|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 66 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
21.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2023/1190
tas-16 ta’ Ġunju 2023
li jemenda r-Regolament (UE) 2021/2278 li jissospendi d-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni msemmija fl-Artikolu 56(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 fuq ċerti prodotti agrikoli u industrijali
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Sabiex tiġi żgurata provvista suffiċjenti u mingħajr interruzzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli u industrijali li mhumiex prodotti fl-Unjoni u b’hekk jiġi evitat kwalunkwe disturb fis-suq għal dawk il-prodotti, id-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni tat-tip imsemmi fl-Artikolu 56(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) (“dazji tat-TDK”) fuq dawk il-prodotti ġew sospiżi permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2278 (2). B’riżultat ta’ dan, il-prodotti elenkati fl-Anness tar-Regolament (UE) 2021/2278 jistgħu jiġu importati fl-Unjoni b’rati tad-dazju mnaqqsa jew dazju żero mingħajr ebda limitu fir-rigward tal-kwantità tagħhom. |
|
(2) |
Il-produzzjoni tal-Unjoni ta’ ċerti prodotti li mhumiex elenkati fl-Anness tar-Regolament (UE) 2021/2278 mhijiex adegwata biex tissodisfa r-rekwiżiti speċifiċi tal-industriji utenti fl-Unjoni. Billi huwa fl-interess tal-Unjoni li tiżgura provvista adegwata ta’ ċerti prodotti, u filwaqt li jitqies il-fatt li dawk il-prodotti identiċi, ekwivalenti jew ta’ sostituzzjoni ma jiġux prodotti fi kwantitajiet suffiċjenti fl-Unjoni, jeħtieġ li tingħata sospensjoni sħiħa tad-dazji tat-TDK fuq dawk il-prodotti. |
|
(3) |
Bil-ħsieb li tiġi promossa l-produzzjoni integrata tal-batteriji fl-Unjoni, jenħtieġ li tingħata sospensjoni parzjali tad-dazji tat-TDK fir-rigward ta’ ċerti prodotti relatati mal-produzzjoni tal-batteriji li bħalissa mhumiex elenkati fl-Anness tar-Regolament (UE) 2021/2278 u l-produzzjoni rispettiva tal-Unjoni li mhijiex adegwata biex tissodisfa r-rekwiżiti speċifiċi tal-industriji tal-utenti fl-Unjoni. Id-data għar-rieżami obbligatorju ta’ dawk is-sospensjonijiet jenħtieġ li jkun il-31 ta’ Diċembru 2023, sabiex dak ir-rieżami jqis l-evalwazzjoni fuq perjodu qasir tas-settur tal-produzzjoni tal-batteriji fl-Unjoni. |
|
(4) |
Jeħtieġ li jiġu emendati d-deskrizzjoni tal-prodott u l-klassifikazzjoni ta’ ċertu sospensjonijiet tad-dazji tat-TDK elenkati fl-Anness tar-Regolament (UE) 2021/2278 sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi tal-prodott u tax-xejriet ekonomiċi fis-suq. |
|
(5) |
Ma għadux fl-interess tal-Unjoni li jinżammu s-sospensjonijiet tad-dazji tat-TDK għal ċerti prodotti elenkati fl-Anness tar-Regolament (UE) 2021/2278. Għalhekk, jenħtieġ li jitħassru minn dak l-Anness is-sospensjonijiet għal dawk il-prodotti b’effett mill-1 ta’ Lulju 2023. |
|
(6) |
Għalhekk ir-Regolament (UE) 2021/2278 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
|
(7) |
Sabiex tiġi evitata kwalunkwe interruzzjoni fl-applikazzjoni tal-iskema tas-sospensjonijiet awtonomi tat-tariffi u biex ikun hemm konformità mal-linji gwida stabbiliti fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Diċembru 2011 rigward is-sospensjonijiet u l-kwoti tariffarji awtonomi, il-bidliet previsti f’dan ir-Regolament dwar is-sospensjonijiet tariffarji għall-prodotti kkonċernati jenħtieġ li japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2023. Għaldaqstant jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (UE) 2021/2278 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-16 ta’ Ġunju 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
E. SVANTESSON
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2278 tal-20 ta’ Diċembru 2021 li jissospendi d-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni msemmija fl-Artikolu 56(2), punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 fuq ċerti prodotti agrikoli u industrijali, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1387/2013 (ĠU L 466, 29.12.2021, p. 1).
ANNESS
L-Anness tar-Regolament (UE) 2021/2278 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-entrati li għandhom in-numri tas-serje li ġejjin jitħassru: 0.2425, 0.3140, 0.3966, 0.4030, 0.4140, 0.4305, 0.4609, 0.4733, 0.4893, 0.5018, 0.5187, 0.5788, 0.6629, 0.6654, 0.6689, 0.6781, 0.7489, 0.7972, 0.8111, 0.8112, 0.8140, u 0.8311; |
|
(2) |
l-entrati li ġejjin jissostitwixxu dawk l-entrati li għandhom l-istess numri tas-serje:
|
|
(3) |
l-entrati li ġejjin jiddaħħlu skont l-ordni numeriku tal-kodiċijiet NM u TARIC fit-tieni u fit-tielet kolonna:
|
(1) Is-sospensjoni tad-dazji hija soġġetta għal superviżjoni doganali tal-użu finali f’konformità mal-Artikolu 254 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.’
(2) Is-sospensjoni tad-dazji hija soġġetta għal superviżjoni doganali tal-użu finali f’konformità mal-Artikolu 254 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.”
|
21.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/15 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2023/1191
tas-16 ta’ Ġunju 2023
li jemenda r-Regolament (UE) 2021/2283 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Sabiex tiġi żgurata provvista suffiċjenti u mingħajr interruzzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli u industrijali li mhumiex prodotti fi kwantitajiet suffiċjenti fl-Unjoni u b’hekk jiġi evitat kwalunkwe disturb fis-suq għal dawk il-prodotti, il-kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni (“kwoti”) nfetħu bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2283 (1). F’dawk il-kwoti, il-prodotti jistgħu jiġu importati fl-Unjoni b’rati tad-dazju żero jew imnaqqsa. |
|
(2) |
Peress li huwa fl-interess tal-Unjoni li tiżgura provvista adegwata ta’ ċerti prodotti industrijali u wara li tqies il-fatt li prodotti identiċi, ekwivalenti jew sostituti mhumiex qegħdin jiġu prodotti fi kwantitajiet suffiċjenti fl-Unjoni, huwa neċessarju li jinfetħu kwoti ġodda bin-numri tal-ordni 09.2561, 09.2562 u 09.2857 b’rati tad-dazju żero għal kwantitajiet xierqa ta’ dawk il-prodotti. |
|
(3) |
Peress li ma għadux fl-interess tal-Unjoni li żżomm il-kwoti bin-numru tal-ordni 09.2581 u 09.2672, jenħtieġ li dawk il-kwoti jingħalqu b’effett mill-1 ta’ Lulju 2023. |
|
(4) |
Filwaqt li jitqiesu l-emendi li għandhom isiru u għal raġunijiet ta’ ċarezza, jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament (UE) 2021/2283 jiġi sostitwit. |
|
(5) |
Sabiex tiġi evitata kwalunkwe interruzzjoni fl-applikazzjoni tal-iskema tal-kwoti u biex ikun hemm konformità mal-linji gwida stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Diċembru 2011 rigward is-sospensjonijiet u l-kwoti tariffarji awtonomi, il-bidliet previsti f’dan ir-Regolament fir-rigward tal-kwoti għall-prodotti kkonċernati jenħtieġ li japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2023. Għaldaqstant jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (UE) 2021/2283 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-16 ta’ Ġunju 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
E. SVANTESSON
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2283 tal-20 ta’ Diċembru 2021 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1388/2013 (ĠU L 458, 22.12.2021, p. 33).
ANNESS
“ANNESS
|
Nru tal-Ordni |
Il-kodiċi tan-NM |
TARIC |
Deskrizzjoni |
Il-perjodu tal-kwota |
L-ammont tal-kwota |
Rata tal-kwota tad-dazju (%) |
||||||||||||||||||||
|
09.2849 |
ex 0710 80 69 |
10 |
Faqqiegħ tal-ispeċi Auricularia polytricha (mhux imsajjar jew imsajjar bil-fwar jew bit-tgħollija), iffriżat, għall-produzzjoni tal-ikliet ippreparati minn qabel (1) (2) |
1.1.-31.12. |
700 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2664 |
ex 2008 60 39 |
30 |
Ċirasa ħelwa li fiha spirtu miżjud, b’kontenut ta’ zokkor ta’ mhux aktar minn 9 % tal-piż, ta’ dijametru ta’ mhux aktar minn 19,9 mm bl-għadma, għall-użu fi prodotti taċ-ċikkulata (1) |
1.1.-31.12. |
1 000 tunnellata |
10 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2925 |
ex 2309 90 31 ex 2309 90 31 ex 2309 90 96 ex 2309 90 96 |
41 49 41 49 |
Addittiv tal-għalf, li jikkonsisti fuq bażi ta’ piż xott ta’:
|
1.1.-31.12. |
100 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2913 |
ex 2401 10 35 ex 2401 10 70 ex 2401 10 95 ex 2401 10 95 ex 2401 10 95 ex 2401 20 35 ex 2401 20 70 ex 2401 20 95 ex 2401 20 95 ex 2401 20 95 |
91 10 11 21 91 91 10 11 21 91 |
Tabakk naturali mhux ipproċessat, kemm jekk imqatta’ għal daqs regolari, kif ukoll jekk le, b’valur doganali ta’ mhux anqas minn 450 euro kull 100 kg piż nett, għall-użu bħala binder jew imballaġġ għall-manifattura ta’ oġġetti li jaqgħu taħt is-sottointestatura 2402 10 00 (1) |
1.1.-31.12. |
3 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2828 |
2712 20 90 |
|
Xema’ bajda (tal-parafina) li fiha anqas minn 0,75 % żejt bil-piż |
1.1.-31.12. |
140 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2600 |
ex 2712 90 39 |
10 |
Slack wax (CAS RN 64742-61-6) |
1.1.-31.12. |
100 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2578 |
ex 2811 19 80 |
50 |
Aċidu sulfamidiku (CAS RN 5329-14-6) b’purità skont il-piż ta’ 95 % jew aktar, kemm jekk b’żieda ta’ mhux aktar minn 5 % tal-antiagglomerant diossidu tas-siliċju (CAS RN 112926-00-8) u kemm jekk le |
1.1.-31.12. |
27 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2928 |
ex 2811 22 00 |
40 |
Materjal tal-mili tas-silika, f’forma ta’ granuli, b’kontenut minimu ta’ diossidu tas-silikonju, skont il-piż, ta’ 97 % |
1.1.-31.12. |
1 700 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2806 |
ex 2825 90 40 |
30 |
Trijossidu tat-tangsten, inkl. ossidu tat-tangst. blu (CAS RN 1314-35-8 jew CAS RN 39318-18-8) |
1.1.-31.12. |
12 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2819 |
ex 2833 25 00 |
30 |
Sulfat tal-idrossidu tar-ram (Cu4(OH)6(SO4)), idrat (CAS RN 12527-76-3) b’purità skont il-piż ta’ 98 % jew aktar |
1.1.-31.12. |
240 000 kg |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2872 |
ex 2833 29 80 |
40 |
Sulfat taċ-ċesju (CAS RN 10294-54-9) f’forma solida jew bħala soluzzjoni milwiema li fiha piż skont il-piż ta’ iżjed minn 48 % ta’ sulfat taċ-ċesju iżda mhux iżjed minn 52 % |
1.1.-31.12. |
400 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2567 |
ex 2903 22 00 |
10 |
Trikloroetilene (CAS RN 79-01-6) b’purità skont il-piż ta’ 99 % jew iktar |
1.1.-31.12. |
11 885 000 kg |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2837 |
ex 2903 79 30 |
20 |
Bromoklorometanu (CAS RN 74-97-5) |
1.1.-31.12. |
600 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2933 |
ex 2903 99 80 |
30 |
1,3-Dichlorobenzene (CAS RN 541-73-1) |
1.1.-31.12. |
2 600 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2700 |
ex 2905 12 00 |
10 |
Propan-1-ol(alkoħol propiliku) (CAS RN 71-23-8) |
1.1.-31.12. |
15 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2830 |
ex 2906 19 00 |
40 |
Ċiklopropilmetanol (CAS RN 2516-33-8) |
1.1.-31.12. |
20 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2851 |
ex 2907 12 00 |
10 |
O-cresol (CAS RN 95-48-7) b’purezza ta’ mhux anqas minn 98.5 % tal-piż |
1.1.-31.12. |
20 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2704 |
ex 2909 49 80 |
20 |
2,2,2’,2’- tetrakis(idrossimetil)-3,3’- ossidipropan-1-ol (CAS RN 126-58-9) |
1.1.-31.12. |
500 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2565 |
ex 2914 19 90 |
70 |
Aċetilaċetonat tal-kalċju (CAS RN 19372-44-2) b’purità skont il-piż ta’ 95 % jew aktar |
1.1.-31.12. |
400 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2852 |
ex 2914 29 00 |
60 |
Cyclopropyl methyl ketone (CAS RN 765-43-5) |
1.1.-31.12. |
300 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2638 |
ex 2915 21 00 |
10 |
Aċtu aċetiku (CAS RN 64-19-7) b’purità bil-piż ta’ 99 % jew aktar |
1.1.-31.12. |
1 000 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2679 |
2915 32 00 |
|
Aċetat tal-Vinil (CAS RN 108-05-4) |
1.1.-31.12. |
450 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2728 |
ex 2915 90 70 |
85 |
Etil trifluworoaċetat (CAS RN 383-63-1) |
1.1.-31.12. |
400 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2665 |
ex 2916 19 95 |
30 |
(E,E)-Eża-2,4-dienoat tal-potassju (CAS RN 24634-61-5) |
1.1.-31.12. |
8 250 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2684 |
ex 2916 39 90 |
28 |
Klorur ta’ 2,5-dimetilfenilaċetil (CAS RN 55312-97-5) |
1.1.-31.12. |
700 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2599 |
ex 2917 11 00 |
40 |
Ossalat tad-dietil (CAS RN 95-92-1) |
1.1.-31.12. |
500 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2769 |
ex 2917 13 90 |
10 |
Dimethyl sebacate (CAS RN 106-79-6) |
1.1.-31.12. |
1 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2634 |
ex 2917 19 80 |
40 |
Aċidu dodekandiojku (CAS RN 693-23-2), b’purità ta’ aktar minn 98,5 % skont il-piż |
1.1.-31.12. |
8 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2808 |
ex 2918 22 00 |
10 |
Aċtu o-aċetisaliċiliku (CAS RN 50-78-2) |
1.1.-31.12. |
120 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2646 |
ex 2918 29 00 |
75 |
Ottadeċil 3-(3,5-di-terz-butil-4-idrossifenil)propjonat (CAS RN 2082-79-3):
biex jintuża fil-manifattura ta’ pakketti singoli ta’ stabilizzaturi għall-ipproċessar tal-PVC abbażi ta’ taħlitiet tat-trab (trabijiet jew granuli) (1) |
1.1.-31.12. |
380 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2647 |
ex 2918 29 00 |
80 |
Tetrakis(3-(3,5-di-tert-butil-4-idrossifenil)propjonat) tal-pentaeritritol (CAS RN 6683-19-8)
biex jintuża fil-manifattura ta’ pakketti ta’ stabilizzatur wieħed għall-ipproċessar tal-PVC ibbażati fuq taħlitiet tat-trab (trabijiet jew granuli) (1) |
1.1.-31.12. |
140 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2975 |
ex 2918 30 00 |
10 |
Benzophenone-3,3’,4,4’-tetracarboxylic dianhydride (CAS RN 2421-28-5) |
1.1.-31.12. |
1 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2598 |
ex 2921 19 99 |
75 |
Ottadeċilammina (CAS RN 124-30-1) |
1.1.-31.12. |
400 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2649 |
ex 2921 29 00 |
60 |
Bis(2-dimetilaminoetil)(metil)ammina (CAS RN 3030-47-5) |
1.1.-31.12. |
1 700 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2682 |
ex 2921 41 00 |
10 |
Anilina (CAS RN 62-53-3) ta’ purità ta’ 99 % jew aktar fil-piż |
1.1.-31.12. |
220 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2617 |
ex 2921 42 00 |
89 |
4-Fluworo-N-(1-metilletil)benżeneammina (CAS RN 70441-63-3) |
1.1.-31.12. |
500 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2602 |
ex 2921 51 19 |
10 |
O-phenylenediamine (CAS RN 95-54-5) |
1.1.-31.12. |
1 800 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2921 |
ex 2922 19 00 |
22 |
akrilat ta’ 2-(dimetilammino)etil (CAS RN 2439-35-2) b’purità skont il-piż ta’ 99 % jew aktar |
1.1.-31.12. |
14 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2563 |
ex 2922 41 00 |
20 |
L-Kloridrat tal-Liżina (CAS RN 657-27-2) jew soluzzjoni milwiema tal-L-liżina (CAS RN 56-87-1), li fiha skont il-piż 50 % jew iktar tal-liżina |
1.1.-31.12. |
300 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2575 |
ex 2923 90 00 |
87 |
Klorur tat-3-kloro-2-idrossipropil)trimetilammonju (CAS RN 3327-22-8), fil-forma ta’ soluzzjoni milwiema li fiha skont il-piż 65 % jew aktar iżda mhux aktar minn 71 % klorur tat-3-kloro-2-idrossipropil)trimetilammonju |
1.1.-31.12. |
12 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2922 |
ex 2923 90 00 |
88 |
Soluzzjoni milwiema li fiha, skont il-piż, 78 % jew aktar iżda mhux aktar minn 82 % ta’ klorur ta’ [2-(akrilojlossi)etil]trimetilammonju (CAS RN 44992–01–0) |
1.1.-31.12. |
10 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2854 |
ex 2924 19 00 |
85 |
3-jodoprop-2-in-1-ilbutilkarbamat(CAS RN 55406-53-6) |
1.1.-31.12. |
450 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2874 |
ex 2924 29 70 |
87 |
Paracetamol (INN) (CAS RN 103-90-2) |
1.1.-31.12. |
20 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2742 |
ex 2926 10 00 |
10 |
Akrilonitril (CAS RN 107-13-1), għall-użu fil-manifattura ta’ oġġetti tal-kapitolu 55 u l-intestatura 6815 (1) |
1.1.-31.12. |
60 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2583 |
ex 2926 10 00 |
30 |
Akrilonitril (CAS RN 107-13-1), għall-użu fil-manifattura ta’ oġġetti tal-intestaturi 2921 , 2924 , 3903 , 3906 , 3908 , 3911 and 4002 (1) |
1.1.-31.12. |
40 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2856 |
ex 2926 90 70 |
84 |
2-Nitro-4-(trifluoromethyl)benzonitrile (CAS RN 778-94-9) |
1.1.-31.12. |
900 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2685 |
ex 2929 90 00 |
30 |
Nitrogwanidina (CAS RN 556-88-7) |
1.1.-31.12. |
6 500 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2597 |
ex 2930 90 98 |
94 |
Bis[3-(trietossisilil)propil]disulfur (CAS RN 56706-10-6) |
1.1.-31.12. |
6 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2596 |
ex 2930 90 98 |
96 |
Aċidu 2-kloro-4-(metilsulfonil)-3-((2,2,2-trifluworoetossi)metil) benżojku (CAS RN 120100-77-8) |
1.1.-31.12. |
300 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2580 |
ex 2931 90 00 |
75 |
Eżadeċiltrimetossisilan (CAS RN 16415-12-6) b’purità skont il-piż ta’ mill-anqas 95 %, għall-użu fil-manifattura tal-polietilen (1) |
1.1.-31.12. |
165 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2842 |
2932 12 00 |
|
2-Furaldeide (furfuraldeide) |
1.1.-31.12. |
10 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2696 |
ex 2932 20 90 |
25 |
Dekan-5-olid (CAS RN 705-86-2) |
1.1.-31.12. |
6 000 kg |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2697 |
ex 2932 20 90 |
30 |
Dodekan-5-olid (CAS RN 713-95-1) |
1.1.-31.12. |
6 000 kg |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2812 |
ex 2932 20 90 |
77 |
Hexan-6-olide (CAS RN 502-44-3) |
1.1.-31.12. |
4 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2858 |
2932 93 00 |
|
Piperonal (CAS RN 120-57-0) |
1.1.-31.12. |
220 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2839 |
ex 2933 39 99 |
09 |
2-(2-Piridil)etanol (CAS RN 103-74-2) b’purità skont il-piż ta’ 99 % jew aktar |
1.1.-31.12. |
700 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2860 |
ex 2933 69 80 |
30 |
1,3,5-Tris[3-(dimethylamino)propyl]hexahydro-1,3,5-triazine (CAS RN 15875-13-5) |
1.1.-31.12. |
600 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2566 |
ex 2933 99 80 |
05 |
1,4,7,10-Tetraazacyclododecane (CAS RN 294-90-6) b’purità skont il-piż ta’ 96 % jew aktar |
1.1.-31.12. |
60 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2658 |
ex 2933 99 80 |
73 |
5-(Acetoacetylamino)benzimidazolone (CAS RN 26576-46-5) |
1.1.-31.12. |
400 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2593 |
ex 2934 99 90 |
67 |
5-Klorotijofen-2-aċidu karbossiliku (CAS RN 24065-33-6) |
1.1.-31.12. |
45 000 kg |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2675 |
ex 2935 90 90 |
79 |
4-[[(2-metossibenżojl)ammino]sulfonil]-klorurtal-benżojl (CAS RN 816431-72-8) |
1.1.-31.12. |
1 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2945 |
ex 2940 00 00 |
20 |
D-Xylose (CAS RN 58-86-6) |
1.1.-31.12. |
400 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2686 |
ex 3204 11 00 |
75 |
Koloranti C.I. Disperse Yellow 54 (CAS RN 7576-65-0) u preparazzjonijiet ibbażati fuqhom ma’ kolorant C.I. Disperse Yellow 54 kontenut ta’ 99 % jew iktar f’piż |
1.1.-31.12. |
250 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2676 |
ex 3204 17 00 |
14 |
Preparazzjonijiet ibbażati fuq Koloranti C.I. Pigment Red 48:2 (CAS RN 7023-61-2) b’kontenut ta’ 60 % jew iżjed, iżda b’inqas minn 85 % bil-piż |
1.1.-31.12. |
