iva

le

le

1

(32)

Għandha tintuża biss bħala plastifikant għall-manifattura tal-klorur tal-polivinil artab

Ma għandhiex tintuża f’kuntatt ma’ ikel maħsub għat-trabi (*)

 

1080

 

156157–97–0

(perklorat tat-trietanolammina, melħ tas-sodju) dimer

iva

le

le

 

(37)

(38)

Għandha tintuża biss fil-klorur tal-polivinil riġidu f’kuntatt mal-ikel inkluż fil-kategorija tal-ikel bin-numru ta’ referenza 01.01.A fl-Anness III, it-tabella 2

 

1081

 

-

N, N-bis (2-idrossietil)stearilammina parzjalment esterifikata b’aċidi xaħmin saturati C16/C18

iva

le

le

 

(7)

Għandha tintuża biss sa 2 % (w/w) f’materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba għall-imballaġġ mill-operaturi tan-negozju tal-ikel ta’ ikel niexef li għalih huwa assenjat is-simulant E fl-Anness III, it-Tabella 2.

(30)

1082

 

52628-03-2

Aċidu fosforiku, esteri mħallta mal-metakrilat tat-2-idrossietil

le

iva

le

0,05

 

Għandha tintuża biss sa 0,35 % (w/w), biex tiġi manifatturata l-polimetilmetakrilat.

L-SML espress bħala s-somma tal-mono-, di- u triesteri tal-aċidu fosforiku u tal-mono-, di-, tri- u tetraesteri tal-aċidu difosforiku

 

1083

 

2421-28-5

Dianidride benżofenon-3,3’,4,4’-tetrakarbossiliku (“BTDA”)

le

iva

le

0,05

 

Għandha tintuża biss sa 43 % (w/w) bħala komonomeru fil-produzzjoni ta’ poliimidi għall-użu f’kuntatt mal-ikel li għalih huma stabbiliti biss is-simulanti B u/jew D2 fl-Anness III, it-tabella 2 f’temperaturi sa 250 °C.”

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

“(*)

Trabi, formoli tat-trabi u formoli ta’ prosegwiment kif iddefinit fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 35).”

(2)

fil-punt 2, it-Tabella 2 hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrata 7 hija sostitwita b’dan li ġej:

“7

19

20

1081

1,2

espress bħala ammina terzjarja”

(b)

l-entrata 26 hija sostitwita b’dan li ġej:

“26

728

729

1,8

espress bħala s-somma tas-sustanzi”

(c)

l-entrata 32 hija sostitwita b’dan li ġej:

“32

8

72

73

138

140

157

159

207

242

283

532

670

728

729

775

783

797

798

810

815

1078

1085*

60

espress bħala s-somma tas-sustanzi (plastifikanti)

*

Il-ftalat tad-diisobutil, FCM Nru 1085, bis-sinonimi benżen-1,2-dikarbossilat tal-1,2-bis (2-metilpropil) jew “DIBP” u n-numru CAS 84–69–5 mhuwiex elenkat bħala sustanza awtorizzata fit-Tabella 1. Madankollu, jista’ jikkoinċidi ma’ ftalati oħra bħala konsegwenza tal-użu tiegħu bħala għajnuna għall-polimerizzazzjoni u huwa inkluż fir-restrizzjonijiet tal-grupp mal-assenjament FCM Nru 1085.”

(d)

jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

“36

157

159

283

1085*

0,6

is-somma tal-aċidu ftaliku, ester tad-dibutil (DBP), tal-ftalat tad-diisobutil (DIBP), tal-aċidu ftaliku, ester tal-benżil butil (BBP) u tal-aċidu ftaliku, tal-ester tal-bis (2-etileżil) (DEHP) espressa bħala ekwivalenti DEHP bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja: DBP*5 + DIBP*4 + BBP*0,1 + DEHP*1.

*

Ara r-rimarka dwar l-FCM Nru 1085 fir-ringiela 32

37

793

1080

0,05

espress bħala s-somma tat-trietanolammina u tal-addott kloridrat espress bħala trietanolammina

38

822

1080

0,002

espress bħala perklorat — tapplika n-nota 4 tat-tabella 3”

(3)

fil-punt 3; it-Tabella 3; tiżdied l-entrata li ġejja:

“(30)

Hemm riskju li l-limiti tal-migrazzjoni jistgħu jinqabżu; il-migrazzjoni tiżdied mal-ħxuna tal-plastik li fih tkun tinsab is-sustanza, u b’polarità li tonqos tal-polimeru u bi tnaqqis fil-grad ta’ esterifikazzjoni tas-sustanza nnifisha”


12.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 177/59


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1443

tal-11 ta’ Lulju 2023

dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 19457 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1065/2012

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti u għat-tiġdid ta’ tali awtorizzazzjoni.

(2)

Il-preparat ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 19457 (li qabel kien identifikat b’mod tassonomiku bħala Lactobacillus plantarum DSM 19457) kien awtorizzat għal perjodu ta’ 10 snin bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1065/2012 (2).

(3)

F’konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-preparat ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 19457 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha ta’ annimali, bit-talba li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi”, fil-grupp funzjonali “addittiv tas-silaġġ”. Ma’ din l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 14(2) ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tat-22 ta’ Novembru 2022 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li l-applikant ipprovda evidenza li l-preparat ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 19457 għadu sikur għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, għall-konsumaturi u għall-ambjent skont il-kundizzjonijiet tal-użu li bħalissa huma awtorizzati. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-addittiv mhuwiex irritanti għall-ġilda jew għall-għajnejn iżda li, minħabba n-natura proteinaċja tiegħu, jenħtieġ li jitqies bħala sensitizzatur respiratorju. Fin-nuqqas ta’ data, l-Awtorità ma setgħetx tikkonkludi dwar il-potenzjal ta’ sensitizzazzjoni tal-ġilda tal-addittiv.

(5)

F’konformità mal-Artikolu 5(4), il-punt (c) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (4), il-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 qies li l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet milħuqa fil-valutazzjoni preċedenti huma validi u applikabbli għall-applikazzjoni attwali.

(6)

Il-valutazzjoni tal-preparat ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 19457 turi li l-kundizzjonijiet għal awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-awtorizzazzjoni ta’ dak il-preparat tiġġedded.

(7)

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-utenti tal-addittiv. Dawk il-miżuri protettivi jenħtieġ li jkunu mingħajr preġudizzju għal rekwiżiti oħra tas-sikurezza tal-ħaddiema skont id-dritt tal-Unjoni.

(8)

B’konsegwenza tat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-preparat ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 19457 bħala addittiv tal-għalf, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1065/2012 jiġi emendat skont dan.

(9)

Billi l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 19457 mhijiex meħtieġa minħabba raġunijiet ta’ sikurezza, jixraq li jiġi previst perjodu tranżizzjonali biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mit-tiġdid tal-awtorizzazzjoni.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Tiġdid tal-awtorizzazzjoni

L-awtorizzazzjoni tal-preparat speċifikat fl-Anness, tal-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi” u tal-grupp funzjonali “addittiv tas-silaġġ”, hija mġedda soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Emenda għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1065/2012

Fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1065/2012, l-entrata 1k20718 dwar “Lactobacillus plantarum (DSM 19457)” titħassar.

Artikolu 3

Miżuri tranżizzjonali

Il-preparat speċifikat fl-Anness u l-għalf li jkun fih minnu, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel l-1 ta’ Awwissu 2024 f’konformità mar-regoli li kienu japplikaw qabel l-1 ta’ Awwissu 2023 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1065/2012 tat-13 ta’ Novembru 2012 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjonijiet ta’ Lactobacillus plantarum (DSM 23375, CNCM I-3235, DSM 19457, DSM 16565, DSM 16568, LMG 21295, CNCM MA 18/5U, NCIMB 30094, VTT E-78076, ATCC PTSA-6139, DSM 18112, DSM 18113, DSM 18114, ATCC 55943 u ATCC 55944) bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (ĠU L 314, 14.11.2012, p. 15).

(3)  EFSA Journal 2023;21(1):7697.

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 tal-4 ta’ Marzu 2005 regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dmirijiet u l-ħidmiet tal-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju fil-kuntest tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ addittivi fl-għalf tal-annimali (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ materjal verġni

Kategorija: addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tas-silaġġ

1k20718

Lactiplantibacillus plantarum DSM 19457

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparat ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 19457 li jkun fih minimu ta’ 1 × 1010 CFU/g addittiv

Għamla solida

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċelloli vijabbli ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 19457

Metodu analitiku  (1)

Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 19457:

Metodu tat-tifrix fuq agar MRS (EN 15787)

Identifikazzjoni ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 19457:

Elettroforeżi fuq Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE) jew metodi ta’ sekwenzjar tad-DNA

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

 

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin.

2.

Doża minima tal-addittiv meta jintuża mingħajr kombinament ma’ mikroorganiżmi oħra bħala addittiv tas-silaġġ: 5 × 107 CFU/kg materjal verġni.

3.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati bi proċeduri u b’miżuri ta’ dan it-tip, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir ta’ protezzjoni personali għan-nifs u għall-ġilda.

L-1 ta’ Awwissu 2033


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en


12.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 177/63


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1444

tal-11 ta’ Lulju 2023

li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tal-pjanċi b’bastun tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Turkija

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Istati Membri,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Bidu

(1)

Fl-14 ta’ Novembru 2022, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-pjanċi b’bastun tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“iċ-Ċina” jew “ir-RPĊ”) u mit-Turkija (“il-pajjiżi kkonċernati”) abbażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni ppubblikat Notifika tal-Inizjazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika tal-Inizjazzjoni”).

(2)

Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara lment imressaq fit-30 ta’ Settembru 2022 minn Laminados Losal S.A.U. (“l-ilmentatur”). L-ilment sar f’isem l-industrija tal-Unjoni tal-pjanċi b’bastun tal-azzar fis-sens tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. L-ilment kien fih evidenza ta’ dumping u tad-dannu materjali li jirriżulta li kienet biżżejjed sabiex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni.

1.2.   Reġistrazzjoni

(3)

Skont l-Artikolu 14(5a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għandha tirreġistra l-importazzjonijiet soġġetti għal investigazzjoni anti-dumping matul il-perjodu ta’ divulgazzjoni minn qabel, sakemm ma jkollhiex biżżejjed evidenza skont it-tifsira tal-Artikolu 5 li r-rekwiżiti skont il-punt (c) jew (d) tal-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku ma ġewx issodisfati.

(4)

L-ilmentatur ma talabx reġistrazzjoni u l-Kummissjoni sabet li r-rekwiżiti skont l-Artikolu 10(4)(d) tar-Regolament bażiku ma ġewx issodisfati. Minbarra l-livell ta’ importazzjonijiet li kkawżaw dannu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, wara ma kienx hemm żieda sostanzjali oħra fl-importazzjonijiet.

(5)

Għar-raġunijiet stabbiliti fit-taqsima 4.3.1 hawn taħt, il-Kummissjoni ddeċidiet li takkumula l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati għall-fini tal-analiżi deskritta fil-premessi ta’ hawn fuq. Analiżi tad-data estratta mill-Bażi tad-Data tas-Sorveljanza u d-data pprovduta mill-produtturi esportaturi li kkooperaw fil-pajjiżi kkonċernati, uriet li l-volum kumulattiv tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati naqas bi 2 % fl-ewwel erba’ xhur sħaħ (jiġifieri Diċembru 2022 sa Marzu 2023) wara l-bidu tal-investigazzjoni meta mqabbel mal-istess xhur matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. L-importazzjonijiet medji fix-xahar mill-pajjiżi kkonċernati matul l-ewwel erba’ xhur wara l-bidu tal-investigazzjoni naqsu bi 15 % meta mqabbla mal-importazzjonijiet medji fix-xahar matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni ma għamlitx l-importazzjonijiet tal-pjanċi b’bastun tal-azzar soġġetti għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5a) tar-Regolament bażiku matul il-perjodu ta’ divulgazzjoni minn qabel.

1.3.   Partijiet interessati

(6)

Fin-Notifika tal-Inizjazzjoni, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni infurmat speċifikament lill-ilmentatur, lill-produtturi esportaturi magħrufa, lill-awtoritajiet tar-RPĊ u tat-Turkija, lill-importaturi, lill-fornituri u lill-utenti magħrufa, lin-negozjanti, kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet magħrufa li huma kkonċernati dwar il-bidu tal-investigazzjoni u stednithom jipparteċipaw.

(7)

Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u li jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali.

1.4.   Kummenti dwar il-bidu

(8)

Wara l-bidu, waslu kummenti mingħand il-Gvern tat-Turkija, il-produttur esportatur Tork Özkan Demir Çelik Sanayi A.Ş (“Özkan Demir”), l-utent tal-Unjoni Fincantieri S.p.A (“Fincantieri”) u l-importatur mhux relatat Baglietto s.r.l. (‘Baglietto’).

(9)

Il-Gvern tat-Turkija u Fincantieri t-tnejn sostnew, fost affarijiet oħra, li l-ilment kien ibbażat wisq fuq informazzjoni kunfidenzjali, speċjalment fir-rigward tal-livell ta’ dettall dwar l-indikaturi mikroekonomiċi tal-industrija tal-Unjoni, kif ukoll ċerti annessi għall-ilment. Iż-żewġ partijiet sostnew li l-verżjoni mhux kunfidenzjali għalhekk ma kinitx biżżejjed biex tippermetti lill-partijiet jipprovdu kummenti sinifikanti dwar l-indikaturi tad-dannu u l-allegazzjonijiet stabbiliti fl-ilment.

(10)

L-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku jippermetti s-salvagwardja ta’ informazzjoni kunfidenzjali f’ċirkostanzi fejn id-divulgazzjoni tkun ta’ vantaġġ kompetittiv sinifikanti għal kompetitur jew ikollha effett negattiv sinifikanti fuq persuna li tipprovdi l-informazzjoni jew fuq persuna li mingħandha dik il-persuna tkun kisbet l-informazzjoni. Peress li l-ilment jirrigwarda l-informazzjoni ta’ produttur wieħed biss tal-Unjoni, jew l-informazzjoni ta’ dak il-produttur tal-Unjoni flimkien ma’ informazzjoni u statistika disponibbli pubblikament, l-ilmentatur ipprovda ċ-ċifri rilevanti f’firxiet sinifikanti għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità. Bl-istess mod, l-ilmentatur ipprovda verżjoni mhux kunfidenzjali tal-annessi jew sommarju sinifikanti tal-informazzjoni pprovduta. Il-Kummissjoni għalhekk qieset li l-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-ilment disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati kien fiha l-evidenza essenzjali kollha u s-sommarji mhux kunfidenzjali tad-data kunfidenzjali li jippermettu lill-partijiet interessati jeżerċitaw b’mod xieraq id-drittijiet tad-difiża tagħhom. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(11)

Il-Gvern tat-Turkija u Fincantieri t-tnejn opponew li fl-analiżi tad-dannu tiġi inkluża d-data għal Laminorul S.A. (“Laminorul”), produttur tal-pjanċi b’bastun tal-azzar Rumen, li falla u waqqaf il-produzzjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Skont l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, wara l-falliment tiegħu, Laminorul ġie akkwistat minn kumpanija oħra, iżda ma reġax beda l-produzzjoni tiegħu tal-pjanċi b’bastun tal-azzar. Skont il-Gvern tat-Turkija u Fincantieri, id-data disponibbli għal Laminorul ma kellhiex tiġi inkluża fiċ-ċifri ppreżentati fl-ilment, peress li dik il-kumpanija falliet u ma għadhiex tipproduċi pjanċi b’bastun tal-azzar. Laminorul għalhekk ma kellux jitqies bħala parti mill-industrija tal-Unjoni fl-ilment.

(12)

Il-Kummissjoni qieset, madankollu, li Laminorul kien għadu parti mill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat, għalkemm mhux matul il-perjodu kollu. Għal dik ir-raġuni, l-ilmentatur kien korrett fl-inklużjoni tad-data ta’ Laminorul fl-ilment u wera riflessjoni akkurata tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni għall-perjodi rilevanti. Barra minn hekk, id-data ppreżentata fl-ilment uriet li l-biċċa l-kbira tal-indikaturi wrew xejriet simili, bl-inklużjoni ta’ Laminorul fl-analiżi u mingħajrha. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni indikat l-effett tad-data ta’ Laminorul fuq is-sitwazzjoni tad-dannu tal-industrija tal-Unjoni fl-analiżi tagħha għall-perjodu kkunsidrat f’dan ir-Regolament, fejn possibbli.

(13)

Il-Gvern tat-Turkija u Özkan Demir ipprovdew kummenti dwar diversi indikaturi individwali tad-dannu ppreżentati fl-ilment, fejn sostnew li wħud mill-indikaturi ma indikawx sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni, jew li dak id-dannu seta’ kien ikkawżat minn fatturi oħra għajr l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati.

(14)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni fakkret fil-formulazzjoni tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament bażiku, li ssostni li l-ilment għandu jkun fih l-informazzjoni dwar il-bidliet fil-kwantità tal-importazzjonijiet li allegatament huma l-oġġett ta’ dumping, l-effett ta’ dawk l-importazzjonijiet fuq il-prezzijiet tal-prodott simili fis-suq tal-Unjoni u l-impatt konsegwenti tal-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni, kif muri mill-fatturi rilevanti (mhux neċessarjament kollha). L-ilment kien fih din l-informazzjoni, li indikat l-eżistenza ta’ dannu u rabta kawżali mal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati. Għaldaqstant, il-Kummissjoni qieset li l-ilment kien fih biżżejjed evidenza li turi dannu u rabta kawżali, u għalhekk ċaħdet l-affermazzjoni.

(15)

Kummenti speċifiċi oħra dwar id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, li ma kinux direttament marbuta mal-bidu, huma ttrattati fit-taqsimiet rilevanti ta’ hawn taħt (it-Taqsimiet 4, 5 u 7).

1.5.   Kampjunar

(16)

Fin-Notifika tal-Inizjazzjoni, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(17)

Minħabba l-għadd limitat ta’ produtturi tal-Unjoni tal-pjanċi b’bastun tal-azzar, fin-Notifika tal-Inizjazzjoni l-Kummissjoni ħabbret li kienet se tagħmel il-kwestjonarji disponibbli għall-uniċi żewġ produtturi magħrufa tal-Unjoni. Minn dawn iż-żewġ produtturi, Laminados Losal, S.A.U. (l-ilmentatur) biss ipprovda tweġiba għall-kwestjonarju. It-tieni produttur tal-Unjoni, Olifer s.p.l., (“Olifer”) li huwa responsabbli għal [15-25] % tal-produzzjoni tal-Unjoni, ma ppreżentax ruħu matul l-investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni ma użatx kampjunar iżda użat id-data tal-ilmentatur u stmat id-data għal Olifer u Laminorul fejn rilevanti kif spjegat fil-premessa (147).

Kampjunar tal-importaturi

(18)

Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lil importaturi mhux relatati jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Inizjazzjoni.

(19)

Importatur mhux relatat wieħed biss ipprovda l-informazzjoni mitluba u qabel li jiġi inkluż fil-kampjun. Għaldaqstant il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx meħtieġ.

Kampjunar tal-produtturi esportaturi fil-PRC

(20)

Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Inizjazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea biex tidentifika u/jew tikkuntattja produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm, li setgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(21)

Produttur esportatur wieħed fir-RPĊ, Changshu Longteng Special Steel Co., Ltd. ipprovda l-informazzjoni mitluba u qabel li jiġi inkluż fil-kampjun. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx meħtieġ.

Kampjunar tal-produtturi esportaturi fit-Turkija

(22)

Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fit-Turkija jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Inizjazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tat-Turkija fl-Unjoni Ewropea biex tidentifika u/jew tikkuntattja produtturi esportaturi oħra, jekk ikun hemm, li setgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(23)

Produttur esportatur wieħed fit-Turkija, Özkan Demir, ipprovda l-informazzjoni mitluba u qabel li jiġi inkluż fil-kampjun. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx meħtieġ.

1.6.   It-tweġibiet għall-kwestjonarju u ż-żjarat ta’ verifika

(24)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“GTĊ”). Ma waslet l-ebda tweġiba. Konsegwentement, il-Kummissjoni infurmat lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea dwar l-intenzjoni tagħha li tapplika l-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Ma wasal l-ebda kumment.

(25)

Il-Kummissjoni ppubblikat online (3) il-kwestjonarji għall-produtturi esportaturi, l-importaturi mhux relatati u l-produtturi tal-Unjoni.

(26)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa għal determinazzjoni provviżorja ta’ dumping, id-dannu li jirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Twettqu żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

 

Produttur tal-Unjoni

Laminados Losal S.A.U., Gernika, Spanja

 

Utent

Fincantieri S.p.A, Monfalcone u Trieste, l-Italja

 

Produttur esportatur fit-Turkija

Özkan Demir Çelik Sanayi A.Ş, Aliağa/İzmir, it-Turkija

(27)

Fid-dawl tat-tifqigħa tal-COVID-19 u l-miżuri ta’ konfinament stabbiliti, il-Kummissjoni wettqet kontroverifika mill-bogħod tal-produttur esportatur Ċiniż li ġej:

Changshu Longteng Special Steel Co., Ltd., ir-RPĊ

1.7.   Perjodu ta’ investigazzjoni u perjodu kkunsidrat

(28)

L-investigazzjoni tad-dumping u tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2021 sat-30 ta’ Settembru 2022 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2019 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).

2.   PRODOTT LI QIEGĦED JIĠI INVESTIGAT, PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   Prodott li qiegħed jiġi investigat

(29)

Il-prodott li qiegħed jiġi investigat huwa pjanċi b’bastun tal-azzar mhux illigati ċatti fil-medda ta’ wisa’ sa 204 mm (“pjanċi b’bastun tal-azzar”). Il-pjanċi b’bastun tal-azzar jintużaw prinċipalment fl-industrija tal-bini tal-bastimenti għall-kostruzzjoni tal-qafas tal-azzar ta’ kruċieri tal-passiġġieri, laneċ, bastimenti militari, u bastimenti merkantili. Il-pjanċi b’bastun tal-azzar jistgħu jintużaw ukoll fil-kostruzzjoni ta’ pjattaformi lil hinn mill-kosta u linji tat-tramm, iżda fl-Unjoni din l-applikazzjoni tal-pjanċi b’bastun tal-azzar tikkonċerna biss kwantitajiet marġinali (“il-prodott li qiegħed jiġi investigat”).

2.2.   Prodott ikkonċernat

(30)

Il-prodott ikkonċernat huwa l-prodott li qiegħed jiġi investigat li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Turkija, li attwalment jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 7216 50 91 (kodiċi TARIC 7216509110) (“il-prodott ikkonċernat”).

2.3.   Prodott simili

(31)

L-investigazzjoni wriet li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

il-prodott ikkonċernat meta jiġi esportat lejn l-Unjoni;

il-prodott li qiegħed jiġi investigat prodott u mibjugħ fis-suq domestiku tar-RPĊ u tat-Turkija u

il-prodott li qiegħed jiġi investigat manifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(32)

F’dan l-istadju, il-Kummissjoni ddeċidiet li dawn il-prodotti huma għalhekk prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

2.4.   Affermazzjonijiet rigward l-ambitu tal-prodott

(33)

Ma waslet l-ebda affermazzjoni dwar l-ambitu tal-prodott.

3.   DUMPING

3.1.   Iċ-Ċina

3.1.1.   Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku

(34)

Fid-dawl tal-evidenza suffiċjenti disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni li kienet tindika l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku fir-rigward taċ-Ċina, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tibda l-investigazzjoni fir-rigward tal-produtturi esportaturi minn dan il-pajjiż b’kunsiderazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(35)

Konsegwentement, sabiex tinġabar id-data meħtieġa għall-applikazzjoni eventwali tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, fin-Notifika tal-Inizjazzjoni, il-Kummissjoni stiednet lill-produtturi esportaturi kollha fiċ-Ċina biex jipprovdu informazzjoni dwar l-inputs użati għall-produzzjoni tal-pjanċi b’bastun tal-azzar. Produttur esportatur wieħed, Changshu Longteng Special Steel Co, Ltd., issottometta l-informazzjoni rilevanti. Minbarra dan, sabiex tikseb l-informazzjoni li qieset meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-“GTĊ”.

(36)

Barra minn hekk, fil-punt 5.3.2 tan-Notifika tal-Inizjazzjoni, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jesprimu l-fehmiet tagħhom, jissottomettu informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika tal-Inizjazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mill-GTĊ u ma waslet l-ebda sottomissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku sal-iskadenza. Sussegwentement, il-Kummissjoni informat lill-GTĊ li hija kienet se tuża l-fatti disponibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku sabiex tiddetermina l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina. Il-Kummissjoni stiednet lill-GTĊ jissottometti l-kumment tiegħu dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 18. Ma wasal l-ebda kumment.

(37)

Fil-punt 5.3.2 tan-Notifika tal-Inizjazzjoni, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, pajjiż terz rappreżentattiv xieraq possibbli kien it-Turkija skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali abbażi ta’ prezzijiet jew parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li kienet se teżamina pajjiżi rappreżentattivi oħra li setgħu jkunu xierqa f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku.

(38)

Fl-24 ta’ Jannar 2023, il-Kummissjoni infurmat b’nota (“l-Ewwel Nota”) lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li kienet beħsiebha tuża sabiex tiddetermina l-valur normali. F’dik in-nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi kollha tal-produzzjoni bħall-materja prima, il-manodopera u l-enerġija użati fil-produzzjoni tal-pjanċi b’bastun tal-azzar, abbażi tad-data pprovduta mis-sottomissjoni ta’ Changshu Longteng Special Steel Co., Ltd., l-uniku produttur esportatur tal-prodott ikkonċernat li jinsab fir-RPĊ li kkoopera. Barra minn hekk, abbażi tal-kriterji li ggwidaw l-għażla tal-prezzijiet jew tal-parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni identifikat it-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand il-produttur esportatur Changshu Longteng Special Steel Co., Ltd. dwar l-Ewwel Nota.

(39)

Fit-3 ta’ April 2023, u wara li analizzat il-kummenti li rċeviet u l-informazzjoni addizzjonali pprovduta minn Changshu Longteng Special Steel Co., Ltd., il-Kummissjoni infurmat b’nota oħra (“it-Tieni Nota”) lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li kienet beħsiebha tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali, bit-Turkija bħala l-pajjiż rappreżentattiv. Hija infurmat ukoll lill-partijiet interessati li kienet se tistabbilixxi l-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) u l-profitti abbażi ta’ data minn produttur fil-pajjiż rappreżentattiv, jiġifieri Kocaer Çelik Sanayi. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw u rċeviet kummenti mingħand Changshu Longteng Special Steel Co., Ltd.