50 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2698 |
ex 3204 17 00 |
30 |
Kolorant C.I. Pigment Red 4 (CAS RN 2814-77-9) u preparazzjonijiet ibbażati fuqu b’kontenut ta’ 60 % jew iżjed tal-Kolorant C.I. Pigment Red 4 skont il-piż |
1.1.-31.12. |
150 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2659 |
ex 3802 90 00 |
19 |
Trab tad-dijatomi kalċinat fil-fluss tas-soda |
1.1.-31.12. |
35 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2908 |
ex 3804 00 00 |
10 |
Linjosulfonat tas-sodju (CAS RN 8061-51-6) |
1.1.-31.12. |
40 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2889 |
3805 10 90 |
|
Termentina tas-sulfat |
1.1.-31.12. |
25 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2935 |
ex 3806 10 00 |
10 |
Resin u aċidi tar-resin miksuba minn oleoresins friski |
1.1.-31.12. |
280 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2832 |
ex 3808 92 90 |
40 |
Taħlita li jkollha 38 % jew aktar imma mhux aktar minn 50 % bil-piż taż-żingu piritijon (INN) (CAS RN 13463-41-7) f’dispersjoni milwiema |
1.1.-31.12. |
500 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2923 |
ex 3808 94 20 |
40 |
Soluzzjoni milwiema li tinkludi skont il-piż:
|
1.1.-31.12. |
3 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2926 |
ex 3811 21 00 |
31 |
Addittiv li jikkonsisti essenzjalment f’:
użat fil-manifattura ta’ taħlitiet ta’ addittivi għal żjut lubrikanti (1) |
1.1.-31.12. |
700 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2876 |
ex 3811 29 00 |
57 |
Additivi li jikkonsistu fi prodotti tar-reazzjoni ta’ difenilammina u noneni ramifikati bi:
użati għall-manifattura taż-żjut lubrifikanti (1) |
1.1.-31.12. |
900 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2927 |
ex 3811 29 00 |
80 |
Addittivi li fihom:
għall-użu fil-manifattura ta’ żjut għal-lubrifikazzjoni (1) |
1.1.-31.12. |
500 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2814 |
ex 3815 90 90 |
76 |
Katalizzatur magħmul mid-dijossidu tat-titanju u t-tijossidu tat-titanju |
1.1.-31.12. |
3 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2644 |
ex 3824 99 92 |
77 |
Preparat li jkun fih:
|
1.1.-31.12. |
10 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2681 |
ex 3824 99 92 |
85 |
Taħlita ta’ sulfuri ta’ bis [3-(trietossisilil)propil] (CAS RN 211519-85-6) |
1.1.-31.12. |
9 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2907 |
ex 3824 99 93 |
67 |
Taħlita ta’ fitosteroli, fi trab, li fihom, bil-piż:
għal użu fil-manifattura tal-istanoli/steroli jew stanoli/steroli esters (1) |
1.1.-31.12. |
2 500 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2568 |
ex 3824 99 96 |
91 |
Taħlita, fil-forma ta’ gerbub, li fiha skont il-piż:
li minnhom 75 % jew iktar tal-piż jgħaddu minn għarbiel b’apertura ta’ 0,60 mm, iżda mhux iktar minn 10 % tal-piż jgħaddu minn għarbiel b’apertura ta’ 0,25 mm (kif determinat skont il-metodu ASTM D1511) |
1.1.-31.12. |
1 500 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2820 |
ex 3827 90 00 |
10 |
Taħlitiet li fihom f’piż:
|
1.1.-31.12. |
6 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2671 |
ex 3905 99 90 |
81 |
Poli(butiral tal-vinil) (CAS RN 63148-65-2):
|
1.1.-31.12. |
12 500 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2846 |
ex 3907 40 00 |
25 |
Taħlita ta’ polimeri ta’ polikarbonat u poli(metilmetakrilat) b’kontenut ta’ polikarbonat ta’ 98,5 % skont il-piż, f’forma ta’ gerbub jew granuli, bi trażmittanza luminuża ta’ mhux anqas minn 88,5 %, imkejla bl-użu ta’ kampjun għall-ittestjar ta’ ħxuna ta’ 4 mm b’tul tal-mewġa ta’ λ = 400 nm (skont ISO 13468-2) |
1.1.-31.12. |
2 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2585 |
ex 3907 99 80 |
70 |
Kopolimeru tal-poli(etilen tereftalat) u taċ-ċikloeżandimetanol, li fih iktar minn 10 % skont il-piż ta’ ċikloeżandimetanol |
1.1.-31.12. |
60 000 tunnellata |
2 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2855 |
ex 3910 00 00 |
10 |
Poli (metilidrosilossan) likwidu bi gruppi terminali ta’ trimetilsilil (CAS RN 63148-57-2) b’purità skont il-piż ta’ 99,9 % jew aktar |
1.1.-31.12. |
500 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2931 |
ex 3911 90 11 |
10 |
Poli(ossi-1,4-fenilensulfonil-1,4-fenilenossi-1,4-fenilenisopropiliden-1,4-fenilen) (CAS RN 25135-51-7 u CAS RN 25154-01-2), f’waħda mill-forom imsemmijin fin-nota 6(b) ta’ dan il-kapitolu li fih mhux aktar minn 20 % ta’ addittivi skont il-piż |
1.1.-31.12. |
6 300 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2723 |
ex 3911 90 19 |
35 |
Poli(ossi-1,4-fenilensulfonil-1,4-fenilenossi-4,4’-bifenilen) (CAS RNs 25608-64-4 u 25839-81-0) li fih skont il-piż mhux aktar minn 20 % ta’ addittivi |
1.1.-31.12. |
5 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2816 |
ex 3912 11 00 |
20 |
Frak tal-aċetat taċ-ċellulożju |
1.1.-31.12. |
75 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2561 |
ex 3912 39 85 |
60 |
Ipromelloża (INN) (CAS RN 9004-65-3), għall-użu fil-manifattura ta’ supplimenti tal-ikel jew tal-farmaċewtiċi (1) |
1.7.-31.12. |
1 500 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2573 |
ex 3913 10 00 |
20 |
Alġinat tas-sodju estratt mill-alka kannella (CAS RN 9005-38-3), b’
|
1.1.-31.12. |
2 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2641 |
ex 3913 90 00 |
87 |
Ijaluronat tas-sodju, mhux sterili:
|
1.1.-31.12. |
300 kg |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2661 |
ex 3920 51 00 |
50 |
Folji ta’ polimetilmetakrilat konformi mal-istandards:
|
1.1.-31.12. |
100 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2645 |
ex 3921 14 00 |
20 |
Blokka ċellulari ta’ ċelluloża riġenerata, mimlija bl-ilma li jkun fih klorur tal-manjeżju u kompost tal-ammonju kwaternarju tad-daqs ta’ 100 cm (± 10 cm) x 100 cm (± 10 cm) x 40 cm (± 5 cm) |
1.1.-31.12. |
1 700 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2572 |
ex 5205 26 00 ex 5205 27 00 |
10 10 |
Ħjut singoli ta’ qoton abjad mhux maħdum
|
1.1.-31.12. |
50 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2848 |
ex 5505 10 10 |
10 |
Fdal ta’ fibri sintetiċi (li jinkludi fibri li jibqgħu fil-moxt, fdal tal-ħjut u materjal “garnetted”) ta’ najlon jew ta’ poliammidi oħra (PA6 u PA66) |
1.1.-31.12. |
10 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2721 |
ex 5906 99 90 |
20 |
Drapp tat-tessut bil-lastiku minsuġ u laminat bil-karatteristiċi li ġejjin:
użat għall-manifattura tas-saqaf li jitla’ u jinżel tal-vetturi bil-mutur (1) |
1.1.-31.12. |
375 000 m2 |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2628 |
ex 7019 66 00 |
10 |
Xibka tal-ħġieġ minsuġa minn fibri tal-ħġieġ miksija bil-plastik, b’piż ta’ 120 g/m2(± 10 g/m2), tat-tip li jintuża fir-rolling insect screens bil-qafas fiss |
1.1.-31.12. |
3 000 000 m2 |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2652 |
ex 7409 11 00 ex 7410 11 00 |
30 40 |
Fojl u strixxi tar-ram raffinat, manifatturati permezz tal-elettroliżi, bi ħxuna ta’ 0,015-il mm jew aktar |
1.1.-31.12. |
1 020 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2662 |
ex 7410 21 00 |
55 |
Pjanċi:
|
1.1.-31.12. |
80 000 m2 |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2835 |
ex 7604 29 10 |
30 |
Folji jew vireg tal-alojs ta’ aluminju-litjuta’ diametru ta’ 300,1 mm jew iktar, iżda mhux iktar minn 533,4 mm |
1.1.-31.12. |
1 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2736 |
ex 7607 11 90 ex 7607 11 90 ex 7607 11 90 ex 7607 11 90 |
75 77 78 79 |
Strixxa jew fojl illigati tal-aluminju u tal-manjeżju:
għall-użu fil-manifattura tal-paletti għall-blinds (1) |
1.1.-31.12. |
600 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2722 |
8104 11 00 |
|
Manjeżju mhux maħdum, li fih talanqas 99,8 % f’piż tal-manjeżju |
1.1.-31.12. |
120 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2840 |
ex 8104 30 00 |
20 |
Trab tal-manjeżju:
|
1.1.-31.12. |
2 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2629 |
ex 8302 49 00 |
91 |
Manku teleskopiku tal-aluminju għall-użu fil-manifattura tal-bagalji (1) |
1.1.-31.12. |
1 500 000 biċċa |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2720 |
ex 8413 91 00 |
50 |
Pump head għal pompa bi pressjoni għolja b’żewġ ċilindri magħmula mill-azzar maħdum b’:
tat-tip użat fis-sistemi tal-injezzjoni tad-diżil |
1.1.-31.12. |
65 000 biċċa |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2569 |
ex 8414 90 00 |
80 |
Housing tar-roti b’turboċarġer ta’ liga tal-aluminju fondut jew ħadid fondut:
għall-użu fl-industrija tal-karozzi (1) |
1.1.-31.12. |
4 000 000 biċċa |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2570 |
ex 8482 91 90 |
10 |
Rombli bi profil logaritmiku u b’dijametru ta’ 25 mm jew iktar iżda mhux iktar minn 70 mm jew blalen b’dijametru ta’ 30 mm jew iktar iżda mhux iktar minn 100 mm,
għall-użu fl-industrija tat-turbini eoliċi (1) |
1.1.-31.12. |
600 000 biċċa |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2562 |
ex 8482 99 00 |
30 |
Gaġeġ tar-ram bil-karatteristiċi li ġejjin:
tat-tip użat għall-manifattura tal-ball bearings |
1.7.-31.12. |
275 000 biċċa |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2857 |
ex 8482 99 00 |
60 |
Anelli ta’ ġewwa jew ta’ barra magħmula mill-azzar, mhux imwebbsin jew mhux misnuna, anell ta’ barra b’raceway(s) interna/i, anell ta’ ġewwa b’raceway(s) esterna/i, b’dijametri esterni ta’:
għall-użu fil-manifattura tal-bearings (1) |
1.7.-31.12. |
9 700 000 kg |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2924 |
ex 8501 31 00 |
80 |
Attwatur elettroniku magħmul minn:
|
1.1.-31.12. |
650 000 biċċa |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2763 |
ex 8501 40 20 ex 8501 40 80 |
65 60 |
Mutur elettriku AC, monofażi, bil-kommutatur jew mingħajru
għall-użu fil-manifattura tal-apparati domestiċi (1) |
1.1.-31.12. |
2 000 000 biċċa |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2574 |
ex 8537 10 91 |
73 |
Apparat multifunzjonali (sett ta’ strumenti)
biex jintuża fil-manifattura tal-karozzi tal-passiġġieri li jaħdmu biss permezz ta’ mutur elettriku koperti bis-subintestatura tas-SA 8703 80 (1) |
1.1.-31.12. |
66 900 biċċa |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2910 |
ex 8708 99 97 |
75 |
Brekit ta’ appoġġ tal-ħadid jew tal-azzar, b’toqob tal-immuntar, bi skorfini ta’ twaħħil jew mingħajrhom, maħsuba biex twaħħal il-gerboks mal-karozzerija għall-użu fil-manifattura ta’ oġġetti tal-Kapitolu 87 (1) |
1.1.-31.12. |
200 000 biċċa |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2668 |
ex 8714 91 10 ex 8714 91 10 ex 8714 91 10 |
21 31 75 |
Qafas ta’ rota, mibni mill-fibri tal-karbonju u mir-reżina artifiċjali, għall-użu fil-manifattura tar-roti (inklużi r-roti elettriċi) (1) |
1.1.-31.12. |
600 000 biċċa |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2564 |
ex 8714 91 10 ex 8714 91 10 ex 8714 91 10 |
25 35 77 |
Frejm, maħdum mill-aluminju jew minn fibri tal-aluminju u tal-karbonju u r-reżina artifiċjali, għall-użu fil-manifattura tar-roti (inklużi roti elettriċi) (1) |
1.1.-31.12. |
9 600 000 biċċa |
0 % |
||||||||||||||||||||
|
09.2579 |
ex 9029 20 31 ex 9029 90 00 |
40 40 |
Pannell tal-istrumenti clustered:
għall-użu fil-manifattura tal-oġġetti tal-Kapitolu 87 (1) |
1.1.-31.12. |
160 000 biċċa |
0 % |
(1) Is-sospensjoni tad-dazji hija soġġetta għal superviżjoni doganali tal-użu finali f’konformità mal-Artikolu 254 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.
(2) Madankollu, is-sospensjoni tat-tariffi doganali ma għandhiex tapplika meta l-ipproċessar isir minn impriżi tal-forniment tal-ikel jew li jbiegħu bl-imnut.
|
21.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/31 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1192
tal-14 ta’ Marzu 2023
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir- rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kontenut tal-arranġamenti u l- proċeduri bil-miktub għall-funzjonament tal-kulleġġi ta’ riżoluzzjoni
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1095/2010, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 806/2014 u (UE) 2015/2365 u d-Direttivi 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2007/36/KE, 2014/59/UE u (UE) 2017/1132 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(7), ir-raba’ subparagrafu tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex tiġi żgurata l-governanza omoġenja tar-riżoluzzjoni tas-CCPs madwar l-Unjoni, il-kulleġġi ta’ riżoluzzjoni stabbiliti skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2021/23 jenħtieġ li jiddependu fuq sett ta’ regoli ta’ funzjonament kondiviżi b’mod komuni. |
|
(2) |
Il-kulleġġi ta’ riżoluzzjoni għandhom jiffaċilitaw il-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, b’mod partikolari fl-istadji preparatorji tal-irkupru u r-riżoluzzjoni, billi jlaqqgħu flimkien l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kollha, il-membri rilevanti tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali, banek ċentrali tal-ħruġ tal-muniti rilevanti tal-Unjoni tal-istrumenti finanzjarji kklerjati, il-ministeru rilevanti, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) u l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA). |
|
(3) |
Sabiex jiġi żgurat li t-teħid tad-deċiżjonijiet, il-proċessi tal-skambju tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ikunu effiċjenti u effettivi, l-arranġamenti u l-proċeduri bil-miktub tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jinkludu d-dispożizzjonijiet organizzazzjonali meħtieġa. B’mod partikolari, il-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jagħraf il-bżonn li jiġu stabbiliti substrutturi flessibbli fi ħdan il-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni sabiex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu u jiġi żgurat li l-membri jkunu jistgħu jikkontribwixxu b’mod xieraq fir-rigward tal-attivitajiet varji tal-kulleġġ. |
|
(4) |
L-arranġamenti u l-proċeduri bil-miktub tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jinkludu wkoll id-dispożizzjonijiet operazzjonali meħtieġa. Dawk id-dispożizzjonijiet operazzjonali jenħtieġ li jippermettu lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jikkoordinaw l-input tagħhom fil-kulleġġ superviżorju stabbilit skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) li qegħdin ikopri l-operat ta’ kuljum tas-CCP. Barra minn hekk, dawk id-dispożizzjonijiet operazzjonali jenħtieġ li jiffaċilitaw il-kompitu tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni li jorganizzaw l-analiżi, il-kunsiderazzjoni u l-evalwazzjoni tal-input li jirċievu mill-kulleġġ superviżorju. Għalhekk, jenħtieġ li l-arranġamenti u l-proċeduri bil-miktub jinkludu proċess ta’ komunikazzjoni bejn il-kulleġġ superviżorju u l-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni. |
|
(5) |
Sabiex tiġi żgurata r-robustezza tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni, l-effiċjenza tal-proċessi interni tiegħu, u l-koordinazzjoni effiċjenti mal-kulleġġ superviżorju, il-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jibbaża fuq sett ta’ regoli operazzjonali li jirregolaw il-funzjonament tal-laqgħat tal-kulleġġ, l-iskambju ta’ informazzjoni fil-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni u l-arranġamenti ta’ komunikazzjoni. |
|
(6) |
Sabiex jiġi żgurat li l-proċeduri operazzjonali jkunu effettivi sabiex tiġi indirizzata emerġenza, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP jenħtieġ li twettaq testijiet xierqa sabiex il-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni jkun lest jaġixxi u jwieġeb f’tali xenarju. |
|
(7) |
Huwa meħtieġ ippjanar f’waqtu u realistiku għall-proċessi ta’ deċiżjonijiet konġunti kollha sabiex jiġi żgurat teħid ta’ deċiżjonijiet bla xkiel u effiċjenti. Kull awtorità involuta f’dawk il-proċessi jenħtieġ li tipprovdi lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP il-kontribut tagħha fir-rigward tad-deċiżjoni konġunta rispettiva b’mod f’waqtu u effiċjenti u f’konformità mal-iskedi ta’ żmien miftiehma għad-deċiżjoni konġunta rispettiva. |
|
(8) |
Hemm bżonn li jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet konġunti jittieħdu b’mod veloċi u fil-ħin. Dan huwa ta’ importanza partikolari għal deċiżjonijiet dwar ir-riżoluzzjoni iżda huwa rilevanti wkoll għall-ippjanar tar-riżoluzzjoni u l-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà. Fl-istess ħin, jenħtieġ li l-awtoritajiet involuti fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet konġunti jingħataw biżżejjed żmien sabiex jesprimu l-fehmiet tagħhom. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-istadji sabiex tintlaħaq kwalunkwe deċiżjoni konġunta, filwaqt li jiġi rikonoxxut li wħud minn dawn l-istadji jistgħu jitwettqu b’mod parallel u oħrajn b’mod sekwenzjali. |
|
(9) |
Sabiex tiġi żgurata l-komparabbiltà tal-proċessi u l-eżiti, u għalhekk tinkiseb konverġenza fost il-kulleġġi ta’ riżoluzzjoni differenti, hemm bżonn li jiġu stabbiliti regoli uniformi dwar il-proċess u d-dokumentazzjoni meħtieġa għat-teħid ta’ deċiżjonijiet konġunti fi ħdan il-kulleġġi ta’ riżoluzzjoni. |
|
(10) |
Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit il-qafas proċedurali għall-awtorità ta’ riżoluzzjoni, għall-awtoritajiet li huma membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni u, fejn xieraq, għall-awtoritajiet kompetenti ta’ partijiet terzi u għall-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni sabiex jistinkaw għal ippjanar ta’ riżoluzzjoni effiċjenti u fattibbli anke fin-nuqqas ta’ deċiżjonijiet konġunti. |
|
(11) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomess lill-Kummissjoni mill-ESMA. |
|
(12) |
L-ESMA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li dan ir-Regolament huwa bbażat fuqhom, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Konċernati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU 1
ORGANIZZAZZJONI OPERAZZJONALI TAL-KULLEĠĠI TA’ RIŻOLUZZJONI
Artikolu 1
Identifikazzjoni tal-membri u l-osservaturi potenzjali tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni
1. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha tidentifika l-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 2021/23 u għandha tidentifika l-osservaturi potenzjali msemmija fl-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) 2021/23 f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament.
2. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha tikkomunika l-lista ta’ membri u osservaturi potenzjali u kwalunkwe bidla sussegwenti fiha lill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni.
3. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha tirrieżamina u taġġorna l-lista ta’ membri u ta’ osservaturi potenzjali mill-anqas darba fis-sena u fi kwalunkwe każ kull meta ssir kwalunkwe bidla f’dik il-lista.
Artikolu 2
Awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi bħala osservaturi fil-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni
1. Malli jirċievu talba rilevanti sabiex jipparteċipaw fil-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni mill-awtorità kompetenti jew mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni ta’ membri tal-ikklerjar stabbiliti f’pajjiżi terzi jew mill-awtorità kompetenti jew mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni ta’ CCPs ta’ pajjiżi terzi li magħhom is-CCP tkun stabbiliet arranġamenti ta’ interoperabbiltà kif imsemmi fl-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) 2021/23, jew meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP ikollha l-intenzjoni li tistedinhom jipparteċipaw fil-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha tikkomunika t-talba jew l-intenzjoni li tistedinhom lill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni.