(40)

Wara li analizzat il-kummenti u l-informazzjoni li rċeviet dwar it-Tieni Nota, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li t-Turkija kienet għażla xierqa bħala pajjiż rappreżentattiv li minnu jinkisbu prezzijiet u kostijiet mingħajr distorsjoni għad-determinazzjoni tal-valur normali. Ir-raġunijiet sottostanti għal dik l-għażla huma deskritti aktar fid-dettall fit-Taqsima 3.4 ta’ hawn taħt.

3.1.2.   Valur normali

(41)

Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”.

(42)

Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “fil-każ li jiġi ddeterminat […] li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni”, u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”.

(43)

Kif spjegat aktar fid-dettall hawn taħt, fl-investigazzjoni preżenti l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli, u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ u tal-produtturi esportaturi, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa.

3.1.2.1.   L-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti

(44)

F’investigazzjonijiet reċenti dwar is-settur tal-azzar fir-RPĊ (4), il-Kummissjoni sabet li kien hemm distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku.

(45)

F’dawk l-investigazzjonijiet, il-Kummissjoni sabet li hemm intervent sostanzjali tal-gvern fir-RPĊ u li dan jirriżulta f’distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (5). B’mod partikolari, il-Kummissjoni kkonkludiet li fis-settur tal-azzar – l-azzar huwa l-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tal-prodott li qiegħed jiġi investigat, mhux biss għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku (6), iżda l-GTĊ huwa wkoll f’pożizzjoni li jinterferixxi mal-prezzijiet u mal-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fil-kumpaniji fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), it-tieni inċiż, tar-Regolament bażiku (7). Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji, kif ukoll fil-provvista tal-materja prima u tal-inputs, iħallu effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq. Fil-fatt, b’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fir-RPĊ tirriżulta fil-konċentrazzjoni tar-riżorsi f’setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella bħala politikament importanti mill-GTĊ, aktar milli fl-allokazzjoni tagħhom f’konformità mal-forzi tas-suq (8). Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment u l-proprjetà ma jaħdmux kif suppost fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż, tar-Regolament bażiku, u b’hekk jiġu ġġenerati distorsjonijiet b’mod partikolari meta jiġu miżmuma ħajjin ditti insolventi u meta jiġu allokati d-drittijiet għall-użu tal-art fir-RPĊ (9). Bl-istess mod, il-Kummissjoni sabet distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-settur tal-azzar fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż, tar-Regolament bażiku (10), kif ukoll distorsjonijiet fis-swieq finanzjarji fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż, tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-kapital għall-atturi korporattivi fir-RPĊ (11).

(46)

Bħal fl-investigazzjonijiet preċedenti dwar is-settur tal-azzar fir-RPĊ, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq jew le li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl, inkluża l-evidenza li tinsab fl-ilment, kif ukoll fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-RPĊ għall-Finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ (12) (“ir-Rapport”), li jibbaża fuq sorsi disponibbli pubblikament. Dik l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali mill-gvern fl-ekonomija tar-RPĊ b’mod ġenerali, iżda wkoll is-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti inkluż il-pjanċi b’bastun tal-azzar. Il-Kummissjoni kompliet tissupplimenta dawn l-elementi evidenzjarji bir-riċerka tagħha stess dwar id-diversi kriterji rilevanti biex tikkonferma l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ, kif misjub ukoll mill-investigazzjonijiet preċedenti tagħha f’dan ir-rigward.

(47)

L-ilment allega li l-ekonomija Ċiniża kollha kemm hi hija influwenzata u affettwata b’mod wiesa’ minn diversi interventi li jinkludu kollox mill-GTĊ jew minn awtoritajiet pubbliċi oħra fuq diversi livelli tal-gvern u tas-suq, li minħabba fihom il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi tal-industrija tal-azzar Ċiniża ma jistgħux jintużaw fl-investigazzjoni preżenti.

(48)

B’mod aktar speċifiku, l-ilment irrimarka li fl-isfond tal-prinċipju tal-“ekonomija tas-suq soċjalista” minqux fil-Kostituzzjoni tar-RPĊ, l-omnipreżenza tal-Partit Komunista Ċiniż (“CCP”) u l-influwenza tiegħu fuq l-ekonomija permezz ta’ inizjattivi ta’ ppjanar strateġiku – bħat-13 u l-14-il Pjan ta’ Ħames Snin (“FYP”) – l-interventiżmu tal-GTĊ jieħu diversi forom, jiġifieri amministrattivi, finanzjarji u regolatorji.

(49)

L-ilment ipprovda eżempji ta’ elementi li jindikaw l-eżistenza ta’ distorsjonijiet, kif elenkati fl-ewwel sas-sitt sing tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. B’mod partikolari, b’referenza għal investigazzjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni fis-settur tal-azzar, għar-Rapport, kif ukoll għal sorsi addizzjonali, l-ilmentatur issottometta li:

L-Istat Ċiniż iħaddem politika ekonomika intervenzjonista sabiex jilħaq għanijiet li jikkoinċidu mal-aġenda politika stabbilita mis-CCP pjuttost milli jirriflettu l-kundizzjonijiet ekonomiċi prevalenti f’suq ħieles. Bil-livell għoli ta’ intervent tal-gvern fl-industrija tal-azzar, rifless fit-13-il FYP għall-Aġġustament u t-Titjib tal-Industrija tal-Azzar, u sehem għoli ta’ intrapriżi tal-Istat (“SOEs”) fis-settur, anke l-produtturi privati tal-azzar ma jitħallewx joperaw skont kundizzjonijiet tas-suq. Bħala tali s-suq tal-azzar, u għalhekk is-settur tal-pjanċi b’bastun tal-azzar, huma servuti sa punt sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll u s-superviżjoni politika tal-awtoritajiet Ċiniżi;

L-industrija tal-azzar hija meqjusa bħala settur fundamentali tal-ekonomija Ċiniża, pedament nazzjonali mill-GTĊ, u bħala tali hija industrija partikolarment appoġġata. Il-problema attwali tal-kapaċità żejda hija bla dubju l-aktar eżempju ċar tal-implikazzjonijiet tal-politiki tal-GTĊ għall-industrija u tad-distorsjonijiet li jirriżultaw;

Kważi nofs il-kumpaniji kollha fis-settur tal-Azzar Ċiniż huma SOEs u erbgħa mill-akbar għaxar produtturi tal-azzar fid-dinja jaqgħu taħt din il-kategorija, li jagħti lil dawn l-SOEs rwol dominanti fis-suq tal-azzar. B’riżultat ta’ dan, hemm intervent sinifikanti mill-Istat fuq il-kost tal-materja prima fis-settur tal-azzar, b’mod aktar speċifiku għas-settur tal-bini tal-bastimenti tal-azzar u tal-pjanċi b’bastun tal-azzar, li joħloq distorsjonijiet fil-prezzijiet tal-azzar. It-13-il FYP iddeskriva l-bini tal-bastimenti tal-azzar bħala settur strateġiku li għandu jiġi appoġġat mill-GTĊ. Meta jitqies li l-maġġoranza tal-prodotti tal-pjanċi b’bastun tal-azzar jintużaw u jiġu mmanifatturati għas-settur tal-bini tal-bastimenti tal-azzar, is-settur tal-pjanċi b’bastun tal-azzar jista’ jitqies bħala strateġiku għall-GTĊ u b’hekk jirċievi appoġġ mill-Istat. L-ilment jissottolinja wkoll li l-aktar żewġ Tarzni importanti fiċ-Ċina, jiġifieri China State Shipbuilding Corporation u China Shipbuilding Industry Corporation, huma SOEs. It-tnejn li huma jaqgħu taħt is-superviżjoni tal-Kummissjoni għas-Superviżjoni u l-Amministrazzjoni tal-Assi tal-Istat (“SASAC”) u għalhekk huma affettwati minn miżuri u politiki pubbliċi li jiffavorixxu lill-produtturi domestiċi;

Is-sistema finanzjarja Ċiniża hija kkaratterizzata mill-pożizzjoni b’saħħitha tal-banek tal-Istat li, meta jagħtu aċċess għall-finanzi, jikkunsidraw kriterji oħra għajr il-vijabbiltà ekonomika ta’ proġett. Fil-fatt, il-politika tas-self tagħhom jeħtieġ li tiġi allinjata mal-objettivi tal-politika industrijali tal-GTĊ pjuttost milli tivvaluta primarjament l-ambjent ekonomiku u l-merti ta’ proġett partikolari.

Kif iddikjarat f’investigazzjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni dwar l-azzar, hemm intervent sostanzjali tal-gvern fis-suq Ċiniż, li jirriżulta f’distorsjonijiet tal-pagi fis-settur tal-azzar, kif ukoll nuqqasijiet fil-liġi Ċiniża dwar il-falliment u l-proprjetà.

(50)

Il-GTĊ la kkummenta u lanqas ma pprovda evidenza li tappoġġa jew li tirribatti l-evidenza eżistenti fil-fajl tal-każ, inkluż ir-Rapport u l-evidenza addizzjonali pprovduta mill-ilmentatur, dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti u/jew dwar l-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fil-każ inkwistjoni.

(51)

B’mod speċifiku fis-settur tal-prodott li qiegħed jiġi investigat, li huwa subsettur tas-settur tal-azzar, għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku. Billi ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-esportaturi Ċiniżi tal-prodott li qiegħed jiġi investigat, il-proporzjon eżatt tal-produtturi privati u tal-Istat ma setax jiġi ddeterminat.

(52)

Madankollu, l-investigazzjoni kkonfermat li l-akbar żewġ produtturi fis-settur tal-azzar, jiġifieri Angang Steel Group (“Ansteel”) u China Baowu Steel Group (“Baowu”) huma jew kompletament proprjetà tal-Istat jew inkella l-Istat għandu sehem ta’ kontroll fihom. Barra minn hekk, xi kumpaniji ewlenin li jipproduċu pjanċi b’bastun tal-azzar bħal Hebei Jitai Special Steel Group Co., Ltd., Suqian Nangang Jinxin Rolling Co., Ltd u Hebei Jingye Group Co. Ltd., huma soġġetti għal interferenza mill-gvern. Il-kumpanija Hebei Jitai Special Steel Group Co., Ltd., sussidjarja kompletament proprjetà tal-kumpanija privata Tangshan Baigong Industry Development co (13)., tiddikjara fost l-objettivi tagħha li “tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-kumpanija, il-progress taż-żminijiet, u l-patrija.” (14). Barra minn hekk, Suqian Nangang Jinxin Rolling Co., Ltd. hija miżmuma u kkontrollata minn Nanjing Steel, SOE taħt Nanjing SASAC (15). Fil-każ ta’ Hebei Jingye Group Co. Ltd., ġew organizzati diversi attivitajiet ta’ bini tas-CCP taħt it-tmexxija tad-deputat segretarju tal-Kumitat tal-Partit tal-Grupp (16).

(53)

Barra minn hekk, minħabba li l-interventi tas-CCP fit-teħid ta’ deċiżjonijiet operazzjonali saru n-norma anki f’kumpaniji privati (17), bis-CCP li jasserixxi t-tmexxija fuq kważi kull aspett tal-ekonomija tal-pajjiż, l-influwenza tal-Istat permezz ta’ strutturi tas-CCP fi ħdan il-kumpaniji effettivament twassal biex l-operaturi ekonomiċi jkunu taħt kontroll u superviżjoni politika tal-gvern, fid-dawl ta’ kif l-istrutturi tal-Istat u tal-Partit kibru flimkien fir-RPĊ.

(54)

Dan jidher ukoll fil-livell tal-Assoċjazzjoni tal-Ħadid u l-Azzar taċ-Ċina (“CISA”). Skont l-Artikolu 3 tal-Istatut ta’ Assoċjazzjoni tagħha, is-CISA “taderixxi mat-tmexxija ġenerali tal-Partit Komunista taċ-Ċina” u “taċċetta l-gwida, is-superviżjoni u l-ġestjoni tan-negozju mill-entitajiet responsabbli mir-reġistrazzjoni u l-ġestjoni, mill-entitajiet responsabbli mill-bini tal-partit, kif ukoll mid-dipartimenti amministrattivi rilevanti responsabbli mill-ġestjoni tal-industrija” (18).

(55)

Kemm l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dawk privati fis-settur tal-azzar huma soġġetti għal superviżjoni u gwida tal-politika. L-aktar dokumenti ta’ politika Ċiniżi reċenti dwar is-settur tal-azzar jikkonfermaw l-importanza kontinwa li l-GTĊ jattribwixxi lis-settur, inkluża l-intenzjoni li jintervjeni fis-settur sabiex jifformah f’konformità mal-politiki tal-gvern. Dan huwa eżemplifikat mill-abbozz ta’ Opinjoni Gwida tal-Ministeru għall-Industrija u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni dwar it-Trawwim ta’ Żvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Industrija tal-Azzar, li jitlob aktar konsolidazzjoni tal-pedament industrijali u titjib sinifikanti fil-livell ta’ modernizzazzjoni tal-katina industrijali (19), mill-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima li skontu, is-settur se“jaderixxi mal-kombinazzjoni tat-tmexxija tas-suq u l-promozzjoni tal-gvern” u se“jikkultiva grupp ta’ kumpaniji ewlenin bi tmexxija ekoloġika u b’kompetittività ewlenija” (20), jew mill-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tar-Ruttam tal-Azzar li l-objettivi ewlenin tiegħu huma li “jiżdied kontinwament il-proporzjon tal-applikazzjoni tar-ruttam tal-azzar, u sa tmiem l-14-il FYP, il-proporzjon komprensiv tar-ruttam tal-produzzjoni nazzjonali tal-azzar se jilħaq it-30 %.” (21) Fir-rigward b’mod aktar speċifiku tal-prodott li qiegħed jiġi investigat, il-provinċji ta’ Shandong u Jiangsu ħarġu l-14-il FYP rispettiv tagħhom dwar l-iżvilupp tal-bini tal-bastimenti u tat-tagħmir tal-inġinerija tal-baħar, li jippromwovu b’mod espliċitu s-settur tal-bini tal-bastimenti u l-produzzjoni relatata tal-azzar, bħall-pjanċi b’bastun tal-azzar (22).

(56)

Eżempji simili tal-intenzjoni tal-awtoritajiet Ċiniżi li jissorveljaw u jiggwidaw l-iżviluppi tas-settur jidhru fil-livell provinċjali, bħal f’Hebei li qed jippjana li “jimplimenta b’mod kostanti l-iżvilupp tal-grupp ta’ organizzazzjonijiet, jaċċellera r-riforma tas-sjieda mħallta ta’ intrapriżi tal-Istat, jiffoka fuq il-promozzjoni tal-fużjoni u r-riorganizzazzjoni interreġjonali tal-intrapriżi privati tal-ħadid u tal-azzar, u jistinka biex jistabbilixxi minn wieħed (1) sa żewġ (2) gruppi kbar ta’ klassi dinjija, minn tlieta (3) sa ħames (5) gruppi kbar b’influwenza domestika bħala appoġġ” u li “jespandi aktar il-kanali tar-riċiklaġġ u taċ-ċirkolazzjoni tar-ruttam tal-metall, u jsaħħaħ l-iskrinjar u l-klassifikazzjoni tar-ruttam tal-metall.” (23) . L-influwenza tal-Istat tista’ tinstab ukoll fuq livell muniċipali, bħal fil-pjan ta’ azzjoni għall-2022 1 + 3 tal-ħadid u l-azzar tal-muniċipalità Hebei Tangshan, li fih entitajiet muniċipali differenti għandhom il-kompitu li “jrawmu alleanzi u riorganizzazzjoni ta’ impriżi bi prodotti simili fir-reġjun”,bħaż-żewġ gruppi tal-azzar Shougang (Jingtang, Qiangang) u Tangsteel New District, “jfittxu u jiggwidaw lill istituzzjonijiet finanzjarji biex jipprovdu lil impriżi tal-ħadid u l-azzar b’self b’interessi baxxi biex jippermettilhom jaqilbu għal industriji ġodda, u fl-istess ħin[…]jipprovdu sussidji fil-forma ta’ skont fir-rata ta’ interess” kif ukoll “jappoġġjaw l-ottimizzazzjoni tal-istruttura tal-prodotti billi jagħtu lil“intrapriżi li jimmanifatturaw ta’ kwalità għolja u prodotti ta’ kwalità għolja godda, u fuq livell nazzjonali[…]RMB 1 miljun u RMB 500 000 rispettivament, u lil intrapriżi li jimmanifatturaw ta’ kwalità għolja u prodotti ta’ kwalita għolja godda, u fuq livell provinċjali[] RBM 300 000 u RMB 100 000 rispettivament” (24).

(57)

Bl-istess mod, il-Pjan ta’ Implimentazzjoni ta’ Henan għat-Trasformazzjoni u l-Modernizzazzjoni tal-Industrija tal-Azzar matul l-14-il FYP jipprevedi l-“kostruzzjoni ta’ bażijiet karatteristiċi għall-produzzjoni tal-azzar li jfisser, “il-bini ta’ sitt bażijiet karatteristiċi għall-produzzjoni tal-azzar f’Anyang, Jiyuan, Pingdingshan, Xinyang, Shangqiu, Zhouou, eċċ., u t-titjib tad-daqs, l-intensifikazzjoni, u l-ispeċjalizzazzjoni tal-industrija. Fosthom, sal-2025, il-kapaċità tal-produzzjoni tal-ħadid fondut grezz f’Angyang se tiġi kkontrollata sa 14-il miljun tunnellata, u l-kapaċità tal-produzzjoni tal-azzar mhux maħdum se tiġi kkontrollata sa 15-il miljun tunnellata” (25).

(58)

L-investigazzjoni kkonfermat ukoll li l-GTĊ qed jinterferixxi mal-prezzijiet u mal-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fil-kumpaniji fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), it-tieni inċiż, tar-Regolament bażiku, li jistabbilixxi l-eżistenza ta’ konnessjonijiet personali bejn il-produtturi tal-pjanċi b’bastun tal-azzar u s-CCP. Pereżempju, il-President tal-Bord tad-Diretturi tal-produttur esportatur li kkoopera Changshu Longteng Special Steel Co., Ltd. jokkupa b’mod parallel il-pożizzjoni ta’ Segretarju tal-Kumitat tal-Partit tal-intrapriża (26). Barra minn hekk, il-kumpanija ffirmat ftehim strateġiku mal-SOE Jiangsu Huaneng, sussidjarja proprjetà sħiħa ta’ Huaneng, SOE taħt SASAC ċentrali (27) u ffirmat ftehim ta’ intenzjoni li tapprofondixxi l-kooperazzjoni mal-Fergħa ta’ Jiangsu tal-Export-Import Bank of China, li jindika appoġġ finanzjarju mill-Istat (28). L-interferenza tal-kumitat Muniċipali tas-CCP fil-ħidma ta’ Longteng hija evidenti wkoll mill-artikolu li ġej ippubblikat fuq is-sit web tal-Muniċipalità ta’ Changshu: “il-Kumitat tal-Partit tal-Bureau tat-Trasport se jkompli japprofondixxi l-ħidma ta’ akkoppjament. Bis-saħħa tat-tmexxija tal-bini tal-Partit, huwa se jiżgura kooperazzjoni aktar mill-qrib u aktar profonda mal-intrapriżi akkoppjati, sabiex il-vantaġġi politiċi tal-bini tal-Partit f’termini ta’ appoġġ reċiproku u promozzjoni reċiproka jiġu ttrasformati aħjar f’vantaġġi ta’ żvilupp u azzjonijiet prattiċi biex iservu lill-mases. Flimkien, se niksbu riżultati ġodda, progress ġdid, u rebħiet ġodda fil-Mixja t-Twila tal-Era l-Ġdida.” (29) Bl-istess mod, il-President tal-Bord kemm ta’ Suqian Nangang Jinxin Rolling Co., Ltd. kif ukoll tal-kumpanija omm tagħha Nanjing Steel jokkupa wkoll fl-istess ħin il-pożizzjoni ta’ Segretarju tal-Kumitat tal-Partit. (30)

(59)

Barra minn hekk, fis-settur tal-prodott li qiegħed jiġi investigat hemm stabbiliti politiki li jiddiskriminaw favur il-produtturi domestiċi jew li b’xi mod ieħor jinfluwenzaw is-suq fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), it-tielet inċiż, tar-Regolament bażiku. L-investigazzjoni identifikat dokumenti ta’ politika li juru li l-industrija tibbenefika minn gwida u intervent tal-gvern fil-prodott li qiegħed jiġi investigat bħala parti mis-settur tal-azzar.

(60)

L-industrija tal-azzar tibqa’ titqies bħala industrija essenzjali mill-GTĊ (31). Dan huwa kkonfermat fil-bosta pjanijiet, direttivi u dokumenti oħra ffokati fuq l-azzar, li jinħarġu fil-livell nazzjonali, reġjonali u muniċipali. Skont l-14-il FYC, il-GTĊ immarka lill-industrija tal-azzar għat-trasformazzjoni u għall-aġġornament, kif ukoll għall-ottimizzazzjoni u għall-aġġustament strutturali (32). Bl-istess mod, l-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima, applikabbli wkoll għall-industrija tal-azzar, jelenka s-settur bħala l-“pedament tal-ekonomija reali” u “qasam ewlieni li jsawwar il-vantaġġ kompetittiv internazzjonali taċ-Ċina” u jistabbilixxi għadd ta’ objettivi u metodi ta’ ħidma li jixprunaw l-iżvilupp tas-settur tal-azzar fil-perjodu ta’ żmien mill-2021 sal-2025, bħal aġġornament teknoloġiku, it-titjib tal-istruttura tas-settur (mhux l-anqas permezz ta’ aktar konċentrazzjonijiet korporattivi) jew it-trasformazzjoni diġitali (33).

(61)

Il-materja prima importanti użata għall-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami hija l-mineral tal-ħadid. Il-mineral tal-ħadid jissemma wkoll fl-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima, li fih l-Istat qed jippjana li “jiżviluppa b’mod razzjonali r-riżorsi minerali domestiċi. Isaħħaħ l-esplorazzjoni tal-mineral tal-ħadid […], jimplimenta politiki tat-taxxa preferenzjali, jinkoraġġixxi l-adozzjoni ta’ teknoloġija u tagħmir avvanzati biex titnaqqas il-ġenerazzjoni ta’ skart solidu mill-minjieri.” (34) Fil-provinċji, bħal Hebei, l-awtoritajiet jipprevedu dan li ġej għas-settur: “sussidju ta’ skont fuq l-investiment ta’ proġett ġdid; jesploraw u jiggwidaw lill-istituzzjonijiet finanzjarji biex jipprovdu self b’imgħax baxx lill-intrapriżi tal-ħadid u tal-azzar biex jaqilbu għal industriji ġodda, u fl-istess ħin, il-gvern se jipprovdi sussidji ta’ skont” (35). Fil-qosor, il-GTĊ għandu miżuri fis-seħħ biex iħajjar lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi ta’ ordni pubbliku li jiġu appoġġati l-industriji mħeġġa, inkluża l-produzzjoni tal-materja prima ewlenija użata fil-manifattura tal-pjanċi b’bastun tal-azzar. Dawn il-miżuri jimpedixxu l-forzi tas-suq milli joperaw b’mod ħieles.

(62)

Din l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda evidenza li l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà skont l-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż, tar-Regolament bażiku fis-settur tal-azzar, imsemmija hawn fuq fil-premessa (45), ma jaffettwawx lill-manifatturi tal-prodott li qiegħed jiġi investigat.

(63)

Is-settur tal-azzar, kif imsemmi hawn fuq fil-premessa (45), huwa affettwat ukoll mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż, tar-Regolament bażiku. Ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza li turi li s-settur tal-azzar, inklużi l-produtturi tal-pjanċi b’bastun tal-azzar, ma kienx se jkun soġġett għas-sistema tal-liġi tax-xogħol Ċiniża. Dawk id-distorsjonijiet jaffettwaw is-settur kemm direttament (meta jiġu prodotti l-pjanċi b’bastun tal-azzar jew l-inputs ewlenin), kif ukoll indirettament (waqt l-aċċess għall-inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema ta’ xogħol fir-RPĊ) (36).

(64)

Barra minn hekk, ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza f’din l-investigazzjoni li turi li s-settur tal-azzar, kif imsemmi hawn fuq fil-premessa (45), ma huwiex affettwat mill-intervent tal-gvern fis-sistema finanzjarja fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż, tar-Regolament bażiku. Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal sabiex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod serju fil-livelli kollha.

(65)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tfakkar li sabiex jiġu prodotti l-pjanċi b’bastun tal-azzar, huma meħtieġa għadd ta’ inputs. Meta l-produtturi tal-pjanċi b’bastun tal-azzar jixtru/jikkuntrattaw dawn l-inputs, il-prezzijiet li jħallsu (u li huma rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) jiġu esposti b’mod ċar għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li tkun soġġetta għad-distorsjonijiet. Huma jistgħu jissellfu flus li huma soġġetti għad-distorsjonijiet fis-settur finanzjarju/l-allokazzjoni tal-kapital. Barra minn hekk, huma soġġetti għas-sistema ta’ ppjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u tas-setturi.

(66)

B’konsegwenza ta’ dan, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-pjanċi b’bastun tal-azzar ma humiex xierqa għall-użu skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet kollha tal-inputs (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) huma wkoll affettwati minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet I u II tar-Rapport. Fil-fatt, l-interventi tal-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, tal-art, tal-manodopera, tal-enerġija u tal-materja prima huma preżenti fir-RPĊ kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li, fih innifsu, ġie prodott fir-RPĊ bil-kombinazzjoni ta’ firxa ta’ fatturi tal-produzzjoni, huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input, lejn l-input u l-bqija.

(67)

L-ebda evidenza jew argument għall-kuntrarju ma tressqu mill-GTĊ f’din l-investigazzjoni. Madankollu, fis-sottomissjoni tagħha tas-6 ta’ Frar 2023, Changshu Longteng Special Steel Co., Ltd. argumentat li l-allegazzjonijiet dwar distorsjonijiet sinifikanti ma għandhomx isiru konklużjoni determinata minn qabel u li l-Kummissjoni għandha l-ewwel tivverifika l-allegati distorsjonijiet u tiddeċiedi jekk humiex sinifikanti qabel ma tkun tista’ tfittex data dwar il-valur normali minn sorsi alternattivi. Fil-fehma tal-kumpanija, madankollu, il-Kummissjoni bdiet tfittex qabel iż-żmien sorsi alternattivi tal-valur normali fi stadju bikri tal-investigazzjoni.

(68)

Dan l-argument ma jistax jiġi aċċettat. Kif indikat fin-Notifika tal-Inizjazzjoni, fl-istadju tal-bidu l-Kummissjoni qieset li kien hemm biżżejjed evidenza skont l-Artikolu 5(9) tar-Regolament bażiku li turi li, minħabba distorsjonijiet sinifikanti li jaffettwaw il-prezzijiet u l-kostijiet, l-użu tal-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ ma jkunx xieraq, u b’hekk jiġġustifika l-bidu ta’ investigazzjoni abbażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni fakkret li skont l-Artikolu 2(6a)(e) tar-Regolament bażiku, il-partijiet għall-investigazzjoni għandhom jiġu infurmati minnufih wara l-bidu dwar is-sorsi rilevanti li l-Kummissjoni jkun beħsiebha tuża sabiex tiddetermina l-valur normali. L-argument ta’ Longteng li l-Kummissjoni jmissha tfittex sorsi alternattivi tal-valur normali biss wara determinazzjoni dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti jidher għalhekk li huwa bbażat fuq qari ħażin tar-Regolament bażiku. Fi kwalunkwe każ, aktar milli waslet għal xi konklużjoni predeterminata dwar distorsjonijiet sinifikanti kif sostnut minn Longteng, matul din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni ġabret aktar informazzjoni biex tikkomplementa s-sorsi disponibbli sabiex tivverifika l-allegazzjonijiet li saru fl-istadju tal-bidu u, finalment, biex tiddetermina jekk hemmx distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fis-settur tal-pjanċi b’bastun tal-azzar. Filwaqt li tali determinazzjonijiet se jsiru biss fi stadju definittiv tal-investigazzjoni, ir-riżultati provviżorji tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni huma stabbiliti fil-premessi (44) sa (67) hawn fuq u l-partijiet interessati għandhom l-opportunità li jikkummentaw aktar dwarhom.

3.1.2.2.   Pajjiż rappreżentattiv

Rimarki ġenerali

(69)

L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku:

Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni użat pajjiżi b’introjtu nazzjonali gross per capita simili għar-RPĊ abbażi tal-bażi tad-data tal-Bank Dinji (37);

Il-produzzjoni tal-prodott li qiegħed jiġi investigat f’dak il-pajjiż;

Id-disponibbiltà ta’ data pubblika rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv;

Fejn kien hemm aktar minn pajjiż rappreżentattiv wieħed possibbli, ingħatat preferenza, meta kien xieraq, lill-pajjiż b’livell adegwat ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali.

(70)

Kif spjegat fil-premessi (38) u (39), il-Kummissjoni ħarġet żewġ noti għall-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali: l-Ewwel Nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni tal-24 ta’ Jannar 2023 u t-Tieni Nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni tat-3 ta’ April 2023. Dawn in-noti ddeskrivew il-fatti u l-evidenza li fuqhom huma bbażati l-kriterji rilevanti, u indirizzaw ukoll il-kummenti li rċevew il-partijiet dwar dawk l-elementi u dwar is-sorsi rilevanti. Fit-tieni nota dwar il-fatturi tal-produzzjoni, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tagħha li tqis it-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ jekk tiġi kkonfermata l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għal dak taċ-Ċina

(71)

Fl-Ewwel Nota dwar il-fatturi tal-produzzjoni, il-Kummissjoni identifikat it-Turkija u r-Russja bħala pajjiżi b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħaċ-Ċina skont il-Bank Dinji, jiġifieri huma kollha kklassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi “b’introjtu medju superjuri” fuq bażi tal-introjtu nazzjonali gross fejn kien magħruf li jiġi manifatturat l-prodott li qiegħed jiġi investigat. Ma wasal l-ebda kumment dwar il-pajjiżi identifikati f’dik in-nota.

(72)

Fit-Tieni Nota, wara l-kummenti li rċeviet mingħand il-produttur esportatur li kkoopera Changshu Longteng Special Steel Co, Ltd. dwar l-Ewwel Nota, il-Kummissjoni indikat li l-Malażja ġiet ikkunsidrata biex jiġu stabbiliti l-fatturi tal-produzzjoni li ġejjin: in-nitroġenu, l-ossiġenu u l-ġebla tal-ġir. Ma wasal l-ebda kumment dwar il-pajjiżi identifikati f’dik in-nota.

Disponibbiltà ta’ data pubblika rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv

(73)

Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni indikat li għall-pajjiżi identifikati bħala pajjiżi fejn qed jiġi prodott il-prodott li qiegħed jiġi investigat, jiġifieri r-Russja u t-Turkija, id-disponibbiltà tad-data pubblika kellha tiġi vverifikata aktar b’mod partikolari fir-rigward tad-data finanzjarja pubblika mill-produtturi tal-prodott li qiegħed jiġi investigat.

(74)

Fir-rigward tar-Russja, ir-rapporti finanzjarji tal-unika kumpanija li ġiet identifikata fl-Ewwel Nota bħala produttur, jiġifieri “JSC Omutninsk Metallurgical Plant”, ma kinux immedjatament disponibbli. Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li ma setgħetx tuża d-data ta’ din il-kumpanija fil-proċediment.

(75)

Barra minn hekk, id-data statistika tal-importazzjonijiet Russi kienet disponibbli sa Jannar 2022, u b’hekk kienet tkopri biss terz tal-perjodu ta’ investigazzjoni.

(76)

B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni kkonkludiet li r-Russja ma setgħetx titqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq għal din l-investigazzjoni.

(77)

Fir-rigward tat-Turkija, il-Kummissjoni identifikat rapporti finanzjarji faċilment disponibbli għal produttur wieħed biss tal-prodott li qiegħed jiġi investigat li, madankollu, kien qed jagħmel it-telf fl-2021. Għalkemm ir-rapporti finanzjarji tal-produttur esportatur li kkoopera fit-Turkija, Özkan Demir, kienu faċilment disponibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-kumpanija kienet qed tagħmel it-telf fl-2021 u għalhekk ma setgħetx tintuża biex jinħadem il-valur normali. Għalhekk, minbarra dik il-kumpanija, il-Kummissjoni identifikat rapporti finanzjarji faċilment disponibbli għall-produtturi ta’ prodott fl-istess kategorija u/jew settur ġenerali f’pajjiżi rappreżentattivi potenzjali li wrew livell raġonevoli ta’ profittabbiltà għal perjodu li jikkoinċidi parzjalment mal-PI. Dawk il-produtturi jew ġew identifikati fl-ilment jew fil-lista ta’ produtturi li jipproduċu prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 7216 50 91“Pjanċi b’bastun”, li tinkludi kemm il-prodott li qiegħed jiġi investigat “pjanċi b’bastun tal-azzar mhux illigati ċatti fil-medda ta’ wisa’ sa 204 mm” kif definit fin-Notifika tal-Inizjazzjoni kif ukoll it-tipi l-oħra kollha ta’ prodotti tal-pjanċi b’bastun tal-azzar. Il-Kummissjoni kkontroverifikat ukoll il-lista ta’ produtturi ma’ dawk ipprovduti mill-awtoritajiet Torok fl-istadju ta’ qabel il-bidu.

(78)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni qieset it-Turkija bħala għażla xierqa għal pajjiż rappreżentattiv.

(79)

Fil-kummenti tagħha dwar l-Ewwel Nota, Changshu Longteng Special Steel Co., Ltd. irrimarkat li wħud mill-produtturi Torok elenkati ma kinux sodisfaċenti peress li għal erbgħa minn ħames produtturi, kienu disponibbli biss rapporti finanzjarji konsolidati u għalhekk ma setgħux jirriflettu l-SG&A u l-marġni ta’ profitt effettivi ta’ produttur tal-pjanċi b’bastun tal-azzar. Barra minn hekk, l-SG&A u l-profitt, ikkalkulati abbażi tad-data disponibbli ta’ dawn il-ħames produtturi, kienu għoljin b’mod mhux raġonevoli, skont Changshu Longteng Special Steel Co., Ltd. Fl-aħħar nett, Changshu Longteng Special Steel Co., Ltd. sostniet li l-Kummissjoni għandha tinjora lit-Turkija biex tistabbilixxi l-parametru referenzjarju ta’ xi materja prima (jiġifieri l-ġebla tal-ġir u l-ossiġenu).

(80)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni eżaminat mill-ġdid l-SG&A u l-profitti rrappurtati minn erbgħa mill-ħames produtturi tal-azzar identifikati fit-Turkija u qieset li kienu għoljin b’mod mhux raġonevoli. Għalhekk, il-Kummissjoni injorat dawn il-kumpaniji u ddeċidiet li tuża l-SG&A u l-marġni ta’ profitt irrappurtati minn wieħed biss mill-produtturi Torok, jiġifieri Kocaer Çelik Sanayi għad-data finanzjarja tal-2022 (jiġifieri għall-perjodu li jikkoinċidi parzjalment mal-PI). Wara t-Tieni Nota, Changshu Longteng Special Steel Co., Ltd. argumentat li Kocaer Çelik Sanayi, ġarrab spejjeż finanzjarji estremament għoljin li għalihom ma setgħux jinstabu d-dettalji. Barra minn hekk, Changshu Longteng Special Steel Co., Ltd. sostniet li dawn ma ffaċċjawx spejjeż finanzjarji daqshekk għoljin.

(81)

Il-Kummissjoni għażlet kumpanija b’rapporti finanzjarji faċilment disponibbli li juru ammont raġonevoli ta’ SG&A u marġni ta’ profitti għall-industrija li tipproduċi l-azzar, u applikat l-SG&A u l-profitt ta’ Kocaer Çelik Sanayi fit-Turkija. L-SG&A espressi bħala perċentwal tal-kostijiet tal-oġġetti mibjugħa (“COGS”) u applikati għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni, ammontaw għal 10,98 %. Il-profitt, espress bħala perċentwal tas-COGS u applikat għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni, ammonta għal 8,8 %. Il-Kummissjoni użat data konsolidata, peress li din kienet l-unika data li kienet pubblikament disponibbli. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma qisitx dawn il-perċentwali bħala għoljin b’mod mhux raġonevoli, iżda pjuttost f’konformità mal-kost u l-profitti mġarrba f’dan it-tip ta’ industrija. Barra minn hekk, dawn il-perċentwali huma konformi ma’ dawk użati f’investigazzjonijiet preċedenti li jikkonċernaw l-industrija tal-azzar, bħal pereżempju fir-rigward tat-torrijiet tar-riħ tal-azzar (38) u l-azzar miksi b’materjal organiku (39). Il-Kummissjoni ma kellha għad-dispożizzjoni tagħha l-ebda informazzjoni li tindika l-kuntrarju.

(82)

Għalhekk, fin-nuqqas ta’ kummenti oħra jew tas-sottomissjoni ta’ kwalunkwe data oħra faċilment disponibbli, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li s-sorsi li pproponiet li tuża għall-SG&A u l-profitt huma mingħajr distorsjoni u raġonevoli skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a), l-aħħar paragrafu, tar-Regolament bażiku.

Livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali

(83)

Wara li ġie stabbilit li t-Turkija kienet l-uniku pajjiż rappreżentattiv xieraq disponibbli, abbażi tal-elementi kollha ta’ hawn fuq, ma kienx hemm bżonn li titwettaq valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-aħħar sentenza tal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku.

Konklużjoni

(84)

Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, it-Turkija ssodisfat il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku sabiex titqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq.

Is-sorsi użati sabiex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni

(85)

Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni elenkat il-fatturi tal-produzzjoni bħall-materja prima, l-enerġija u l-manodopera użati fil-produzzjoni tal-prodott li qiegħed jiġi investigat mill-produttur esportatur.

(86)

Sabiex taħdem il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni użat il-Global Trade Atlas (40) (“GTA”) u l-Metal Bulletin (41) biex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni tal-biċċa l-kbira tal-fatturi tal-produzzjoni, b’mod partikolari l-materja prima. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddikjarat li se tuża l-Istitut Tork tal-Istatistika biex tistabbilixxi l-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manodopera (42) u tal-enerġija (43) u l-istatistika tad-Direttorat Ġenerali tal-Muniċipalità Metropolitana ta’ Izmir għall-kost mingħajr distorsjoni tal-ilma (44).

(87)

Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw u jipproponu informazzjoni pubblikament disponibbli dwar valuri mingħajr distorsjoni għal kull wieħed mill-fatturi tal-produzzjoni msemmija f’dik in-nota.

(88)

Fil-kummenti tagħha dwar l-Ewwel Nota, Changshu Longteng Special Steel Co., Ltd sostniet li l-prezzijiet tal-importazzjoni tal-ferrokromu fit-Turkija varjaw abbażi tal-proporzjon tal-piż tal-karbonju u tal-kromu. Il-Kummissjoni vverifikat il-proporzjon effettiv tal-piż tal-karbonju u tal-kromu użat minn Changshu Longteng Special Steel Co., Ltd. F’dan ir-rigward, biex tistabbilixxi l-kost korrispondenti tal-ferrokromu, il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża l-parametri referenzjarji tal-industrija indipendenti ta’ Metal Bulletin għall-industrija globali tal-metalli u tal-minjieri (prezzijiet Fastmarkets) li jirriflettu proporzjonijiet differenti tal-piż tal-karbonju u tal-kromu.

(89)

Wara l-Ewwel Nota, Changshu Longteng Special Steel Co., Ltd. sostniet ukoll li l-prezzijiet medji Torok ta’ ċerta materja prima (jiġifieri l-ossiġenu u l-ġebla tal-ġir) ma setgħux jintużaw minħabba l-volum baxx ta’ importazzjonijiet. Barra minn hekk, abbażi tat-tweġiba għall-kwestjonarju ta’ Changshu Longteng Special Steel Co., Ltd, il-Kummissjoni identifikat fattur addizzjonali tal-produzzjoni, jiġifieri n-nitroġenu, li ġie importat ukoll fi kwantitajiet mhux rappreżentattivi fit-Turkija matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(90)

Konsegwentement, il-Kummissjoni eżaminat il-volum tal-importazzjonijiet fit-Tajlandja, il-Malażja, il-Brażil u l-Messiku peress li dawn il-pajjiżi għandhom livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħaċ-Ċina u qabel kienu kkunsidrati bħala pajjiżi rappreżentattivi f’diversi investigazzjonijiet preċedenti reċenti fis-settur tal-azzar bħar-roti tat-triq tal-azzar (45), prodotti ċatti tal-azzar inossidabbli llaminati bis-sħana (46), torrijiet tar-riħ tal-azzar (47), azzar miksi b’materjal organiku (48), fittings ta’ tubi jew pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar (49). Il-Kummissjoni stabbiliet li, wara l-esklużjoni tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u minn pajjiżi li ma humiex membri tad-WTO, il-Malażja biss kellha importazzjonijiet fi kwantitajiet rappreżentattivi biżżejjed tat-tliet fatturi kollha tal-produzzjoni kkonċernati matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Fuq din il-bażi, fit-Tieni Nota l-Kummissjoni infurmat li meta taħdem il-valur normali, il-Kummissjoni beħsiebha tuża l-kostijiet ta’ dawn l-inputs abbażi tal-importazzjonijiet lejn il-Malażja.

(91)

Sussegwentement, fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni aġġornat il-lista ta’ fatturi tal-produzzjoni abbażi tal-kummenti tal-partijiet u tal-informazzjoni ppreżentata mill-produttur esportatur li kkoopera fit-tweġiba għall-kwestjonarju.

(92)

Wara t-Tieni Nota, Changshu Longteng Special Steel Co., Ltd. sostniet li l-volum tal-importazzjonijiet Malażjani ta’ nitroġenu u ossiġenu u l-volum tal-importazzjonijiet Torok ta’ argon ma kinux rappreżentattivi minħabba li l-volumi ta’ importazzjoni kienu ferm aktar baxxi mill-konsum effettiv tagħhom ta’ dik il-materja prima. Barra minn hekk, Changshu Longteng Special Steel Co., Ltd. sostniet li għal kull waħda minn dawk il-materji prima hemm xi pajjiżi fornituri bi prezzijiet ta’ unità għoljin mhux raġonevoli u kostijiet għoljin tat-trasport.

(93)

Il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni billi r-rappreżentattività tal-volumi tal-importazzjoni ġiet ivvalutata abbażi tal-kwantità assoluta tal-volumi ta’ importazzjoni. Il-fatt li dawn il-volumi ma kinux fl-istess livelli bħall-konsum ta’ dik il-materja prima tal-produttur esportatur ma biddilx il-konklużjoni li l-volumi assoluti ta’ dawn l-importazzjonijiet tqiesu bħala rappreżentattivi.

(94)

Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni infurmat ukoll lill-partijiet interessati li minħabba l-għadd kbir ta’ fatturi tal-produzzjoni tal-produttur esportatur li kkoopera li pprovda informazzjoni sħiħa u l-piż negliġibbli ta’ xi materja prima fil-kost totali tal-produzzjoni, dawn l-oġġetti negliġibbli ġew raggruppati taħt “oġġetti tal-konsum”. Barra minn hekk, il-Kummissjoni infurmat li hija se tikkalkula l-perċentwal tal-oġġetti tal-konsum fuq il-kost totali tal-materja prima u se tapplika dan il-perċentwal għall-kost ikkalkulat mill-ġdid tal-materja prima meta tuża l-valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni stabbiliti fil-pajjiż rappreżentattiv xieraq.

Kostijiet u valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni

Fatturi tal-produzzjoni

(95)

Meta titqies l-informazzjoni kollha ppreżentata mill-partijiet interessati u miġbura matul iż-żjarat ta’ verifika, il-fatturi tal-produzzjoni li ġejjin u s-sorsi tagħhom ġew identifikati sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2 (6a)(a) tar-Regolament bażiku:

Tabella 1

Fatturi tal-produzzjoni tal-pjanċi b’bastun tal-azzar

Fattur tal-Produzzjoni

Kodiċi SA

Sors tad-data li l-Kummissjoni beħsiebha tuża

Valur mingħajr distorsjoni

Materja prima

Ġebla tal-ġir

252100

GTA għall-Malażja

CNY 0,243/kg

Mineral tal-ħadid

260111

GTA għat-Turkija

CNY 0,83/kg

Mineral tal-ħadid sinterizzat

260112

GTA għat-Turkija

CNY 1,28/kg

Faħam

270111

GTA għat-Turkija

CNY 1,53/kg

Kokk/Trab tal-kokk

270400

GTA għat-Turkija

CNY 3,35/kg

Trab tal-karbonju

280300

GTA għat-Turkija

CNY 10,08/kg

Turmalina pura

284910

GTA għat-Turkija

CNY 8,67/kg

Ferro-manganiż

720211

GTA għat-Turkija

CNY 10,68/kg

Ferro-siliċju

720221

GTA għat-Turkija

CNY 15,86/kg

Siliċju-manganiż

720230

GTA għat-Turkija

CNY 11,76/kg

Ferro-kromu

720241

MB-FEC-0005

CNY 8,97/kg

Ferro-molibdenum

720270

GTA għat-Turkija

CNY 160,64/kg

Ferro-titanju

720291

GTA għat-Turkija

CNY 43,32/kg

Ferro vanadju

720292

GTA għat-Turkija

CNY 190,12/kg

Ferro-nijobju

720293

GTA għat-Turkija

CNY 176,27/kg

Ferro-aluminju

720299

GTA għat-Turkija

CNY 19,24/kg

Ruttam tal-azzar

720410

GTA għat-Turkija

CNY 2,15/kg

Aluminju

760110

GTA għat-Turkija

CNY 19,67/kg

Argon

280421

GTA għat-Turkija

CNY 7,30/m3

Nitroġenu

280430

GTA għall-Malażja

CNY 5,85/m3

Ossiġenu

280440

GTA għall-Malażja

CNY 2,46/m3

Kostijiet tal-ilma

 

Prezz tal-ilma kif mitlub mill-Muniċipalità Metropolitana ta’ Izmir għall-utenti industrijali

CNY 8,25/m3

Manodopera

Kostijiet lavorattivi

 

L-Istitut Tork tal-Istatistika (ibbażat fuq il-kost lavorattiv medju kull siegħa fis-settur tal-manifattura)

CNY 37,03/siegħa

Enerġija

Elettriku

 

L-Istitut Tork tal-Istatistika - prezz tal-elettriku għall-utenti industrijali

CNY 0,60/kWh

Gass naturali

 

L-Istitut Tork tal-Istatistika - prezz tal-gass għall-utenti industrijali

CNY 2,75/m3

3.1.2.3.   Materja prima

(96)

Sabiex jiġi stabbilit il-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima kif ikkonsenjat fil-bieb ta’ produttur ta’ pajjiż rappreżentattiv, il-Kummissjoni użat bħala bażi l-prezz medju ponderat tal-importazzjoni lejn it-Turkija u għan-nitroġenu, l-ossiġenu u l-ġebla tal-ġir lejn il-Malażja kif irrappurtat fil-GTA u l-parametru referenzjarju tal-industrija indipendenti tal-Metal Bulletin għall-Ferrokromu li miegħu żdiedu d-dazji tal-importazzjoni u l-kostijiet tat-trasport. Prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet ta’ unità tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha bl-esklużjoni tar-RPĊ u l-pajjiżi li ma humiex membri tad-WTO elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (50). Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-pajjiż rappreżentattiv peress li fit-Taqsima 3.3.1 hija kkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx bl-istess mod il-prodotti maħsuba għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. Wara l-esklużjoni tal-importazzjonijiet fil-pajjiż rappreżentattiv miċ-Ċina u minn pajjiżi b’ekonomija mhux tas-suq, il-Kummissjoni sabet li l-importazzjonijiet tal-materja prima ewlenija minn pajjiżi terzi oħra baqgħu rappreżentattivi.

(97)

Il-Kummissjoni ddevjat mill-metodoloġija deskritta hawn fuq għal għadd limitat ta’ materja prima.

(98)

Kif indikat fil-premessa (88), il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża l-Metal Bulletin (prezzijiet Fastmarkets) biex tistabbilixxi l-parametru referenzjarju tal-ferrokromu.

(99)

Kif indikat fil-premessa (90), għall-ġebla tal-ġir, in-nitroġenu u l-ossiġenu, il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża l-kost ta’ dawn l-inputs abbażi tal-importazzjonijiet lejn il-Malażja, esklużi l-importazzjonijiet mir-RPĊ u l-pajjiżi li ma humiex membri tad-WTO.

(100)

Il-Kummissjoni esprimiet il-kost tat-trasport imġarrab mill-produttur esportatur li kkoopera għall-provvista tal-materja prima bħala perċentwal tal-kost effettiv ta’ tali materja prima u mbagħad applikat l-istess perċentwal għall-kost mingħajr distorsjoni tal-istess materja prima sabiex jinkiseb il-kost mingħajr distorsjoni tat-trasport. Il-Kummissjoni kkunsidrat li, fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni, il-proporzjon bejn il-materja prima tal-produttur esportatur u l-kostijiet tat-trasport irrapportati jista’ jintuża b’mod raġonevoli bħala indikazzjoni biex jiġu stmati l-kostijiet mingħajr distorsjoni tat-trasport tal-materja prima meta tiġi kkonsenjata lill-fabbrika tal-kumpanija.

(101)

Għal għadd ta’ fatturi tal-produzzjoni, il-kostijiet effettivi mġarrba mill-produttur esportatur li kkoopera kienu jirrappreżentaw sehem negliġibbli (b’mod kumulattiv madwar 3,3 %) tal-kostijiet totali tal-materja prima fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami. Billi l-valur użat għal dawn ma kellu l-ebda impatt apprezzabbli fuq il-kalkoli tal-marġni tad-dumping, irrispettivament mis-sors użat, il-Kummissjoni ddeċidiet li tinkludi dawk il-kostijiet f’oġġetti tal-konsum kif spjegat fil-premessa (94).

Manodopera

(102)

Il-Kummissjoni użat l-istatistika ppubblikata mill-Istitut Tork tal-Istatistika (51). Dan l-istitut jippubblika informazzjoni dettaljata dwar il-kostijiet lavorattivi f’setturi ekonomiċi differenti fit-Turkija. Il-Kummissjoni stabbiliet il-parametru referenzjarju abbażi tal-kostijiet lavorattivi medji fis-siegħa għall-2020 għall-attività ekonomika bil-kodiċi 24 tan-NACE “Manifattura ta’ metalli bażiċi” skont il-klassifikazzjoni NACE Rev.2. Il-valuri ġew aġġustati aktar għall-inflazzjoni permezz tal-indiċi domestiku tal-prezzijiet għall-konsumatur (52) sabiex jirriflettu l-kostijiet għall-perjodu ta’ investigazzjoni.

Enerġija

(103)

Il-Kummissjoni użat il-prezzijiet industrijali medji tal-elettriku u tal-gass għall-utenti industrijali fit-Turkija ppubblikati mill-Istitut Tork tal-Istatistika (53) għall-perjodu minn Lulju 2021 sa Ġunju 2022, netti mill-VAT.

Ilma

(104)

Il-Kummissjoni użat it-tariffa tal-ilma mitluba mid-Direttorat Ġenerali tal-Muniċipalità Metropolitana ta’ Izmir li huwa responsabbli għall-provvista tal-ilma, il-ġbir u t-trattament tad-drenaġġ fil-Muniċipalità Metropolitana ta’ Izmir fejn tinsab il-kumpanija rappreżentattiva tal-prodott li qiegħed jiġi investigat. L-informazzjoni tippermetti li jiġu identifikati t-tariffi applikabbli għall-industrija u l-parametru referenzjarju jkun tariffa medja ta’ kull xahar għall-perjodu ta’ investigazzjoni, netta mill-VAT (54).

(105)

Fir-rigward tal-ilma, Changshu Longteng Special Steel Co., Ltd. qieset il-parametru referenzjarju użat, jiġifieri l-kostijiet tal-ilma f’Izmir bħala mhux rappreżentattiv minħabba li Changshu Longteng Special Steel Co., Ltd. tinsab f’żona rurali b’aċċess faċli għall-ilma u għalhekk il-kost tal-ilma ta’ Changshu Longteng Special Steel Co. ma jistax jitqabbel ma’ belt turistika fit-Turkija.

(106)

Il-Kummissjoni użat bħala parametru referenzjarju t-tariffi tal-ilma għall-użu industrijali fir-reġjun fejn il-produttur tal-prodott li qiegħed jiġi investigat, Kocaer Çelik Sanayi, jinsab fit-Turkija. Barra minn hekk, ir-reġjun magħżul għandu bażi industrijali żviluppata sew. Għalhekk il-Kummissjoni ma laqgħetx din l-affermazzjoni.

L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura, SG&A u profitti

(107)

Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-ispejjeż ġenerali tal-manifattura sabiex ikopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni msemmija hawn fuq.

(108)

L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura mġarrba mill-produttur esportatur li kkoopera ġew espressi bħala sehem mill-kostijiet tal-manifattura effettivament imġarrba mill-produttur esportatur. Dan il-perċentwal ġie applikat għall-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni.

(109)

Biex tistabbilixxi ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-SG&A u l-profitt, il-Kummissjoni bbażat fuq id-data finanzjarja ta’ Kocaer Çelik Sanayi fl-2022, kif estratta mill-bażi tad-data Orbis.