2. Il-komunikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn dawn kollha li ġejjin:
|
(a) |
l-opinjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP, filwaqt li jitqiesu wkoll il-paragrafu 2, il-punti (b) u (c), dwar l-ekwivalenza tar-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità applikabbli għall-osservatur potenzjali; |
|
(b) |
it-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-osservaturi fil-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni msemmi fl-Artikolu 5(2), il-punt (f) ta’ dan ir-Regolament; |
|
(c) |
l-opinjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP dwar is-sinifikat tal-esponiment tal-membri tal-ikklerjar rilevanti ta’ pajjiżi terzi jew CCPs interoperabbli; |
|
(d) |
l-istabbiliment ta’ skadenza għall-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni sabiex jieħu deċiżjoni dwar it-talba jew l-intenzjoni li jistedinhom sabiex jipparteċipaw fil-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni, li mal-iskadenza ta’ dan għandu jiġi preżunt il-kunsens tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni. Sal-iskadenza stabbilita f’dan il-paragrafu, il-punt (d), kwalunkwe awtorità li ma taqbilx imsemmija fl-Artikolu 4(2), il-punti (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2021/23 tista’ tesprimi l-oġġezzjoni motivata bis-sħiħ tagħha għall-opinjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP imsemmija fil-punt (a). Meta tiġi espressa oġġezzjoni, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha tikkunsidraha qabel ma tieħu d-deċiżjoni finali tagħha. Id-deċiżjoni finali tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP dwar it-talba jew l-intenzjoni li tistedinhom jipparteċipaw għandha tkun motivata bis-sħiħ u kkomunikata lill-membri kollha tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni u għandha, jekk ikun rilevanti, tirrifletti r-raġunijiet għaliex ma tqisux il-fehmiet diverġenti. |
3. Meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP tieħu d-deċiżjoni li tistieden awtorità ta’ pajjiż terz sabiex tipparteċipa fil-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni, kif previst fl-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) 2021/23, hija għandha tibgħat stedina lil osservaturi potenzjali. L-istedina għandha tkun akkumpanjata mit-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-osservaturi fil-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni msemmi fl-Artikolu 5(2), il-punt (f) ta’ dan ir-Regolament. L-osservatur potenzjali li jirċievi l-istedina għandu jitqies bħala osservatur mal-aċċettazzjoni tal-istedina, li għandha titqies bħala aċċettazzjoni tat-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-osservaturi msemmija fl-Artikolu 5(2), il-punt (f).
4. Wara l-aċċettazzjoni tal-istedina, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha tibgħat verżjoni aġġornata tal-lista msemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament lill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni.
Artikolu 3
Komunikazzjoni mas-CCP
1. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha tiżgura interazzjoni regolari mas-CCP sabiex ittejjeb il-funzjonament effiċjenti u effettiv tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni.
2. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha tikkomunika lis-CCP l-istabbiliment tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni u lista tal-membri u l-osservaturi tiegħu, jekk ikun hemm, kif ukoll kwalunkwe bidla f’dik il-lista.
Artikolu 4
Stabbiliment u aġġornament tal-listi ta’ kuntatt
1. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha żżomm u taqsam mal-membri u l-osservaturi tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni d-dettalji ta’ kuntatt tal-persuni maħtura minn kull membru sabiex iwettqu l-kompiti tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni kif ukoll id-dettalji ta’ kuntatt tal-persuni maħtura mill-osservaturi.
Id-dettalji ta’ kuntatt imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jinkludu wkoll dettalji ta’ kuntatt barra s-sigħat normali għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza.
2. Il-membri u l-osservaturi kollha tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni għandhom jiżguraw li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP tirċievi d-dettalji ta’ kuntatt kollha tal-persuni ta’ kuntatt rilevanti u tiġi informata, mingħajr dewmien żejjed, dwar il-bidliet rilevanti kollha.
Artikolu 5
Kontenut tal-arranġamenti u l-proċeduri bil-miktub għall-funzjonament tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni
1. L-arranġamenti u l-proċeduri bil-miktub imsemmija fil-Artikolu 4(5), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2021/23 għandhom jinkludu mill-anqas l-identifikazzjoni tal-membri u tal-osservaturi tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni skont l-Artikoli 1 u 2 ta’ dan ir-Regolament u għandhom jistabbilixxu qafas għall-kooperazzjoni bejn il-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni u għall-koordinazzjoni tal-attivitajiet u tal-kompiti tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni.
2. Il-qafas għall-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni għandu jinkludi dawn kollha li ġejjin:
|
(a) |
ir-regoli dwar il-governanza tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni, il-lingwa ta’ ħidma u l-proċeduri ta’ votazzjoni tiegħu; |
|
(b) |
il-kompiti u d-deċiżjonijiet li għandhom jitwettqu mill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni, inkluż id-dritt tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni li jifforma kumitati u l-proċeduri sabiex jinkiseb ftehim dwar il-formazzjoni ta’ tali kumitati u d-delega ta’ kompiti lilhom, flimkien ma’ kwalunkwe kundizzjoni applikabbli; |
|
(c) |
ir-responsabbiltajiet tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP bħala l-President tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni msemmi fl-Artikolu 4(5) tar-Regolament (UE) 2021/23 u fir-rigward tal-kompiti u d-deċiżjonijiet imsemmija fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu; |
|
(d) |
l-istruttura tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni, b’mod partikolari kwalunkwe kumitat ifformat skont il-punt (b) u l-identifikazzjoni tal-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni li jipparteċipaw f’tali kumitati u osservaturi ammessi għal tali kumitati; |
|
(e) |
it-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni, inkluż l-involviment tagħhom fil-kompiti u fid-deċiżjonijiet identifikati fil-punt (b); |
|
(f) |
it-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-osservaturi fil-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni, inkluż l-involviment tagħhom fid-djalogi u fl-attivitajiet tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni, kif ukoll id-drittijiet u l-obbligi tagħhom fir-rigward tal-iskambju ta’ informazzjoni, filwaqt li jitqiesu l-Artikoli 4, 8 u 80 tar-Regolament (UE) 2021/23. Għal dan il-għan, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha tiżgura li t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-osservaturi ma jkunux aktar favorevoli mit-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti għall-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni; |
|
(g) |
arranġamenti ta’ komunikazzjoni, kooperazzjoni u koordinazzjoni ta’ kuljum kif ukoll f’sitwazzjoni ta’ emerġenza, bħal aġġornamenti regolari dwar l-istruttura korporattiva u l-attivitajiet kummerċjali tas-CCP, inkluż it-tip ta’ servizzi li tipprovdi, il-prodotti, il-klassijiet tal-assi u t-tipi ta’ tranżazzjonijiet li tikklerja, is-CCPs, iċ-ċentri tan-negozjar, is-sistemi ta’ pagament u d-depożitorji ċentrali tat-titoli u sistemi ta’ saldu tat-titoli li hija marbuta magħhom u t-taħlita ġeografika ta’ parteċipanti diretti u indiretti sinifikanti magħrufa mis-CCP; |
|
(h) |
il-proċeduri għall-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet konġunti sa fejn dan ma jkunx kopert mir-Regolament (UE) 2021/23 u proċeduri sabiex jintlaħaq fehim komuni meta ma tkunx meħtieġa deċiżjoni konġunta iżda tali fehim komuni fil-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni, jew fi ħdan kwalunkwe wieħed mill-kumitati tagħha, ikun jidher li huwa meħtieġ għall-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP; |
|
(i) |
arranġamenti għall-iskambju ta’ informazzjoni kunfidenzjali u mhux kunfidenzjali kif stabbilit fl-Artikolu 8, inkluż l-ambitu u l-frekwenza rilevanti ta’ tali skambju u l-kanali ta’ komunikazzjoni li għandhom jintużaw, filwaqt li jitqiesu l-Artikoli 8, 73 u 80 tar-Regolament (UE) 2021/23 u għar-rwol tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP bħala l-koordinatur għall-ġbir u t-tixrid tal-informazzjoni fost il-membri u l-osservaturi tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni, fejn applikabbli; |
|
(j) |
deskrizzjoni tal-informazzjoni rilevanti li għandha tiġi kondiviża mal-membri u l-osservaturi tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni b’mod partikolari b’rabta mal-ippjanar tar-riżoluzzjoni, il-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà u kompiti oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2021/23, anke fir-rigward tal-Artikoli 8, 73 u 80 ta’ dak ir-Regolament u r-rwol tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP; |
|
(k) |
arranġamenti għat-trattament ta’ informazzjoni kunfidenzjali filwaqt li jitqiesu l-Artikoli 8, 73 u 80 tar-Regolament (UE) 2021/23; |
|
(l) |
il-proċeduri għat-tlaqqigħ u ż-żamma ta’ laqgħat regolari u ad hoc imsemmija fl-Artikolu 7; |
|
(m) |
arranġamenti relatati mal-interazzjoni bejn il-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni u l-kulleġġ superviżorju msemmi fl-Artikolu 2, il-punt (24), tar-Regolament (UE) 2021/23, inkluża l-koordinazzjoni tal-inputs mill-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni u l-komunikazzjoni ta’ tali input lil dak il-kulleġġ superviżorju fejn meħtieġ għall-finijiet tal-eżerċitar tal-kompiti tagħhom skont dak ir-Regolament; |
|
(n) |
il-proċeduri fir-rigward tal-politika ta’ komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament; |
|
(o) |
kwalunkwe ftehim ieħor li jikkonċerna l-funzjonament tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni; |
|
(p) |
kwalunkwe dispożizzjoni li tkopri l-arranġamenti għall-emendar u għall-waqfien. |
Artikolu 6
Stabbiliment u aġġornament tal-arranġamenti u l-proċeduri bil-miktub għall-funzjonament tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni
1. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha tħejji l-proposta tagħha għall-arranġamenti u l-proċeduri bil-miktub għall-funzjonament tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament.
2. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha tikkomunika l-proposta tagħha lill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni għall-konsultazzjoni, filwaqt li tistieden lill-membri jipprovdu l-opinjoni tagħhom u tindika l-iskadenza għas-sottomissjoni ta’ tali opinjonijiet.
3. Meta l-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni msemmi fil-paragrafu 2 ma jippreżentaw l-ebda opinjoni sal-iskadenza, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha tipproċedi bl-adozzjoni tal-arranġamenti u l-proċeduri bil-miktub mill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni.
Meta l-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni jissottomettu opinjonijiet rigward il-proposta għall-arranġamenti u l-proċeduri bil-miktub skont il-paragrafu 2, huma għandhom jissottomettu dawk l-opinjonijiet, flimkien ma’ spjegazzjoni bir-reqqa tal-kummenti u s-suġġerimenti pprovduti lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP sal-iskadenza.
4. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha tikkunsidra l-opinjonijiet tal-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni u tagħti raġuni għad-deċiżjoni tagħha meta ma tqisx dawk l-opinjonijiet; u għandha tipproċedi bl-adozzjoni tal-arranġamenti u l-proċeduri bil-miktub.
5. Malli tlestihom, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha tikkomunika l-arranġamenti u l-proċeduri bil-miktub għall-funzjonament tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni lill-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni.
6. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha tirrieżamina u taġġorna l-arranġamenti u l-proċeduri bil-miktub għall-funzjonament tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni mill-anqas darba fis-sena u wara kwalunkwe bidla sostantiva fil-kompożizzjoni tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni.
7. Filwaqt li taġġorna l-arranġamenti u l-proċeduri bil-miktub għall-funzjonament tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP u l-membri l-oħrajn tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni għandhom isegwu l-proċedura stabbilita fil-paragrafi 1 sa 6.
8. Il-membri u l-osservaturi kollha tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni għandhom ikunu marbuta bl-arranġamenti u l-proċeduri bil-miktub adottati f’konformità ma’ dan l-Artikolu.
Artikolu 7
Laqgħat tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni u attivitajiet oħrajn
1. Il-kulleġġi ta’ riżoluzzjoni għandhom jorganizzaw laqgħa mill-anqas darba fis-sena. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP, bil-kunsens tal-membri kollha tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni, filwaqt li tqis l-ispeċifiċitajiet tas-CCP, tista’ tiddetermina frekwenza ogħla tal-laqgħat tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni filwaqt li tqis id-daqs, in-natura, l-iskala u l-kumplessità tas-CCP, l-implikazzjonijiet sistemiċi tas-CCP bejn il-ġuriżdizzjonijiet u l-muniti, l-impatt potenzjali tal-attivitajiet tas-CCP, iċ-ċirkostanzi esterni u t-talbiet potenzjali mill-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni.
2. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha torganizza laqgħat ad hoc, jew forom oħrajn ta’ attivitajiet bejn il-membri u l-osservaturi tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni, b’mod partikolari meta jkun meħtieġ djalogu bejn il-membri u l-osservaturi tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni.
3. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha tħejji l-aġenda u l-objettivi tal-laqgħat ippjanati u attivitajiet oħrajn. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha tikkomunika l-abbozz tal-aġenda lill-membri u lill-osservaturi tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni għal konsultazzjoni qabel il-laqgħa, tistedinhom jikkontribwixxi għaliha, u żżid punti fi skeda ta’ żmien indikata.
4. Il-membri u l-osservaturi kollha tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni għandhom jiżguraw li r-rappreżentanti xierqa mill-istituzzjonijiet rispettivi tagħhom, fid-dawl tal-objettivi tal-laqgħa u attivitajiet oħrajn tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni, jipparteċipaw fil-laqgħat tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni u f’attivitajiet oħrajn. Dawk il-membri u l-osservaturi għandhom jiżguraw ukoll li dawk ir-rappreżentanti jingħataw is-setgħa li jinvolvu, sa fejn ikun possibbli, lill-awtoritajiet tagħhom għal deċiżjonijiet meħuda f’dawk il-laqgħat jew attivitajiet oħrajn.
5. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha tiżgura li d-dokumenti rilevanti jiġu ċċirkolati mill-anqas 5 ijiem tax-xogħol qabel laqgħa jew attività partikolari tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni, jew fi kwalunkwe perjodu ta’ żmien ieħor miftiehem mill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni. L-eżiti u d-deċiżjonijiet tal-laqgħat tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni jew ta’ attivitajiet oħrajn għandhom jiġu ddokumentati bil-miktub u l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha tiżgura li jiġu kkomunikati lill-membri u lill-osservaturi tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni, sa fejn ikun rilevanti għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-laqgħa, fi żmien 15-il jum tax-xogħol wara l-laqgħa jew l-attività, jew fi kwalunkwe perjodu ta’ żmien ieħor miftiehem mill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni.
L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha mill-anqas tiżgura li:
|
(a) |
il-laqgħat annwali tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni jiddeċiedu dwar il-pjan ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għaċ-ċiklu ta’ riżoluzzjoni preċedenti u jiddiskutu l-progress li sar lejn ir-riżolvibbiltà tas-CCP; |
|
(b) |
il-laqgħat jew l-attivitajiet tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni jibqgħu effettivi, filwaqt li jiġi żgurat li l-membri u l-osservaturi kollha tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni jkunu informati bis-sħiħ dwar l-attivitajiet tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni li jkunu rilevanti għalihom; |
|
(c) |
l-attivitajiet tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni jiġu rieżaminati regolarment u tittieħed azzjoni ta’ rimedju jekk il-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni ma jkunx qiegħed jopera b’mod effettiv. |
6. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha taġixxi bħala punt ta’ kuntatt ċentrali għal kwalunkwe kwistjoni relatata mal-organizzazzjoni prattika tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni.
Artikolu 8
Skambju ta’ informazzjoni
1. Soġġetti għall-Artikoli 8, 73 u 80 tar-Regolament (UE) 2021/23, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP u l-membri u l-osservaturi tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni għandhom jiżguraw li jiskambjaw l-informazzjoni essenzjali kollha li jirċievu minn kwalunkwe sors u li tkun rilevanti għall-attivitajiet tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni.
2. L-informazzjoni essenzjali msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun xierqa u akkurata, u kondiviża fil-ħin.
3. Soġġetti għall-Artikoli 8, 73 u 80 tar-Regolament (UE) 2021/23, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP u l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 2, il-punt (7), tar-Regolament (UE) 2021/23 għandhom jiskambjaw l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex jiġi żgurat li ż-żewġ kulleġġi jissodisfaw ir-rwol tagħhom kif stabbilit fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2021/23.
4. Meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP tirċievi informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, hija għandha tibgħatha lill-membri u lill-osservaturi tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni, soġġetti għall-Artikoli 8, 73 u 80 tar-Regolament (UE) 2021/23.
5. Meta l-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni jkun organizzat f’kumitati differenti, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha żżomm lill-membri u lill-osservaturi kollha tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni informati bis-sħiħ, fil-ħin, dwar l-azzjonijiet meħuda, jew il-miżuri mwettqa, f’dawk il-kumitati.
6. Sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor, il-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni jista’ juża kwalunkwe mezz ta’ komunikazzjoni mal-membri u mal-osservaturi tiegħu sabiex jiskambjaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2. L-informazzjoni kunfidenzjali u sensittiva għandha tiġi kkomunikata permezz ta’ mezzi siguri kemm jista’ jkun. Fir-rigward ta’ informazzjoni disponibbli pubblikament, ikun biżżejjed li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP tipprovdi r-referenza għal tali informazzjoni.
7. Meta jkun hemm sit web sigur tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni, l-użu ta’ dan is-sit web għandu jkun il-mezz ta’ komunikazzjoni ewlieni.
8. Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa s-setgħat ta’ ġbir ta’ informazzjoni tal-awtorità kompetenti tas-CCP jew tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP.
Artikolu 9
Politika dwar il-komunikazzjoni
L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha tkun l-awtorità responsabbli għall-komunikazzjoni mas-CCP, u mal-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 2, il-punt (7), tar-Regolament (UE) 2021/23, meta din tal-aħħar tkun differenti mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP.
Artikolu 10
Komunikazzjoni esterna
Sa fejn ikun prattikabbli, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha tinforma lill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni mill-anqas dwar dan li ġej:
|
(a) |
il-koordinazzjoni tal-komunikazzjoni esterna u tad-dikjarazzjonijiet pubbliċi matul sitwazzjoni ta’ tħassib li tkun għaddejja, f’sitwazzjoni li fiha s-CCP titqies li qiegħda tfalli jew probabbli li tfalli skont l-Artikolu 22, il-paragrafu 3, tar-Regolament (UE) 2021/23; |
|
(b) |
il-livell ta’ informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata. |
Artikolu 11
Sitwazzjonijiet ta’ emerġenza
1. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha tistabbilixxi u regolarment, mill-anqas darba fis-sena, il-proċeduri operazzjonali tal-ittestjar għall-funzjonament tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, b’mod partikolari dawk sistemiċi li jistgħu joħolqu theddid għall-vijabbiltà tas-CCP.
2. Il-proċeduri operazzjonali msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom ikopru tal-anqas l-elementi li ġejjin:
|
(a) |
il-mezzi siguri ta’ komunikazzjoni li għandhom jintużaw; |
|
(b) |
is-sett ta’ informazzjoni li għandha tiġi skambjata; |
|
(c) |
il-persuni rilevanti li għandhom jiġu kkuntattjati; |
|
(d) |
il-proċeduri ta’ komunikazzjoni li għandhom jiġu segwiti mill-membri u mill-osservaturi rilevanti tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni. |
KAPITOLU 2
IPPJANAR TAR-RIŻOLUZZJONI U DEĊIŻJONIJIET KONĠUNTI TAR-RIŻOLVIBBILTÀ
TAQSIMA 1
Proċess ta’ deċiżjonijiet konġunti dwar il-pjan ta’ riżoluzzjoni u l-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà
Artikolu 12
Ippjanar tal-istadji tal-proċess ta’ deċiżjonijiet konġunti dwar il-pjan ta’ riżoluzzjoni u l-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà
1. Qabel il-bidu tal-proċess ta’ deċiżjonijiet konġunti dwar il-pjan ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) 2021/23, il-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni għandhom jaqblu dwar skeda ta’ żmien tal-istadji li għandhom jiġu segwiti f’dak il-proċess (“skeda ta’ żmien tad-deċiżjonijiet konġunti għal pjan ta’ riżoluzzjoni”).
F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil dwar l-iskeda ta’ żmien tad-deċiżjonijiet konġunti għal pjan ta’ riżoluzzjoni, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha tistabbilixxi dik l-iskeda ta’ żmien wara li tikkunsidra l-fehmiet u r-riżervi espressi mill-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni.
2. L-iskeda ta’ żmien tad-deċiżjonijiet konġunti għal pjan ta’ riżoluzzjoni għandha tiġi aġġornata mill-anqas darba fis-sena mill-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni u għandha tinkludi l-istadji kollha li ġejjin, li għandhom jiġu implimentati f’sekwenza li tiġi miftiehma mill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni jew stabbilita mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP kif stabbilit fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu:
|
(a) |
djalogu preliminari fil-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni dwar l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni tas-CCP, bi tħejjija għad-deċiżjoni konġunta dwar il-pjan ta’ riżoluzzjoni u l-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà; |
|
(b) |
is-CCP tintalab tagħti l-informazzjoni meħtieġa għat-tfassil tal-pjan ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2021/23 u t-twettiq tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà f’konformità mal-Artikolu 15 ta’ dak ir-Regolament; |
|
(c) |
is-sottomissjoni mis-CCP tal-informazzjoni mitluba fil-punt (b) direttament lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP; |
|
(d) |
it-trażmissjoni tal-informazzjoni li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP tirċievi mis-CCP lill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni u indikazzjoni ta’ skadenza għal kwalunkwe talba għal informazzjoni addizzjonali; |
|
(e) |
is-sottomissjoni ta’ kontributi għall-iżvilupp tal-pjan ta’ riżoluzzjoni u l-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà mill-membri u l-osservaturi tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP; |
|
(f) |
is-sottomissjoni tal-abbozz tal-pjan ta’ riżoluzzjoni u tal-abbozz tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP lill-membri u lill-osservaturi tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni; |
|
(g) |
is-sottomissjoni tal-kummenti possibbli dwar l-abbozz tal-pjan ta’ riżoluzzjoni u dwar l-abbozz tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà mill-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP; |
|
(h) |
diskussjoni mas-CCP dwar l-abbozz tal-pjan ta’ riżoluzzjoni u l-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà, fejn jitqies xieraq mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP; |
|
(i) |
djalogu fil-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni dwar l-abbozz tal-pjan ta’ riżoluzzjoni u l-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà; |
|
(j) |
iċ-ċirkolazzjoni tal-abbozz ta’ deċiżjoni konġunta dwar il-pjan ta’ riżoluzzjoni mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP lill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni; |
|
(k) |
djalogu dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni konġunta dwar il-pjan ta’ riżoluzzjoni u dwar il-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà fejn jitqies meħtieġ mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP; |
|
(l) |
tintlaħaq deċiżjoni konġunta dwar il-pjan ta’ riżoluzzjoni u dwar il-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà; |
|
(m) |
il-komunikazzjoni tal-konklużjoni tad-deċiżjoni konġunta lis-CCP flimkien ma’ sommarju tal-elementi ewlenin tal-pjan ta’ riżoluzzjoni. |
3. L-iskeda ta’ żmien tad-deċiżjonijiet konġunti għal pjan ta’ riżoluzzjoni għandha:
|
(a) |
tirrifletti l-ambitu u l-kumplessità ta’ kull stadju tal-proċess tad-deċiżjonijiet konġunti; |
|
(b) |
tqis l-iskeda ta’ żmien ta’ deċiżjonijiet konġunti oħrajn li għandhom jittieħdu mill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni; |
|
(c) |
tqis, kemm jista’ jkun, l-iskeda ta’ żmien ta’ deċiżjonijiet konġunti oħrajn li għandhom jittieħdu mill-kulleġġ superviżorju rilevanti, b’mod partikolari l-iskeda ta’ żmien tad-deċiżjoni konġunta dwar ir-rieżami u l-valutazzjoni tal-pjan ta’ rkupru f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2021/23. |
Artikolu 13
Elementi ta’ skeda ta’ żmien ta’ deċiżjonijiet konġunti għal pjan ta’ riżoluzzjoni
1. Meta jkunu qegħdin jabbozzaw l-iskeda ta’ żmien tad-deċiżjonijiet konġunti għal pjan ta’ riżoluzzjoni, l-awtoritajiet involuti, jew l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP meta taġixxi waħedha, għandhom iqisu l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) 2021/23 dwar il-ħtieġa ta’ valutazzjoni simultanja tar-riżolvibbiltà u s-sospensjoni tal-proċess sabiex jiġu indirizzati l-impedimenti materjali u għandhom jiżguraw li l-iskadenzi rilevanti previsti fl-iskeda ta’ żmien tad-deċiżjonijiet konġunti għal pjan ta’ riżoluzzjoni jiġu aġġustati kif xieraq.