3.1.3.   Il-kalkolu

(110)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

(111)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura. Il-Kummissjoni applikat il-kostijiet ta’ unità mingħajr distorsjoni għall-konsum effettiv tal-fatturi individwali tal-produzzjoni tal-produttur esportatur li kkoopera. Dawn ir-rati ta’ konsum ipprovduti mill-produttur esportatur li kkoopera ġew ivverifikati matul il-kontroverifika mill-bogħod. Il-Kummissjoni mmultiplikat il-fatturi tal-użu bil-kostijiet mingħajr distorsjoni għal kull unità osservati fil-pajjiż rappreżentattiv jew b’kostijiet oħra mingħajr distorsjoni għal kull unità identifikati fit-tabella ta’ hawn fuq.

(112)

It-tieni, biex tasal għal kost totali mingħajr distorsjoni tal-manifattura, il-Kummissjoni applikat l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura. L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura mġarrba mill-produtturi esportaturi li kkooperaw żdiedu bil-kostijiet tal-oġġetti tal-konsum imsemmija fil-premessa (101) u sussegwentement ġew espressi bħala sehem mill-kostijiet tal-manifattura li effettivament ġew imġarrba minn kull wieħed mill-produtturi esportaturi. Dan il-perċentwal ġie applikat għall-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni.

(113)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni żiedet l-SG&A u l-profitt li ġew espressi bħala perċentwal tal-kost tal-prodotti mibjugħa u applikati għall-kost totali mingħajr distorsjoni tal-manifattura (jiġifieri l-SG&A ammontaw għal 10,98 % u l-profitt ammonta għal 8,8 %).

(114)

Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

3.1.4.   Prezz tal-esportazzjoni

(115)

Il-produttur esportatur li kkoopera esporta lejn l-Unjoni direttament lil klijenti indipendenti.

(116)

Il-prezz tal-esportazzjoni għalhekk kien il-prezz li effettivament tħallas jew li kellu jitħallas għall-prodott ikkonċernat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

3.1.5.   Tqabbil

(117)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produttur esportatur li kkoopera fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika għal kull tip ta’ prodott.

(118)

Fejn iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat tqabbil ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet, f’konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għat-trasport, għall-assigurazzjoni, għall-immaniġġar, għall-kostijiet tat-tagħbija, għad-dazju doganali, għall-kostijiet tal-kreditu u t-tariffi bankarji.

3.1.6.   Marġni tad-dumping

(119)

Għall-produttur esportatur li kkoopera, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip ta’ prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(120)

Il-livell ta’ kooperazzjoni f’dan il-każ kien għoli, minħabba li l-esportazzjonijiet tal-produttur esportatur li kkoopera kienu jikkostitwixxu l-importazzjonijiet kollha matul il-PI. Changshu Longteng Special Steel Co. sostniet li kien hemm produttur esportatur ieħor fir-RPĊ tal-prodott ikkonċernat. Madankollu, l-ebda kumpanija oħra ma ppreżentat ruħha, u l-Kummissjoni ma identifikatx esportazzjonijiet addizzjonali fl-istatistika tal-importazzjoni. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tistabbilixxi l-marġni tad-dumping għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx fl-istess livell bħal dak tal-kumpanija li kkooperat.

(121)

Fuq din il-bażi, il-marġni medju tad-dumping ponderat provviżorju espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huwa kif ġej:

Kumpanija

Marġni tad-dumping provviżorju

Changshu Longteng Special Steel Co., Ltd.

14,7  %

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

14,7  %

3.2.   It-Turkija

3.2.1.   Valur normali

(122)

Il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku għall-produttur esportatur Özkan Demir kienx rappreżentattiv, f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku jkun rappreżentattiv jekk it-total tal-volum tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull produttur esportatur ikun jirrappreżenta mill-anqas 5 % tal-volum totali tiegħu ta’ bejgħ għall-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Fuq din il-bażi, il-bejgħ totali minn Özkan Demir tal-prodott simili fis-suq domestiku kien rappreżentattiv.

(123)

Il-Kummissjoni sussegwentement identifikat it-tipi ta’ prodotti mibjugħin fuq livell domestiku li kienu identiċi jew paragunabbli għat-tipi ta’ prodotti mibjugħin għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni għall-produttur esportatur b’bejgħ domestiku rappreżentattiv.

(124)

Il-Kummissjoni mbagħad eżaminat jekk il-bejgħ ta’ Özkan Demir fis-suq domestiku tagħha għal kull tip ta’ prodott li huwa identiku jew komparabbli ma’ tip ta’ prodott mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni kienx rappreżentattiv, f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta’ tip ta’ prodott huwa rappreżentattiv jekk il-volum totali ta’ bejgħ domestiku ta’ dak it-tip ta’ prodott lil klijenti indipendenti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni jirrappreżenta mill-anqas 5 % tal-volum totali ta’ bejgħ għall-esportazzjoni tat-tip ta’ prodott identiku jew komparabbli lejn l-Unjoni. Il-Kummissjoni stabbiliet li għal numru żgħir ta’ tipi ta’ prodotti li ġew esportati lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, jew ma kien hemm l-ebda bejgħ domestiku, jew il-bejgħ domestiku ta’ dak it-tip ta’ prodott kien anqas minn 5 % fil-volum u għalhekk ma kienx rappreżentattiv.

(125)

Imbagħad, il-Kummissjoni ddefiniet il-proporzjon tal-bejgħ profittabbli lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull tip ta’ prodott matul il-perjodu ta’ investigazzjoni sabiex tiddeċiedi jekk tużax il-bejgħ domestiku effettiv għall-kalkolu tal-valur normali, f’konformità mal-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku.

(126)

Il-valur normali huwa bbażat fuq il-prezz domestiku effettiv għal kull tip ta’ prodott, irrispettivament minn jekk dak il-bejgħ huwiex profittabbli jew le, jekk:

(a)

il-volum tal-bejgħ tat-tip ta’ prodott, mibjugħ bi prezz tal-bejgħ nett daqs jew ogħla mill-kost tal-produzzjoni kkalkolat, kien jirrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum totali tal-bejgħ ta’ dan it-tip ta’ prodott; u

(b)

l-prezz tal-bejgħ medju ponderat ta’ dak it-tip ta’ prodott ikun daqs jew ogħla mill-kost tal-produzzjoni ta’ unità.

(127)

F’dan il-każ, il-valur normali huwa l-medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta’ dak it-tip ta’ prodott matul il-PI.

(128)

Il-valur normali huwa l-prezz domestiku effettiv għal kull tip ta’ prodott tal-bejgħ domestiku profittabbli biss tat-tipi ta’ prodotti matul il-PI, jekk:

(a)

il-volum tal-bejgħ profittabbli tat-tip ta’ prodott jirrappreżenta 80 % jew anqas tal-volum totali tal-bejgħ ta’ dan it-tip: jew

(b)

il-prezz medju ponderat ta’ dan it-tip ta’ prodott ikun anqas mill-kost tal-produzzjoni ta’ unità.

(129)

L-analiżi tal-bejgħ domestiku wriet li [50-70] % tal-bejgħ domestiku kollu kien profittabbli u li l-prezz tal-bejgħ medju ponderat kien ogħla mill-kost tal-produzzjoni.

(130)

Għat-tipi ta’ prodotti li għalihom il-bejgħ kien b’mod ġenerali profittabbli, il-valur normali ġie kkalkulat jew bħala medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu matul il-PI (il-premessi (126) u (127)) jew bħala medja ponderata tal-bejgħ bi profitt biss (il-premessa (128)) skont il-volum tal-bejgħ bi profitt.

(131)

Għat-tipi ta’ prodotti li għalihom (1) il-bejgħ b’mod ġenerali ma kienx profittabbli jew (2) ma kienx hemm bejgħ jew kien hemm bejgħ insuffiċjenti fis-suq domestiku u fejn ma kienx hemm informazzjoni speċifika dwar il-prezzijiet tas-suq għal dawk it-tipi ta’ prodotti mhux mibjugħa minn Özkan Demir fis-suq domestiku, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(3) u (6) tar-Regolament bażiku.

(132)

Il-valur normali nħadem biż-żieda ta’ dan li ġej mal-kost medju tal-produzzjoni tal-prodott simili tal-produttur esportatur li kkoopera matul il-perjodu ta’ investigazzjoni:

(a)

l-ispejjeż SG&A medji ponderati mġarrba mill-produttur esportatur li kkoopera fuq il-bejgħ domestiku tal-prodott simili, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, matul il-PI; u

(b)

il-profitt medju ponderat magħmul mill-produttur esportatur li kkoopera fuq il-bejgħ domestiku tal-prodott simili, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(133)

Għat-tipi ta’ prodotti mhux mibjugħa fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku, ġew miżjuda l-ispejjeż tal-SG&A medji u l-profitt tat-tranżazzjonijiet magħmula fil-kors ordinarju tal-kummerċ fis-suq domestiku għal dawk it-tipi. Għat-tipi ta’ prodotti mhux mibjugħa għalkollox fis-suq domestiku, ġew miżjuda l-ispejjeż SG&A medji ponderati u l-profitt tat-tranżazzjonijiet kollha magħmula fil-kors ordinarju tal-kummerċ fis-suq domestiku.

3.2.2.   Prezz tal-esportazzjoni

(134)

Il-produttur esportatur esporta lejn l-Unjoni direttament lil klijenti indipendenti.

(135)

Il-prezz tal-esportazzjoni għalhekk kien il-prezz li effettivament tħallas jew li kellu jitħallas għall-prodott ikkonċernat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

3.2.3.   Tqabbil

(136)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produttur esportatur fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika.

(137)

Fejn iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat tqabbil ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet, f’konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għall-ispejjeż tat-trasport, tal-assigurazzjoni, tal-immaniġġjar u t-tagħbija u tal-ippakkjar, il-kostijiet tal-krediti u l-imposti bankarji, il-kummissjonijiet, ir-ribassi u allowances oħra.

(138)

Il-Kummissjoni identifikat kwistjonijiet ta’ kambju tal-munita matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. L-Artikolu 2(10)(j) tar-Regolament bażiku jistipula li d-data tal-bejgħ għandha tkun id-data tal-fattura, u li tista’ tintuża d-data tal-kuntratt, tal-ordni tax-xiri jew tal-konferma tal-ordni jekk dawn jistabbilixxu b’mod aktar xieraq it-termini materjali tal-bejgħ. L-ewwel nett, il-Kummissjoni qieset il-fluttwazzjoni fir-rata tal-kambju tal-Lira Torka (u l-waqgħa sinifikanti ġenerali kontra l-Euro (55)). It-tieni, il-Kummissjoni qieset il-prattiki tal-iffissar tal-prezzijiet tal-produttur esportatur Tork, li permezz tagħhom it-termini materjali tal-bejgħ ġew saldati fil-mument tal-ordni tax-xiri pjuttost milli fid-data tal-fattura, kemm għall-bejgħ domestiku (56) kif ukoll għall-bejgħ għall-esportazzjoni. Il-Kummissjoni għalhekk użat ir-rata tal-kambju fid-data tal-ordni tax-xiri biex tikkonverti l-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fil-Lira Torka.

3.2.4.   Marġni tad-dumping

(139)

Għall-produttur esportatur li kkoopera, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip ta’ prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(140)

Fuq din il-bażi, il-marġni tad-dumping medju ponderat provviżorju espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huwa ta’ 13,6 %

(141)

Il-livell ta’ kooperazzjoni f’dan il-każ huwa għoli minħabba li l-esportazzjonijiet tal-produttur esportatur li kkoopera kienu jikkostitwixxu l-esportazzjonijiet kollha lejn l-Unjoni mit-Turkija matul il-PI, hekk kif l-investigazzjoni indikat li kien l-uniku produttur esportatur tal-prodott ikkonċernat. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tistabbilixxi l-marġni tad-dumping għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx fl-istess livell bħal dak tal-kumpanija li kkooperat.

(142)

Il-marġnijiet tad-dumping provviżorji, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Kumpanija

Marġni tad-dumping provviżorju

Türkiye Özkan Demir Çelik Sanayi A.Ş

13,6  %

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

13,6  %

4.   DANNU

4.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(143)

Skont l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, il-prodott simili ġie mmanifatturat minn tliet produtturi fl-Unjoni sal-2020, u tnejn matul il-bqija tal-perjodu kkunsidrat u l-perjodu ta’ investigazzjoni. Huma jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(144)

Il-Kummissjoni ma setgħetx tiddivulga d-data dwar il-volum tal-importazzjonijiet, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet tal-importazzjoni mir-RPĊ u t-Turkija peress li hija sensittiva għas-suq u kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku, minħabba l-għadd limitat ta’ partijiet li joperaw fis-suq tal-Unjoni (żewġ produtturi tal-Unjoni, produttur esportatur wieħed mit-Turkija u produttur esportatur wieħed miċ-Ċina). Id-divulgazzjoni ta’ din l-informazzjoni tista’ tippermetti lill-partijiet jikkalkulaw lura d-data kunfidenzjali speċifika għall-kumpanija. Il-Kummissjoni għalhekk ipprovdiet din l-informazzjoni f’firxiet u indiċijiet, li taw biżżejjed informazzjoni sinifikanti lill-partijiet interessati kollha biex jifhmu l-analiżi u l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni u jipprovdu kummenti f’dan ir-rigward. Id-data ġiet ipprovduta wkoll fil-forma ta’ xejriet sinifikanti sabiex il-partijiet interessati kollha jkunu jistgħu jiddefendu l-interessi tagħhom. Il-Kummissjoni ma setgħetx tiddivulga l-metodu għall-ħolqien tal-firxiet peress li dan jippermetti lill-partijiet jiddeterminaw in-numri eżatti mill-firxiet.

(145)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ġiet stabbilita għal madwar [15 000-18 000] tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet il-produzzjoni tal-Unjoni abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-industrija tal-Unjoni, bħall-informazzjoni pprovduta mill-ilmentatur, l-istimi magħmula fl-ilment u d-data statistika mill-Eurostat. Kif indikat fil-premessa (17), l-ilmentatur kien l-uniku produttur tal-Unjoni li kkoopera, u kien jirrappreżenta [75-85] % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

4.2.   Konsum tal-Unjoni

(146)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni abbażi tal-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni tal-pjanċi b’bastun tal-azzar fl-Unjoni flimkien mal-importazzjonijiet totali fl-Unjoni minn pajjiżi terzi. Il-metodoloġija għall-istima tal-importazzjonijiet hija spjegata fid-dettall fit-Taqsima 4.3.2 hawn taħt.

(147)

Kif spjegat ukoll fil-premessi (11) u (12), kien hemm tliet produtturi tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat: Losal (l-ilmentatur), Olifer u Laminorul. Olifer ma kkooperax fl-investigazzjoni u Laminorul applika għall-falliment fl-2019. Għalhekk, il-volumi tal-bejgħ ta’ Olifer u ta’ Laminorul fl-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat kienu bbażati fuq l-istima li saret fl-ilment (57). Laminorul biegħ il-pjanċi b’bastun tal-azzar fl-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat biss fl-2019 u fl-2020, li kien jammonta għal madwar [18-22] % u [4-7] % rispettivament tal-bejgħ totali mill-industrija tal-Unjoni tal-prodott li qiegħed jiġi investigat f’dawk is-snin. Għall-bejgħ fl-2021 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni, il-bejgħ kollu mill-industrija tal-Unjoni tqies bħala l-prodott li qiegħed jiġi investigat. Għas-snin ta’ qabel, tqies li 75 % tal-bejgħ ta’ Laminorul kien jikkonċerna l-prodott li qiegħed jiġi investigat, filwaqt li l-25 % li jifdal tal-bejgħ kien jikkonċerna pjanċi b’bastun tal-azzar ta’ wisa’ akbar li ma humiex parti mill-ambitu tal-prodott. Il-Kummissjoni qieset li dawn is-suppożizzjonijiet, ibbażati fuq l-għarfien tas-suq tal-ilmentatur, kienu jipprovdu stima raġonevoli li kienet meħtieġa biex jiġi kkalkulat il-konsum tal-Unjoni. Il-volumi tal-bejgħ għall-ilmentatur inkisbu mit-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju u ġew ivverifikati fuq il-post.

(148)

Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 2

Konsum tal-Unjoni (tunnellati)

 

2019

2020

2021

Perjodu ta’ investigazzjoni

Konsum totali tal-Unjoni

[70 000 –75 000 ]

[42 000 –46 000 ]

[44 000 –48 000 ]

[47 000 –51 000 ]

Indiċi (2019 = 100)

100

60

63

68

Sors:

L-ilment, it-tweġiba għall-kwestjonarju tal-ilmentatur, il-produtturi esportaturi li kkooperaw u l-Eurostat.

(149)

Il-konsum tal-Unjoni naqas bi 32 % matul il-perjodu kkunsidrat. Wara tnaqqis kbir inizjali ta’ 40 % fl-2020, il-konsum reġa’ żdied xi ftit fis-snin ta’ wara. It-tnaqqis fl-2020 ikkoinċida mas-sena meta l-Unjoni kienet milquta l-agħar mill-pandemija tal-Covid-19 u fil-biċċa l-kbira jista’ jiġi attribwit għal-“lockdowns” assoċjati meta l-fabbriki kemm tal-produtturi tal-pjanċi b’bastun tal-azzar kif ukoll tal-utenti ngħalqu temporanjament. Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (29), il-pjanċi b’bastun tal-azzar jintużaw primarjament fl-industrija tal-bini tal-bastimenti. Fl-Unjoni, il-biċċa l-kbira tal-prodott ikkonċernat jintuża fil-produzzjoni ta’ bastimenti tal-kruċieri u bastimenti lussużi oħra, kif ukoll ta’ bastimenti militari. Waħda mill-konsegwenzi tal-pandemija tal-Covid-19 kienet tnaqqis fl-ordnijiet għal u fil-produzzjoni ta’ bastimenti lussużi, li kellu impatt qawwi fuq il-produzzjoni tal-pjanċi b’bastun tal-azzar. Għalkemm il-konsum żdied mill-2020 ’l hawn, għadu ’l bogħod mil-livell ta’ qabel il-pandemija.

4.3.   L-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

4.3.1.   Valutazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

(150)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet tal-pjanċi b’bastun tal-azzar li joriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati għandhomx jiġu vvalutati b’mod kumulattiv, f’konformità mal-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku.

(151)

Il-marġni tad-dumping stabbilit fir-rigward tal-importazzjonijiet miċ-Ċina u mit-Turkija kien ogħla mil-limitu de minimis stabbilit fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku. Il-volum tal-importazzjonijiet minn kull wieħed mill-pajjiżi kkonċernati ma kienx negliġibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 5(7) tar-Regolament bażiku. L-ishma mis-suq fil-perjodu ta’ investigazzjoni kienu [4,0-6,0] % u [53,0-58,0] % rispettivament.

(152)

Il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina u mit-Turkija u l-prodott simili kienu simili. B’mod aktar speċifiku, il-prodotti importati kienu jikkompetu ma’ xulxin u mal-pjanċi b’bastun tal-azzar prodotti fl-Unjoni minħabba li jridu jikkonformaw mal-istess standards tekniċi u jridu jiġu ċċertifikati mill-istess istituzzjonijiet qabel ma jikkwalifikaw għall-użu aħħari maħsub tagħhom. Il-pjanċi b’bastun tal-azzar mis-sorsi kollha jinbiegħu permezz tal-istess kanali ta’ bejgħ u lil kategoriji simili ta’ klijenti. Il-bennejja tal-bastimenti jużaw l-istess pjanċi b’bastun tal-azzar għall-istess għan u jiddifferenzjaw biss dwar l-aspetti tekniċi tal-prodott (eż. il-wisa’, it-tul, il-grad tal-azzar, eċċetera), mhux l-oriġini tal-prodott.

(153)

Għalhekk, il-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku ġew issodisfati u l-importazzjonijiet miċ-Ċina u mit-Turkija ġew eżaminati b’mod kumulattiv għall-finijiet tad-determinazzjoni tad-dannu.

4.3.2.   Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

(154)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina u mit-Turkija abbażi tad-data vverifikata tal-produtturi esportaturi li kkooperaw. Id-data vverifikata minn dawn il-produtturi tqieset bħala aktar akkurat mid-data tal-Eurostat, peress li l-Eurostat jirrapporta l-importazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt il-kodiċi NM għall-pjanċi b’bastun tal-azzar. Dan il-kodiċi jinkludi wkoll pjanċi b’bastun tal-azzar b’dimensjonijiet li jaqgħu barra mill-ambitu tal-prodott ta’ din l-investigazzjoni.

(155)

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit abbażi tas-sehem li dawn l-importazzjonijiet kienu jirrappreżentaw mill-konsum totali tal-Unjoni. Kif spjegat fil-premessa (146), il-konsum tal-Unjoni kien ibbażat fuq il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni tal-pjanċi b’bastun tal-azzar fl-Unjoni flimkien mal-importazzjonijiet totali fl-Unjoni minn pajjiżi terzi. Il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, kif muri wkoll fit-Tabella 3 hawn taħt, ġie stabbilit abbażi tad-data tal-Eurostat. Biex tistma liema parti minn dawn l-importazzjonijiet kienet relatata mal-prodott ikkonċernat, il-Kummissjoni segwiet is-suppożizzjonijiet spjegati fit-taqsima C.1.1.1 tal-ilment. L-ilmentatur stima li 25 % tal-importazzjonijiet mir-Renju Unit kienu relatati mal-prodott li qiegħed jiġi investigat fl-2019 u fl-2020, u 45 % fis-snin l-oħra meta l-produttur magħruf fir-Renju Unit kien espanda l-firxa ta’ prodotti tal-pjanċi b’bastun tal-azzar tiegħu. L-ilmentatur stima wkoll li 75 % tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi l-oħra kollha kienu relatati mal-prodott li qiegħed jiġi investigat. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni qieset dawn is-suppożizzjonijiet bħala stima raġonevoli tal-importazzjonijiet tal-prodott li qiegħed jiġi investigat.

(156)

L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-pajjiżi kkonċernati żviluppaw kif ġej:

Tabella 3

Volum tal-importazzjonijiet (tunnellati) u sehem mis-suq

 

2019

2020

2021

Perjodu ta’ investigazzjoni

Volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ

[1 200 –1 600 ]

[800 –1 200 ]

[2 800 –3 200 ]

[2 000 –2 400 ]

Indiċi

100

68

204

151

Volum tal-importazzjonijiet mit-Turkija

[37 000 –41 000 ]

[23 000 –27 000 ]

[24 000 –28 000 ]

[24 000 –28 000 ]

Indiċi

100

65

66

67

Volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

[38 200 –42 600 ]

[23 800 –28 200 ]

[26 800 –31 200 ]

[26 000 –30 400 ]

Indiċi

100

65

71

70

Sehem mis-suq tar-RPĊ (%)

[1,1 –3,1 ]

[1,4 –3,4 ]

[6,0 –8,0 ]

[4,0 –6,0 ]

Indiċi

100

113

324

223

Sehem mis-suq tat-Turkija (%)

[53,0 –58,0 ]

[57,0 –62,0 ]

[55,0 –60,0 ]

[53,0 –58,0 ]

Indiċi

100

107

104

99

Sehem mis-suq tal-pajjiżi kkonċernati (%)

[54,1 –61,1 ]

[58,4 –65,4 ]

[61,0 –68,0 ]

[57,0 –64,0 ]

Indiċi

100

107

112

104

Sors:

L-ilment, it-tweġiba għall-kwestjonarju tal-ilmentatur, il-produtturi esportaturi li kkooperaw u l-Eurostat.

(157)

Il-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati naqas bejn l-2019 u l-PI bi 30 %, u naqas drastikament fl-2020 qabel ma għamel irkupru parzjali sal-perjodu ta’ investigazzjoni. Fl-istess ħin, is-sehem mis-suq tagħhom żdied b’4 %. It-tnaqqis fil-volumi tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati kkoinċida ma’ tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni ta’ 32 % matul l-istess perjodu, kif spjegat fil-premessa (149). Billi l-pajjiżi kkonċernati kienu kapaċi jżommu u saħansitra jżidu s-sehem mis-suq tagħhom fi żmien ta’ tnaqqis fil-konsum, din iż-żieda fis-sehem mis-suq kienet għad-detriment ta’ parteċipanti oħra fis-suq, speċjalment l-industrija tal-Unjoni. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, is-sehem mis-suq tal-pajjiżi kkonċernati reġa’ naqas bi tmienja fil-mija meta mqabbel mal-2021, iżda baqa’ f’livell ogħla mis-sehem mis-suq tagħhom fl-2019. Dan it-tnaqqis fis-sehem mis-suq għall-pajjiżi kkonċernati kien fil-biċċa l-kbira relatat ma’ żieda sinifikanti fil-bejgħ mill-ilmentatur lil klijent importanti wieħed matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Madankollu, l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni ma wrietx li din iż-żieda kienet strutturali jew li din ix-xejra kienet se tkompli wara l-perjodu ta’ investigazzjoni.

4.3.3.   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, it-twaqqigħ tal-prezz u s-soppressjoni tal-prezzijiet

(158)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tad-data vverifikata tal-produtturi esportaturi li kkooperaw, f’konformità mad-determinazzjoni tal-volumi tal-importazzjoni kif spjegat fil-premessi (154)-(155). It-twaqqigħ tal-prezz tal-importazzjonijiet ġie stabbilit abbażi tad-data mill-produtturi esportaturi li kkooperaw u mill-produttur tal-Unjoni li kkoopera.

(159)

Il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati lejn l-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 4

Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)

 

2019

2020

2021

Perjodu ta’ investigazzjoni

RPĊ

[800 –900 ]

[800 –900 ]

[850 –1 000 ]

[1 000 –1 200 ]

Indiċi

100

95

108

133

It-Turkija

[700 –800 ]

[700 –800 ]

[850 –1 000 ]

[1 000 –1 200 ]

Indiċi

100

92

119

139

Sors:

Il-produtturi esportaturi li kkooperaw.

(160)

Il-prezzijiet tal-importazzjoni żdiedu bi 33 % u b’39 % għaċ-Ċina u għat-Turkija, rispettivament. Din iż-żieda kienet fil-biċċa l-kbira ikkawżata miż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima u tal-enerġija wara l-pandemija tal-Covid-19 u aktar reċentement matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, mill-gwerra li għaddejja fl-Ukrajna. Madankollu, matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni żdiedu saħansitra aktar, b’46 %.

(161)

Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni billi qabblet:

(1)

il-prezzijiet tal-bejgħ medji ponderati għal kull tip ta’ prodott tal-produttur tal-Unjoni li kkoopera mitluba lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika; u

(2)

il-prezzijiet medji ponderati korrispondenti għal kull tip ta’ prodott tal-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi li kkooperaw fiċ-Ċina u fit-Turkija lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi ta’ Kost, assigurazzjoni u nol (CIF), b’aġġustamenti xierqa għall-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni.