2. Meta tkun qiegħda tabbozza l-iskeda ta’ żmien tad-deċiżjonijiet konġunti għal pjan ta’ riżoluzzjoni, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha tqis it-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-osservaturi kif stabbiliti fl-arranġamenti u l-proċeduri bil-miktub tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 4(4) u fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2021/23.
3. L-aspetti li ġejjin tal-iskeda ta’ żmien tad-deċiżjonijiet konġunti għal pjan ta’ riżoluzzjoni għandhom jiġu kkomunikati mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP lis-CCP:
|
(a) |
data mistennija meta x’aktarx li ssir it-talba tal-informazzjoni meħtieġa għat-tfassil tal-pjan ta’ riżoluzzjoni tal-grupp u li fiha x’aktarx titwettaq il-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà f’konformità mal-Artikolu 12(2), il-punt (b) ta’ dan ir-Regolament, u l-iskadenza għas-sottomissjoni ta’ dik l-informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 12(2), il-punt (c) ta’ dan ir-Regolament; |
|
(b) |
data mistennija għall-organizzazzjoni tad-diskussjoni msemmija fl-Artikolu 12(2), il-punt (h) ta’ dan ir-Regolament, fejn rilevanti; |
|
(c) |
data mistennija għall-komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(2), il-punt (m) ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 14
Djalogu preliminari dwar l-istrateġija tar-riżoluzzjoni
L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha torganizza djalogu preliminari mal-membri u l-osservaturi tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni rilevanti sabiex twettaq dan kollu li ġej:
|
(a) |
diskussjoni ta’ proposta preliminari fuq l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni għas-CCP; |
|
(b) |
il-verifika ta’ jekk hemmx partijiet mill-informazzjoni meħtieġa għall-iżvilupp tal-pjan ta’ riżoluzzjoni u l-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà li diġà huma disponibbli għal kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti, u l-kondiviżjoni ta’ din l-informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2021/23; |
|
(c) |
l-istabbiliment tal-informazzjoni addizzjonali li għandha tintalab mingħand is-CCP; |
|
(d) |
il-qbil dwar kwalunkwe kontribut meħtieġ mill-awtoritajiet rilevanti, kemm jekk awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni kif ukoll jekk le, mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għall-iżvilupp tal-pjan ta’ riżoluzzjoni u t-twettiq tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà. |
Artikolu 15
Informazzjoni mis-CCP
1. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha titlob lis-CCP l-informazzjoni kollha meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2021/23, filwaqt li tqis l-eżitu tad-djalogu previst fl-Artikolu 14 ta’ dan ir-Regolament.
2. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha tikkomunika b’mod ċar lis-CCP l-iskadenza għall-għoti ta’ tali informazzjoni.
3. Is-CCP għandha tipprovdi l-informazzjoni mitluba lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP fil-ħin, iżda mhux aktar tard mill-iskadenza stabbilita skont il-paragrafu 2.
Artikolu 16
Trażmissjoni ta’ informazzjoni mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni
1. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha, mingħajr dewmien żejjed, tibgħat l-informazzjoni riċevuta f’konformità mal-Artikolu 15, u soġġetta għall-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament, lill-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni u għandha tistedinhom jipprovdu kummenti dwar jekk hijiex meħtieġa informazzjoni addizzjonali f’perjodu ta’ żmien speċifiku.
2. Kwalunkwe membru tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni li jirċievi informazzjoni jista’ jitlob informazzjoni addizzjonali mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP fil-perjodu ta’ żmien speċifikat skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, meta l-awtorità riċeventi tqis li l-informazzjoni addizzjonali hija rilevanti għall-iżvilupp u ż-żamma tal-pjan ta’ riżoluzzjoni tas-CCP jew għat-twettiq tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà. F’dan il-każ, id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw kif xieraq.
3. It-trażmissjoni ta’ informazzjoni mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP lill-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni msemmijin fil-paragrafu 2 ma għandhiex titqies li tkun saret għalkollox qabel it-trażmissjoni proprja tal-informazzjoni inizjali kif ukoll ta’ dik sussegwenti.
4. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP, filwaqt li tqis il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, għandha tikkomunika lill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni d-data tal-bidu tal-perjodu ta’ erba’ xhur sabiex tintlaħaq id-deċiżjoni konġunta dwar il-pjan ta’ riżoluzzjoni u l-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà f’konformità mal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) 2021/23.
5. Il-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni għandhom jiskambjaw informazzjoni addizzjonali meħtieġa sabiex jiffaċilitaw it-tfassil tal-pjan ta’ riżoluzzjoni u t-twettiq tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà, soġġetti għar-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità stabbiliti fl-Artikoli 8, 73 u 80 tar-Regolament (UE) 2021/23.
Artikolu 17
Żvilupp u ċirkolazzjoni tal-abbozz tal-pjan ta’ riżoluzzjoni u tal-abbozz tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà
1. Il-membri u l-osservaturi kollha tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni għandhom jipprovdu lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP il-kontributi tagħhom għall-pjan ta’ riżoluzzjoni tas-CCP u l-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà fil-ħin u fi kwalunkwe każ sal-iskadenza stabbilita fl-iskeda ta’ żmien tad-deċiżjonijiet konġunti għal pjan ta’ riżoluzzjoni skont l-Artikolu 12(2), il-punt (e) ta’ dan ir-Regolament.
2. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha tiżviluppa l-abbozz tal-pjan ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2021/23, filwaqt li tqis kwalunkwe kontribut sottomess mill-membri u l-osservaturi tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni rilevanti.
3. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha tiċċirkola l-kontributi msemmija fil-paragrafu 1, l-abbozz tal-pjan ta’ riżoluzzjoni u l-abbozz tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà lill-membri u lill-osservaturi tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni fil-ħin, madankollu mhux aktar tard mill-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 12(2), il-punt (j) ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 18
Diskussjoni mas-CCP
Meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP torganizza diskussjoni mas-CCP dwar l-elementi ewlenin tal-abbozz tal-pjan ta’ riżoluzzjoni, abbażi tal-opinjoni riċevuta mis-CCP f’konformità mal-Artikolu 12(8) tar-Regolament (UE) 2021/23, u l-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà mas-CCP skont l-Artikolu 12(2), il-punt (h), ta’ dan ir-Regolament, hija għandha tagħmel dan fil-ħin u fi kwalunkwe każ sal-iskadenzi stabbiliti fil-istadju rilevanti tal-iskeda ta’ żmien tad-deċiżjonijiet konġunti għal pjan ta’ riżoluzzjoni. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha tikkomunika lill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni kwalunkwe osservazzjoni sottomessa mis-CCP rigward l-elementi ewlenin tal-pjan ta’ riżoluzzjoni, inkluża l-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà, matul din il-konsultazzjoni.
Artikolu 19
Djalogu dwar l-abbozz tal-pjan ta’ riżoluzzjoni u l-abbozz tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà
1. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha torganizza djalogu dwar l-abbozz tal-pjan ta’ riżoluzzjoni u l-abbozz tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà mal-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni fil-ħin skont l-Artikolu 12(2), il-punt (i) ta’ dan ir-Regolament, madankollu mhux aktar tard mill-iskadenzi stabbiliti fl-iskeda ta’ żmien tad-deċiżjonijiet konġunti għal pjan ta’ riżoluzzjoni.
Meta s-CCP tkun parti minn grupp korporattiv li jkun fih CCP(s) oħrajn, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandhom jorganizzaw bejniethom diskussjoni dwar l-abbozz tal-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni u l-abbozzi tal-valutazzjonijiet tar-riżolvibbiltà.
2. Fuq il-bażi tad-djalogu msemmi fil-paragrafu 1, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha tiffinalizza l-pjan ta’ riżoluzzjoni korrispondenti tas-CCP u t-twettiq tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà.
3. Meta jinstabu impedimenti materjali għar-riżolvibbiltà, għandu japplika l-Artikolu 24(1) ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 20
Abbozzar tad-deċiżjoni konġunta dwar il-pjan ta’ riżoluzzjoni u l-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà
L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha tħejji abbozz ta’ deċiżjoni konġunta dwar il-pjan ta’ riżoluzzjoni u l-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà tas-CCP. L-abbozz ta’ deċiżjoni konġunta jistabbilixxi dawn kollha li ġejjin:
|
(a) |
l-ismijiet tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP u tal-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni li jilħqu d-deċiżjoni konġunta dwar il-pjan ta’ riżoluzzjoni u l-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà tas-CCP; |
|
(b) |
l-ismijiet tal-osservaturi meta dawk l-osservaturi kienu involuti f’konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-osservaturi kif stabbilit fl-arranġamenti u l-proċeduri bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament; |
|
(c) |
sommarju tal-fehmiet li esprimew l-awtoritajiet ikkonsultati fil-proċess ta’ deċiżjoni konġunta dwar il-pjan ta’ riżoluzzjoni u l-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà; |
|
(d) |
ir-referenzi għal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali applikabbli relatati mat-tħejjija, l-iffinalizzar u l-applikazzjoni tad-deċiżjoni konġunta dwar il-pjan ta’ riżoluzzjoni u l-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà; |
|
(e) |
id-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni konġunta dwar il-pjan ta’ riżoluzzjoni u l-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà, u ta’ kwalunkwe aġġornament rilevanti tagħha; |
|
(f) |
il-pjan ta’ riżoluzzjoni u l-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà, inkluża kwalunkwe miżura sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti materjali għar-riżolvibbiltà f’konformità mal-Artikoli 15 u 16 tar-Regolament (UE) 2021/23, li għalihom tittieħed id-deċiżjoni konġunta. Meta s-CCP tkun fil-proċess li timplimenta dawk il-miżuri, għandha tiġi pprovduta wkoll informazzjoni dwar l-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni tagħhom. |
Artikolu 21
Ilħuq ta’ deċiżjoni konġunta dwar il-pjan ta’ riżoluzzjoni u l-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà
1. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha tibgħat l-abbozz tad-deċiżjoni konġunta dwar il-pjan ta’ riżoluzzjoni u l-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà lill-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni mingħajr dewmien żejjed, filwaqt li tistabbilixxi skadenza għall-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni bid-dritt tal-vot sabiex jipprovdu l-ftehim bil-miktub tagħhom għal dik id-deċiżjoni konġunta, f’konformità mal-Artikolu 8(6) ta’ dan ir-Regolament.
2. Malli jirċievu l-abbozz tad-deċiżjoni konġunta, il-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni bid-dritt tal-vot li ma jaqblux għandhom jibagħtu l-ftehim bil-miktub tagħhom lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP sal-iskadenza stabbilita skont il-paragrafu 1.
3. Id-deċiżjoni konġunta finali għandha tikkonsisti fid-dokument tad-deċiżjoni konġunta abbozzat f’konformità mal-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament, il-ftehimiet bil-miktub imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, u l-ftehim tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP.
4. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha tikkomunika d-deċiżjoni konġunta dwar il-pjan ta’ riżoluzzjoni u l-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà lill-membri u lill-osservaturi tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni.
Artikolu 22
Komunikazzjoni ta’ deċiżjoni konġunta dwar il-pjan ta’ riżoluzzjoni u sommarju tiegħu lis-CCP
1. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha tikkomunika d-deċiżjoni konġunta dwar il-pjan ta’ riżoluzzjoni, u sommarju tal-elementi ewlenin tal-pjan ta’ riżoluzzjoni, inkluż tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà, lill-korp maniġerjali tas-CCP fil-ħin u fi kwalunkwe każ sal-iskadenza stabbilita fl-iskeda ta’ żmien tad-deċiżjoni konġunta għal pjan ta’ riżoluzzjoni.
2. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha tinforma lill-membri u lill-osservaturi tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni dwar dik il-komunikazzjoni.
3. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha tispjega l-elementi ewlenin tad-deċiżjoni konġunta dwar il-pjan ta’ riżoluzzjoni u l-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà lis-CCP.
Artikolu 23
Proċess fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta dwar il-pjan ta’ riżoluzzjoni u l-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà
Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta bejn il-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni fi żmien 4 xhur mid-data tat-trażmissjoni tal-abbozz tal-pjan ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) 2021/23, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha tieħu d-deċiżjoni dwar il-pjan ta’ riżoluzzjoni u l-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà, li għandha tiġi kkomunikata bil-miktub mingħajr dewmien żejjed lill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni permezz ta’ dokument li jkun fih l-entrati kollha li ġejjin:
|
(a) |
l-isem tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP; |
|
(b) |
l-isem tas-CCP; |
|
(c) |
ir-referenzi għal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali applikabbli relatati mat-tħejjija, l-iffinalizzar u l-applikazzjoni tad-deċiżjoni; |
|
(d) |
id-data tad-deċiżjoni; |
|
(e) |
il-pjan ta’ riżoluzzjoni u l-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà, inkluża kwalunkwe miżura sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti materjali għar-riżolvibbiltà f’konformità mal-Artikoli 15 u 16 tar-Regolament (UE) 2021/23, li għalihom tittieħed id-deċiżjoni. Meta s-CCP tkun fil-proċess li timplimenta dawk il-miżuri, għandha tiġi pprovduta wkoll l-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni tagħhom; |
|
(f) |
l-ismijiet tal-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni involuti fil-proċess ta’ deċiżjoni konġunta dwar il-pjan ta’ riżoluzzjoni u l-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà, flimkien ma’ sommarju tal-fehmiet espressi minn dawk il-membri u informazzjoni dwar il-kwistjonijiet li jwasslu għal nuqqas ta’ qbil; |
|
(g) |
kummenti tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP dwar il-fehmiet espressi mill-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni, b’mod partikolari dwar il-kwistjonijiet li jwasslu għal nuqqas ta’ qbil u l-possibbiltà għal kwalunkwe wieħed mill-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni bid-dritt tal-vot li jirreferi dawk il-kwistjonijiet lill-ESMA f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. |
TAQSIMA 2
Deċiżjonijiet konġunti dwar l-identifikazzjoni ta’ impedimenti materjali għar-riżolvibbiltà u dwar miżuri sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew tali impedimenti
Artikolu 24
Sospensjoni tal-proċess ta’ deċiżjoni konġunta dwar il-pjan ta’ riżoluzzjoni u l-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà
1. Meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP, f’kooperazzjoni mal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni, tidentifika impedimenti materjali għar-riżolvibbiltà, jew taċċetta opinjoni dwar l-impedimenti materjali identifikati espressi minn kwalunkwe membru jew osservatur tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni dwar il-pjan ta’ riżoluzzjoni u l-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà, hija għandha tissottometti rapport lill-membri u lill-osservaturi tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2021/23. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP b’hekk għandha tindika s-sospensjoni tal-proċess ta’ deċiżjoni konġunta f’konformità mal-Artikolu 16(2) ta’ dak ir-Regolament.
2. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha terġa’ tibda l-proċess ta’ deċiżjoni konġunta dwar il-pjan ta’ riżoluzzjoni, inkluż it-twettiq tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà, mat-tlestija tal-proċessi ta’ deċiżjoni konġunta msemmija fl-Artikolu 17(3) u (4) tar-Regolament (UE) 2021/23 dwar miżuri sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew impedimenti materjali għar-riżolvibbiltà proposti mis-CCP f’konformità mal-Artikolu 16(3) ta’ dak ir-Regolament jew dwar miżuri alternattivi mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni skont l-Artikolu 16(4) ta’ dak ir-Regolament.
Artikolu 25
Ippjanar tal-istadji tal-proċessi tad-deċiżjonijiet konġunti dwar l-identifikazzjoni tal-impedimenti materjali għar-riżolvibbiltà u dwar miżuri sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew tali impedimenti
1. Qabel il-bidu tal-proċessi tad-deċiżjonijiet konġunti dwar l-identifikazzjoni tal-impedimenti materjali għar-riżolvibbiltà, u miżuri sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew tali impedimenti f’konformità mal-Artikolu 17(2), (3) u (4) tar-Regolament (UE) 2021/23, il-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni għandhom jaqblu dwar skeda ta’ żmien tal-istadji li għandhom jiġu segwiti f’dak il-proċess (“skeda ta’ żmien tad-deċiżjonijiet konġunti għall-identifikazzjoni tal-impedimenti materjali”).
F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil dwar l-iskeda ta’ żmien tad-deċiżjonijiet konġunti għall-identifikazzjoni ta’ impedimenti materjali, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha tistabbilixxi dik l-iskeda ta’ żmien wara li tikkunsidra l-fehmiet u kwalunkwe riżerva espressa mill-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni.
2. L-iskeda ta’ żmien tad-deċiżjonijiet konġunti għall-identifikazzjoni tal-impedimenti materjali għandha tinkludi l-istadji li ġejjin:
|
(a) |
it-tħejjija u ċ-ċirkolazzjoni tar-rapport dwar l-impedimenti materjali identifikati f’konformità mal-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2021/23 mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP f’konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti tas-CCP; |
|
(b) |
is-sottomissjoni tar-rapport skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2021/23 mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP lis-CCP u lill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni; |
|
(c) |
id-data meta s-CCP tissottometti lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP l-osservazzjonijiet u l-miżuri alternattivi tagħha sabiex tirrimedja l-impedimenti materjali, jekk ikun hemm, f’konformità mal-Artikolu 16(3) tar-Regolament (UE) 2021/23; |
|
(d) |
djalogu bejn l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP u l-membri u l-osservaturi tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni dwar kwalunkwe osservazzjoni jew miżura alternattiva rilevanti sabiex jiġu rrimedjati l-impedimenti materjali proposti mis-CCP skont l-Artikolu 16(3) tar-Regolament (UE) 2021/23; |
|
(e) |
l-iżvilupp tal-abbozzi ta’ deċiżjonijiet konġunti dwar l-identifikazzjoni ta’ impedimenti materjali għar-riżolvibbiltà u miżuri sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew tali impedimenti skont l-Artikolu 17(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2021/23; |
|
(f) |
il-finalizzazzjoni tad-deċiżjonijiet konġunti dwar l-identifikazzjoni ta’ impedimenti materjali għar-riżolvibbiltà u miżuri sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew tali impedimenti skont l-Artikolu 17(1), il-punti (a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2021/23; |
|
(g) |
il-komunikazzjoni lis-CCP tad-deċiżjonijiet konġunti dwar l-identifikazzjoni ta’ impedimenti materjali għar-riżolvibbiltà u miżuri sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew tali impedimenti skont l-Artikolu 17(1), il-punti (a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2021/23. |
3. L-iskeda ta’ żmien tad-deċiżjonijiet konġunti għall-identifikazzjoni tal-impedimenti materjali għandha tiġi rieżaminata u aġġornata mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP sabiex tirrifletti l-estensjoni tal-proċess tad-deċiżjonijiet konġunti fejn is-CCP tippreżenta osservazzjonijiet u tipproponi kwalunkwe miżura alternattiva sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti materjali għar-riżolvibbiltà f’konformità mal-Artikolu 16(3) tar-Regolament (UE) 2021/23.
4. Meta tkun qiegħda tfassal l-iskeda ta’ żmien tad-deċiżjonijiet konġunti għall-identifikazzjoni ta’ impedimenti materjali, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha tqis it-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-osservaturi kif stabbiliti fl-arranġamenti u l-proċeduri bil-miktub tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni u fl-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) 2021/23.
5. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha tikkomunika lis-CCP dawk l-aspetti tal-iskeda ta’ żmien tad-deċiżjonijiet konġunti għall-identifikazzjoni tal-impedimenti materjali li jipprevedu l-involviment tas-CCP.
Artikolu 26
Konsultazzjoni u komunikazzjoni tar-rapport lis-CCP
1. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha tħejji abbozz ta’ rapport dwar l-impedimenti materjali għar-riżolvibbiltà f’konformità mal-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2021/23 u tibgħatha lill-awtorità kompetenti tas-CCP u lill-ESMA.
2. Il-kummenti u l-fehmiet riċevuti dwar l-abbozz tar-rapport għandhom jiġu kkunsidrati mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għall-finijiet tal-finalizzazzjoni tar-rapport.