(162)

It-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta’ tip b’tip għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, bl-aġġustament dovut meta neċessarju, u wara tnaqqis tar-ribassi u tal-iskontijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat teoretiku tal-produttur tal-Unjoni li kkoopera matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan wera marġni ta’ twaqqigħ tal-prezz medju ponderat ta’ 6,5 % għaċ-Ċina u ta’ 11,1 % għat-Turkija mill-importazzjonijiet fis-suq tal-Unjoni.

(163)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni stabbiliet l-eżistenza ta’ soppressjoni tal-prezzijiet. Fil-fatt, kif muri fit-Tabella 8, l-industrija tal-Unjoni kienet qed tbigħ taħt il-kost tal-produzzjoni matul il-perjodu kollu kkonċernat. Minħabba l-pressjoni sinifikanti fuq il-prezzijiet ikkawżata mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping bi prezz baxx, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha biex tikseb sitwazzjoni profittabbli, li rriżulta f’telf matul il-perjodu kollu kkunsidrat. B’mod partikolari, il-Kummissjoni sabet bejgħ bil-prezz imwaqqa’ ta’ 21,7 % għaċ-Ċina u 30,0 % għat-Turkija.

4.4.   Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.4.1.   Rimarki ġenerali

(164)

F’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li kellhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(165)

Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data li tinsab fl-ilment u d-data vverifikata tal-produttur tal-Unjoni li kkoopera. Id-data kienet relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni li kienu qed jipproduċu u jbigħu l-prodott ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Kif spjegat fil-premessa (147), kien hemm tliet produtturi tal-Unjoni fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat, li minnhom tnejn biss baqgħu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni minħabba l-falliment ta’ Laminorul. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data li tinsab fit-tweġiba għall-kwestjonarju mill-produttur tal-Unjoni li kkoopera. Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li kienu rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi, b’mod partikolari minħabba li l-produttur tal-Unjoni li kkoopera kien jirrappreżenta aktar minn 75 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

(166)

L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat.

(167)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji ta’ unità, il-kost ta’ unità, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital.

4.4.2.   Indikaturi makroekonomiċi

4.4.2.1.   Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

(168)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 5

Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

 

2019

2020

2021

Perjodu ta’ investigazzjoni

Volum tal-produzzjoni (tunnellati)

[25 000 –30 000 ]

[12 500 –15 500 ]

[13 500 –17 000 ]

[15 000 –18 000 ]

Indiċi

100

51

56

60

Kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

[65 000 –85 000 ]

[48 000 –63 000 ]

[39 000 –52 000 ]

[39 000 –52 000 ]

Indiċi

100

74

61

61

Użu tal-kapaċità (%)

[33 –39 ]

[22 –27 ]

[30 –36 ]

[32 –38 ]

Indiċi

100

69

91

98

Sors:

L-ilment u d-data vverifikata tal-ilmentatur.

(169)

Il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas matul il-perjodu kkunsidrat. Dan kien parzjalment dovut għall-falliment imsemmi hawn fuq ta’ Laminorul, iżda l-volumi tal-produzzjoni għaż-żewġ kumpaniji li fadal urew ukoll tnaqqis qawwi fl-2020 (58). Għalkemm il-volumi tal-produzzjoni reġgħu żdiedu fis-snin ta’ wara, matul il-PI, il-volum tal-produzzjoni kien għadu ferm anqas minn dak fl-2019. Dan it-tnaqqis matul il-perjodu kkunsidrat huwa wkoll konformi mat-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni matul l-istess snin.

(170)

Il-kapaċità tal-produzzjoni naqset ukoll matul il-perjodu kkunsidrat, minħabba l-falliment ta’ Laminorul. Il-kapaċità tal-produzzjoni għaż-żewġ kumpaniji li fadal baqgħet stabbli matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, ir-rata tal-użu tal-kapaċità naqset bi 2 % matul il-perjodu kkunsidrat, żieda minn tnaqqis qawwi fl-2020 minħabba t-tnaqqis fil-konsum u fil-volumi tal-produzzjoni relatati wara l-pandemija tal-Covid-19, kif spjegat fil-premessa (149). Għaż-żewġ kumpaniji li fadal, ir-rata tal-użu tal-kapaċità kompliet tonqos bejn l-2019 u l-perjodu ta’ investigazzjoni. (59)

4.4.2.2.   Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq

(171)

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 6

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

 

2019

2020

2021

Perjodu ta’ investigazzjoni

Volum tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni (tunnellati)

[25 000 –29 000 ]

[11 000 –15 000 ]

[12 000 –16 000 ]

[15 000 –19 000 ]

Indiċi

100

47

51

62

Sehem mis-suq (%)

[35 –40 ]

[27 –32 ]

[28 –33 ]

[32 –37 ]

Indiċi

100

77

82

91

Sors:

L-ilment, it-tweġiba għall-kwestjonarju tal-ilmentatur, il-produtturi esportaturi li kkooperaw u l-Eurostat.

(172)

Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni naqas bi 38 % matul il-perjodu kkunsidrat, u naqas drastikament fl-2020 qabel ma għamel irkupru parzjali sal-perjodu ta’ investigazzjoni. Matul l-istess perjodu, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas b’9 %. Ix-xejra ta’ tnaqqis fil-volumi tal-bejgħ, għalkemm kemxejn anqas qawwija, hija osservata wkoll meta wieħed iħares lejn iż-żewġ kumpaniji li fadal biss, għalkemm dawn reġgħu kisbu xi sehem mis-suq fl-2021 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni (60). It-tnaqqis fis-sehem mis-suq u fil-volumi tal-bejgħ tal-Unjoni fl-2020 ikkoinċidew mal-falliment ta’ Laminorul. Għalkemm il-konsum, l-importazzjonijiet u l-volumi tal-bejgħ tal-Unjoni kollha naqsu fl-2020 minħabba l-impatt tal-pandemija tal-Covid-19, kif spjegat fil-premessa (149), parti mill-volumi tal-bejgħ li qabel kienu attribwiti lil Laminorul ġew sostitwiti minn importazzjonijiet pjuttost milli mill-bejgħ ta’ produtturi oħra tal-Unjoni. Dan huwa evidenti mid-data fit-Tabelli 3 u 6, li turi li s-sehem mis-suq taċ-Ċina u tat-Turkija żdied fl-2020 filwaqt li fl-istess ħin l-industrija tal-Unjoni tilfet mis-sehem mis-suq. Mill-2020, l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi tirkupra biċċa mis-sehem mis-suq mitluf, iżda ma laħqitx il-livell ta’ qabel l-2020.

4.4.2.3.   Tkabbir

(173)

Kif spjegat fil-premessi (169) u (170) hawn fuq, il-volum tal-produzzjoni u r-rata tal-użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni naqsu matul il-perjodu kkunsidrat, li rriżulta f’kostijiet fissi ogħla għal kull unità ta’ produzzjoni. Fl-istess ħin, id-domanda għall-pjanċi b’bastun tal-azzar naqset b’mod sinifikanti fl-2020, qabel ma rkuprat xi ftit sal-perjodu ta’ investigazzjoni. F’dan il-kuntest ta’ tnaqqis fil-konsum, l-industrija tal-Unjoni tilfet volumi ta’ bejgħ u sehem mis-suq sinifikanti. Hija kienet kapaċi terġa’ tikseb parti mill-volumi tal-bejgħ u mis-sehem mis-suq tagħha biss għad-detriment tal-prezzijiet tal-bejgħ tagħha li baqgħu konsistentement taħt il-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, kif spjegat hawn taħt fit-taqsima 4.4.3.1. Għalhekk, il-perspettivi tat-tkabbir tal-industrija tal-Unjoni ddeterjoraw ukoll.

4.4.2.4.   Impjiegi u produttività

(174)

L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 7

L-impjiegi u l-produttività

 

2019

2020

2021

Perjodu ta’ investigazzjoni

Għadd ta’ impjegati

[250 –300 ]

[130 –160 ]

[130 –160 ]

[130 –160 ]

Indiċi

100

53

54

52

Produttività (tunnellata/impjegat)

[100 –110 ]

[95 –105 ]

[103 –113 ]

[115 –125 ]

Indiċi

100

97

103

115

Sors:

L-ilment, id-data vverifikata tal-ilmentatur u Orbis van Dijk ().

(175)

L-impjiegi fis-settur segwew l-istess xejra bħall-produzzjoni u l-konsum fis-suq tal-Unjoni u naqsu drastikament bi 48 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan kien ikkawżat prinċipalment mill-falliment ta’ Laminorul, iżda l-impjiegi naqsu wkoll għall-ilmentatur, għalkemm huwa rkupra xi ftit mill-aktar punt baxx tiegħu fl-2020 sal-perjodu ta’ investigazzjoni (62). Dan it-tnaqqis segwa x-xejra ’l isfel osservata għall-konsum tal-Unjoni fl-2020 u l-irkupru limitat fil-konsum sal-perjodu ta’ investigazzjoni.

(176)

Fl-istess ħin, il-produttività żdiedet bi 15 % bejn l-2019 u l-perjodu ta’ investigazzjoni. Madankollu, din iċ-ċifra hija influwenzata mill-fatt li Laminorul kien keċċa parti kbira mill-persunal tiegħu fl-2019, iżda xorta kellu bejgħ fl-2019 u, sa ċertu punt anqas, fl-2020. Il-produttività għaż-żewġ produtturi tal-Unjoni li kien fadal naqset matul il-perjodu kkunsidrat (63). Tnaqqis fil-produttività taż-żewġ produtturi tal-Unjoni li fadal jindika żieda fil-kost lavorattiv għal kull tunnellata prodotta ta’ pjanċi b’bastun tal-azzar.

4.4.2.5.   Kobor tal-marġni tad-dumping u rkupru minn dumping fil-passat

(177)

Il-marġnijiet kollha tad-dumping kienu ogħla b’mod sinifikanti mil-livell de minimis. L-impatt tad-daqs tal-marġnijiet effettivi tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien sostanzjali, meta jitqiesu l-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati.

(178)

Din hija l-ewwel investigazzjoni anti-dumping dwar il-prodott ikkonċernat. Għalhekk, ma kien hemm l-ebda data disponibbli biex jiġu vvalutati l-effetti ta’ dumping possibbli fil-passat.

4.4.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

4.4.3.1.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(179)

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ ta’ unità tal-produttur tal-Unjoni li kkoopera lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 8

Il-prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni

 

2019

2020

2021

Perjodu ta’ investigazzjoni

Prezz medju tal-bejgħ ta’ unità fl-Unjoni (EUR/tunnellata)

[850 –950 ]

[850 –950 ]

[1 000 –1 150 ]

[1 200 –1 400 ]

Indiċi

100

100

118

146

Kost tal-produzzjoni ta’ unità (EUR/tunnellata)

[950 –1 050 ]

[950 –1 050 ]

[1 100 –1 250 ]

[1 300 –1 500 ]

Indiċi

100

100

121

141

Sors:

Id-data vverifikata tal-ilmentatur.

(180)

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-produttur tal-Unjoni li kkoopera żdiedu matul il-perjodu kkunsidrat b’46 %, filwaqt li l-kost tal-produzzjoni ta’ unità żdied bi ftit anqas b’41 % matul l-istess perjodu. Madankollu, matul il-perjodu kollu kkunsidrat, il-prezzijiet tal-bejgħ kienu konsistentement taħt il-kost medju tal-produzzjoni. Dan kien ifisser li l-produttur tal-Unjoni ma setax iżid il-prezzijiet tal-bejgħ tiegħu għal livell li jkopri ż-żieda fil-kost tal-produzzjoni.

(181)

Il-bejgħ tal-prodott simili fis-suq tal-Unjoni kien ibbażat jew fuq kuntratti qafas mal-klijenti li kienu jiffissaw il-kwantitajiet u l-prezzijiet għall-perjodu ta’ wara (li jvarja minn sena sa ftit xhur), jew ibbażat fuq kwotazzjonijiet u prezzijiet spot. Il-produttur tal-Unjoni li kkoopera għalhekk kellu marġni biex iżid il-prezzijiet tal-bejgħ fil-kuntest taż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima u tal-enerġija fiż-żmien tan-negozjar mill-ġdid tal-kuntratti jew tal-offerta ta’ kwotazzjonijiet. Madankollu, huwa ma rnexxilux jagħmel dan sal-punt meħtieġ matul il-perjodu kkunsidrat minħabba l-pressjoni fuq il-prezzijiet mill-importazzjonijiet li baqgħu deħlin f’volumi għoljin. Dan wassal għal sitwazzjoni kontinwa ta’ telf tal-produttur tal-Unjoni li kkoopera, kif spjegat fit-Taqsima 4.4.3.4 hawn taħt.

4.4.3.2.   Kostijiet lavorattivi

(182)

Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produttur tal-Unjoni li kkoopera żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 9

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

 

2019

2020

2021

Perjodu ta’ investigazzjoni

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR)

[48 000 –53 000 ]

[45 000 –50 000 ]

[45 000 –50 000 ]

[53 000 –58 000 ]

Indiċi

100

94

94

112

Sors:

Id-data vverifikata tal-ilmentatur.

(183)

Il-kost lavorattiv medju għal kull impjegat naqas bi 12 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan kien marbut mat-tnaqqis fl-għadd ta’ impjegati mingħajr tnaqqis simili fil-kostijiet fissi.

4.4.3.3.   Inventarji

(184)

Il-livelli tal-istokkijiet tal-produttur tal-Unjoni li kkoopera żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 10

Inventarji

 

2019

2020

2021

Perjodu ta’ investigazzjoni

Stokkijiet tal-għeluq (tunnellati)

[2 000 –2 500 ]

[1 600 –2 100 ]

[2 000 –2 500 ]

[2 300 –2 800 ]

Indiċi

100

82

104

117

Stokkijiet tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni

[11 –14 ]

[14 –17 ]

[15 –18 ]

[16 –19 ]

Indiċi

100

129

136

141

Sors:

Id-data vverifikata tal-ilmentatur.

(185)

L-inventarji l-ewwel naqsu bi 18 % fl-2020 qabel ma żdiedu matul il-bqija tal-perjodu kkunsidrat biex laħqu livell ta’ 17 % ogħla milli fl-2019. L-istokkijiet tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni żdiedu matul il-perjodu kkunsidrat u laħqu bejn 16 u 19 % tal-produzzjoni annwali. Din is-sitwazzjoni kellha impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-produttur tal-Unjoni li kkoopera.

4.4.3.4.   Profittabilità, fluss tal-flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti u kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital

(186)

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produttur tal-Unjoni li kkoopera żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 11

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti

 

2019

2020

2021

Perjodu ta’ investigazzjoni

Il-profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ)

[(–11 ) – ( –7 )]

[(–10,5 ) – ( –6,5 )]

[(–10 ) – ( –6 )]

[(–6 ) – ( –3 )]

Indiċi

– 100

–94

–91

–46

Fluss tal-flus (EUR)

[700 000 – 800 000 ]

[(– 700 000 )– (– 600 000 )]

[(–1 700 000 )– (–1 400 000 )]

[25 000 – 30 000 ]

Indiċi

100

–84

– 208

4

Investimenti (EUR)

[1 000 000 – 1 200 000 ]

[1 250 000 – 1 450 000 ]

[600 000 – 700 000 ]

[650 000 – 750 000 ]

Indiċi

100

122

60

64

Redditu fuq l-investimenti (%)

[(–51 )–(–46 )]

[(–28 )–(–23 )]

[(–26 )–(–21 )]

[(–18 )–(–13 )]

Indiċi

– 100

–53

–51

–35

Sors:

Id-data vverifikata tal-ilmentatur.

(187)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-produttur tal-Unjoni li kkoopera billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. Il-produttur tal-Unjoni li kkoopera rnexxielu jnaqqas it-telf tiegħu matul il-perjodu kkunsidrat, iżda baqa’ jagħmel it-telf matul il-perjodu kollu. Il-fatt li huwa naqqas it-telf tiegħu fil-perjodu ta’ investigazzjoni meta mqabbel mas-snin preċedenti, kien dovut prinċipalment għaż-żieda fil-kapaċità tiegħu, assoċjata mal-adattament tal-istrateġija kummerċjali tiegħu, li jinnegozja mill-ġdid u jadatta l-prezzijiet tiegħu għaż-żieda fil-kostijiet tal-enerġija u tal-materja prima. Madankollu, minħabba l-pressjoni kontinwa fuq il-prezzijiet minn importazzjonijiet bi prezz baxx mill-pajjiżi kkonċernati, li saħansitra rnexxielhom iżidu s-sehem mis-suq diġà għoli ħafna tagħhom matul il-perjodu kkunsidrat, il-produttur tal-Unjoni li kkoopera ma setax jirrifletti l-kostijiet kollha fil-prezzijiet lill-klijenti tiegħu.

(188)

Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom stess. Ix-xejra fil-fluss tal-flus nett żviluppat ’l isfel sal-perjodu ta’ investigazzjoni bi fluss tal-flus negattiv fl-2020 u fl-2021, u mill-ġdid ’il fuq matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għal tnaqqis globali ta’ 96 % matul il-perjodu kkunsidrat. Din ix-xejra negattiva wriet li l-produttur tal-Unjoni li kkoopera esperjenza diffikultajiet biex jiffinanzja huwa stess l-attivitajiet tiegħu, li kienet indikazzjoni ulterjuri tas-sitwazzjoni finanzjarja deterjorata tiegħu.

(189)

Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Il-produttur tal-Unjoni li kkoopera investa kontinwament biex itejjeb l-effiċjenza tal-faċilitajiet tal-produzzjoni tiegħu, bħall-akkwist ta’ makkinarju ġdid għax-shot-blasting u għaż-żebgħa biex jippermetti t-twettiq internament ta’ dawk il-partijiet tal-proċess tal-produzzjoni li qabel kienu jiġu esternalizzati, u b’hekk tittejjeb l-effiċjenza u jitnaqqsu ż-żminijiet ta’ stennija. Madankollu, il-kapaċità tiegħu li jinvesti kienet limitata minħabba s-sitwazzjoni tiegħu ta’ telf kontinwu. Barra minn hekk, ir-redditu fuq l-investiment, għalkemm tjieb matul il-perjodu kkunsidrat, baqa’ negattiv matul il-perjodu kollu. Għalhekk, il-produttur tal-Unjoni li kkoopera ma setax jiġġenera biżżejjed profitti sabiex ikopri l-investimenti tiegħu.

(190)

Il-kapaċità tal-produttur tal-Unjoni li kkoopera, li jżid il-kapital, kienet affettwata mis-sitwazzjoni finanzjarja negattiva tiegħu. It-telf kontinwu u l-fluss tal-flus nett indikaw tħassib serju fir-rigward tas-sitwazzjoni tal-likwidità tiegħu u l-kapaċità tiegħu li jżid il-kapital biex jiffinanzja l-attività operattiva tiegħu u l-investimenti meħtieġa.

4.4.4.   Konklużjoni dwar id-dannu

(191)

L-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu matul il-perjodu kollu kkunsidrat. Is-sitwazzjoni konsistentement ta’ telf tal-industrija tal-Unjoni matul dak il-perjodu kkoinċidiet ma’ volumi sinifikanti ta’ importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati bi prezzijiet taħt il-kostijiet tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Kif diskuss fit-taqsima 4.3.3, il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni twaqqgħu u ġew soppressi b’mod sinifikanti mill-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati.

(192)

Matul perjodu ta’ tnaqqis ġenerali fil-konsum tal-Unjoni u wara xi rkupru wara tnaqqis sinifikanti inizjali fil-bejgħ tal-pjanċi b’bastun tal-azzar fl-Unjoni fl-2020, iż-żieda fil-volumi tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati qabżet iż-żieda fil-volumi tal-bejgħ tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Wara tnaqqis inizjali ta’ 35 % fl-2020, il-volumi tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu għal livelli ta’ 70 % tal-volumi tal-importazzjonijiet tal-2019. Il-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni esperjenzaw tnaqqis inizjali ta’ 53 % u rkupraw għal livelli ta’ 62 % biss tal-volumi tal-bejgħ tal-2019.

(193)

Fl-istess ħin, il-prezzijiet tal-bejgħ żdiedu kemm għall-industrija tal-Unjoni kif ukoll għaż-żewġ pajjiżi kkonċernati. Madankollu, filwaqt li l-industrija tal-Unjoni konsistentement ma setgħetx iżżid il-livell tal-prezzijiet tagħha biex tikseb sitwazzjoni profittabbli, id-differenza bejn il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u l-prezzijiet tal-importazzjoni miż-żewġ pajjiżi kkonċernati żdiedet. Il-prezzijiet tal-Unjoni żdiedu b’46 % matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li l-prezzijiet tal-importazzjoni żdiedu bi 33 % mir-RPĊ u b’39 % mit-Turkija matul l-istess perjodu. Dan kien ifisser li, minkejja ż-żidiet fil-prezzijiet kemm għall-importazzjonijiet kif ukoll għall-bejgħ tal-Unjoni, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet miż-żewġ pajjiżi kkonċernati poġġew pressjoni dejjem akbar fuq il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. B’riżultat ta’ dan, minkejja li l-industrija tal-Unjoni kienet sfurzata tkompli tbigħ bit-telf, hija tilfet mis-sehem mis-suq tagħha favur iż-żewġ pajjiżi kkonċernati bejn l-2019 u l-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalkemm l-industrija tal-Unjoni reġgħet kisbet parti mis-sehem mis-suq mitluf tagħha matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, hija ma laħqitx il-livell tal-2019. Kif spjegat fil-premessa (157), iż-żieda fis-sehem mis-suq matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ma kinitx ta’ natura strutturali iżda fil-biċċa l-kbira marbuta ma’ żieda temporanja fl-ordnijiet minn klijent partikolari.

(194)

Kważi l-indikaturi kollha tad-dannu wrew xejra negattiva ġenerali matul il-perjodu kkunsidrat. Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità kollha ddeterjoraw, f’konformità mat-tnaqqis fil-volumi tal-bejgħ u s-sehem mis-suq. Inizjalment l-indikaturi żviluppaw b’mod negattiv fl-2020, prinċipalment minħabba l-pandemija tal-Covid-19 u l-falliment ta’ Laminorul kif spjegat fil-premessi (149), (160), (170) u (172). Mill-2020, l-Unjoni kienet kapaċi tirkupra sa ċertu punt hekk kif id-domanda għall-pjanċi b’bastun tal-azzar u l-konsum tal-Unjoni reġgħu żdiedu wara l-pandemija tal-Covid-19. Madankollu, għalkemm l-indikaturi tad-dannu wrew titjib mill-2020, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni dawn kollha kienu għadhom ferm taħt il-livelli ta’ qabel l-2020. Minħabba l-volumi u l-ishma mis-suq kbar kontinwi tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati, li huma pprezzati taħt il-kostijiet tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, din tal-aħħar ma setgħetx tirkupra sal-punt meħtieġ biex tikiseb sitwazzjoni finanzjarja stabbli u profittabbli.

(195)

Matul il-perjodu kkunsidrat, l-investimenti netti naqsu b’36 % filwaqt li r-redditu fuq l-investiment baqa’ negattiv. Il-fluss tal-flus varja drastikament matul il-perjodu kkunsidrat u kien fil-biċċa l-kbira negattiv jew qrib iż-żero mill-2020. Dan affettwa l-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tiffinanzja l-operazzjonijiet tagħha hija stess.

(196)

L-għadd ta’ impjegati naqas matul l-istess perjodu bi 48 %, fil-biċċa l-kbira kkawżat mill-falliment ta’ Laminorul fl-2020, iżda xejra simili ta’ tnaqqis kienet tidher ukoll għall-produtturi l-oħra tal-Unjoni. Fl-istess ħin, il-produttività naqset (meta ma jitqiesx il-bejgħ minn Laminorul kif spjegat fil-premessa (176)), u dan irriżulta f’kost lavorattiv ogħla għal kull tunnellata ta’ pjanċi b’bastun tal-azzar.

(197)

Kif stabbilit hawn fuq, l-indikaturi ekonomiċi bħall-profittabbiltà, il-fluss tal-flus u r-redditu fuq l-investiment kienu negattivi matul il-perjodu kkunsidrat. Dan affettwa l-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tiffinanzja hija stess l-operazzjonijiet, li tagħmel l-investimenti meħtieġa u li żżid il-kapital, u b’hekk impedixxa t-tkabbir tagħha u saħansitra hedded is-sopravivenza tagħha.

(198)

Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet f’dan l-istadju li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

5.   KAWŻALITÀ

(199)

F’konformità mal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati kkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufin oħra setgħux fl-istess ħin ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kwalunkwe dannu possibbli kkawżat minn fatturi għajr l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati ma kienx attribwit għall-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. Dawn il-fatturi kienu l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-pandemija tal-Covid-19 li affettwat il-konsum tal-Unjoni, iż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija u l-allegat nuqqas ta’ diversifikazzjoni tal-prodott.

5.1.   Effetti tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping

(200)

Il-Kummissjoni eżaminat l-evoluzzjoni tal-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u l-impatt tagħhom fuq l-industrija tal-Unjoni kif meħtieġ mill-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku.

5.1.1.   Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati

(201)

Il-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati naqas bi 30 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan it-tnaqqis, kif spjegat fil-premessa (157), ikkoinċida ma’ tnaqqis simili fil-konsum tal-Unjoni, ikkawżat prinċipalment mill-pandemija tal-Covid-19 u t-tnaqqis li rriżulta fid-domanda għall-bini tal-bastimenti u għall-inputs relatati bħall-pjanċi b’bastun tal-azzar. Madankollu, kif spjegat fil-premessi (192)-(193), iż-żieda osservata fil-volumi tal-importazzjonijiet wara l-2020 kienet akbar minn dik tal-volumi tal-bejgħ tal-Unjoni matul l-istess perjodu.

(202)

Fl-2020, l-industrija tal-Unjoni tilfet mis-sehem mis-suq, prinċipalment minħabba t-tmiem ta’ Laminorul. Kif muri fit-Tabelli 3 u 6, is-sehem mis-suq li qabel kien f’idejn Laminorul mar parzjalment għand it-Turkija u ċ-Ċina. Il-pajjiżi kkonċernati żiedu kontinwament is-sehem mis-suq tagħhom bejn l-2019 u l-2021. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, il-pajjiżi kkonċernati reġgħu tilfu parti mis-sehem mis-suq li kienu kisbu fis-snin preċedenti għall-benefiċċju tal-industrija tal-Unjoni. Madankollu, għalkemm l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi terġa’ tikseb parti mis-sehem mis-suq li kienet tilfet fl-2020, hija għad trid tilħaq il-livelli ta’ qabel l-2020. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żdied minn [54,1-61,1] % fl-2019 għal [57,0-64,0] % fil-PI, jiġifieri żieda ta’ 4 %, filwaqt li l-industrija tal-Unjoni tilfet mis-sehem mis-suq matul l-istess perjodu. Konsegwentement, kien hemm żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping skont it-tifsira tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament bażiku.