3. Mal-finalizzazzjoni, ir-rapport għandu jiġi pprovdut lis-CCP u lill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni.
4. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha tikkomunika lill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni l-bidu tal-perjodu ta’ erba’ xhur skont l-Artikolu 16(3) tar-Regolament (UE) 2021/23 sabiex is-CCP tipproponi miżuri ħalli jiġu indirizzati impedimenti materjali għar-riżolvibbiltà.
Artikolu 27
Sottomissjoni tal-osservazzjonijiet tas-CCP u konsultazzjoni mal-awtoritajiet
1. Meta s-CCP tipproponi lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP, fi żmien 4 xhur mid-data tal-wasla tar-rapport f’konformità mal-Artikolu 16(3) tar-Regolament (UE) 2021/23, miżuri alternattivi sabiex jiġu rrimedjati l-impedimenti materjali għar-riżolvibbiltà, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha tibgħat dawk il-miżuri lill-membri u lill-osservaturi l-oħrajn tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni mingħajr dewmien żejjed u, fi kwalunkwe każ, fi żmien 10 ijiem tax-xogħol.
2. Meta tkun qiegħda tiċċirkola l-miżuri alternattivi ppreżentati mis-CCP, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha tistabbilixxi skadenza għas-sottomissjoni tal-kummenti mill-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni.
3. Meta l-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni ma jipprovdux il-kummenti tagħhom sal-iskadenza msemmija fil-paragrafu 2, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha tippreżumi li dawk il-membri ma jkollhom l-ebda kumment dwar il-miżuri alternattivi sottomessi mis-CCP u għandha tipproċedi kif xieraq.
4. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha tiċċirkola, mingħajr dewmien żejjed, kwalunkwe kumment ippreżentat minn membru tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni lill-membri l-oħrajn kollha tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni u għandha tiddiskuti magħhom il-miżuri proposti sottomessi mis-CCP sabiex tindirizza l-impedimenti materjali għar-riżolvibbiltà.
5. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP u l-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni għandhom jiddiskutu u jikkunsidraw kif xieraq l-impatt potenzjali tal-miżuri proposti fuq is-CCP, fuq l-Istati Membri kollha fejn topera s-CCP, u fuq l-Unjoni kollha kemm hi.
Artikolu 28
Abbozzar ta’ deċiżjonijiet konġunti dwar l-identifikazzjoni ta’ impedimenti materjali għar-riżolvibbiltà u miżuri sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew tali impedimenti
1. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha, filwaqt li tqis l-eżitu tad-djalogu msemmi fl-Artikolu 27(5) ta’ dan ir-Regolament, tħejji abbozzi ta’ deċiżjonijiet konġunti dwar l-identifikazzjoni ta’ impedimenti materjali għar-riżolvibbiltà u miżuri sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew tali impedimenti.
2. Kull abbozz tad-deċiżjoni konġunta għandu jistabbilixxi dawn kollha li ġejjin:
|
(a) |
l-isem tas-CCP li magħha hija relatata u tapplika d-deċiżjoni konġunta; |
|
(b) |
l-ismijiet tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP u tal-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni li jaslu għad-deċiżjoni konġunta; |
|
(c) |
l-ismijiet tal-osservaturi meta dawk l-osservaturi kienu involuti fil-proċess ta’ deċiżjoni konġunta f’konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-osservaturi kif stabbiliti fl-arranġamenti u l-proċeduri bil-miktub tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni; |
|
(d) |
sommarju tal-fehmiet li esprimew l-awtoritajiet ikkonsultati fil-proċess ta’ deċiżjoni konġunta; |
|
(e) |
ir-referenzi għal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali applikabbli relatati mat-tħejjija, l-iffinalizzar u l-applikazzjoni tad-deċiżjoni konġunta; |
|
(f) |
id-data tad-deċiżjoni konġunta; |
|
(g) |
l-identifikazzjoni tal-impedimenti materjali għar-riżolvibbiltà; |
|
(h) |
il-valutazzjoni tal-miżuri proposti mis-CCP skont l-Artikolu 16(3) tar-Regolament (UE) 2021/23; |
|
(i) |
il-miżuri identifikati skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) 2021/23, u elenkati fl-Artikolu 16(7) ta’ dak ir-Regolament miftiehma mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP u l-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni u l-perjodu ta’ żmien li fih l-entitajiet rispettivi għandhom jindirizzaw dawk il-miżuri; |
|
(j) |
meta l-miżuri proposti mis-CCP ma jiġux aċċettati jew jiġu aċċettati parzjalment mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP, spjegazzjoni ta’ kif il-miżuri proposti mis-CCP huma vvalutati bħala miżuri li ma humiex xierqa għat-tneħħija tal-impedimenti materjali għar-riżolvibbiltà u kif il-miżuri msemmijin fil-punt (i) inaqqsu jew ineħħu b’mod effettiv tali impedimenti. |
Artikolu 29
Ilħuq ta’ deċiżjonijiet konġunti dwar l-identifikazzjoni tal-impedimenti materjali għar-riżolvibbiltà u dwar il-miżuri sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew tali impedimenti
1. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha tibgħat abbozzi ta’ deċiżjonijiet konġunti dwar l-identifikazzjoni tal-impedimenti materjali għar-riżolvibbiltà u dwar il-miżuri sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew tali impedimenti deskritti fl-Artikolu 17(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2021/23 lill-membri u lill-osservaturi tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni mingħajr dewmien żejjed, filwaqt li tistabbilixxi skadenza għall-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni bid-dritt tal-vot sabiex jipprovdu l-ftehim bil-miktub tagħhom għal dawk id-deċiżjonijiet konġunti, f’konformità mal-Artikolu 8(6) ta’ dan ir-Regolament.
2. Malli jirċievu l-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti, il-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni bid-dritt tal-vot li ma jaqblux miegħu għandhom jibagħtu l-ftehim bil-miktub tagħhom lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP sal-iskadenza msemmija fil-paragrafu 1.
3. Kull deċiżjoni konġunta finali għandha tikkonsisti fid-dokument tad-deċiżjoni konġunta abbozzat f’konformità mal-Artikolu 28 ta’ dan ir-Regolament, il-ftehimiet bil-miktub imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u l-ftehim tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP. Din għandha tiġi pprovduta lill-membri kollha tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni.
4. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha tikkomunika d-deċiżjonijiet konġunti dwar l-identifikazzjoni tal-impedimenti materjali għar-riżolvibbiltà u dwar miżuri sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew tali impedimenti lill-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni.
Artikolu 30
Komunikazzjoni lis-CCP tad-deċiżjonijiet konġunti dwar l-identifikazzjoni tal-impedimenti materjali għar-riżolvibbiltà u dwar miżuri sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew tali impedimenti
1. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha tikkomunika d-deċiżjonijiet konġunti dwar l-identifikazzjoni tal-impedimenti materjali għar-riżolvibbiltà u dwar miżuri sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew tali impedimenti lill-korp maniġerjali tas-CCP fil-ħin u, fi kwalunkwe każ, sal-iskadenza stabbilita fl-iskeda ta’ żmien tad-deċiżjonijiet konġunti għall-identifikazzjoni ta’ impedimenti materjali. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha tinforma lill-membri u lill-osservaturi tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni dwar il-komunikazzjoni.
2. Meta xi wħud mill-miżuri meħuda f’konformità mal-Artikolu 16(7) tar-Regolament (UE) 2021/23 jiġu indirizzati lil entitajiet għajr is-CCP, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha tiżgura li hija, jew l-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk l-entitajiet, jipprovdu lill-korpi maniġerjali ta’ dawk l-entitajiet taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom il-partijiet rispettivi tad-deċiżjoni konġunta dwar miżuri sabiex jiġu indirizzati impedimenti materjali għar-riżolvibbiltà, fil-ħin u, fi kwalunkwe każ, sal-iskadenza stabbilita fl-iskeda ta’ żmien tad-deċiżjoni konġunta għall-identifikazzjoni ta’ impedimenti materjali.
3. Fejn meħtieġ, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP tista’ tiddiskuti mas-CCP id-dettalji tal-kontenut u l-applikazzjoni tad-deċiżjonijiet konġunti dwar l-identifikazzjoni tal-impedimenti materjali għar-riżolvibbiltà u dwar miżuri sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew tali impedimenti deskritti fl-Artikolu 17(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2021/23.
Artikolu 31
Monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-deċiżjonijiet konġunti
1. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandhom jikkomunikaw l-eżitu tad-diskussjoni, jekk issir, imsemmija fl-Artikolu 30(3) ta’ dan ir-Regolament, lill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni.
2. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha tikkomunika l-eżitu tad-diskussjoni, jekk issir, imsemmija fl-Artikolu 30(2) ta’ dan ir-Regolament lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni ta’ kwalunkwe CCP, depożitarji ċentrali tat-titoli jew istituzzjonijiet ta’ kreditu oħrajn li jkunu parti mill-istess grupp jew li magħhom is-CCP ikollha rabta ta’ interoperabbiltà.
3. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP u, fejn rilevanti, il-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni, għandhom jimmonitorjaw l-applikazzjoni tad-deċiżjonijiet konġunti dwar l-identifikazzjoni tal-impedimenti materjali għar-riżolvibbiltà u dwar miżuri sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew tali impedimenti li huma rilevanti għal kull waħda mill-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 2 li għalihom huma rispettivament responsabbli, skont il-każ.
Artikolu 32
Proċess fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta dwar miżuri li jindirizzaw impedimenti materjali għar-riżolvibbiltà
Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta dwar miżuri li jindirizzaw impedimenti materjali għar-riżolvibbiltà kif imsemmi fl-Artikolu 17(8) tar-Regolament (UE) 2021/23, id-deċiżjoni meħuda mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha tiġi kkomunikata bil-miktub mingħajr dewmien lill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni permezz ta’ dokument li jkun dan kollu li ġej:
|
(a) |
l-isem tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP li tieħu d-deċiżjoni; |
|
(b) |
l-isem tas-CCP u tal-entitajiet li magħhom hija marbuta d-deċiżjoni u li għalihom din tapplika; |
|
(c) |
ir-referenzi għal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali applikabbli relatati mat-tħejjija, l-iffinalizzar u l-applikazzjoni tad-deċiżjoni; |
|
(d) |
id-data tad-deċiżjoni; |
|
(e) |
l-identifikazzjoni tal-impedimenti materjali għar-riżolvibbiltà; |
|
(f) |
il-miżuri identifikati skont l-Artikolu 16(7) tar-Regolament (UE) 2021/23 deċiżi mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP u l-iskadenza sa meta għandhom jiġu indirizzati dawk il-miżuri; |
|
(g) |
meta l-miżuri proposti mis-CCP ma jiġux aċċettati jew jiġu aċċettati parzjalment mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP, spjegazzjoni ta’ kif il-miżuri proposti mis-CCP huma vvalutati bħala miżuri li ma humiex xierqa għat-tneħħija tal-impedimenti materjali għar-riżolvibbiltà u kif il-miżuri stipulati fil-punt (f) ta’ dan il-paragrafu jnaqqsu jew ineħħu b’mod effettiv l-impedimenti materjali għar-riżolvibbiltà; |
|
(h) |
l-ismijiet tal-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni involuti fil-proċess ta’ deċiżjoni konġunta dwar l-identifikazzjoni tal-impedimenti materjali għar-riżolvibbiltà u dwar miżuri sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew tali impedimenti, flimkien ma’ sommarju tal-fehmiet espressi minn dawk il-membri u informazzjoni dwar il-kwistjonijiet li jwasslu għal nuqqas ta’ qbil; |
|
(i) |
il-kummenti tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP dwar il-fehmiet espressi mill-membri tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni, b’mod partikolari dwar il-kwistjonijiet li wasslu għan-nuqqas ta’ qbil; |
|
(j) |
il-possibbiltà għal kwalunkwe membru tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni bid-dritt tal-vot li jirreferi dawk il-kwistjonijiet lill-ESMA f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. |
Artikolu 33
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
|
21.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/48 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1193
tal-14 ta’ Marzu 2023
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kontenut tal-pjan ta’ riżoluzzjoni
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1095/2010, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 806/2014 u (UE) 2015/2365 u d-Direttivi 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2007/36/KE, 2014/59/UE u (UE) 2017/1132 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(9), ir-raba’ subparagrafu tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Meta jfasslu l-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jiżguraw li jikkunsidraw l-elementi kollha msemmija fl-Artikolu 12(7), il-punti (a) sa (s) tar-Regolament (UE) 2021/23. L-istandards għall-kontenut tal-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jkunu dettaljati biżżejjed sabiex jiżguraw li l-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni jkunu mmirati u utli għall-implimentazzjoni tal-istrateġiji ta’ riżoluzzjoni, filwaqt li jippermettu wkoll flessibbiltà suffiċjenti sabiex jitqiesu l-qafas legali nazzjonali fil-qasam tad-dritt tal-insolvenza, kif ukoll in-natura u l-kumplessità tan-negozju tal-ikklerjar tas-CCP. |
|
(2) |
Filwaqt li l-elementi kollha li jispeċifikaw il-kontenut tal-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni, li huma regolati fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2021/23, jenħtieġ li jiġu inklużi fil-pjan ta’ riżoluzzjoni, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li tiżgura li dawn l-elementi jkunu riflessi fil-pjan ta’ riżoluzzjoni b’mod xieraq filwaqt li tqis il-karatteristiċi speċifiċi tal-kontroparti ċentrali (CCP), bħan-natura u l-kumplessità tan-negozju tal-ikklerjar li din twettaq. |
|
(3) |
Is-sommarju tal-elementi ewlenin tal-pjan ta’ riżoluzzjoni msemmi fl-Artikolu 12(7), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2021/23 jenħtieġ li jkun konċiż u ffokat iżda fl-istess ħin ikun fih biżżejjed spjegazzjonijiet sabiex ikopri l-elementi ewlenin tal-pjan li għandhom jiġu ddivulgati lis-CCP. Is-sommarju jenħtieġ li jagħmel lis-CCPs konxji tal-azzjonijiet ewlenin li jenħtieġ li jkunu jistgħu jwettqu u tad-data li jenħtieġ li jkunu jistgħu jissottomettu. Is-sommarju jenħtieġ li jiffoka fuq fejn dak il-pjan jista’ jkollu impatt materjali fuq l-ippjanar tal-irkupru u tal-ġestjoni tal-kriżijiet tas-CCP, u jiċċara kwalunkwe aspettattiva mis-CCP fir-rigward tal-kooperazzjoni fil-fażi ta’ riżoluzzjoni u l-miżuri li jistgħu jaffettwaw il-funzjonijiet tas-CCP. |
|
(4) |
Sabiex jiġu żgurati l-adegwatezza u l-proporzjonalità ġenerali tal-pjan ta’ riżoluzzjoni, jenħtieġ li dan ikun fih xenarji ta’ riżoluzzjoni u strateġiji ta’ riżoluzzjoni. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jkollha l-għodod, fil-forma ta’ tipi differenti ta’ xenarji possibbli, inklużi l-kombinazzjonijiet tagħhom, sabiex toħloq xenarji rilevanti u xierqa għas-CCP, u lista ta’ aspetti ewlenin li għandhom jiġu kkunsidrati meta jiġu stabbiliti strateġiji ta’ riżoluzzjoni għax-xenarji ta’ riżoluzzjoni. |
|
(5) |
Sabiex iqisu l-karatteristiċi speċifiċi tal-qafas legali nazzjonali applikabbli fil-qasam tad-dritt tal-insolvenza, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jkollhom il-flessibbiltà li jikkunsidraw xi aspetti tal-ippjanar tar-riżoluzzjoni bir-reqqa, bħall-mekkaniżmu skont l-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) 2021/23, u kwalunkwe differenza bejn il-klassifikazzjoni tal-kredituri skont il-proċeduri nazzjonali ta’ insolvenza u l-ordni ta’ assorbiment tat-telf stabbilita skont dak ir-Regolament. Din il-flessibbiltà ġenerali hija evidenzjata minn dan ir-Regolament, li jipprovdi l-elementi li għandhom jiġu riflessi fil-pjan ta’ riżoluzzjoni, mingħajr preġudizzju għall-flessibbiltà meħtieġa skont ir-Regolament (UE) 2021/23. L-elementi speċifikati f’dan ir-Regolament lanqas ma jipprekludu lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni milli tiddetermina aspetti oħrajn li għandhom jiġu riflessi fil-pjan ta’ riżoluzzjoni. |
|
(6) |
Sabiex tiġi ffaċilitata u żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-pjan ta’ riżoluzzjoni, huwa essenzjali li, meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun ivvalutat ċerti aspetti tas-CCP b’mod differenti mill-valutazzjoni proprja tas-CCP skont il-pjan ta’ rkupru, dawn id-differenzi jitqiesu fid-dawl ta’ impatt possibbli fuq l-implimentazzjoni rapida tal-pjan ta’ riżoluzzjoni. Għalhekk, fejn jiġu identifikati xi differenzi, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li tikkunsidrahom fil-pjan ta’ riżoluzzjoni u tevalwahom sabiex tifhem l-effett tagħhom, jekk ikun hemm, fuq l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ riżoluzzjoni. |
|
(7) |
Sabiex jiġi żgurat li l-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni, fejn meħtieġ, ikunu jistgħu jiġu implimentati b’mod effettiv fi żmien xieraq, huwa essenzjali li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkunu “ittestjaw bl-evidenza” l-applikazzjoni tal-pjan ta’ riżoluzzjoni maħsub, sa fejn ikun possibbli, billi jittestjaw il-proċessi u l-proċeduri fid-dettall. Tali ttestjar jenħtieġ li jinkludi l-bgħit ta’ posta elettronika u informazzjoni sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe azzjoni ppjanata minn qabel, relatata ma’ kif u meta għandhom jittieħdu ċerti passi u kif u meta tinġabar ċerta informazzjoni, tkun fattibbli f’kundizzjonijiet ta’ stress u li kwalunkwe impediment li jinstab jiġi kkoreġut sabiex jiġi żgurat, sa fejn ikun possibbli, li l-perjodi ta’ żmien stmati x’aktarx jiġu rrispettati. |
|
(8) |
Sabiex jiġi żgurat li l-impjegati ewlenin jibqgħu fis-CCP matul il-fażi ta’ riżoluzzjoni, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li tipprova tivvaluta u tantiċipa strutturi ta’ inċentivi li għandhom jintużaw, possibbilment mhux biss marbuta mal-qligħ futur tas-CCPs, iżda wkoll rimunerazzjoni diretta u jenħtieġ li jikkunsidraw kif jiżguraw biżżejjed persunal billi jikkunsidraw l-ingaġġi għal żmien qasir, l-iskambji, l-allokazzjonijiet temporanji jew l-arranġamenti ta’ konsulenza tal-impjegati, fejn rilevanti, sabiex is-CCPs ikollhom il-kompetenza li jeħtieġu. |
|
(9) |
Sabiex tiżgura kooperazzjoni rapida u effiċjenti mal-awtoritajiet li l-oqsma ta’ kompetenza tagħhom ikunu affettwati mill-falliment ta’ CCP, u li huma rrappreżentati fil-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni kif definit skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2021/23, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li tħejji u tittestja regolarment l-arranġamenti għan-notifika tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni u għall-komunikazzjoni ta’ kwalunkwe informazzjoni rilevanti. |
|
(10) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomessi lill-Kummissjoni mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) wara li kkonsultat lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku. |
|
(11) |
L-ESMA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit bl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Valutazzjoni tal-kwantifikazzjoni
L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tivvaluta kif l-aspetti differenti tal-pjan ta’ riżoluzzjoni huma kkwantifikati jew jistgħu jiġu kkwantifikati meta tfassal il-pjan ta’ riżoluzzjoni u għandha tipprovdi spjegazzjonijiet dwar kif u sa liema punt twettqet valutazzjoni kwantitattiva għal ċertu aspett tal-pjan ta’ riżoluzzjoni. Meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tasal għall-konklużjoni li valutazzjoni kwantitattiva la tkun xierqa u lanqas possibbli fir-rigward ta’ aspett speċifiku tal-pjan ta’ riżoluzzjoni, dan jenħtieġ li jiġi ddikjarat fil-pjan ta’ riżoluzzjoni.
Artikolu 2
Sommarju ta’ elementi ewlenin tal-pjan ta’ riżoluzzjoni
Meta tħejji sommarju tal-elementi ewlenin tal-pjan ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-Artikolu 12(7), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2021/23, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tiżgura li l-pjan ta’ riżoluzzjoni jkun jinkludi tal-anqas l-elementi li ġejjin:
|
(a) |
l-elementi ewlenin tal-istrateġiji ta’ riżoluzzjoni stabbiliti u x-xenarji ewlenin sottostanti skont il-pjan ta’ riżoluzzjoni, b’distinzjoni bejn l-avvenimenti ta’ inadempjenza, l-avvenimenti mhux ta’ inadempjenza u kombinazzjoni tat-tnejn; |
|
(b) |
sommarju qasir tal-elementi ewlenin tal-pjan ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ kull wieħed mill-punti skont l-Artikolu 12(7), il-punti (b) sa (s), tar-Regolament (UE) 2021/23 li jiffoka fuq l-aspetti rilevanti għas-CCP:
|
Artikolu 3
Sommarju ta’ bidliet materjali
Meta tħejji sommarju tal-bidliet materjali fil-pjan ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-Artikolu 12(7), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2021/23, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tiżgura li l-pjan ta’ riżoluzzjoni jinkludi bidliet materjali li jikkonċernaw mill-anqas l-elementi li ġejjin:
|
(a) |
is-swieq fejn topera s-CCP, il-linji tan-negozju meqjusa bħala ewlenin għas-CCP, u s-servizzi tal-ikklerjar offruti mis-CCP; |
|
(b) |
l-arranġamenti tal-interoperabbiltà tas-CCP jew l-interdipendenzi tas-CCP, inklużi l-fornituri ta’ servizzi tas-CCP; |
|
(c) |
il-kapital u l-istruttura kapitali tas-CCP, inklużi l-ammonti ta’ riżorsi proprji ddedikati ffinanzjati minn qabel; |
|
(d) |
ir-rekwiżiti prudenzjali tas-CCP, inklużi bidliet fil-metodoloġiji tal-fond tal-inadempjenza, fl-oqfsa tal-immaniġġjar tar-riskju tal-marġni u tal-likwidità, fil-politiki ta’ investiment, fil-politiki tal-kollateral u fis-saldu; |
|
(e) |
ir-rekwiżiti mhux prudenzjali tas-CCP, inklużi l-aspetti organizzattivi bħall-istruttura organizzazzjonali, il-kontinwità tan-negozju u l-esternalizzazzjoni, u bidliet materjali fir-regoli tat-twettiq tan-negozju tas-CCP, inkluża l-kompożizzjoni tas-sħubija tas-CCP u bidliet rigward is-segregazzjoni u l-portabbiltà; |
|
(f) |
l-istruttura tal-istrutturi ta’ inċentivi tas-sjieda u tal-maniġers tas-CCP; |
|
(g) |
ix-xenarji ta’ riżoluzzjoni u l-istrateġiji ta’ riżoluzzjoni. |
Artikolu 4
Funzjonijiet kritiċi
Meta tħejji deskrizzjoni ta’ kif il-funzjonijiet kritiċi tas-CCP jistgħu jiġu sseparati legalment u ekonomikament f’konformità mal-Artikolu 12(7), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2021/23, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tiżgura li l-pjan ta’ riżoluzzjoni jkun jinkludi tal-anqas l-elementi li ġejjin:
|
(a) |
deskrizzjoni tal-funzjonijiet meqjusa bħala kritiċi mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni; |
|
(b) |
fejn jeżistu differenzi materjali meta mqabbla mal-lista ta’ funzjonijiet kritiċi tal-pjan ta’ rkupru, deskrizzjoni dettaljata tar-raġunijiet ewlenin għaliex l-awtorità ta’ riżoluzzjoni vvalutat il-funzjonijiet kritiċi b’mod differenti, l-effetti materjali ta’ tali valutazzjoni differenti u kif dan jista’ jaffettwa r-riżolvibbiltà tas-CCP; |
|
(c) |
deskrizzjoni tad-dipendenzi ewlenin bejn il-funzjonijiet kritiċi u l-interdipendenzi kritiċi u tal-arranġamenti u l-proċessi interni u esterni ewlenin, inklużi l-operazzjonijiet, il-proċeduri tal-IT, lista ta’ persunal ewlieni u fornituri ta’ servizzi ewlenin li huma meħtieġa sabiex is-CCP tkompli tipprovdi l-funzjonijiet kritiċi tagħha, jew kwalunkwe aspett ieħor li jista’ jkun meħtieġ li jitqies fid-dawl ta’ trasferiment possibbli ta’ xi wħud mill-operazzjonijiet tas-CCP jew tal-operazzjonijiet kollha tagħha lil infrastruttura oħra tas-suq finanzjarju jew lil CCP tranżitorja, meta dan ikun parti mill-istrateġija ta’ riżoluzzjoni proposta; |
|
(d) |
deskrizzjoni ta’ kif il-funzjonijiet kritiċi jistgħu jiġu sseparati minn funzjonijiet mhux kritiċi f’termini ekonomiċi, operazzjonali u legali u li tinkludi dettalji dwar kif l-awtorità ta’ riżoluzzjoni vvalutat l-effetti materjali ta’ tali separazzjoni fuq il-partijiet ikkonċernati, inklużi:
|
|
(e) |
sommarju ta’ kif l-approċċ propost tas-CCP għas-separazzjoni, jew le, tal-funzjonijiet kritiċi tas-CCP mill-funzjonijiet l-oħrajn tagħha jista’ jaffettwa l-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà għas-CCP; |
|
(f) |
immappjar tal-funzjonijiet kritiċi għall-entitajiet ġuridiċi identifikati u għal-linji operatorji ewlenin tas-CCP. |
Artikolu 5
Skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni
1. Meta tħejji stima tal-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-Artikolu 12(7), il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2021/23, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tiżgura li l-pjan ta’ riżoluzzjoni jkun jinkludi tal-anqas l-elementi li ġejjin:
|
(a) |
lista ta’ azzjonijiet li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tipprevedi li tieħu u, fejn rilevanti, jekk dawn l-azzjonijiet jirriżultawx mill-applikazzjoni tal-pjan ta’ rkupru; |
|
(b) |
lista tal-passi previsti, bl-iskedi ta’ żmien allokati, li għandhom jittieħdu mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni għall-implimentazzjoni ta’ kull aspett materjali tal-pjan ta’ riżoluzzjoni u li tispeċifika l-passi korrispondenti għal tali implimentazzjoni, inkluża stima taż-żmien meħtieġ għall-valutazzjoni ta’ kull waħda mill-istrateġiji ta’ riżoluzzjoni u l-applikabbiltà tagħha; |
|
(c) |
deskrizzjoni ta’ kif huwa previst ir-riforniment tar-riżorsi finanzjarji tas-CCP skont il-pjan ta’ riżoluzzjoni, inkluż fejn ikunu derivati mill-pjan ta’ rkupru, u l-perjodu ta’ żmien stmat għal miżuri differenti sabiex jiġu riforniti r-riżorsi finanzjarji tas-CCP. |
2. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tiżgura li l-iskedi ta’ żmien imsemmija fl-ewwel (1) paragrafu jkunu:
|
(a) |
xierqa u rilevanti, kif muri minn deskrizzjoni ta’ kif l-awtorità ta’ riżoluzzjoni vvalutat il-fattibbiltà u l-kredibbiltà tal-passi previsti u l-perjodi ta’ żmien allokati fil-pjan ta’ riżoluzzjoni; |
|
(b) |
ittestjati b’mod regolari, u mill-anqas mal-istabbiliment tal-pjan ta’ riżoluzzjoni, u minn hemm ’il quddiem, wara kwalunkwe bidla materjali; |
|
(c) |
effettivi, billi tqis il-proċessi u l-proċeduri, inkluża l-applikazzjoni ta’ mudelli. |
Artikolu 6
Valutazzjoni tar-riżolvibbiltà
Meta tħejji deskrizzjoni dettaljata tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà li għandha tiġi inkluża fil-pjan ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-Artikolu 12(7), il-punt (e), tar-Regolament (UE) 2021/23, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tiżgura li l-pjan ta’ riżoluzzjoni jkun jinkludi tal-anqas l-elementi li ġejjin:
|
(a) |
il-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà, inkluż mill-anqas jekk is-CCP titqiesx riżolvibbli jew le abbażi tal-kunsiderazzjonijiet tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni skont l-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) 2021/23; |
|
(b) |
deskrizzjoni ta’ kif l-awtorità ta’ riżoluzzjoni vvalutat sa liema punt is-CCP hija riżolvibbli mingħajr ma tassumi xi wieħed mill-arranġamenti ta’ finanzjament kif stabbilit fl-Artikolu 15(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2021/23; |
|
(c) |
deskrizzjoni tal-loġika tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni sabiex tqis il-fattibbiltà tal-applikazzjoni tal-għodod ta’ riżoluzzjoni b’tali mod li jintlaħqu l-objettivi ta’ riżoluzzjoni; |
|
(d) |
deskrizzjoni tal-valutazzjonijiet tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni tal-informazzjoni riċevuta mis-CCP skont l-Artikolu 15(3) tar-Regolament (UE) 2021/23, fejn tagħti dettalji dwar jekk l-awtorità ta’ riżoluzzjoni taqbilx mal-valutazzjoni tas-CCP fir-rigward tan-nuqqas ta’ impedimenti; |
|
(e) |
deskrizzjoni li tipprovdi d-dettalji ta’ meta u kif ir-riżolvibbiltà ġiet ivvalutata l-aħħar mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni; |
|
(f) |
deskrizzjoni tad-disponibbiltà, tal-assi u d-drittijiet previsti għas-CCP u jekk tali assi jkunux disponibbli għall-użu f’riżoluzzjoni jew jekk tali użu jew trasferiment ta’ tali assi jistax jiġi mfixkel jew impedit minn interessi residwi ta’ parteċipanti diretti u indiretti f’dawk l-assi jew minn restrizzjonijiet legali, bħall-mekkaniżmu legali li bih jiġi pprovdut il-kollateral, inkluż jekk il-kollateral huwiex ipprovdut bħala interess ta’ garanzija, rahan jew permezz ta’ trasferiment ta’ titolu; |
|
(g) |
deskrizzjoni ta’ kull kwistjoni li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tikkunsidra meta tivvaluta r-riżolvibbiltà ta’ CCP, kif stabbilit fit-Taqsima C tal-Anness tar-Regolament (UE) 2021/23. |
Artikolu 7
Impedimenti għar-riżolvibbiltà
Meta tħejji deskrizzjoni ta’ kwalunkwe miżura meħtieġa skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2021/23 sabiex jiġu indirizzati jew imneħħija l-impedimenti għar-riżolvibbiltà li għandhom jiġu inklużi fil-pjan ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-Artikolu 12(7), il-punt (f), tar-Regolament (UE) 2021/23, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tiżgura li l-pjan ta’ riżoluzzjoni jkun jinkludi tal-anqas l-elementi li ġejjin:
|
(a) |
meta jkun ġie identifikat impediment materjali, sommarju deskrittiv tal-miżuri meħtieġa skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2021/23, sabiex tiġi identifikata kwalunkwe bidla meħtieġa fl-istruttura, fl-operazzjonijiet jew fl-oqfsa tal-ġestjoni tar-riskju u fir-riżorsi finanzjarji tas-CCP, jew kwalunkwe miżura sabiex tittejjeb ir-riżolvibbiltà tas-CCP, u l-iskeda ta’ żmien għat-tlestija tal-bidliet mitluba; |
|
(b) |
deskrizzjoni ta’ kwalunkwe impediment indirizzat jew imneħħi f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2021/23 fuq perjodu ta’ sentejn (2) qabel ir-rieżami attwali tal-impedimenti skont l-Artikolu 15 ta’ dak ir-Regolament. |
Artikolu 8
Determinazzjoni tal-valur u tal-kummerċjabbiltà ta’ funzjonijiet u assi kritiċi
Meta tħejji deskrizzjoni tal-proċessi għad-determinazzjoni tal-valur u tal-kummerċjabbiltà tal-funzjonijiet u tal-assi kritiċi li għandhom jiġu inklużi fil-pjan ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-Artikolu 12(7), il-punt (g), tar-Regolament (UE) 2021/23, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tiżgura li l-pjan ta’ riżoluzzjoni jkun jinkludi tal-anqas l-elementi li ġejjin:
|
(a) |
deskrizzjoni tal-metodu għad-determinazzjoni tal-valur u tal-kummerċjabbiltà tal-funzjonijiet u tal-assi kritiċi bħal-linji tan-negozju ewlenin, l-operazzjonijiet u l-assi tas-CCP u li tiffoka l-aktar fuq aspetti li jista’ jkollhom impatt fuq il-valwazzjoni bħall-volatilità fis-suq, in-nuqqas ta’ aċċessibbiltà u/jew l-inċertezza tal-prezzijiet tas-suq, ir-restrizzjonijiet ta’ żmien u l-kwistjonijiet legali; |
|
(b) |
jekk il-metodu deskritt fil-punt (a) jiddevja materjalment mill-metodoloġija ta’ valwazzjoni applikata skont il-pjan ta’ rkupru, deskrizzjoni tar-raġunijiet ewlenin li għalihom l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun ivvalutat il-metodoloġija ta’ valwazzjoni b’mod differenti u l-effetti materjali ta’ tali differenza, jekk ikun hemm. |
Artikolu 9
Rekwiżiti ta’ informazzjoni
Meta tħejji deskrizzjoni tar-rekwiżiti ta’ informazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 12(7), il-punt (h), tar-Regolament (UE) 2021/23, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tiżgura li l-pjan ta’ riżoluzzjoni jkun jinkludi tal-anqas l-elementi li ġejjin:
|
(a) |
deskrizzjoni tal-arranġamenti bejn l-awtorità ta’ riżoluzzjoni u s-CCP li jiżguraw l-aċċess għall-informazzjoni u l-kondiviżjoni tagħha u kif is-CCP se żżomm is-sistemi u l-kontrolli tal-informazzjoni li jistgħu jipproduċu u jagħmlu disponibbli fil-pront id-data u l-informazzjoni rilevanti lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni; arranġamenti bħal dawn inklużi l-proċeduri sabiex l-informazzjoni tiġi datata u l-għoti ta’ aġġornamenti standardizzati fejn ikun hemm bidliet materjali. |
|
(b) |
lista tal-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2021/23 u deskrizzjoni ta’ kif is-CCP tkun ipprevediet li tiżgura li tali informazzjoni tinżamm aġġornata u disponibbli f’kull ħin għall-awtorità ta’ riżoluzzjoni. |
Artikolu 10
Kif jistgħu jiġu ffinanzjati l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni
Meta tħejji spjegazzjoni dwar il-finanzjament tal-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-Artikolu 12(7), il-punt (i), tar-Regolament (UE) 2021/23, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tiżgura li l-pjan ta’ riżoluzzjoni jinkludi mill-anqas l-elementi li ġejjin:
|
(a) |
deskrizzjoni tar-riżorsi finanzjarji previsti bħala meħtieġa skont il-pjan ta’ riżoluzzjoni, li tissepara b’mod ċar is-solvenza mill-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-likwidità, inklużi deskrizzjonijiet ġenerali dwar ir-riżorsi finanzjarji possibbli li x’aktarx ikunu meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ riżoluzzjoni inkluż kull xenarju ta’ riżoluzzjoni rilevanti; |
|
(b) |
meta ma jkunux ġew infurzati l-obbligi kuntrattwali kollha u arranġamenti oħrajn qabel ma s-CCP tkun daħlet f’riżoluzzjoni, valutazzjoni minn qabel tal-kwistjonijiet possibbli li jistgħu jinqalgħu bit-twettiq ta’ tali obbligi u arranġamenti b’rabta mar-riżorsi għall-finanzjament ta’ azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni, u ta’ jekk tali kwistjonijiet identifikati jistgħux jaffettwaw b’mod negattiv il-possibbiltà li jintlaħqu l-objettivi ta’ riżoluzzjoni fil-ħin; |
|
(c) |
deskrizzjoni tas-sorsi potenzjali ta’ finanzjament tar-riżoluzzjoni, inklużi t-termini ewlenin ta’ finanzjament, il-prekundizzjonijiet materjali għall-użu tagħhom, iż-żmien meta jkunu disponibbli, u kwalunkwe rekwiżit ta’ kollateral sa fejn ikun disponibbli ex ante; |
|
(d) |
deskrizzjoni u analiżi ta’ kif u meta s-CCP tista’ tapplika għall-użu ta’ faċilitajiet ta’ bank ċentrali, li jikkonformaw mar-rekwiżit li l-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li ma jassumux aċċess għal faċilitajiet ta’ bank ċentrali b’termini mhux standard; |
|
(e) |
deskrizzjoni u identifikazzjoni tal-assi li jistgħu jintużaw u jekk humiex mistennija jikkwalifikaw bħala kollateral, u kif tali aspettattiva ta’ użu tal-assi tista’ toħloq xi impedimenti, primarjament fil-valur u fl-użu ta’ tali assi. |
Artikolu 11
Strateġiji u xenarji ta’ riżoluzzjoni
Meta tħejji deskrizzjoni dettaljata tal-istrateġiji u x-xenarji ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-Artikolu 12(7), il-punt (j), tar-Regolament (UE) 2021/23, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tiżgura li l-pjan ta’ riżoluzzjoni jkun jinkludi tal-anqas l-elementi li ġejjin:
|
(a) |
mill-anqas disa’ xenarji ta’ pjan ta’ riżoluzzjoni mfassla bbażati fuq il-matriċi għall-bini tax-xenarji tal-pjan ta’ riżoluzzjoni kif stabbilit fl-Anness, jew lista ta’ xenarji tal-pjan ta’ riżoluzzjoni li jkopru t-“Tipi ta’ xenarji” kollha stabbiliti fl-Anness fejn rilevanti għas-CCP li jistgħu jitfasslu b’mod differenti; |
|
(b) |
deskrizzjoni tax-xenarji ta’ riżoluzzjoni magħżula abbażi tal-valutazzjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni u li tqis il-karatteristiċi speċifiċi u l-livell ta’ kumplessità tas-CCP, u ta’ kwalunkwe xenarju addizzjonali mfassal fil-pjan ta’ riżoluzzjoni; |
|
(c) |
l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tinkludi għodod ta’ valutazzjoni kwantitattiva għal kull tip ta’ xenarju, fejn possibbli skont l-aċċess għad-data, li għandu jintuża sabiex jiġu prodotti impatti kwantitattivi għax-xenarji ta’ riżoluzzjoni; meta l-ebda data ma tkun disponibbli u ma tkunx tista’ tiġi ġġenerata wara li jsir sforz raġonevoli, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha twettaq, u turi fil-pjan, valutazzjoni kwalitattiva tal-għodod sa fejn ikun possibbli, li tinkludi dettalji dwar sa liema punt tkun twettqet valutazzjoni kwantitattiva għal ċertu xenarju; |
|
(d) |
deskrizzjoni tal-istrateġiji ta’ riżoluzzjoni magħżula għax-xenarji ta’ riżoluzzjoni, li tispeċifika l-punti li ġejjin:
|
Artikolu 12
Interdipendenzi kritiċi
Meta tħejji deskrizzjoni tal-interdipendenzi kritiċi msemmija fl-Artikolu 12(7), il-punt (k), tar-Regolament (UE) 2021/23, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tiżgura li l-pjan ta’ riżoluzzjoni jkun jinkludi tal-anqas l-elementi li ġejjin:
|
(a) |
deskrizzjoni skont il-pjan ta’ riżoluzzjoni tal-interdipendenzi kritiċi kollha li ġew identifikati; |
|
(b) |
jekk l-interdipendenzi identifikati kif imsemmija fil-punt (a) jinvolvux xi differenzi materjali meta mqabbla mal-lista ta’ interdipendenzi kritiċi tal-pjan ta’ rkupru, deskrizzjoni dettaljata tar-raġunijiet ewlenin li għalihom l-awtorità ta’ riżoluzzjoni vvalutat l-indipendenzi kritiċi b’mod differenti u kwalunkwe konsegwenza materjali għall-applikazzjoni tal-pjan ta’ riżoluzzjoni minħabba l-valutazzjonijiet differenti tal-interdipendenzi kritiċi u kif dan jista’ jaffettwa r-riżolvibbiltà tas-CCP; |