5.1.2.   Il-prezz tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati u l-effett fuq il-prezzijiet

(203)

Barra minn hekk, dawn l-importazzjonijiet saru bi prezzijiet ferm aktar baxxi minn dawk tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kollu kkunsidrat. Għalkemm l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi żżid il-prezzijiet tagħha matul il-perjodu kkunsidrat biex tkopri parzjalment iż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima u tal-inputs, hija ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tagħha sal-punt kollu meħtieġ biex tkopri l-kostijiet tal-produzzjoni tagħha. Fl-istess ħin, filwaqt li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet kemm miċ-Ċina kif ukoll mit-Turkija żdiedu wkoll matul il-perjodu kkunsidrat, dan kien sa ċertu punt anqas minn dawk tal-industrija tal-Unjoni u beda minn livell ta’ prezz aktar baxx. Fil-fatt, il-prezz medju tal-importazzjonijiet kemm miċ-Ċina kif ukoll mit-Turkija kien konsistentement taħt il-kostijiet tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kollu kkunsidrat.

(204)

Il-pressjoni fuq il-prezzijiet eżerċitata mill-importazzjonijiet bi prezz baxx kemm miċ-Ċina kif ukoll mit-Turkija kienet tfisser li l-industrija tal-Unjoni ma kellhiex għażla ħlief li ssegwi dak l-iffissar tal-prezzijiet biex tipprova terġa’ tikseb parti mill-volumi tal-bejgħ li tilfet fl-2020, f’perjodu ta’ tnaqqis fil-konsum u żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni. Għalkemm l-industrija tal-Unjoni rnexxielha żżid il-volumi tal-bejgħ tagħha wara l-2020 għal 62 % tal-livelli tal-2019 fil-perjodu ta’ investigazzjoni, hija ma setgħetx tagħmel dan sal-istess punt bħaż-żieda fil-konsum tal-Unjoni (li kien f’livell ta’ 68 % tal-livelli tal-2019 fil-perjodu ta’ investigazzjoni) u fl-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati (f’livell ta’ 70 % tal-livelli tal-2019). Dan min-naħa tiegħu rriżulta f’sitwazzjoni kontinwa ta’ telf għall-produttur tal-Unjoni li kkoopera matul il-perjodu kkunsidrat. Matul l-istess perjodu, indikaturi finanzjarji oħra bħar-redditu fuq l-investiment u l-fluss tal-flus urew żvilupp negattiv simili. Għalkemm ir-redditu fuq l-investiment tjieb matul il-perjodu kkunsidrat, dan baqa’ konsistentement negattiv matul il-perjodu kollu, filwaqt li l-fluss tal-flus irkupra fil-perjodu ta’ investigazzjoni għal 4 % biss tal-livell tal-2019.

5.1.3.   Rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina u mit-Turkija, u d-dannu materjali tal-industrija tal-Unjoni

(205)

Id-deterjorament tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kkoinċida ma’ preżenza sinifikanti ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati. F’kuntest ta’ suq li kien qiegħed jiċkien, iż-żieda fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati flimkien mal-prezzijiet medji baxxi tagħhom tal-bejgħ kellhom impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni. Għalkemm l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi tirkupra sal-perjodu ta’ investigazzjoni sa ċertu punt mit-tnaqqis fil-volumi tal-bejgħ u fis-sehem mis-suq li seħħ fl-2020, hija ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha biżżejjed biex tkopri b’mod sħiħ iż-żieda qawwija fil-kostijiet tal-produzzjoni, minħabba ż-żieda fil-preżenza tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat mill-pajjiżi kkonċernati. Għalhekk, l-importazzjonijiet bi prezz baxx mill-pajjiżi kkonċernati b’hekk ikkawżaw soppressjoni tal-prezzijiet.

(206)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni stabbiliet b’mod provviżorju li d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien ikkawżat mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati skont it-tifsira tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku. Tali dannu kellu effetti kemm fuq il-volum kif ukoll fuq il-prezz.

5.2.   Effetti ta’ fatturi oħrajn

5.2.1.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

(207)

Il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra żviluppa kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 12

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

Pajjiż

 

2019

2020

2021

Perjodu ta’ investigazzjoni

Ir-Renju Unit

Volum (tunnellati)

[2 000 - 2 400 ]

[2 800 - 3 200 ]

[1 000 - 1 400 ]

[1 700 - 2 100 ]

 

Indiċi

100

140

51

84

 

Sehem mis-suq (%)

[2,0 –4,0 ]

[5,0 –7,0 ]

[1,5 –3,5 ]

[2,5 –4,5 ]

 

Prezz medju

[700 – 800 ]

[650 – 750 ]

[800 – 950 ]

[1 150 – 1 350 ]

 

Indiċi

100

93

110

167

Pajjiżi terzi oħra

Volum (tunnellati)

[0 –10 ]

[300 – 600 ]

[200 – 500 ]

[100 – 400 ]

 

Indiċi

100

11 295

8 086

6 324

 

Sehem mis-suq (%)

[0,0 –0,5 ]

[1,0 –1,5 ]

[0,5 –1,0 ]

[0,3 –0,8 ]

 

Prezz medju

[1 100 – 1 200 ]

[1 100 – 1 200 ]

[700 – 850 ]

[1 100 – 1 300 ]

 

Indiċi

100

101

73

104

It-total tal-pajjiżi terzi kollha ħlief il-pajjiżi kkonċernati

Volum (tunnellati)

[2 000 – 2 400 ]

[3 100 – 3 800 ]

[1 200 – 1 900 ]

[1 800 – 2 500 ]

 

Indiċi

100

162

66

97

 

Sehem mis-suq (%)

[2,0 –4,5 ]

[6,0 –8,5 ]

[2,0 –4,5 ]

[2,8 –5,3 ]

 

Prezz medju

[700 – 800 ]

[700 – 800 ]

[800 – 950 ]

[1 150 – 1 350 ]

 

Indiċi

100

100

109

165

Sors:

L-ilment, it-tweġiba għall-kwestjonarju tal-ilmentatur, il-produtturi esportaturi li kkooperaw u l-Eurostat.

(208)

Matul il-perjodu kkunsidrat, l-uniku pajjiż terz ieħor li minnu ġew importati volumi sinifikanti ta’ pjanċi b’bastun tal-azzar fl-Unjoni kien ir-Renju Unit. Madankollu, il-pjanċi b’bastun tal-azzar prodotti fir-Renju Unit kienu biss parzjalment il-prodott li qiegħed jiġi investigat. British Steel, l-uniku produttur magħruf tal-pjanċi b’bastun tal-azzar fir-Renju Unit, kien jipproduċi biss pjanċi b’bastun tal-azzar b’wisa’ ta’ 200 mm u aktar fl-2019, wisa’ ta’ 180 mm u aktar mill-2020, u bħalissa wkoll ta’ 160 mm u aktar (64). Kif spjegat fil-premessa (154), l-informazzjoni statistika għall-pjanċi b’bastun tal-azzar disponibbli fil-Eurostat għall-perjodu kkunsidrat tinkludi d-daqsijiet kollha tal-pjanċi b’bastun tal-azzar, mhux biss il-prodott li qiegħed jiġi investigat. Abbażi tal-informazzjoni pprovduta fl-ilment, il-Kummissjoni stmat il-parti tal-volumi tal-importazzjonijiet irreġistrati fil-Eurostat li kienu relatati mal-prodott ikkonċernat fis-snin differenti.

(209)

Kif stabbilit fil-premessi (157) u (172), l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati kif ukoll il-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqsu b’mod sinifikanti fl-2020, qabel ma għamlu irkupru parzjali fis-snin ta’ wara. Fl-istess ħin, l-importazzjonijiet mir-Renju Unit żdiedu b’40 % fl-2020, naqsu biss għal nofs il-volum tal-2019 fl-2021 u reġgħu żdiedu għal livell ta’ 16 % taħt il-volumi tiegħu tal-2019. L-utent li kkoopera spjega li l-produttur fir-Renju Unit jipproduċi pjanċi b’bastun tal-azzar (u jesporta) fuq bażi irregolari u biss meta ma jallokax il-kapaċità tal-produzzjoni tiegħu għal prodotti oħra.

(210)

Iż-żidiet u t-tnaqqis osservati fil-volumi għall-importazzjonijiet mir-Renju Unit ma kinux jikkorrispondu għal tnaqqis u żieda paralleli fl-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati jew fil-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-importazzjoni mir-Renju Unit kienu ferm ogħla mil-livell tal-prezzijiet tal-importazzjoni tal-pjanċi b’bastun tal-azzar mill-pajjiżi kkonċernati, u qrib il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(211)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq u fid-dawl tal-volumi kbar ta’ importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi mill-pajjiżi kkonċernati meta mqabbla ma’ dawk minn pajjiżi terzi oħra, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra ma naqqsux ir-rabta kawżali bejn id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati.

5.2.2.   Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(212)

Il-volum tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni żviluppa kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 13

Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni

 

2019

2020

2021

Perjodu ta’ investigazzjoni

Volum tal-esportazzjonijiet (tunnellati)

[1 700 –2 100 ]

[1 600 –2 000 ]

[800 –1 000 ]

[300 –500 ]

Indiċi

100

93

46

17

Prezz medju (EUR/tunnellata)

[800 –900 ]

[700 –800 ]

[1 200 –1 350 ]

0  (*1)

Indiċi

100

94

161

0  (*1)

Sors:

Il-Eurostat, l-ilment u d-data vverifikata tal-ilmentatur għall-volumi tal-esportazzjonijiet, il-prezz medju mill-ilmentatur.

(213)

L-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni naqsu kontinwament mill-2019 għal volumi negliġibbli fil-perjodu ta’ investigazzjoni. L-industrija tal-Unjoni indikat it-tnaqqis fil-konsum madwar id-dinja kollha wara l-pandemija tal-Covid-19 bħala kawża għal dan it-tnaqqis, kif ukoll il-kompetizzjoni ta’ esportazzjonijiet bi prezz baxx speċjalment Torok li seħħew mhux biss fis-suq domestiku iżda wkoll fis-swieq ta’ pajjiżi terzi.

(214)

L-esportazzjonijiet kienu biss parti żgħira mill-bejgħ globali tal-industrija tal-Unjoni, fejn dawn kienu jammontaw għal [5-9] % tal-produzzjoni tagħha fl-2019 u naqsu għal [3-1] % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalhekk, għalkemm it-tnaqqis fil-prestazzjoni tal-esportazzjoni seta’ kkontribwixxa għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, kif allegat ukoll mill-Gvern tat-Turkija fil-kummenti tiegħu dwar il-bidu, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li, meta jitqies is-sehem għoli tal-bejgħ tal-Unjoni meta mqabbel mal-bejgħ għall-esportazzjoni matul il-perjodu kollu kkunsidrat, it-tnaqqis fil-bejgħ għall-esportazzjoni ma naqqasx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

5.2.3.   Il-pandemija tal-Covid-19 u t-tnaqqis fil-konsum

(215)

Fil-kummenti tagħhom dwar il-bidu, il-Gvern tat-Turkija, Özkan u Fincantieri kollha indikaw il-pandemija tal-Covid-19 u t-tnaqqis parallel fil-konsum bħala li kkontribwew jew ikkawżaw id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Kif muri fit-Tabella 2, il-konsum tal-Unjoni tal-pjanċi b’bastun tal-azzar naqas bi 32 % matul il-perjodu kkunsidrat, li kien fil-fatt marbut prinċipalment mal-pandemija tal-Covid-19, kif stabbilit fil-premessa (149). Madankollu, fl-istess żmien, il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni naqas saħansitra aktar, bi 38 %. Barra minn hekk, sitwazzjoni dannuża kkawżata minn volum sinifikanti ta’ importazzjonijiet bi prezzijiet aktar baxxi mill-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienet diġà teżisti fl-2019, filwaqt li l-pandemija tal-Covid-19 bdiet tħalli impatt biss mill-2020. Għalhekk, pjuttost milli kawża tas-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni, il-pandemija tal-Covid-19 u t-tnaqqis li rriżulta fil-konsum tal-Unjoni tal-pjanċi b’bastun tal-azzar għandhom jitqiesu bħala fattur aggravanti fl-2020.

(216)

Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li l-evoluzzjoni tal-konsum tal-Unjoni ma naqqsitx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

5.2.4.   Żieda fil-prezzijiet tal-enerġija

(217)

Il-Gvern tat-Turkija sostna li ż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija minn tmiem l-2021, u speċjalment fl-2022 minħabba l-aggressjoni militari mill-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna, affettwat is-sitwazzjoni dannuża tal-Ilmentatur u ma għandhiex tiġi attribwita għall-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati.

(218)

Madankollu, kif muri fit-Tabella 8, l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi żżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha minn EUR [1 000-1 150] għal EUR [1 200-1 400] bejn l-2021 u l-perjodu ta’ investigazzjoni. Din iż-żieda ta’ madwar 24 % qabżet iż-żieda fil-kost tal-produzzjoni matul l-istess perjodu, li jindika li ż-żieda fil-kost jew fil-prezzijiet tal-enerġija setgħet tiġi mgħoddija lill-klijenti. Madankollu, l-industrija tal-Unjoni xorta ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha biex tkopri b’mod sħiħ il-kost totali tal-produzzjoni tagħha, minħabba l-pressjoni fuq il-prezzijiet eżerċitata mill-importazzjonijiet bi prezz baxx kontinwi mill-pajjiżi kkonċernati.

(219)

Kif spjegat fil-premessi (163), (180) u (181) hawn fuq, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx taġġusta b’mod adegwat il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha biex tikseb sitwazzjoni profittabbli matul il-perjodu kollu kkunsidrat. Billi dan il-mudell ġie osservat matul perjodu twil ta’ żmien, huwa ma setax jiġi spjegat biss miż-żieda fil-kostijiet tal-enerġija fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Din l-impossibbiltà li jiġu aġġustati l-prezzijiet tal-bejgħ tikkoinċidi fiż-żmien maż-żieda fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati f’livelli sinifikanti ta’ twaqqigħ tal-prezz, u b’hekk issopprima l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, li ma ppermettiex lill-industrija tal-Unjoni terġa’ lura għal sitwazzjoni profittabbli.

(220)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-enerġija ma setgħetx tkun kawża tad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

5.2.5.   Diversifikazzjoni tal-prodott

(221)

Özkan sostna li d-dannu lill-industrija tal-Unjoni kien parzjalment ikkawżat mill-fatt li hija prattika ġenerali fis-settur tal-bini tal-bastimenti li jinxtraw id-daqsijiet u t-tipi differenti kollha ta’ pjanċi b’bastun tal-azzar għal proġett partikolari mill-istess sors, għal traċċabbiltà aktar faċli. Peress li l-industrija tal-Unjoni kienet tipproduċi biss pjanċi b’bastun tal-azzar sa wisa’ ta’ 204 mm, hija ma kellhiex, skont Özkan, il-vantaġġ kompetittiv li kellu Özkan peress li kien jipproduċi d-daqsijiet kollha tal-pjanċi b’bastun tal-azzar.

(222)

Madankollu, il-Kummissjoni ma sabet l-ebda evidenza tal-prattika allegata tal-bennejja tal-bastimenti li jixtru l-pjanċi b’bastun tal-azzar kollha minn sors wieħed, u Özkan lanqas ma pprovda tali evidenza. Għall-kuntrarju, l-utent li kkoopera u importatur mhux relatat, it-tnejn ipprovdew sottomissjonijiet li fihom indikaw il-ħtieġa li jkun hemm sors diversifikat ta’ provvista, minflok ma jiddependu fuq fornitur wieħed biss. L-utent indika wkoll li huwa ġeneralment kien jixtri l-pjanċi b’bastun tal-azzar fuq bażi ta’ stokk, li l-pjanċi b’bastun tal-azzar kollha tal-istess daqs jistgħu jintużaw b’mod interkambjabbli indipendentement mis-sors tagħhom, u li x-xiri ma kienx marbut ma’ proġett speċifiku.

(223)

Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni investiet fid-diversifikazzjoni tal-prodott matul l-aħħar snin billi espandiet il-firxa tagħha ta’ daqsijiet tal-pjanċi b’bastun tal-azzar matul il-perjodu kkunsidrat. F’dan ir-rigward, Fincantieri indikat fil-kummenti tagħha silta fl-ilment fejn l-ilmentatur sostna li “huwa orħos li jiġi prodott daqs nominali ta’ wisa’ sa 180 mm”. Fincantieri għalhekk esprimiet dubji dwar id-deċiżjoni tal-ilmentatur li jinvesti fil-produzzjoni ta’ daqsijiet akbar u sostniet li dan ikkontribwixxa għall-profitti dgħajfa tal-industrija tal-Unjoni.

(224)

Madankollu, għall-kuntrarju ta’ dak li ntqal hawn fuq, kemm l-ilment kif ukoll id-data vverifikata tal-ilmentatur urew li l-produzzjoni ta’ daqsijiet akbar ta’ pjanċi b’bastun tal-azzar hija aktar ekonomika, peress li teħtieġ anqas laminazzjoni u hija aktar effiċjenti fiż-żmien. Fil-paragrafu 1.3 tal-ilment huwa sostna wkoll li “iżgħar ma jkun id-daqs tal-pjanċa b’bastun, aktar ikun għoli l-kost”. Dan jindika li l-istrateġija ta’ diversifikazzjoni tal-industrija tal-Unjoni fil-passat ikollha kontribut pożittiv għas-sitwazzjoni ta’ profittabbiltà tagħha pjuttost milli tikkontribwixxi għad-dannu mġarrab.

(225)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li l-allegat nuqqas ta’ diversifikazzjoni fit-tipi ta’ pjanċi b’bastun tal-azzar mill-industrija tal-Unjoni ma kienx tali li jnaqqas ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

5.3.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(226)

Kien hemm deterjorament ġenerali tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni bejn l-2019 u l-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan id-deterjorament kien partikolarment qawwi fl-2020, u wara s-sitwazzjoni tjiebet sa ċertu punt sal-perjodu ta’ investigazzjoni. Madankollu, fi tmiem il-perjodu kkonċernat, l-industrija tal-Unjoni kienet għadha qed tagħmel it-telf u kienet għadha ma setgħetx tirkupra għal-livelli esperjenzati qabel l-2020. Dawn iċ-ċirkostanzi negattivi kkoinċidew fiż-żmien ma’ żieda fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ta’ pjanċi b’bastun tal-azzar mill-pajjiżi kkonċernati, li saru bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, li żdiedu iżda anqas minn dawk tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat, kif imsemmi fit-Taqsima 5.1 hawn fuq.

(227)

Il-Kummissjoni ddistingwiet u sseparat l-effetti tal-fatturi kollha magħrufa fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. L-effett tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-pandemija tal-Covid-19 li affettwat il-konsum tal-Unjoni, iż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija u n-nuqqas allegat ta’ diversifikazzjoni tal-prodott fuq l-iżviluppi negattivi tal-industrija tal-Unjoni f’termini ta’ volumi ta’ produzzjoni, prezzijiet tal-bejgħ u profittabbiltà kien biss limitat.

(228)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet f’dan l-istadju li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni u li l-fatturi l-oħra, individwalment jew kollettivament, ma kinux biżżejjed biex inaqqsu r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali.

6.   LIVELL TAL-MIŻURI

(229)

Biex tiddetermina l-livell tal-miżuri, il-Kummissjoni eżaminat jekk dazju aktar baxx mill-marġni tad-dumping ikunx biżżejjed sabiex jitneħħa d-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping lill-industrija tal-Unjoni.

6.1.   Il-marġni tad-dannu

(230)

Id-dannu jitneħħa jekk l-industrija tal-Unjoni tkun tista’ tikseb profitt fil-mira billi tbigħ bi prezz fil-mira fis-sens tal-Artikolu 7(2c) u l-Artikolu 7(2d) tar-Regolament bażiku.

(231)

F’konformità mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku, sabiex tistabbilixxi l-profitt fil-mira, il-Kummissjoni qieset il-fatturi li ġejjin: il-livell ta’ profittabbiltà qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, il-livell ta’ profittabbiltà meħtieġ biex ikopri l-kostijiet u l-investimenti kollha, ir-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż) u l-innovazzjoni, u l-livell ta’ profittabbiltà li wieħed għandu jistenna f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Jenħtieġ li tali marġni ta’ profitt ma jkunx anqas minn 6 %.

(232)

Il-produttur tal-Unjoni li kkoopera kien qed jagħmel it-telf matul il-perjodu kollu kkunsidrat. L-ilmentatur ippropona profitt fil-mira ta’ 7,4 %, ibbażat fuq il-profitt miksub fuq il-linji ta’ prodotti l-oħra tiegħu fl-2019. Madankollu, il-Kummissjoni qieset li l-linji ta’ prodotti l-oħra kienu jikkonċernaw ċappetti tal-karozzi u profili speċjali, li huma prodotti bi prezz ogħla, aktar kumplessi u speċjalizzati għall-klijenti. Il-marġni ta’ profitt għalhekk ġie stabbilit b’mod provviżorju għal 6 % f’konformità mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku.

(233)

Fuq din il-bażi, il-prezz mhux dannuż huwa ta’ EUR [1 300] - [1 600] għal kull tunnellata ta’ pjanċi b’bastun tal-azzar, li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-marġni ta’ profitt imsemmi hawn fuq ta’ 6 % għall-kost tal-produzzjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tal-produttur tal-Unjoni li kkoopera.

(234)

Il-Kummissjoni mbagħad iddeterminat il-livell tal-marġni tad-dannu abbażi ta’ tqabbil tal-prezz medju ponderat tal-importazzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw fil-pajjiżi kkonċernati, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, mal-prezz medju ponderat mhux dannuż tal-prodott simili mibjugħ mill-produttur tal-Unjoni li kkoopera fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil ġiet espressa bħala perċentwal tal-valur CIF medju ponderat tal-importazzjonijiet.

(235)

Il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu għall-“kumpaniji l-oħra kollha” huwa definit bl-istess mod bħall-marġni tad-dumping għal dawn il-kumpaniji (ara l-premessi (120) għar-RPĊ u l-premessa (141) għat-Turkija).

Pajjiż

Kumpanija

Marġni tad-dumping provviżorju (%)

Marġni provviżorju tad-dannu (%)

Ir-RPĊ

Changshu Longteng Special Steel Co., Ltd.

14,7

21,7

 

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

14,7

21,7

It-Turkija

Türkiye Özkan Demir Çelik Sanayi A.Ş

13,6

30,0

 

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

13,6

30,0

6.2.   Konklużjoni dwar il-livell ta’ miżuri

(236)

Wara l-valutazzjoni ta’ hawn fuq, id-dazji anti-dumping provviżorji għandhom jiġu stabbiliti kif ġej f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku:

Pajjiż

Kumpanija

Dazju anti-dumping provviżorju

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Changshu Longteng Special Steel Co., Ltd.

14,7  %

 

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

14,7  %

It-Turkija

Türkiye Özkan Demir Çelik Sanayi A.Ş

13,6  %

 

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

13,6  %

7.   INTERESS TAL-UNJONI

(237)

Wara li ddeċidiet li tapplika l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk setgħetx tikkonkludi b’mod ċar li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri f’dan il-każ, minkejja d-determinazzjoni ta’ dumping dannuż, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija, tal-importaturi u tal-utenti tal-Unjoni.

7.1.   Interess tal-industrija tal-Unjoni

(238)

Hemm żewġ kumpaniji li jipproduċu pjanċi b’bastun tal-azzar fl-Unjoni. Huma jimpjegaw [130-160] ħaddiem direttament, u jinsabu fi Spanja u fl-Italja. Fl-2019 kien għad hemm produttur addizzjonali wieħed tal-Unjoni, li kien jinsab fir-Rumanija. Konsegwentement, l-impjiegi diretti totali fil-pjanċi b’bastun tal-azzar fl-2019 kienu kważi d-doppju tal-għadd ta’ impjegati matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(239)

L-investigazzjoni stabbiliet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali kkawżat mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. L-impożizzjoni ta’ miżuri tippermetti lill-industrija tal-Unjoni żżomm is-sehem mis-suq tagħha, iżżid il-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità, iżżid il-prezzijiet biex tkopri l-kostijiet tal-produzzjoni u tikseb livell ta’ profittabbiltà li jkun mistenni f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Dan iwassal lill-industrija tal-Unjoni biex terġa’ lura għal sitwazzjoni sostenibbli u jippermettilha tagħmel investimenti futuri.

(240)

In-nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ miżuri x’aktarx iwassal għal aktar telf tas-sehem mis-suq u deterjorament tal-profittabbiltà, li diġà kienet negattiva matul il-perjodu kkunsidrat. Dan possibbilment jikkawża għeluq addizzjonali ta’ faċilitajiet ta’ produzzjoni u sensji u b’hekk jipperikola l-vijabbiltà tal-industrija tal-Unjoni. Dan huwa partikolarment pertinenti fid-dawl tal-fatt li bħalissa fadal biss żewġ produtturi tal-Unjoni, li huma kemm intrapriżi żgħar kif ukoll ta’ daqs medju.

(241)

Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet b’mod provviżorju li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping provviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-pjanċi b’bastun tal-azzar li joriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

7.2.   L-interess tal-utenti u tal-importaturi mhux relatati

(242)

Matul l-investigazzjoni, importatur mhux relatat wieħed biss, Baglietto, ippreżenta ruħu u pprovda tweġiba għall-kwestjonarju. Sfortunatament, minkejja diversi reviżjonijiet tat-tweġiba għall-kwestjonarju, l-ammont ta’ informazzjoni li baqgħet mhux kompluta, inkluża l-parti narrattiva tat-tweġiba, kien tali li t-tweġiba kienet defiċjenti wisq biex tiġi aċċettata fl-investigazzjoni. L-importatur qabel li minflok jipprovdi sottomissjoni dwar id-dannu u l-interess tal-Unjoni. Fis-sottomissjoni tiegħu, Baglietto oppona l-miżuri anti-dumping, peress li sostna li tali miżuri jillimitaw id-disponibbiltajiet tal-pjanċi b’bastun tal-azzar fl-Unjoni u għalhekk jistgħu effettivament joħolqu sitwazzjoni ta’ duopolju jew monopolju fis-suq tal-Unjoni.

(243)

Żewġ utenti ppreżentaw ruħhom ukoll u pprovdew tweġibiet għall-kwestjonarju. It-tweġiba minn wieħed mill-utenti kienet defiċjenti wisq biex tiġi aċċettata fl-investigazzjoni, filwaqt li t-tweġiba tal-utent Fincantieri ġiet aċċettata u vverifikata fuq il-post. Fincantieri huwa l-akbar kumpanija tal-bini tal-bastimenti fl-Unjoni u għalhekk wieħed mill-aktar utenti importanti tal-prodott investigat.