|
(c) |
deskrizzjoni tat-tipi differenti ta’ entitajiet b’interdipendenzi mas-CCP, inkluża lista li fiha l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha inklużi l-parteċipanti diretti u indiretti tas-CCP, fejn ikun possibbli li jiġu identifikati, is-sidien, il-fornituri ta’ servizzi finanzjarji bħal fornituri tal-likwidità, banek tas-saldu jew aġenti, pjattaformi, aġenti ta’ investiment, banek, kustodji u fornituri oħrajn ta’ servizzi, inklużi fornituri tal-IT u fornituri tad-data, u l-infrastrutturi tas-swieq finanzjarji relatati, u r-rilevanza tagħhom għall-proċedura ta’ riżoluzzjoni; |
|
(d) |
deskrizzjoni tal-valutazzjoni tal-entitajiet, kif imsemmi fil-punt (c), b’interdipendenza mas-CCP, li tkopri l-importanza tagħhom għas-CCP, b’mod partikolari, għaliex ikunu jitqiesu jew ma jkunux jitqiesu kritiċi, u jekk il-kapaċità tas-CCP li tkompli tipprovdi l-funzjonijiet kritiċi tagħha tkunx tiddependi fuq dawn l-entitajiet; |
|
(e) |
deskrizzjoni tal-arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni ta’ servizzi li jkopru parti min-negozju ewlieni tas-CCP lil fornituri kritiċi, inkluż meta entità oħra tiddetermina l-prezzijiet u tipprovdi sistemi għall-ikklerjar, kalkoli tal-marġnijiet jew partijiet essenzjali oħrajn tal-operazzjonijiet tas-CCP; |
|
(f) |
deskrizzjoni ta’ kif ġew ivvalutati l-entitajiet identifikati bħala li għandhom interdipendenza kritika mas-CCP skont il-punt (a) u kif kwalunkwe riskju identifikat ġie mmitigat u indirizzat, inklużi l-eżegwibbiltà legali u r-restrizzjonijiet regolatorji ta’ arranġamenti bħal tpaċija u netting, sabiex tiġi żgurata l-kontinwità operazzjonali fir-riżoluzzjoni; |
|
(g) |
deskrizzjoni ta’ kif kwalunkwe kwistjoni materjali, minħabba nuqqas potenzjali ta’ konformità mal-obbligi skont l-arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni mill-fornitur ta’ arranġamenti kritiċi ta’ servizzi esternalizzati, ġiet immitigata fil-pjan ta’ riżoluzzjoni; |
|
(h) |
deskrizzjoni ta’ kif il-pjan ta’ riżoluzzjoni jkun irrifletta l-impatt potenzjali tal-applikazzjoni tal-għodod ta’ riżoluzzjoni fuq kwalunkwe CCP interoperabbli, u li tkopri t-trażmissjoni ta’ sejħiet għal flus għal riżoluzzjoni jew il-haircutting tal-gwadanji tal-marġni ta’ varjazzjoni permezz ta’ arranġament ta’ interoperabbiltà; |
|
(i) |
deskrizzjoni tal-impatti possibbli fuq infrastrutturi oħrajn tas-suq finanzjarju marbuta mas-CCP, inkluż billi jiġi vvalutat is-sinifikat tal-involviment tas-CCP f’dawk l-entitajiet inkluż jekk ir-riżoluzzjoni tas-CCP tistax tikkawża kontaġju fl-infrastrutturi tas-suq finanzjarju billi tiskatta proċeduri ta’ inadempjenza fl-infrastrutturi tas-suq finanzjarju, jew tħalli ditti oħrajn mingħajr aċċess għall-infrastrutturi tas-suq finanzjarju. |
Artikolu 13
Interdipendenzi intragrupp kritiċi
Meta tħejji deskrizzjoni tal-interdipendenzi intragrupp kritiċi f’konformità mal-Artikolu 12(7), il-punt (l), tar-Regolament (UE) 2021/23, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tiżgura li l-pjan ta’ riżoluzzjoni jkun jinkludi tal-anqas l-elementi li ġejjin:
|
(a) |
deskrizzjoni tal-grupp li s-CCP tappartjeni għalih u lista tal-entitajiet tal-grupp li s-CCP għandha rabtiet magħhom, valutazzjoni dwar liema entitajiet tal-grupp għandhom jitqiesu bħala interdipendenzi intragrupp kritiċi, u deskrizzjoni tad-dipendenzi intragrupp identifikati skont il-pjan ta’ riżoluzzjoni; |
|
(b) |
jekk tali interdipendenzi identifikati jinvolvux xi differenzi materjali identifikati meta mqabbla mal-lista tal-pjan ta’ rkupru ta’ interdipendenzi intragrupp kritiċi u, fejn ikun hemm differenzi, deskrizzjoni dettaljata tar-raġunijiet ewlenin li għalihom l-awtorità ta’ riżoluzzjoni vvalutat l-indipendenzi intragrupp kritiċi b’mod differenti u kwalunkwe effett materjali minħabba l-valutazzjoni differenti u kif dan jista’ jaffettwa r-riżolvibbiltà tas-CCP, jekk ikun hemm; |
|
(c) |
deskrizzjoni tal-impatt tal-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni fuq linji kummerċjali oħrajn ta’ entitajiet intragrupp kritiċi u entitajiet ġuridiċi, inkluż jekk il-miżuri ta’ riżoluzzjoni jaffettwawx il-kapaċità ta’ entità oħra li tkompli topera; |
|
(d) |
deskrizzjoni ta’ kif entitajiet intragrupp rilevanti jkunu jistgħu jipprovdu appoġġ finanzjarju jew miftiehem minn qabel jew fuq bażi volontarja; |
|
(e) |
deskrizzjoni tal-eżegwibbiltà legali jew tar-restrizzjonijiet regolatorji li jistgħu jaffettwaw l-interdipendenzi intragrupp; |
|
(f) |
deskrizzjoni tal-miżuri ta’ mitigazzjoni relatati ma’ dawk l-interdipendenzi intragrupp kritiċi li se jiżguraw kontinwità operazzjonali fir-riżoluzzjoni, kif meħtieġ sabiex tinżamm il-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi tas-CCP. |
Artikolu 14
Żgurar ta’ ċerti funzjonijiet tas-CCP
Meta tħejji deskrizzjoni ta’ kif ċerti funzjonijiet tas-CCP huma żgurati f’konformità mal-Artikolu 12(7), il-punt (m), tar-Regolament (UE) 2021/23, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tiżgura li l-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni jinkludu mill-anqas id-deskrizzjonijiet tal-elementi li ġejjin:
|
(a) |
kull proċess u sistema operazzjonali essenzjali, u deskrizzjoni ta’ kif għandhom jiġu vvalutati u miżmuma tali operazzjonijiet u sistemi essenzjali billi jiġu pprovduti opzjonijiet identifikati ta’ aċċess kontinwu għall-infrastrutturi, il-proċessi u l-arranġamenti operazzjonali sabiex jinżamm il-funzjonament kontinwu tal-proċessi operazzjonali tas-CCP kif elenkati fl-Artikolu 12(7), il-punt (m), tar-Regolament (UE) 2021/23 u l-eżiti ewlenin tal-valutazzjoni; |
|
(b) |
l-opzjonijiet identifikati sabiex tinżamm ir-reżiljenza finanzjarja; |
|
(c) |
l-opzjonijiet identifikati sabiex jiġi żgurat li jinżammu l-ftehimiet kuntrattwali, inklużi klawżoli kuntrattwali ta’ reżiljenza, klawżoli reżistenti għar-riżoluzzjoni u limitazzjonijiet tad-drittijiet ta’ terminazzjoni f’riżoluzzjoni; |
|
(d) |
l-opzjonijiet identifikati sabiex jiġi żgurat li l-ftehimiet interni jkunu jistgħu jinżammu matul il-fażi ta’ riżoluzzjoni, inklużi l-istrutturi tal-ipprezzar ta’ distakkament u l-aċċess kontinwu għall-assi operazzjonali; |
|
(e) |
id-diversi arranġamenti li jkunu diġà saru skont il-pjan ta’ riżoluzzjoni sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-funzjonament tal-proċessi operazzjonali, elenkati fl-Artikolu 12(7), il-punt (m), tar-Regolament (UE) 2021/23, matul ir-riżoluzzjoni; |
|
(f) |
kif il-pjan ta’ riżoluzzjoni jippermetti, bl-użu tal-opzjonijiet identifikati, li s-CCP tkompli tipprovdi servizzi kritiċi tal-ikklerjar mingħajr interruzzjoni, inkluż bl-użu ta’ soluzzjonijiet interim, bħal xerrej jew istituzzjoni tranżitorja li tuża l-persunal u l-infrastruttura eżistenti jew, fejn ma jkunx possibbli li jiġu żviluppati tali soluzzjonijiet minn qabel, lista ta’ opzjonijiet li jistgħu jiġu applikati f’riżoluzzjoni u lista ta’ informazzjoni meħtieġa għat-tfassil ta’ tali arranġamenti u ftehimiet f’qasir żmien. |
Artikolu 15
Kif tinkiseb l-informazzjoni meħtieġa sabiex titwettaq il-valwazzjoni
Meta tħejji deskrizzjoni ta’ kif għandha tikseb l-informazzjoni meħtieġa sabiex twettaq il-valwazzjoni f’konformità mal-Artikolu 12(7), il-punt (n), tar-Regolament (UE) 2021/23, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tiżgura li l-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni jinkludu mill-anqas id-deskrizzjonijiet tal-elementi li ġejjin:
|
(a) |
kif huwa previst li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni u l-valwatur indipendenti jiksbu l-informazzjoni meħtieġa sabiex iwettqu l-valwazzjoni msemmija fl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2021/23; |
|
(b) |
l-informazzjoni u l-proċessi sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà f’ħin xieraq u b’mod xieraq tal-informazzjoni meħtieġa għall-finijiet tal-valwazzjoni, b’mod partikolari skont it-Titolu V, il-Kapitolu II, tar-Regolament (UE) 2021/23, u għall-kummerċjabbiltà, b’mod partikolari skont ir-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni għall-bejgħ ta’ għodod tan-negozju u ta’ CCPs tranżitorji; |
|
(c) |
kif tinġabar, tinħażen, tiġi strutturata, organizzata u aġġornata d-data tas-suq rilevanti mis-CCP u kif tali data tas-suq rilevanti għall-pjan ta’ riżoluzzjoni titħejja u tiġi vvalidata kemm jista’ jkun qrib id-data tal-valwazzjoni; |
|
(d) |
kif ir-rapporti finanzjarji u r-rapportar regolatorju jitħejjew u jiġu aġġornati regolarment mis-CCP, u kif tali informazzjoni finanzjarja titħejja, tiġi ddettaljata u vvalidata kemm jista’ jkun qrib id-data tal-valwazzjoni, u turi li l-valwazzjonijiet tal-assi u tal-obbligazzjonijiet huma kompluti; |
|
(e) |
kif il-livell ta’ dettall tal-informazzjoni huwa previst li jkun biżżejjed għall-awtorità ta’ riżoluzzjoni u għall-valwatur indipendenti sabiex jieħdu azzjoni skont il-pjan ta’ riżoluzzjoni, billi tipprovdi rekwiżiti dwar il-livell ta’ granularità meħtieġa għall-valwazzjoni, inkluż fejn l-informazzjoni trid tinkludi dettalji dwar pożizzjonijiet, tranżazzjonijiet u kollateral linja b’linja jew portafoll b’portafoll u l-kapital proprju tas-CCP; |
|
(f) |
ir-regoli, il-metodoloġiji, is-suppożizzjonijiet u l-valutazzjonijiet ewlenin użati mis-CCP sabiex jitħejjew ir-rapporti finanzjarji u r-rapportar regolatorju; |
|
(g) |
kif l-informazzjoni tiġi organizzata, ittikkettata u strutturata u kif tista’ tintuża u tiġi analizzata mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni u mill-valwatur indipendenti b’mod effettiv u sigur sabiex jiġi żgurat li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni jkollha l-informazzjoni meħtieġa sabiex tieħu azzjonijiet skont il-pjan ta’ riżoluzzjoni. |
Artikolu 16
Valutazzjoni tal-impatt fuq l-impjegati
Meta tħejji valutazzjoni tal-impatt fuq l-impjegati f’konformità mal-Artikolu 12(7), il-punt (o), tar-Regolament (UE) 2021/23, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tiżgura li l-pjan ta’ riżoluzzjoni jkun jirrifletti tal-anqas l-elementi li ġejjin:
|
(a) |
deskrizzjoni tat-tipi differenti ta’ impjegati u l-kategorizzazzjonijiet ta’ kif tipi differenti ta’ impjegati għandhom jiġu informati u mmaniġġjati f’sitwazzjoni ta’ riżoluzzjoni u l-impatt stmat tal-pjan fuq it-tipi differenti ta’ impjegati tas-CCP; |
|
(b) |
deskrizzjoni ta’ kif għandu jittaffa t-telf ta’ impjegati kritiċi qabel ir-riżoluzzjoni u kif jinħolqu inċentivi effettivi f’riżoluzzjoni sabiex jinżammu l-impjegati kritiċi identifikati abbażi tal-valur u r-rilevanza tagħhom matul fażi ta’ riżoluzzjoni; l-aspetti li għandhom jitqiesu jinkludu: (i) kwalunkwe proċedura regolatorja li teħtieġ li tiġi segwita f’riżoluzzjoni, (ii) valutazzjonijiet dwar l-effettività prevista tal-istrutturi ta’ inċentivi, (iii) il-possibbiltà li jsiru bidliet fil-kuntratti, fil-kundizzjonijiet u fl-organizzazzjoni tal-impjiegi matul fażi ta’ riżoluzzjoni, u (iv) stima ta’ kwalunkwe kost assoċjat taż-żamma ta’ impjegati kritiċi jew tar-reklutaġġ, inkluża valutazzjoni ta’ kwalunkwe kost assoċjat filwaqt li jitqiesu r-regoli nazzjonali rilevanti għall-kumpens u r-rimborżi matul ir-riżoluzzjoni; |
|
(c) |
deskrizzjoni tal-pjan ta’ komunikazzjoni mal-impjegati, inkluża deskrizzjoni tal-proċeduri previsti għall-konsultazzjoni mal-impjegati matul il-proċess ta’ riżoluzzjoni, filwaqt li jitqiesu kwalunkwe regola u sistema nazzjonali għad-djalogu mas-sħab soċjali, il-maniġment, is-sidien, u l-unions tal-persunal. |
Artikolu 17
Pjan ta’ komunikazzjoni
Meta tħejji deskrizzjoni tal-pjan ta’ komunikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 12(7), il-punt (p), tar-Regolament (UE) 2021/23, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tiżgura li l-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni jinkludu mill-anqas id-deskrizzjonijiet tal-elementi li ġejjin:
|
(a) |
il-pjan ta’ komunikazzjoni li jispeċifika dan li ġej:
|
|
(b) |
l-arranġamenti u l-proċeduri operazzjonali tal-pjan ta’ komunikazzjoni, il-kriterji għall-applikazzjoni tal-istrateġija ta’ komunikazzjoni, l-adegwatezza tal-pjan ta’ komunikazzjoni u kif il-pjan jilħaq l-għan li jiżgura li l-pjan ta’ komunikazzjoni u divulgazzjoni tas-CCP jirnexxielu jissodisfa l-objettiv ta’ aġir trasparenti; |
|
(c) |
dettalji li jiddifferenzjaw bejn in-notifiki formali meħtieġa legalment u l-komunikazzjoni volontarja b’deskrizzjoni ta’ kif il-pjan ta’ riżoluzzjoni jkun ikkunsidra rekwiżiti regolatorji differenti għad-divulgazzjoni tal-informazzjoni, b’mod partikolari meta tali informazzjoni tista’ taffettwa s-servizzi kritiċi fis-suq finanzjarju u meta s-CCP tkun kumpanija elenkata jew tkun proprjetà ta’ kumpanija elenkata; |
|
(d) |
kif il-pjan ta’ riżoluzzjoni vvaluta r-reazzjonijiet tas-suq materjali negattivi possibbli għar-riżoluzzjoni ta’ CCP u kif il-pjan jipprevedi l-mitigazzjoni ta’ tali reazzjonijiet tas-suq potenzjalment negattivi meta jiżvela l-informazzjoni. |
Artikolu 18
Operazzjonijiet u sistemi essenzjali
Meta tħejji deskrizzjoni tal-operazzjonijiet u s-sistemi essenzjali f’konformità mal-Artikolu 12(7), il-punt (q), tar-Regolament (UE) 2021/23, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tiżgura li l-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni jinkludu mill-anqas id-deskrizzjonijiet tal-elementi li ġejjin:
|
(a) |
l-operazzjonijiet u s-sistemi essenzjali identifikati taħt il-pjan ta’ riżoluzzjoni; |
|
(b) |
meta l-operazzjonijiet u s-sistemi identifikati jkunu materjalment differenti mill-operazzjonijiet u mis-sistemi essenzjali identifikati skont il-pjan ta’ rkupru, deskrizzjoni tar-raġunijiet ewlenin għaliex l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun ivvalutat l-operazzjonijiet u s-sistemi essenzjali b’mod differenti, kwalunkwe effett materjali minħabba l-valutazzjoni differenti u kif dan jista’ jaffettwa r-riżolvibbiltà tas-CCP; |
|
(c) |
kif jiġu identifikati tali operazzjonijiet u sistemi essenzjali, il-kriterji applikati, u l-limiti użati, sabiex dawn jiġu differenzjati minn operazzjonijiet u sistemi oħrajn tas-CCP li ma għandhomx jitqiesu bħala operazzjonijiet u sistemi essenzjali. |
Artikolu 19
Notifika lill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni
Meta tħejji deskrizzjoni tal-arranġamenti għan-notifika lill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-Artikolu 12(7), il-punt (r), tar-Regolament (UE) 2021/23, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tiżgura li l-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni jinkludu mill-anqas id-deskrizzjonijiet tal-elementi li ġejjin:
|
(a) |
il-proċeduri u l-proċessi li għandhom jiġu segwiti meta jiġi nnotifikat il-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni u, b’mod partikolari, l-informazzjoni dwar il-listi ta’ distribuzzjoni, id-dokumenti mudell u l-iskedi ta’ żmien dwar kif u meta għandu jiġi informat il-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni; |
|
(b) |
il-proċeduri għaż-żamma tal-listi ta’ distribuzzjoni aġġornati; |
|
(c) |
l-arranġamenti għall-ittestjar tal-proċess ta’ notifika lill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni, inkluża informazzjoni dwar l-ambitu u l-intervalli għal tali eżerċizzji u proċeduri ta’ ttestjar sabiex jiġi indirizzat kwalunkwe nuqqas bħal żbalji, nuqqas ta’ fehim jew dewmien. |
Artikolu 20
Miżuri sabiex tiġi ffaċilitata l-portabbiltà tal-pożizzjonijiet u tal-assi relatati
Meta tħejji deskrizzjoni tal-miżuri sabiex tiġi ffaċilitata l-portabbiltà tal-pożizzjonijiet u tal-assi relatati f’konformità mal-Artikolu 12(7), il-punt (s), tar-Regolament (UE) 2021/23, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tiżgura li l-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni jinkludu mill-anqas id-deskrizzjonijiet tal-elementi li ġejjin:
|
(a) |
valutazzjoni ta’ jekk il-portabbiltà tal-pożizzjonijiet u tal-assi relatati lil CCP oħra hijiex possibbli, inkluża valutazzjoni dwar il-fattibbiltà tagħha u l-eżitu probabbli tagħha u valutazzjoni tas-sitwazzjoni fejn il-portabbiltà jew it-trasferiment fl-aħħar mill-aħħar ma jkunx possibbli; |
|
(b) |
kif is-CCP iżżomm id-data rilevanti dwar il-pożizzjonijiet f’kontijiet tal-klijenti omnibus u segregati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u kif is-CCP tista’ tipprovdi dettalji dwar ir-riżorsi u s-sistemi fis-seħħ sabiex iżżomm informazzjoni aġġornata li tista’ tiġi pprovduta malajr f’riżoluzzjoni sabiex jiġi żgurat li l-pożizzjonijiet tal-klijenti, meta jkun possibbli li jiġu identifikati, fis-CCP ikunu jistgħu jiġu identifikati u potenzjalment ittrasferiti b’suċċess; |
|
(c) |
il-miżuri sabiex tiġi ffaċilitata l-portabbiltà tal-pożizzjonijiet u tal-assi relatati tal-membri tal-ikklerjar u tal-klijenti tas-CCP inadempjenti mis-CCP inadempjenti għal CCP oħra jew għal CCP tranżitorja. |
Artikolu 21
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).