(244)

Fincantieri sostna, l-ewwel nett, li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping prattikament tagħlaq is-suq għall-importazzjonijiet tal-pjanċi b’bastun tal-azzar u tirriskja li tikkawża nuqqas ta’ provvista, speċjalment għad-daqsijiet tal-pjanċi b’bastun tal-azzar b’wisa’ ta’ 160 – 200 mm, li kienu prodott minn produttur wieħed biss tal-Unjoni. It-tieni, l-utent argumenta li l-impożizzjoni ta’ miżuri taggrava n-nuqqas ta’ disponibbiltà fis-suq tal-Unjoni. Skont Fincantieri, l-industrija tal-Unjoni ma għandhiex biżżejjed kapaċità biex tissodisfa l-ħtieġa tas-settur kollu tal-bini tal-bastimenti. Barra minn hekk, il-provvisti mill-industrija tal-Unjoni kienu ffaċċjati b’dewmien u kwistjonijiet loġistiċi matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, li kienu sfurzaw lil Fincantieri jirrikorri għall-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati. It-tielet, Fincantieri sostna li apparti l-pajjiżi kkonċernati ma hemm l-ebda fornitur alternattiv affidabbli ieħor tal-pjanċi b’bastun tal-azzar.

(245)

Minbarra l-importatur u l-utent, il-Gvern tat-Turkija argumenta wkoll li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping twassal għal sitwazzjoni monopolistika fis-suq tal-Unjoni. Fl-istess ħin, il-Gvern tat-Turkija semma l-miżuri ta’ salvagwardja eżistenti fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar, inklużi l-pjanċi b’bastun tal-azzar, li fl-opinjoni tiegħu diġà jipproteġu b’mod suffiċjenti lill-industrija tal-Unjoni.

(246)

Essenzjalment, l-argumenti prinċipali mressqa mill-utent, l-importatur u l-Gvern tat-Turkija kollha kienu relatati mal-fatt li l-partijiet jibżgħu mir-riskju ta’ nuqqas ta’ provvista u jiffaċċjaw sitwazzjoni monopolistika fis-suq tal-Unjoni jekk jiġu imposti miżuri anti-dumping. Madankollu, l-għan u l-effett maħsub tal-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping qatt ma huwa li jingħalaq is-suq tal-Unjoni għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. L-għan huwa li jitneħħew l-effetti ta’ distorsjoni tal-kummerċ tad-dumping dannuż u b’hekk jiġu restawrati l-kompetizzjoni u kundizzjonijiet ekwi għall-produtturi tal-Unjoni. Il-fatt li l-industrija tal-Unjoni ma kinitx topera b’kapaċità sħiħa matul il-perjodu kkunsidrat jissuġġerixxi li l-produtturi tal-Unjoni setgħu jbigħu aktar pjanċi b’bastun tal-azzar fis-suq tal-Unjoni.

(247)

Barra minn hekk, ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li l-importaturi jew l-utenti mhux se jkunu jistgħu jassorbu ż-żieda fil-prezz li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping. L-informazzjoni pprovduta minn Baglietto ma ppermettietx li tiġi ddeterminata l-possibbiltà għall-assorbiment tad-dazju anti-dumping propost mill-importaturi.

(248)

Madankollu, id-data vverifikata u d-dikjarazzjonijiet tal-utent li kkoopera wrew b’mod ċar li żieda fil-kost tal-pjanċi b’bastun tal-azzar ma tkunx għad-detriment tal-utenti. Il-pjanċi b’bastun tal-azzar mill-pajjiżi kkonċernati kienu jirrappreżentaw anqas minn 10 % tax-xiri totali ta’ pjanċi b’bastun tal-azzar mill-utent fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Barra minn hekk, il-kost tal-pjanċi b’bastun tal-azzar kien jirrappreżenta parti negliġibbli mill-kost globali tal-produzzjoni ta’ Fincantieri (anqas minn 0,5 %) għall-prodotti kollha li jinkorporaw pjanċi b’bastun tal-azzar. Għalhekk, kwalunkwe impatt taż-żieda fil-kost tal-pjanċi b’bastun tal-azzar fuq il-marġni ta’ profitt imdaqqas ta’ Fincanteri huwa mistenni li jkun limitat ħafna.

(249)

Barra minn hekk, fir-rigward ta’ nuqqas potenzjali ta’ sorsi ta’ provvista, jekk ma jiġux imposti miżuri anti-dumping, dan ikun ta’ detriment għas-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni u jista’ jwassal liż-żewġ produtturi tal-Unjoni li fadal biex jivvalutaw mill-ġdid l-istrateġiji ta’ investiment tagħhom u jiffukaw fuq il-linji ta’ produzzjoni l-oħra tagħhom, li bħalissa huma aktar profittabbli, u dan effettivament itemm il-produzzjoni tal-Unjoni tal-pjanċi b’bastun tal-azzar.

(250)

F’ċirkostanzi bħal dawn, l-importaturi tal-Unjoni u l-utenti tal-pjanċi b’bastun tal-azzar isiru kompletament dipendenti fuq l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi li kienu jikkonċernaw, skont il-partijiet kollha, fir-realtà biss iċ-Ċina u t-Turkija. Sabiex ma jsirux dipendenti fuq l-importazzjonijiet biss minn għadd limitat ħafna ta’ fornituri ta’ pajjiżi terzi, jibqa’ meħtieġ sors diversifikat ta’ provvista, inklużi sorsi ta’ provvista fl-Unjoni. L-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping, li jerġgħu jistabbilixxu l-kompetizzjoni u kundizzjonijiet ekwi għall-produtturi tal-Unjoni, tiżgura d-diversifikazzjoni u l-possibbiltà ta’ għażla tas-sorsi ta’ provvista li l-partijiet kollha talbu.

(251)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-affermazzjonijiet fir-rigward ta’ nuqqas potenzjali ta’ sorsi ta’ provvista u sitwazzjoni possibbli ta’ duopolju/monopolju ġew provviżorjament miċħuda.

(252)

Kif imsemmi fil-premessa (245), il-Gvern tat-Turkija għamel l-argument addizzjonali li l-industrija tal-Unjoni diġà hija protetta permezz tal-miżuri ta’ salvagwardja attwalment fis-seħħ kontra l-prodotti tal-azzar, inklużi l-pjanċi b’bastun tal-azzar (65). Madankollu, il-miżuri ta’ salvagwardja huma temporanji u għandhom raġunament u objettiv differenti minn dak tal-miżuri anti-dumping. Għalhekk, din l-affermazzjoni relatata mal-miżuri ta’ salvagwardja ġiet provviżorjament miċħuda.

7.3.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(253)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet persważivi li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jiġu imposti miżuri fuq l-importazzjonijiet tal-pjanċi b’bastun tal-azzar li joriġinaw miċ-Ċina u mit-Turkija f’dan l-istadju tal-investigazzjoni.

8.   MIŻURI PROVVIŻORJI ANTI-DUMPING

(254)

Abbażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni fir-rigward tad-dumping, tad-dannu, tal-kawżalità, tal-livell tal-miżuri u tal-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri provviżorji sabiex jiġi evitat dannu ulterjuri lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

(255)

Jenħtieġ li jiġu imposti miżuri anti-dumping provviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-pjanċi b’bastun tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Turkija, f’konformità mar-regola tad-dazju inferjuri fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni qabblet il-marġni tad-dannu u l-marġni tad-dumping (il-premessi (229) - (236) hawn fuq). L-ammont tad-dazji ġie stabbilit fil-livell l-aktar baxx tal-marġni tad-dumping u l-marġni tad-dannu.

(256)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ir-rati tad-dazju anti-dumping provviżorji, espressi skont il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, jenħtieġ li jkunu kif ġej:

Pajjiż

Kumpanija

Dazju anti-dumping provviżorju

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Changshu Longteng Special Steel Co., Ltd.

14,7  %

 

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

14,7  %

It-Turkija

Türkiye Özkan Demir Çelik Sanayi A.Ş

13,6  %

 

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

13,6  %

(257)

Sabiex ikun żgurat infurzar xieraq tad-dazji anti-dumping, id-dazju anti-dumping għall-kumpaniji l-oħrajn kollha jenħtieġ li japplika mhux biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx f’din l-investigazzjoni, iżda anke għall-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

9.   INFORMAZZJONI FL-ISTADJU PROVVIŻORJU

(258)

F’konformità mal-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati dwar l-impożizzjoni ppjanata ta’ dazji provviżorji. Din l-informazzjoni ġiet magħmula disponibbli wkoll għall-pubbliku ġenerali fuq is-sit web tad-DĠ TRADE. Il-partijiet interessati ngħataw tlett ijiem ta’ xogħol sabiex jipprovdu kummenti dwar l-akkuratezza tal-kalkoli ddivulgati b’mod speċifiku lilhom.

(259)

Il-produttur esportatur ta’ Türkish Özkan Demir ikkummenta li l-kwantitajiet tal-bejgħ domestiku kienu ġew aġġustati bi żball, u dan wassal għal marġni ogħla ta’ dumping. Wara analiżi, il-Kummissjoni aċċettat din l-affermazzjoni u kkoreġiet l-iżball billi użat ċifri mhux arrotondati. Dan irriżulta f’bidla fil-marġni anti-dumping provviżorju minn 14.3 % għal 13.6 %.

(260)

Il-produttur esportatur Ċiniż Changshu LONGTENG ipprovda wkoll kummenti, iżda dawn ma kinux relatati mal-preċiżjoni tal-kalkoli. Dawn il-kummenti għalhekk se jiġu ttrattati fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni.

10.   DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

(261)

Fl-interessi ta’ amministrazzjoni tajba, il-Kummissjoni se tistieden lill-partijiet interessati jressqu kummenti bil-miktub u/jew jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċeduri kummerċjali fi żmien skadenza fissa.

(262)

Is-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni ta’ dazji provviżorji huma provviżorji u jistgħu jiġu emendati fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Qed jiġi impost dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tal-pjanċi b’bastun tal-azzar mhux illigati fil-medda ta’ wisa’ sa 204 mm, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 7216 50 91 (kodiċi TARIC 7216509110) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Turkija.

2.   Ir-rati tad-dazju anti-dumping provviżorju applikabbli għall-prezz nett, liberu fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandhom ikunu kif ġej:

Pajjiż

Kumpanija

Dazju anti-dumping provviżorju

Kodiċi addizzjonali TARIC

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Changshu Longteng Special Steel Co., Ltd.

14,7  %

899J

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

14,7  %

8999

It-Turkija

Türkiye Özkan Demir Çelik Sanayi A.Ş

13,6  %

899K

It-Turkija

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

13,6  %

8999

3.   Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-għoti ta’ depożitu ta’ garanzija ekwivalenti għall-ammont tad-dazju provviżorju.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

1.   Il-partijiet interessati għandhom jippreżentaw il-kummenti tagħhom dwar dan ir-Regolament bil-miktub lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum kalendarju mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-partijiet interessati li jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni għandhom jagħmlu dan fi żmien 5 ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

3.   Il-partijiet interessati li jkunu jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali huma mistiedna jagħmlu dan fi żmien ħamest ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jeżamina t-talbiet li jiġu ppreżentati barra dan il-limitu ta’ żmien u jista’ jiddeċiedi jekk jaċċettax tali talbiet jekk ikun xieraq.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 għandu japplika għal perjodu ta’ 6 xhur.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  In-Notifika tal-inizjazzjoni ta’ proċedura tal-anti-dumping fir-rigward tal-importazzjoni tal-pjanċi b’bastun li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Turkija (ĠU C 431, 14.11.2022, p. 11).

(3)  https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2640.

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2068 tas-26 ta’ Ottubru 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Federazzjoni Russa wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 277, 27.10.2022, p. 149); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191 tas-16 ta’ Frar 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti elementi tal-irbit tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 36, 17.2.2022, p. 1); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/95 tal-24 ta’ Jannar 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti fittings ta’ tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiż għall-importazzjonijiet ta’ ċerti fittings ta’ tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar ikkonsenjati mit-Tajwan, mill-Indoneżja, mis-Sri Lanka u mill-Filippini, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi kif ukoll jekk le, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 16, 25.1.2022, p. 36); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2239 tal-15 ta’ Diċembru 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti torrijiet tar-riħ tal-azzar fuq skala utilitarja li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 450, 16.12.2021, p. 59); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/635 tas-16 ta’ April 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi wweldjati tal-ħadid jew tal-azzar bil-karbonju li joriġinaw mill-Belarussja, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mir-Russja wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 132, 19.4.2021, p. 145).

(5)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa (80); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 il-premessa 208, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95 il-premessa 59, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2239 il-premessi 67-74, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 il-premessi 149-150.

(6)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 64; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 il-premessa 192, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95 il-premessa 46, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2239 il-premessi 67-74, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 il-premessi 115-118.

(7)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 66; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 il-premessi 193-4, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95 il-premessa 47, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2239 il-premessi 67-74, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 il-premessi 119-122. Filwaqt li d-dritt għall-ħatra u għat-tneħħija ta’ persunal ewlieni tal-maniġment fl-SOEs mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat, kif huwa previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista’ jitqies li jirrifletti d-drittijiet ta’ sjieda korrispondenti, iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw kanal importanti ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet kummerċjali. Skont il-liġi tal-kumpaniji tar-RPĊ, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha mill-anqas tliet membri tas-CCP kif huwa speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, dan ir-rekwiżit jidher li mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, minn tal-anqas l-2016, is-CCP saħħaħ l-pretensjonijiet tiegħu ta’ kontroll fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fl-SOEs bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku. Huwa rrapportat ukoll li s-CCP jeżerċita pressjoni fuq il-kumpaniji privati sabiex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u qabel kollox u sabiex isegwu d-dixxiplina tal-partit. Fl-2017, ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-partit f’70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija privata, li rriżulta fi pressjoni dejjem akbar sabiex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom. Dawn ir-regoli għandhom applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fost is-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-prodott li qiegħed jiġi investigat u għall-fornituri tal-inputs tagħhom.

(8)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa (68); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 il-premessi 195-201, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95 il-premessi 48-52, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2239 il-premessi 67-74, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 il-premessi 123-129.

(9)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 74; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 il-premessa 202, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95 il-premessa 53, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2239 il-premessi 67-74, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 il-premessi 130-133.

(10)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 75; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 il-premessa 203, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95 il-premessa 54, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2239 il-premessi 67-74, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 il-premessi 134-135.

(11)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 76; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 il-premessa 204, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95 il-premessa 55, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2239 il-premessi 67-74, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 il-premessi 136-145.

(12)  Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni SWD (2017) 483 final/2, 20. 12. 2017, disponibbli minn: https://ec.europa.eu/transparency/documents-register/detail?ref=SWD(2017)483&lang = mt

(13)  Hebei Jitai Special Steel Group Co., Ltd. (n.d.). Baidu, disponibbli minn: https://baike.baidu.com/item/%E6%B2%B3%E5%8C%97%E5%90%89%E6%B3%B0%E7%89%B9%E9%92%A2%E9%9B%86%E5%9B%A2%E6%9C%89%E9%99%90%E5%85%AC%E5%8F%B8/4599958 (aċċessat fit-3 ta’ April 2023).

(14)  Study the century-old party history and move forward with your head held high - Tangshan Baigong Industrial Development Co., Ltd. visited Li Dazhao Memorial Hall. (17 ta’ Ġunju 2021). Tsuniversal, disponibbli minn: https://www.tsuniversal.com/news/74.html (aċċessat fit-3 ta’ April 2023).

(15)  Suqian Nangang Jinxin Rolling Co., Ltd. (n.d.). QCC, disponibbli minn: https://www.qcc.com/firm/e466e01d6e0994f2d8c8736a6d7e4da7.html (aċċessat fit-3 ta’ April 2023).

(16)  Il-kumitat tal-partit ta’ Jingye Group faħħar il-fergħat avvanzati tal-partit u l-membri eżemplari tal-partit fl-2022. (3 ta’ Marzu 2023). Il-grupp Jingye, disponibbli fuq: http://www.hbjyjt.com/content/?2085.html (aċċessat fit-3 ta’ April 2023).

(17)  Ara pereżempju l-Artikolu 33 tal-Kostituzzjoni tas-CCP, l-Artikolu 19 tad-Dritt Soċjetarju taċ-Ċina jew il-Linji Gwida dwar it-tisħiħ tal-ħidma ta’ Front Magħqud fis-settur privat għall-era l-ġdida maħruġin mill-Uffiċċju Ġenerali tal-Kumitat Ċentrali tas-CCP fl-2020,

(18)  disponibbli minn: http://www.chinaisa.org.cn/gxportal/xfgl/portal/content.html?articleId=5b2ddec5eba936fba45d7bd801b09f6ff30d867762906011672eaeda213c54ac&columnId=0227750914a0f2a722c5b71b220e0aa19ceb0ee2cd7a7e325a35f6591cdbf66a (aċċessat fit-3 ta’ April 2023).

(19)  Ara: https://www.miit.gov.cn/jgsj/ycls/gzdt/art/2020/art_8fc2875eb24744f591bfd946c126561f.html (aċċessat fit-3 ta’ April 2023).

https://www.miit.gov.cn/jgsj/ycls/gzdt/art/2020/art_8fc2875eb24744f591bfd946c126561f.html (aċċessat fit-3 ta’ April 2023).

https://www.miit.gov.cn/jgsj/ycls/gzdt/art/2020/art_8fc2875eb24744f591bfd946c126561f.html (aċċessat fit-3 ta’ April 2023).

https://www.miit.gov.cn/jgsj/ycls/gzdt/art/2020/art_8fc2875eb24744f591bfd946c126561f.html (aċċessat fit-3 ta’ April 2023).

(20)  Ara t-Taqsima IV, is-Sottotaqsima 3 tal-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima

(21)  Ara t-Taqsima II, is-Sottotaqsima 1 tal-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tar-Ruttam tal-Metall

(22)  Ara l-14-il FYP tal-Provinċja ta’ Shandong dwar l-iżvilupp tal-bini tal-bastimenti u t-tagħmir tal-inġinerija tal-baħar, disponibbli minn:http://gxt.shandong.gov.cn/art/2022/3/29/art_103885_10301690.html (Aċċessat fl-4 ta’ April 2023) u l-14-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Iżvilupp tal-Industrija tal-Bastimenti u tat-Tagħmir tal-Inġinerija tal-Baħar fil-Provinċja ta’ Jiangsu, disponibbli minn: https://gxt.jiangsu.gov.cn/art/2022/3/22/art_6197_10385582.html (Aċċessat fl-4 ta’ April 2023).

(23)  Ara l-Pjan ta’ Azzjoni ta’ 3 Snin tal-Provinċja ta’ Hebei dwar l-Iżvilupp tal-Cluster fil-Katina tal-Industrija tal-Azzar, il-Kapitolu I, it-Taqsima 3; disponibbli minn: https://huanbao.bjx.com.cn/news/20200717/1089773.shtml (aċċessat fit-3 ta’ April 2023).

(24)  Il-Gvern tal-Poplu Muniċipali ta’ Tangshan ħareġ il-Pjan ta’ Azzjoni “1 + 3” għall-Industrija tal-Azzar ta’ Tangshan. (6 ta’ Ġunju 2022). China Iron and Steel Association, disponibbli minn: http://www.chinaisa.org.cn/gxportal/xfgl/portal/content.html?articleId=e2bb5519aa49b566863081d57aea9dfdd59e1a4f482bb7acd243e3ae7657c70b&columnId=3683d857cc4577e4cb75f76522b7b82cda039ef70be46ee37f9385ed3198f68a (aċċessat fit-3 ta’ April 2023).

(25)  Ara l-Pjan ta’ Implimentazzjoni ta’ Henan għat-Trasformazzjoni u l-Aġġornament tal-Industrija tal-Azzar matul l-14-il FYP, il-Kapitolu II, it-Taqsima 3; disponibbli minn: https://huanbao.bjx.com.cn/news/20211210/1192881.shtml (aċċessat fit-3 ta’ April 2023)

(26)  Liming, C. (2 ta’ Diċembru 2018). Intervista ma’ Ji Bingyuan, President, Maniġer Ġenerali u Segretarju tal-Partit ta’ Longteng Special Steel.

(27)  Longteng Special Steel u Huaneng Jiangsu laħqu kooperazzjoni strateġika. (22 ta’ Ġunju 2021). Sina Finance App. https://finance.sina.com.cn/money/future/indu/2021-06-22/doc-ikqcfnca2450921.shtml (aċċessat fit-3 ta’ April 2023).

(28)  Il-Fergħa ta’ Jiangsu tal-Export-Import Bank of China ffirmat “Ftehim ta’ Approfondiment tal-Kooperazzjoni” mal-Gvern tal-Poplu Muniċipali ta’ Changshu. (26 ta’ Marzu 2021). JSCHINA, disponibbli minn: https://jsnews.jschina.com.cn/xhh/news/202103/t20210326_2753645.shtml (aċċessat fit-3 ta’ April 2023)

(29)  Il-Kumitat tal-Partit tal-Bureau tat-Trasport u Longteng Special Steel organizzaw ċerimonja tal-iffirmar għall-bini tal-partit. (5 ta’ Awwissu 2020). Il-Gvern ta’ Changshu, disponibbli minn: http://www.changshu.gov.cn/zgcs/c100297/202008/03d86105d1b24c0093db89f968f834f7.shtml (aċċessat fit-3 ta’ April 2023).

(30)  Huang Yixin. (mingħajr data). Aiqicha Baidu, disponibbli minn: https://aiqicha.baidu.com/person?personId=4736c00788016f6251d98eb690072596 (aċċessat fit-3 ta’ April 2023).

(31)  Ir-Rapport, il-Parti III, il-Kapitolu 14, p. 346 ff.

(32)  Ara l-14-il Pjan ta’ Ħames Snin tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali Nazzjonali u l-Objettivi fit-Tul għall-2035, il-Parti III, l-Artikolu VIII, disponibbli minn: https://cset.georgetown.edu/publication/china-14th-five-year-plan/ (aċċessat fit-3 ta’ April 2023).

(33)  Ara b’mod partikolari t-Taqsimiet I u II tal-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima.

(34)  Ara l-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima, p. 22.

(35)  Ara l-Pjan ta’ Azzjoni 1 + 3 tal-2022 dwar il-Ħadid u l-Azzar tal-Muniċipalità ta’ Hebei Tangshan, il-Kapitolu 4, it-Taqsima 2; disponibbli minn: http://www.chinaisa.org.cn/gxportal/xfgl/portal/content.html?articleId=e2bb5519aa49b566863081d57aea9dfdd59e1a4f482bb7acd243e3ae7657c70b&columnId=3683d857cc4577e4cb75f76522b7b82cda039ef70be46ee37f9385ed3198f68a (aċċessat fit-3 ta’ April 2023).

(36)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635, il-premessi 134-135 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/508, il-premessi 143-144.

(37)  World Bank Open Data – Upper Middle Income, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income.

(38)  ĠU L 450, 16.12.2021, p. 59.

(39)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/687 tat-2 ta' Mejju 2019 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-azzar miksija b'materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ĠU L 116, 3.5.2019, p. 5.

(40)  https://www.gtis.com/gta

(41)  https://xml.metalbulletin.com/mb-index.html

(42)  https://data.tuik.gov.tr/Bulten/Index?p=Labour-Cost-Statistics-2020-37495

(43)  https://data.tuik.gov.tr/Bulten/Index?p=Electricity-and-Natural-Gas-Prices-Period-I:-January-June,-202245567

(44)  https://www.izsu.gov.tr/YuklenenDosyalar/AtikSuTarifeleri

(45)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/353 tat-3 ta’ Marzu 2020 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ roti tat-triq tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 65, 4.3.2020, p. 9).

(46)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1408 tas-6 ta’ Ottubru 2020 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pjanċi u kojls tal-azzar inossidabbli llaminati bis-sħana li joriġinaw mill-Indoneżja, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajwan (ĠU L 325, 7.10.2020, p. 26).

(47)  ĠU L 450, 16.12.2021, p. 59.

(48)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/687 tat-2 ta’ Mejju 2019 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 116, 3.5.2019, p. 5).

(49)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/95 tal-24 ta’ Jannar 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti fittings ta’ tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiż għall-importazzjonijiet ta’ ċerti fittings ta’ tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar ikkonsenjati mit-Tajwan, mill-Indoneżja, mis-Sri Lanka u mill-Filippini, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi kif ukoll jekk le, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 16, 25.1.2022, p. 36).

(50)  Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33). L-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jqis li l-prezzijiet domestiċi f’dawk il-pajjiżi ma jistgħux jintużaw għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur normali.

(51)  https://data.tuik.gov.tr/Bulten/Index?p=Labour-Cost-Statistics-2020-37495

(52)  https://data.tuik.gov.tr/Bulten/Index?p=Consumer-Price-Index-January-2023-49655.

(53)  https://data.tuik.gov.tr/Bulten/Index?p=Electricity-and-Natural-Gas-Prices-Period-I:-January-June,-2022-45567.

(54)  https://www.izsu.gov.tr/YuklenenDosyalar/AtikSuTarifeleri/Tarifeler_01092022.jpg.

(55)  Minn EUR 1 = TRY 10,6809 fl-ewwel xahar tal-PI (Ottubru 2021), għal EUR 1 = TRY 18,1465 fl-aħħar xahar tal-PI (jiġifieri +70 % b’mod ġenerali). Sorsi: Il-Bank Ċentrali Ewropew, id-DĠ Baġit, is-Servizz tar-Rata tal-Kambju tal-Paċifiku.

(56)  Il-bejgħ domestiku sar f’munita barranija.

(57)  L-Annessi F.7.9 u H.9.1 tal-ilment.

(58)  Din ix-xejra ġiet ikkonfermata wkoll fit-Tabella 5 tat-tweġiba tal-ilmentatur għall-kwestjonarju għall-produtturi tal-Unjoni, fil-verżjoni għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati (id-dokument Tron t22.006788).

(59)  Din ix-xejra ġiet ikkonfermata wkoll fit-Tabella 7 tat-tweġiba tal-ilmentatur għall-kwestjonarju għall-produtturi tal-Unjoni, fil-verżjoni għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati (id-dokument Tron t22.006788).

(60)  Din ix-xejra ġiet ikkonfermata wkoll fit-Tabella 12 tat-tweġiba tal-ilmentatur għall-kwestjonarju għall-produtturi tal-Unjoni, fil-verżjoni għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati (id-dokument Tron t22.006788).

(61)  Il-bażi tad-data Orbis, ipprovduta minn Bureau Van Dijk (https://orbis.bvdinfo.com).

(62)  Din ix-xejra ġiet ikkonfermata wkoll fit-Tabella 29 tat-tweġiba tal-ilmentatur għall-kwestjonarju għall-produtturi tal-Unjoni, fil-verżjoni għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati (id-dokument Tron t22.006788).

(63)  Din ix-xejra ġiet ikkonfermata wkoll fit-tabella fil-qosor tat-tweġiba tal-ilmentatur għall-kwestjonarju għall-produtturi tal-Unjoni, fil-verżjoni għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati (id-dokument Tron t22.006788).

(64)  Ara l-Anness F.7.8 tal-ilment, disponibbli fil-fajl miftuħ, u l-fuljett tal-pjanċi b’bastun ta’ British Steel, disponibbli hawnhekk: https://britishsteel.co.uk/what-we-do/special-profiles/bulb-flats/ (aċċessat l-aħħar fl-14 ta’ April 2023).

(*1)  L-ilmentatur ma kellu l-ebda esportazzjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(65)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/978 tat-23 ta’ Ġunju 2022 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/159 li jimponi miżura ta’ salvagwardja definittiva kontra l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar (ĠU L 167, 24.6.2022, p. 58).


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

12.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 177/107


Deċiżjoni Nru 1/2023 tal-Kumitat Konġunt stabbilit permezz tal-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Gvern tal-Istat ta’ Iżrael, min-naħa l-oħra

tal-4 ta’ Lulju 2023

li jissostitwixxi l-Anness IV tal-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Gvern tal-Istat ta’ Iżrael, min-naħa l-oħra [2023/1445]

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Gvern tal-Istat ta’ Iżrael, min-naħa l-oħra (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 27(6) tiegħu,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu uniku

L-Anness IV tal-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Gvern tal-Istat ta’ Iżrael, min-naħa l-oħra, huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni mill-1 ta’ Awwissu 2023.

Magħmul f’Tel Aviv, l-4 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kumitat Konġunt

Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea

Klaus GEIL

Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Gvern ta’ Iżrael

Ishay DON-YEHIYA


(1)  ĠU L 208, 2.8.2013, p. 3.


ANNESS

“ANNESS IV

REGOLI MARBUTIN MAL-AVJAZZJONI ĊIVILI

Ir-rekwiżiti u l-istandards regolatorji ekwivalenti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea msemmija f’dan il-Ftehim għandhom ikunu bbażati fuq l-atti li ġejjin. Fejn meħtieġ, hawn taħt qed jiġu stabbiliti wkoll l-adattamenti speċifiċi għal kull att individwali. Ir-rekwiżiti u l-istandards regolatorji ekwivalenti għandhom japplikaw f’konformità mal-Anness VI sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor f’dan l-Anness jew fl-Anness II dwar id-Dispożizzjonijiet Tranżizzjonali.

A.   SIKUREZZA TAL-AVJAZZJONI

A.1.   Lista ta’ trasportaturi tal-ajru soġġetti għall-projbizzjoni fuq l-operat

Iżrael għandu, mill-aktar fis possibbli, jieħu miżuri li jikkorrispondu ma’ dawk meħudin mill-Istati Membri tal-UE abbażi tal-lista ta’ trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għall-projbizzjoni fuq l-operat għal raġunijiet ta’ sikurezza.

Il-miżuri jittieħdu skont ir-regoli rilevanti dwar l-istabbiliment u l-pubblikazzjoni ta’ lista’ ta’ trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għall-projbizzjoni fuq l-operat u r-rekwiżiti tal-informazzjoni għall-passiġġieri tal-ajru dwar l-identità tat-trasportatur tal-ajru li qed jopera t-titjiriet li huma jivvjaġġaw fuqhom, stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE li ġejja:

Ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għall-projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tat-trasportatur tal-ajru li jopera, u li jħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15, kif emendat b’dan:

ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-4 ta’ Lulju 2018, ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1;

ir-Regolament (UE) 2019/1243 tal-20 ta’ Ġunju 2019, ĠU L 198, 25.7.2019, p. 241.

Dispożizzjonijiet rilevanti: l-Artikoli 1 sa 13, l-Anness

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006 tat-22 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għal-lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għall-projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità kif jissemma fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 84, 23.3.2006, p. 8.

Dispożizzjonijiet rilevanti: l-Artikoli 1 sa 6, l-Annessi A sa C

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għall-projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 84, 23.3.2006, p. 14, kif emendat regolarment bir-Regolamenti tal-Kummissjoni.

Dispożizzjonijiet rilevanti: l-Artikoli 1 sa 3, l-Annessi A sa B

F’każ li miżura toħloq tħassib serju għal Iżrael, Iżrael jista’ jissospendi l-applikazzjoni tagħha u għandu jressaq il-kwistjoni quddiem il-Kumitat Konġunt mingħajr dewmien bla bżonn, skont l-Artikolu 22(11)(f) ta’ dan il-Ftehim.

A.2.   Investigazzjoni tal-aċċidenti u tal-inċidenti u rappurtar tal-okkorrenzi

A.2.1:   Ir-Regolament (UE) Nru 996/2010

Ir-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta’ aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 295, 12.11.2010, p. 35, kif emendat b’dan:

ιr-Regolament (UE) Nru 376/2014 tat-3 ta’ April 2014, ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18;

ιr-Regolament (UE) 2018/1139 tal-4 ta’ Lulju 2018, ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

Dispożizzjonijiet rilevanti: l-Artikoli 1 sa 5, l-Artikoli 8 sa 18(2), l-Artikoli 20, 21, 23, l-Anness.

NB:

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1128 tal-1 ta’ Lulju 2019 dwar id-drittijiet ta’ aċċess għar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza u għat-tweġibiet maħżuna fir-Repożitorju Ċentrali Ewropew u li tħassar id-Deċiżjoni 2012/780/UE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 177, 2.7.2019, p. 112.

A.2.2:   Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014

Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta’ okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18, kif emendat b’dan:

ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-4 ta’ Lulju 2018, ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

Dispożizzjonijiet rilevanti: l-Artikoli 1 sa 7; l-Artikolu 9(3); l-Artikolu 10(2) sa (4); l-Artikolu 11(1) u (7); l-Artikolu 13, bl-eċċezzjoni tal-paragrafu 9; l-Artikoli 14 sa 16; l-Artikoli 21 sa 23; l-Artikolu 24(3), l-Annessi I sa III.

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2034 tas-6 ta’ Ottubru 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-iskema komuni Ewropea għall-klassifikazzjoni tar-riskji (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 416, 11.12.2020, p. 1.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1018 tad-29 ta’ Ġunju 2015 li jistabbilixxi lista ta’ klassifikazzjoni tal-okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili li għandhom jiġu rapportati b’mod mandatorju skont ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 163, 30.6.2015, p. 1.

Dispożizzjonijiet rilevanti: l-Artikoli 1 sa 2, l-Annessi I sa V.

B.   ĠESTJONI TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU

REGOLAMENTI BAŻIĊI

Taqsima A:

B.1:   Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004

Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament Qafas) (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1, kif emendat b’dan:

ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009 tal-21 ta’ Ottubru 2009, ĠU L 300, 14.11.2009, p. 34.

Dispożizzjonijiet rilevanti: l-Artikolu 1(1) sa (3), l-Artikolu 2, l-Artikolu 4(1) sa (4), l-Artikoli 9, 10, l-Artikolu 11(1), (2), (3)(b) u (d), (4) sa (6), l-Artikolu 13.

Sabiex jiġu implimentati r-rekwiżiti tal-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004, l-Istat ta’ Iżrael għandu jiżviluppa u jdaħħal fis-seħħ skema ta’ prestazzjoni nazzjonali li tinkludi:

Miri ta’ prestazzjoni nazzjonali fl-oqsma ta’ prestazzjoni ewlenin tas-sikurezza, l-ambjent, il-kapaċità u l-kosteffiċjenza. Il-miri għandhom jiġu stabbiliti minn mekkaniżmu tal-gvern wara li jitqies il-kontribut tal-awtorità superviżorja nazzjonali;

Pjan ta’ prestazzjoni konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni u li jinkludi informazzjoni dwar l-investimenti fl-ATM, b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw l-allinjament mal-pjanijiet ta’ implimentazzjoni tas-SESAR, inkluż proġetti komuni. Il-pjan ta’ prestazzjoni għandu jitfassal mill-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru (ANSP) wara konsultazzjoni mal-utent tal-ispazju tal-ajru;

Il-konsistenza tal-pjan ta’ prestazzjoni mal-miri ta’ prestazzjoni nazzjonali għandha tiġi vvalutata mill-awtorità superviżorja nazzjonali, li, fil-każ ta’ inkonsistenza, tista’ tiddeċiedi li toħroġ rakkomandazzjoni li l-ANSP jipproponi miri ta’ prestazzjoni riveduti u miżuri xierqa. Meta l-awtorità superviżorja nazzjonali ssib li l-miri ta’ prestazzjoni riveduti u l-miżuri xierqa ma jkunux adegwati, hija tista’ tiddeċiedi li l-ANSP jieħu miżuri korrettivi.

Il-perjodu ta’ referenza għall-iskema ta’ prestazzjoni għandu jiġi deċiż mill-Istat ta’ Iżrael, u jiġi rapportat lill-Kumitat Konġunt.

L-awtorità superviżorja nazzjonali għandha twettaq valutazzjonijiet regolari tal-kisba tal-miri ta’ prestazzjoni.

B.2:   Ir-Regolament (KE) Nru 550/2004

Ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament tal-Forniment ta’ Servizz) (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10, kif emendat b’dan:

ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009 tal-21 ta’ Ottubru 2009, ĠU L 300, 14.11.2009, p. 34.

Dispożizzjonijiet rilevanti: l-Artikolu 2(1), (2), u (4) sa (6), l-Artikolu 4, l-Artikolu 7(1), (2), (4) sa (5), u (7), l-Artikolu 8(1), (3), u (4), l-Artikoli 9, 10, 11, l-Artikolu 12(1) sa (4), l-Artikolu 18(1) u (2), l-Anness II

B.3:   Ir-Regolament (KE) Nru 551/2004

Ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament tal-ispazju tal-arja) (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 96, 31.3.2004, p. 20, kif emendat b’dan:

ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009 tal-21 ta’ Ottubru 2009, ĠU L 300, 14.11.2009, p. 34.

Dispożizzjonijiet rilevanti: l-Artikolu 1, l-Artikolu 3a, l-Artikolu 4, l-Artikolu 6(1) sa (5), u (7), l-Artikolu 7(1) u (3), l-Artikolu 8

B.4:   Ir-Regolament (KE) Nru 552/2004

Ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta’ Amministrazzjoni ta’ Traffiku tal-Ajru (ir-Regolament ta’ Interoperabilità) (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26, kif emendat b’dan:

ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009 tal-21 ta’ Ottubru 2009, ĠU L 300, 14.11.2009, p. 34.

Dispożizzjonijiet rilevanti: l-Artikoli 1 sa 3, l-Artikolu 4(2), l-Artikolu 5 sa 6a, l-Artikolu 7(1), l-Artikolu 8, l-Annessi I sa V

NB: Dan ir-Regolament (552/2004) tħassar bir-Regolament (UE) 2018/1139 b’effett mill-11 ta’ Settembru 2018. Madankollu, l-Artikoli 4, 5, 6, 6a u 7 ta’ dak ir-Regolament u l-Annessi III u IV tiegħu għandhom jibqgħu japplikaw sad-data tal-applikazzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 47 ta’ dan ir-Regolament u sa fejn dawk l-atti jkopru s-suġġett tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 552/2004, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mit-12 ta’ Settembru 2023.

Ir-Regolamenti Nru 549/2004 sa 552/2004, emendati bir-Regolament (KE) Nru 1070/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 549/2004, (KE) Nru 550/2004, (KE) Nru 551/2004 u (KE) Nru 552/2004 biex itejjeb il-prestazzjoni u s-sostenibbiltà tas-sistema Ewropea tal-avjazzjoni.

B.5:   Ir-Regolament (UE) 2018/1139

Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1, kif emendat b’dan:

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1087 tas-7 ta’ April 2021, ĠU L 236, 5.7.2021, p. 1.

Dispożizzjonijiet rilevanti: l-Artikoli 1 sa 3, 40 sa 54, l-Anness VIII

Taqsima B:

B.2:   Ir-Regolament (KE) Nru 550/2004

Ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament tal-Forniment ta’ Servizz) (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10, kif emendat b’dan:

ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009 tal-21 ta’ Ottubru 2009, ĠU L 300, 14.11.2009, p. 34.

Dispożizzjonijiet rilevanti: l-Artikolu 2(3), l-Artikolu 7(6) u (8), l-Artikolu 8(2) u (5), l-Artikolu 9a(1) sa (5), l-Artikolu 13

B.3:   Ir-Regolament (KE) Nru 551/2004

Ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament tal-ispazju tal-arja) (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 96, 31.3.2004, p. 20, kif emendat b’dan:

ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009 tal-21 ta’ Ottubru 2009, ĠU L 300, 14.11.2009, p. 34.

Dispożizzjonijiet rilevanti: l-Artikolu 3, l-Artikolu 6(6)

Ir-Regolamenti Nru 549/2004 sa 552/2004, emendati bir-Regolament (KE) Nru 1070/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 549/2004, (KE) Nru 550/2004, (KE) Nru 551/2004 u (KE) Nru 552/2004 biex itejjeb il-prestazzjoni u s-sostenibbiltà tas-sistema Ewropea tal-avjazzjoni.

B.5:   Ir-Regolament (UE) 2018/1139

Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1, kif emendat b’dan:

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1087 tas-7 ta’ April 2021, ĠU L 236, 5.7.2021, p. 1.

Dispożizzjonijiet rilevanti: l-Artikoli 1 sa 3, 40 sa 54, l-Anness VIII

REGOLI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

L-atti li ġejjin se jkunu applikabbli u rilevanti, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor fl-Anness VI fir-rigward tar-rekwiżiti u l-istandards regolatorji ekwivalenti relatati mar-“Regolamenti Bażiċi”:

Forniment tas-servizzi (ir-Regolament (KE) Nru 550/2004)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 tal-1 ta’ Marzu 2017 li jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni għall-fornituri ta’ servizzi fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u funzjonijiet oħrajn tan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-sorveljanza tagħhom, li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 482/2008, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1034/2011, (UE) Nru 1035/2011 u (UE) 2016/1377 u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 677/2011 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 62, 8.3.2017, p. 1, kif emendat b’dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/469 tal-14 ta’ Frar 2020, ĠU L 104, 3.4.2020, p. 1, kif emendat b’dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1177 tas-7 ta’ Awwissu 2020, ĠU L 259, 10.8.2020, p. 12.

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1338 tal-11 ta’ Awwissu 2021, ĠU L 289, 12.8.2021, p. 12.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/938 tas-26 ta’ Lulju 2022, ĠU L 209, 10.8.2022, p. 1.

Iżrael jista’ jżomm il-fornitur tas-servizzi meteoroloġiċi bħala korp tal-gvern.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 409/2013 tat-3 ta’ Mejju 2013 dwar id-definizzjoni ta’ proġetti komuni, it-twaqqif ta’ governanza u l-identifikazzjoni ta’ inċentivi li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 123, 4.5.2013, p. 1, kif emendat b’dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/116 tal-1 ta’ Frar 2021, ĠU L 36, 2.2.2021, p. 10.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/116 tal-1 ta’ Frar 2021 dwar l-istabbiliment tal-Proġett Komuni Wieħed li jappoġġa l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru previst fir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 409/2013 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 716/2014 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 36, 2.2.2021, p. 10.

Spazju tal-ajru (ir-Regolament (KE) Nru 551/2004)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 255/2010 tal-25 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 80, 26.3.2010, p. 10, kif emendat b’dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 tas-26 ta’ Settembru 2012, ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1, kif emendat b’dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/886 tas-26 ta’ Ġunju 2020, ĠU L 205, 29.6.2020, p. 14,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/469 tal-14 ta’ Frar 2020, ĠU L 104, 3.4.2020, p. 1, kif emendat b’dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1177 tas-7 ta’ Awwissu 2020, ĠU L 259, 10.8.2020, p. 12,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1006 tat-22 ta’ Ġunju 2016, ĠU L 165, 23.6.2016, p. 8,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2159 tal-20 ta’ Novembru 2017, ĠU L 304, 21.11.2017, p. 45.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 tas-26 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 u r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/2010 (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1, kif emendat b’dan:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/340 tal-20 ta’ Frar 2015, ĠU L 63, 6.3.2015, p. 1,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1185 tal-20 ta’ Lulju 2016, ĠU L 196, 21.7.2016, p. 3,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/469 tal-14 ta’ Frar 2020, ĠU L 104, 3.4.2020, p. 1, kif emendat b’dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1177 tas-7 ta’ Awwissu 2020, ĠU L 259, 10.8.2020, p. 12,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/886 tas-26 ta’ Ġunju 2020, ĠU L 205, 29.6.2020, p. 14.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2150/2005 tat-23 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi regoli komuni għall-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 342, 24.12.2005, p. 20.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/123 tal-24 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 28, 31.1.2019, p. 1.

Ir-Regolament dwar l-Interoperabbiltà (KE) Nru 552/2004

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 262/2009 tat-30 ta’ Marzu 2009 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-allokazzjoni koordinata u għall-użu ta’ kodiċijiet tal-interrogatur Mode S għall-Ajru Uniku Ewropew (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 84, 31.3.2009, p. 20, kif emendat b’dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2345 tal-14 ta’ Diċembru 2016, ĠU L 348, 21.12.2016, p. 11.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 633/2007 tas-7 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi rekwiżiti għall-applikazzjoni ta’ protokoll ta’ trasferiment ta’ messaġġ tat-titjira użat għan-notifika, il-koordinazzjoni u t-trasferiment ta’ titjiriet bejn ċentri ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 146, 8.6.2007, p. 7, kif emendat b’dan:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 283/2011 tat-22 ta’ Marzu 2011, ĠU L 77, 23.3.2011, p. 23.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1033/2006 tal-4 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar il-proċeduri għall-pjanijiet tat-titjiriet fil-fażi ta’ qabel it-titjira għall-Ajru Uniku Ewropew (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 186, 7.7.2006, p. 46, kif emendat b’dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 tas-26 ta’ Settembru 2012, ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1, kif emendat b’dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/886 tas-26 ta’ Ġunju 2020, ĠU L 205, 29.6.2020, p. 14,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/469 tal-14 ta’ Frar 2020, ĠU L 104, 3.4.2020, p. 1, kif emendat b’dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1177 tas-7 ta’ Awwissu 2020, ĠU L 259, 10.8.2020, p. 12,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 428/2013 tat-8 ta’ Mejju 2013, ĠU L 127, 9.5.2013, p. 23,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2120 tat-2 ta’ Diċembru 2016, ĠU L 329, 3.12.2016, p. 70,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/139 tad-29 ta’ Jannar 2018, ĠU L 25, 30.1.2018, p. 4.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1032/2006 tas-6 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi rekwiżiti għal sistemi awtomatiċi għall-iskambju ta’ tagħrif dwar it-titjiriet bejn ċentri tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru għall-iskopijiet ta’ notifikazzjoni, koordinazzjoni u trasferiment ta’ titjiriet (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 186, 7.7.2006, p. 27, kif emendat b’dan:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 30/2009 tas-16 ta’ Jannar 2009, ĠU L 13, 17.1.2009, p. 20.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1206/2011 tat-22 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar l-identifikazzjoni ta’ inġenji tal-ajru għas-sorveljanza fl-Ajru Uniku Ewropew (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 305, 23.11.2011, p. 23, kif emendat b’dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/587 tad-29 ta’ April 2020, ĠU L 138, 30.4.2020, p. 1.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1207/2011 tat-22 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti għall-prestazzjoni u l-interoperabilità tas-sorveljanza għall-Ajru Uniku Ewropew (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 305, 23.11.2011, p. 35, kif emendat b’dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1028/2014 tas-26 ta’ Settembru 2014, ĠU L 284, 30.9.2014, p. 7,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/386 tas-6 ta’ Marzu 2017, ĠU L 59, 7.3.2017, p. 34,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/587 tad-29 ta’ April 2020, ĠU L 138, 30.4.2020, p. 1.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2009 tas-16 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta’ kollegament tad-data għall-Ajru Uniku Ewropew (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 13, 17.1.2009, p. 3, kif emendat b’dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/310 tas-26 ta’ Frar 2015, ĠU L 56, 27.2.2015, p. 30,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1170 tat-8 ta’ Lulju 2019, ĠU L 183, 9.7.2019, p. 6,

id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2012 tad-29 ta’ Novembru 2019, ĠU L 312, 3.12.2019, p. 95,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/208 tal-14 ta’ Frar 2020, ĠU L 43, 17.2.2020, p. 72.

Il-Kumitat Konġunt għandu jieħu deċiżjoni dwar id-data li minnha Iżrael irid japplika r-rekwiżiti u l-istandards ekwivalenti għar-Regolament (KE) Nru 29/2009. Sakemm tali Deċiżjoni tiġi adottata mill-Kumitat Konġunt, ir-Regolament (KE) Nru 29/2009 għandu jitqies li ma jkunx parti minn dan l-Anness għall-fini tal-evalwazzjoni prevista fil-punt 5 tal-Anness II.

Rekwiżiti tal-ATM/ANS li jirriżultaw mir-Regolament (UE) 2018/1139

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/340 tal-20 ta’ Frar 2015 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati maċ-ċertifikati u l-liċenzji tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 805/2011 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 63, 6.3.2015, p. 1.

Iżrael ma għandux ikun meħtieġ jistabbilixxi ċentri ajrumediċi bħala istituzzjonijiet. Il-valutazzjoni tal-ekwivalenza għandha tiffoka fuq ir-rekwiżiti attwali għall-eżaminaturi ajrumediċi u l-istandards mediċi.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 tal-1 ta’ Marzu 2017 li jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni għall-fornituri ta’ servizzi fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u funzjonijiet oħrajn tan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-sorveljanza tagħhom, li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 482/2008, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1034/2011, (UE) Nru 1035/2011 u (UE) 2016/1377 u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 677/2011 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 62, 8.3.2017, p. 1, kif emendat b’dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/469 tal-14 ta’ Frar 2020, ĠU L 104, 3.4.2020, p. 1, kif emendat b’dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1177 tas-7 ta’ Awwissu 2020, ĠU L 259, 10.8.2020, p. 12.

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1338 tal-11 ta’ Awwissu 2021, ĠU L 289, 12.8.2021, p. 12.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/938 tas-26 ta’ Lulju 2022, ĠU L 209, 10.8.2022, p. 1.

Iżrael ma għandux ikun meħtieġ li jistabbilixxi fornitur ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni, navigazzjoni jew sorveljanza (CNS) li jkun indipendenti minn fornitur(i) tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru (ANSP) oħra, u li jiċċertifikah b’mod indipendenti minn fornitur(i) ANSP oħra. Meta jiċċertifika l-ANSP li jkun responsabbli wkoll għall-forniment ta’ CNS, l-Istat ta’ Iżrael għandu jivverifika jekk ir-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 6 a-c u fl-Anness VIII tar-Regolament (UE) 2017/373 humiex issodisfati, u ma għandux ikun meħtieġ jivverifika l-indipendenza tal-fornitur tas-CNS mill-fornitur(i) ta’ servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru oħra.

C.   AMBJENT

C.1:   Ir-Regolament (UE) Nru 598/2014

Ir-Regolament (UE) Nru 598/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-istabbiliment ta’ regoli u proċeduri fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju f’ajruporti tal-Unjoni fi ħdan Approċċ Bilanċjat u li jħassar id-Direttiva 2002/30/KE, ĠU L 173, 12.6.2014, p. 65.

Dispożizzjonijiet rilevanti: l-Artikoli 3, 4, 5, 6, 8, 10, l-Annessi I u II

Id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2002 li tirrigwarda l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali, ĠU L 189, 18.7.2002, p. 12, kif emendata b’dan:

ir-Regolament (KE) Nru 1137/2008 tat-22 ta’ Ottubru 2008, ĠU L 311, 21.11.2008, p. 1,

id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/996 tad-19 ta’ Mejju 2015, ĠU L 168, 1.7.2015, p. 1,

ir-Regolament (UE) 2019/1010 tal-5 ta’ Ġunju 2019, ĠU L 170, 25.6.2019, p. 115,

ir-Regolament (UE) 2019/1243 tal-20 ta’ Ġunju 2019, ĠU L 198, 25.7.2019, p. 241,

id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2020/367 tal-4 ta’ Marzu 2020, ĠU L 67, 5.3.2020, p. 132.

Dispożizzjonijiet rilevanti: kif meħtieġ għall-applikazzjoni korretta tar-Regolament (UE) Nru 598/2014.

C.2:   Id-Direttiva 2006/93/KE

Id-Direttiva 2006/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-regolament tal-operazzjoni tal-ajruplani koperta mill-Parti II, il-Kapitolu 3, il-Volum 1 tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, it-tieni edizzjoni (1988) (verżjoni kodifikata) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 374, 27.12.2006, p. 1.

Dispożizzjonijiet rilevanti: l-Artikoli 1 sa 3, 5

D.   RESPONSABBILTÀ TAT-TRASPORTATURI TAL-AJRU

D.1:   Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2027/97

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2027/97 tad-9 ta’ Ottubru 1997 dwar ir-responsabbiltà tat-trasportaturi bl-ajru fir-rigward tat-trasport ta’ passiġġieri u l-bagalji tagħhom bl-ajru, ĠU L 285, 17.10.1997, p. 1, kif emendat b’dan:

Ir-Regolament (KE) Nru 889/2002 tat-13 ta’ Mejju 2002, ĠU L 140, 30.5.2002, p. 2.

Dispożizzjonijiet rilevanti: l-Artikolu 2(1)(a) u (c) sa (g), l-Artikoli 3 sa 6

E.   DRITTIJIET TAL-KONSUMATURI U PROTEZZJONI TAD-DATA PERSONALI

E.2:   Ir-Regolament (UE) 2016/679

Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.

Dispożizzjonijiet rilevanti: Fejn rilevanti għall-avjazzjoni ċivili.

E.3:   Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004

Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għall-passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu abbord u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 46, 17.2.2004, p. 1.

Dispożizzjonijiet rilevanti: l-Artikoli 1 sa 16

E.4:   Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2006

Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltà u ta’ persuni b’mobilità mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 204, 26.7.2006, p. 1.

Dispożizzjonijiet rilevanti: l-Artikoli 1(1), l-Artikoli 2 sa 16, l-Annessi I sa II

F.   ASPETTI SOĊJALI

F.1:   Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/79/KE

Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/79/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 dwar il-Ftehim Ewropew fuq l-organizzazzjoni tal-ħinijiet tax-xogħol ta’ ħaddiema mobbli fl-avjazzjoni ċivili konkluż mill-Assoċjazzjoni tal-Linji tal-Ajru Ewropej (AEA), il-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kabini tal-Piloti (ECA), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Linji tal-Ajru Reġjonali (ERA) u l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasportazzjoni bl-Ajru (IACA) (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 302, 1.12.2000, p. 57.

Dispożizzjonijiet rilevanti: il-Klawżola 1(1) u l-Klawżoli 2 sa 9 tal-Anness