ANNESS
IX-XENARJI LI GĦANDHOM JIĠU INKLUŻI FIL-PJAN TA’ RIŻOLUZZJONI TAS-CCP
|
Tipi ta’ xenarji (Artikolu 12(3), punt (a), u 12 (7), punt (j) tar-Regolament (UE) 2021/23) |
Fatturi li jiddeskrivu t-tip ta’ xenarji (Artikolu 12(3), punt (a), u 12(7), punt (j) tar-Regolament (UE) 2021/23) |
|
Xenarju tal-Inadempjenza – Irkupru mingħajr suċċess meta s-CCP ma jkollhiex biżżejjed riżorsi u għodod għal irkupru b’suċċess |
Jiġi stabbilit xenarju fejn CCP ma tkunx indirizzat b’mod sħiħ in-nuqqasijiet ta’ likwidità jew l-arranġamenti ta’ allokazzjoni tat-telf stabbiliti li jindirizzaw bis-sħiħ it-telf ta’ kreditu mhux kopert. B’riżultat ta’ dan, ir-riżorsi u l-għodod ta’ rkupru mhumiex biżżejjed biex jassorbu t-telf u jfornu mill-ġdid ir-riżorsi finanzjarji għal rekwiżiti regolatorji minimi. |
|
Xenarju tal-Inadempjenza – Nuqqas ta’ arranġamenti għall-allokazzjoni tat-telf |
Jiġi stabbilit xenarju fejn l-arranġamenti tal-allokazzjoni tat-telf tas-CCP stabbiliti fil-pjan ta’ rkupru ma joperawx kif maħsub u b’riżultat ta’ dan, ir-riżorsi jew l-għodod ippjanati ma jkunux, jew ma jkunux biżżejjed, disponibbli fiż-żmien tal-irkupru. |
|
Xenarju tal-Inadempjenza – Membri tal-ikklirjar multipli ma jissodisfawx l-obbligi tagħhom skont l-azzjonijiet ta’ rkupru tas-CCP |
Jiġi stabbilit xenarju fejn il-membri tal-ikklirjar multipli ma jissodisfawx l-obbligi tagħhom skont l-azzjonijiet ta’ rkupru tas-CCP Jekk il-grupp ta’ membri tal-ikklerjar improduttivi jkun kbir biżżejjed jew jekk in-nuqqas tagħhom li jissodisfaw l-obbligi jwassal għal telf ġenerali ta’ fiduċja fis-CCP, is-CCP tista’ ma tkunx tista’ tkompli bl-operazzjonijiet. |
|
Xenarju tal-Inadempjenza – Twaqqit ta’azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni |
Jiġi stabbilit xenarju fejn l-awtoritajiet rilevanti jiddeterminaw li r-riżoluzzjoni għandha tinbeda qabel ma jiġu applikati wħud mill-arranġamenti jew l-għodod skont il-pjan ta’ rkupru tas-CCP. F’dan ix-xenarju, l-awtoritajiet rilevanti jkunu ddeterminaw li l-applikazzjoni ta’ arranġamenti jew għodod ta’ rkupru fil-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq tista’ thedded l-istabbiltà finanzjarja u/jew il-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi. |
|
Xenarju mhux tal-Inadempjenza – Riskji ta’ investiment |
Jiġi stabbilit xenarju fejn jista’ jirriżulta telf fuq investimenti ta’ marġni inizjali jew assi ta’ fond tal-inadempjenza pereżempju jekk kontroparti ta’ investiment tfalli. CCP jista’ jkollha bżonn iġġarrab tali telf, jekk l-għodod tal-allokazzjoni tat-telf fir-regoli tas-CCP ma jkopruhomx b’mod ieħor. It-telf jista’ jseħħ ukoll mill-investiment tar-riżorsi finanzjarji proprji ta’ CCP inklużi SITG u SSITG. It-telf fl-investiment jista’ jimmaterjalizza f’daqqa waħda. |
|
Xenarju mhux tal-Inadempjenza – Falliment ta’ fornituri ta’ servizzi |
Jiġi stabbilit xenarju fejn, bħala riżultat tal-falliment ta’ kustodju, depożitarju, bank ta’ pagament jew saldu, sistema ta’ pagament, sistema ta’ saldu tat-titoli jew entità oħra li tipprovdi servizzi simili, is-CCP tista’ titlef l-aċċess f’waqtu għall-assi tagħha, ma tkunx tista’ tiġbor il-marġni jew ma tkunx tista’ tittrasforma kollateral mhux fi flus jew investimenti fi flus kontanti. Dan jista’ jikkawża problemi ta’ likwidità u/jew ta’ solvenza lil CCP, skont in-natura jew il-konsegwenzi tal-falliment u ż-żmien meħtieġ biex jinkiseb mill-ġdid l-aċċess għall-assi. |
|
Xenarju mhux inadempjenti – Avvenimenti ta’ riskju operazzjonali |
Jiġi stabbilit xenarju fejn it-telf finanzjarju jew l-isfidi ta’ likwidità jirriżultaw minn firxa ta’ fallimenti operazzjonali, bħal żball uman, falliment tat-teknoloġija tal-informazzjoni, frodi, inċident ċibernetiku, jew nuqqas ta’ prestazzjoni tal-bejjiegħa jew tal-fornituri tas-servizzi. CCP tista’ ġġarrab telf operazzjonali direttament (telf primarju) jew minħabba l-azzjonijiet legali meħuda minn oħrajn affettwati mill-avveniment (telf sekondarju). L-avvenimenti ta’ riskju operazzjonali jistgħu jseħħu f’daqqa, iżda ċertu telf, b’mod partikolari t-telf sekondarju jista’ jieħu s-snin biex jimmaterjalizza kompletament. |
|
Xenarju mhux tal-Inadempjenza – Telf finanzjarju (Arranġamenti komprensivi għall-allokazzjoni tat-telf għal telf ta’ kustodja u ta’ investiment li s-CCP iġġarrab bħala riżultat tal-attività tal-ikklirjar u tas-saldu tagħha) |
Jiġi stabbilit xenarju fejn is-CCP ma jkollhiex biżżejjed riżorsi finanzjarji jew għodod biex tkopri telf mhux inadempjenti (inkluż telf li jirriżulta minn riskji legali, inklużi penali legali, regolatorji, ta’ infurzar jew kuntrattwali li jistgħu jwasslu għal telf jew inċertezza sinifikanti għas-CCP u li jistgħu jieħdu żmien twil biex jimmaterjalizzaw). F’dan ix-xenarju, it-telf mhux inadempjenti jkun akbar mir-riżorsi kapitali u kontinġenti tas-CCP (eż. assigurazzjoni, garanziji tal-ġenituri). Alternattivament, f’xenarju fejn il-membri tal-ikklirjar tas-CCP ikunu meħtieġa wkoll li jġarrbu t-telf, ir-riżorsi aggregati disponibbli ma jkunux biżżejjed biex ikopru t-telf u/jew jirrikostitwixxu l-kapital lura għall-minimu meħtieġ. |
|
Jiġi stabbilit xenarju fejn l-arranġamenti tas-CCP biex tkopri t-telf mhux inadempjenti (speċifiku) stabbiliti fil-pjan ta’ rkupru ma jkunux jistgħu jintużaw jew ma joperawx kif maħsub. B’riżultat ta’ dan, ir-riżorsi jew l-għodod ippjanati mhumiex, jew mhumiex biżżejjed, disponibbli fiż-żmien tal-irkupru. |
|
|
Jiġi stabbilit xenarju fejn il-membri tal-ikklirjar tas-CCPs ma jissodisfawx l-obbligi tagħhom skont l-azzjonijiet ta’ rkupru tas-CCP F’dan ix-xenarju, il-membri tal-ikklerjar ma jissodisfawx l-obbligi applikabbli tal-allokazzjoni tat-telf jew tar-rikostituzzjoni. |
|
|
Jiġi stabbilit xenarju fejn id-detenturi tal-ishma tas-CCPs ma jissodisfawx l-obbligi tagħhom skont l-azzjonijiet ta’ rkupru tas-CCP F’dan ix-xenarju, il-kumpanija omm tas-CCP jew azzjonisti oħra ma jkoprux it-telf mhux inadempjenti tas-CCP li mhuwiex allokat xi mkien ieħor u/jew li mhumiex lesti jirrikapitalizzaw is-CCP, irrispettivament minn jekk hemmx impenn kuntrattwali, garanzija tal-ġenituri, jew arranġament simili biex jiġu pprovduti riżorsi finanzjarji jew le. |
|
|
Jiġi stabbilit xenarju fejn l-awtoritajiet rilevanti jiddeterminaw li r-riżoluzzjoni għandha tinbeda qabel ma jiġu applikati wħud mill-arranġamenti jew l-għodod talßirkupru jew l-istralċ tas-CCP. F’dan ix-xenarju, l-arranġamenti ta’ rkupru u stralċ tas-CCP huma konsistenti mal-PFMI, iżda l-awtoritajiet rilevanti ddeterminaw li l-applikazzjoni tagħhom fil-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq tista’ thedded l-istabbiltà finanzjarja u/jew il-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi. |
|
|
Avveniment(i) li jikkawża(w) telf simultanju ta’ inadempjenza u mhux ta’ inadempjenza – Dan ix-xenarju jindirizza s-sitwazzjoni li fiha jkun hemm telf konkorrenti ta’ inadempjenza u mhux ta’ inadempjenza bħala riżultat ta’ event wieħed jew bħala riżultat ta’ diversi avvenimenti li jseħħu f’perjodu ta’ żmien imnaqqas. |
Jiġi stabbilit xenarju fejn ikun hemm entitajiet speċifiċi li huma sorsi materjali kemm ta’ telf ta’ inadempjenza kif ukoll ta’ telf mhux inadempjenti, xenarji speċifiċi li janalizzaw l-effetti ta’ eventi ta’ inadempjenza li jaffettwaw lil dawn l-entitajiet jistgħu jkunu rilevanti. Jitqies fejn it-telf mhux inadempjenti jiġġarrab mill-membri tal-ikklirjar li jaffettwaw il-perkors tal-propagazzjoni tat-telf u fejn ikun hemm differenzi materjali bejn kombinazzjonijiet differenti ta’ eventi ta’ inadempjenza u mhux ta’ inadempjenza fir-rigward tal-għodod disponibbli, l-użu tal-għodod, il-perkorsi tat-telf jew l-impatt fuq il-partijiet ikkonċernati. |
|
21.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/62 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1194
tal-20 ta’ Ġunju 2023
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2346 rigward id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali dwar ċerti prodotti li l-għan maħsub tagħhom mhuwiex mediku elenkati fl-Anness XVI tar-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(2), flimkien mal-Artikolu 9(1), tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 2(1) u (2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2346 (2) stabbilixxa dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-prodotti li dwarhom jitwettqu l-investigazzjonijiet kliniċi jew li għalihom irid ikun involut korp notifikat fil-valutazzjoni tal-konformità. L-Artikolu 2(3) ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jistabbilixxi wkoll dispożizzjonijiet tranżizzjonali speċifiċi għall-prodotti koperti minn ċertifikat maħruġ minn korp notifikat f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE (3). |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2023/607 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) estenda l-perjodu tranżizzjonali previst fir-Regolament (UE) 2017/745 għal ċerti apparati mediċi, inkluż dawk li huma koperti minn ċertifikat maħruġ minn korp notifikat f’konformità mad-Direttiva 93/42/KEE li huwa validu, sal-31 ta’ Diċembru 2027 jew sal-31 ta’ Diċembru 2028, skont il-klassi ta’ riskju tal-apparat. |
|
(3) |
Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza u tingħata ċ-ċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi, id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2346 għall-prodotti koperti minn ċertifikat maħruġ minn korp notifikat f’konformità mad-Direttiva 93/42/KEE jenħtieġ li jiġu allinjati ma’ dawk stabbiliti fir-Regolament (UE) 2017/745, kif emendat bir-Regolament (UE) 2023/607. |
|
(4) |
Il-prodotti koperti minn ċertifikat maħruġ minn korp notifikat f’konformità mad-Direttiva 93/42/KEE jibbenefikaw minn dispożizzjoni tranżizzjonali speċifika stabbilita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2346. Id-dispożizzjoni ilha tapplika mit-22 ta’ Diċembru 2022 u tippermetti li dawk il-prodotti jitqiegħdu fis-suq jew fis-servizz soġġett għal ċerti kundizzjonijiet, anki jekk iċ-ċertifikat ikun skada. Sa fejn tali prodotti ma jibbenefikawx mid-dispożizzjonijiet tranżitorji estiżi previsti fir-Regolament (UE) 2017/745, kif emendat bir-Regolament (UE) 2023/607, jenħtieġ li l-possibbiltà li jibqgħu jitqiegħdu fis-suq jew fis-servizz, anki jekk iċ-ċertifikat maħruġ minn korp notifikat f’konformità mad-Direttiva 93/42/KEE jkun skada, tiġi prevista bħala dispożizzjoni tranżizzjonali speċifika f’dan ir-Regolament. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza, jenħtieġ li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet applikabbli stabbiliti fl-Artikolu 120 tar-Regolament (UE) 2017/745, kif emendat bir-Regolament (UE) 2023/607. |
|
(5) |
Sabiex titnaqqas kemm jista’ jkun id-duplikazzjoni tal-valutazzjonijiet tal-konformità tal-apparati mediċi koperti minn ċertifikat maħruġ minn korp notifikat f’konformità mad-Direttiva 93/42/KEE u b’hekk jitnaqqsu l-piż fuq il-korpi notifikati u r-riskju ta’ nuqqasijiet ta’ apparati, jenħtieġ li jiġu estiżi bi 18-il xahar u b’30 xahar rispettivament d-dispożizzjonijiet tranżizzjonali fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2346 għall-prodotti li dwarhom jitwettqu l-investigazzjonijiet kliniċi jew li għalihom irid ikun involut korp notifikat fil-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità. |
|
(6) |
Id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2346 għall-prodotti li dwarhom jitwettqu l-investigazzjonijiet kliniċi jew li għalihom irid ikun involut korp notifikat fil-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità jibdew japplikaw mit-22 ta’ Ġunju 2023. Sabiex jiġi żgurat li dawk il-prodotti jkunu jistgħu jibbenefikaw direttament mid-dispożizzjonijiet tranżizzjonali estiżi, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament japplikaw mill-istess data. Il-prodotti koperti minn ċertifikat maħruġ minn korp notifikat f’konformità mad-Direttiva 93/42/KEE bdew jibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet tranżizzjonali stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2346 mit-22 ta’ Diċembru 2022. Sabiex jiġi żgurat li dawk il-prodotti jkunu jistgħu jibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet tranżizzjonali estiżi mingħajr xkiel, u meta jitqies li l-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti f’dan ir-Regolament jiżguraw kontinwità ma’ dawk li kienu japplikaw qabel, jenħtieġ li d-dispożizzjoni rilevanti ta’ dan ir-Regolament tapplika wkoll mit-22 ta’ Ġunju 2023. B’hekk jenħtieġ li d-dispożizzjoni preċedenti li tistabbilixxi l-applikabbiltà mit-22 ta’ Diċembru 2022 titħassar mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2346 mid-data tal-applikazzjoni tad-dispożizzjoni emendata stabbilita f’dan ir-Regolament. |
|
(7) |
Sabiex jiġi żgurat li l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jaċċessaw u jimplimentaw malajr id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali estiżi stabbiliti minn dan ir-Regolament, jenħtieġ li dan jidħol fis-seħħ mill-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(8) |
Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2346 jiġi emendat skont dan. |
|
(9) |
Ġie kkonsultat il-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar l-Apparat Mediku. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Apparati Mediċi, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2346 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 3(2), titħassar it-tieni sentenza. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mit-22 ta’ Ġunju 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2346 tal-1 ta’ Diċembru 2022 li jistabbilixxi speċifikazzjonijiet komuni għall-gruppi ta’ prodotti li l-għan maħsub tagħhom mhuwiex mediku elenkati fl-Anness XVI tar-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar apparati mediċi (ĠU L 311, 2.12.2022, p. 60).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1993 dwar mezzi mediċi (ĠU L 169, 12.7.1993, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE) 2023/607 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2023 li jemenda r-Regolamenti (UE) 2017/745 u (UE) 2017/746 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali għal ċerti apparati mediċi u apparati mediċi dijanjostiċi in vitro (ĠU L 80, 20.3.2023, p. 24)
|
21.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/65 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1195
tal-20 ta’ Ġunju 2023
li jistabbilixxi r-regoli għad-dettalji u l-format tal-informazzjoni li għandha ssir disponibbli mill-Istati Membri dwar ir-riżultati ta’ investigazzjonijiet uffiċjali li jikkonċernaw każijiet ta’ kontaminazzjoni bi prodotti jew sustanzi mhux awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni organika
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 29(8), il-punt (b) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2018/848 jipprevedi li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jridu jiddokumentaw ir-riżultati tal-investigazzjonijiet u l-miżuri li jkunu ħadu fil-każ tal-preżenza ta’ prodotti u sustanzi li mhumiex awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni organika skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(3) ta’ dak ir-Regolament. F’konformità mal-Artikolu 29(6) tar-Regolament (UE) 2018/848, l-Istati Membri għandhom jaqsmu l-informazzjoni mal-Istati Membri l-oħra u mal-Kummissjoni dwar kull miżura li jkunu ħadu għall-fini tal-formulazzjoni tal-aħjar prattiki u dwar kull miżura oħra biex tiġi evitata l-preżenza ta’ prodotti u sustanzi mhux awtorizzati għall-użu fi produzzjoni organika. |
|
(2) |
L-Artikolu 29(9) tar-Regolament (UE) 2018/848 jirrikjedi li l-Istati Membri jittrażmettu b’mod elettroniku, permezz tas-sistema kompjuterizzata li poġġiet il-Kummissjoni għad-disponibbiltà tagħhom, l-informazzjoni rilevanti dwar każijiet li jinvolvu l-kontaminazzjoni bi prodotti jew sustanzi mhux awtorizzati. |
|
(3) |
Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-mezzi li bihom l-Istati Membri jittrażmettu l-informazzjoni kollha meħtieġa mir-Regolament (UE) 2018/848 lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, id-dettalji u l-format li bih għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 29(6) ta’ dak ir-Regolament jistgħu jintużaw ukoll biex tiġi trażmessa l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 29(9) ta’ dak ir-Regolament. L-Istati Membri jenħtieġ li jużaw is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Biedja Organika (OFIS) għal dak il-għan. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Produzzjoni Organika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Dettalji u format tal-informazzjoni dwar investigazzjonijiet uffiċjali, l-aħjar prattiki u miżuri ulterjuri relatati mal-kontaminazzjoni minn prodotti u sustanzi mhux awtorizzati
L-Istati Membri għandhom jużaw is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Biedja Organika (OFIS) u l-mudell stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament biex iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri l-oħra u tal-Kummissjoni r-riżultati dokumentati ta’ investigazzjonijiet uffiċjali li twettqu f’konformità mal-Artikolu 29(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2018/848 u kull miżura li ħadu l-awtoritajiet kompetenti għall-fini tal-formulazzjoni tal-aħjar prattiki, u miżuri ulterjuri biex tiġi evitata l-preżenza ta’ prodotti u sustanzi mhux awtorizzati, skont l-Artikolu 9(3), l-ewwel subparagrafu, ta’ dak ir-Regolament għall-użu fil-produzzjoni organika.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
ANNESS
Mudelli tal-OFIS imsemmija fl-Artikolu 1
PARTI I
Informazzjoni dwar ir-riżultati tal-investigazzjonijiet uffiċjali msemmija fl-Artikolu 29(1), il-punt (a) tar-Regolament (UE) 2018/848 u dwar il-miżuri li twettqu biex tiġi evitata l-preżenza ta’ prodotti u sustanzi mhux awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni organika
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
PARTI II
L-aħjar prattiki
Jekk jogħġbok ipprovdi ħarsa ġenerali annwali tal-aħjar prattiki dokumentati fl-Istat Membru tiegħek matul is-sena preċedenti skont l-Artikolu 29(6) tar-Regolament (UE) 2018/848 biex tiġi evitata l-preżenza ta’ prodotti u sustanzi mhux awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni organika.
|
|
|
Nota: |
informazzjoni dwar każijiet li jinvolvu l-kontaminazzjoni bi prodotti jew sustanzi li mhumiex awtorizzati skont l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (UE) 2018/848 għall-użu fil-produzzjoni organika fl-Istat Membru rilevanti |
L-Istati Membri jistgħu jużaw il-mudell fil-Parti I biex jibagħtu lill-Kummissjoni, sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, il-każijiet ta’ kontaminazzjoni identifikati mill-awtorità kompetenti matul is-sena ta’ qabel, jew, fejn xieraq, mill-awtorità ta’ kontroll jew mill-korp ta’ kontroll, meta jkunu qed iwettqu l-kontrolli uffiċjali f’konformità mal-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) 2018/848 jew investigazzjonijiet uffiċjali f’konformità mal-Artikolu 29 ta’ dak ir-Regolament.
Il-każijiet ta’ kontaminazzjoni li ma tkunx ingħalqet l-investigazzjoni uffiċjali dwarhom sal-31 ta’ Diċembru għandhom jiddaħħlu fit-trażmissjoni għas-sena ta’ wara.
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali, u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1). Japplika biss għall-ikel u l-għalf.
DEĊIŻJONIJIET
|
21.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/69 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/1196
tas-16 ta’ Ġunju 2023
li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali ta’ Malta/Central Bank of Malta
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 4 dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ April 2023 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tas-Central Bank of Malta (BĊE/2023/12) (1),
Billi:
|
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro jridu jiġu awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Il-mandat ta’ KPMG bħala awdituri esterni tal-Bank Ċentrali ta’ Malta/Central Bank of Malta ġie tterminat bi ftehim reċiproku. Għalhekk jeħtieġ li jinħatru awdituri esterni għas-sena finanzjarja 2023. |
|
(3) |
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta/Central Bank of Malta għażel lil Deloitte Audit Ltd bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2023 sa 2027. |
|
(4) |
Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE rrakkomanda li Deloitte Audit Ltd jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali ta’ Malta/Central Bank of Malta għas-snin finanzjarji 2023 sa 2027. |
|
(5) |
B’segwitu għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE, jenħtieġ li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (2) tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/70/KE, il-paragrafu 15 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“15. Deloitte Audit Ltd huma b’dan approvati bħala l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali ta’ Malta/Central Bank of Malta għas-snin finanzjarji 2023 sa 2027.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Bank Ċentrali Ewropew.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-16 ta’ Ġunju 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
E. SVANTESSON
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE tal-25 ta’ Jannar 1999 dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali (ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69).
|
21.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/71 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/1197
tad-19 ta’ Ġunju 2023
li tawtorizza lill-Polonja tapplika rati mnaqqsa ta’ dazju tas-sisa fuq iż-żejt kombustibbli, il-gass naturali, il-faħam u l-kokk, użati bħala fjuwils għat-tisħin, f’konformità mal-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/96/KE
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Permezz tal-ittra bid-data tat-3 ta’ Jannar 2023, il-Polonja talbet awtorizzazzjoni biex tapplika rati mnaqqsa ta’ dazju tas-sisa fuq iż-żejt kombustibbli, il-gass naturali, il-faħam u l-kokk, użati bħala fjuwils għat-tisħin, skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/96/KE, li jaqgħu taħt il-livelli minimi rilevanti ta’ tassazzjoni msemmija fl-Artikolu 9 ta’ dik id-Direttiva. Aktar tagħrif u kjarifiki b’appoġġ għat-talba ġew ipprovduti mill-awtoritajiet Pollakki fil-15 ta’ Frar 2023. Intalab li l-awtorizzazzjoni t tapplika għal perjodu ta’ sitt xhur, mill-1 ta’ Jannar 2023 sat-30 ta’ Ġunju 2023. |
|
(2) |
Skont l-awtoritajiet Pollakki, l-applikazzjoni ta’ rata tat-taxxa mnaqqsa għandha l-għan li ttaffi l-impatt negattiv li kien ikun ikkawżat b’żieda fil-livell ta’ tassazzjoni minħabba rata tal-kambju tal-euro-zloty għolja u mhux favorevoli, f’konformità mal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2003/96/KE. Dan it-tnaqqis jikkorrispondi għall-ammont li jirriżulta mid-differenza fir-rata tal-kambju wara l-aġġustament annwali mwettaq f’konformità mal-Artikolu 13 ta’ dik id-Direttiva. |
|
(3) |
L-awtorizzazzjoni mitluba x’aktarx li mhux ser toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni jew tfixkel il-funzjonament xieraq tas-suq intern. Minħabba d-durata qasira tagħha u ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali marbuta mas-sitwazzjoni ġeopolitika, l-awtorizzazzjoni mitluba titqies xierqa u proporzjonata. L-awtorizzazzjoni tilħaq bilanċ bejn l-objettivi ta’ politika speċifiċi msemmija fl-Artikolu 19(1), it-tielet paragrafu, tad-Direttiva 2003/96/KE, b’mod partikolari l-politika ambjentali tal-Unjoni, u l-ħtieġa li tiġi żgurata l-affordabbiltà tal-enerġija għan-negozji u għall-unitajiet domestiċi. It-tnaqqis fit-taxxa jikkumpensa parzjalment iż-żieda fil-kostijiet tal-enerġija u mhuwiex kumulattiv ma’ xi tip ieħor ta’ tnaqqis fit-taxxa. |
|
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Polonja tkun awtorizzata tapplika rati mnaqqsa ta’ dazju tas-sisa fuq iż-żejt kombustibbli, il-gass naturali, il-faħam u l-kokk, użati bħala fjuwils għat-tisħin, kif mitlub. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 19(2) tad-Direttiva 2003/96/KE, kull awtorizzazzjoni mogħtija taħt dik id-dispożizzjoni jeħtieġ li jkollha żmien strettament limitat. Madankollu, biex ma jiddgħajfux l-iżviluppi ġenerali futuri tal-qafas legali eżistenti, huwa xieraq li jiġi previst li, f’każ li l-Kunsill li jkun qed jaġixxi abbażi tal-Artikolu 113 jew ta’ kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti oħra tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jintroduċi sistema ġenerali modifikata għat-tassazzjoni tal-prodotti tal-enerġija u l-elettriku li għalihom ma tkunx tista’ tiġi adattata din l-awtorizzazzjoni, jenħtieġ li din l-awtorizzazzjoni tieqaf tapplika fil-jum li fih dik is-sistema ġenerali modifikata ssir applikabbli. |
|
(6) |
Sabiex jiġi żgurat indirizzar bla xkiel tal-effetti negattivi għall-konsumaturi ta’ prezzijiet għoljin tal-prodotti tal-enerġija, fil-mument li fih l-impatt ikun l-akbar minħabba inflazzjoni għolja u żieda fil-prezzijiet, jenħtieġ li jiġi żgurat li l-Polonja tkun tista’ tapplika t-tnaqqis fit-taxxa, kif mitlub, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023. |
|
(7) |
Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Polonja hija awtorizzata tapplika rati mnaqqsa ta’ dazju tas-sisa fuq iż-żejt kombustibbli, il-gass naturali, il-faħam u l-kokk, użati bħala fjuwils għat-tisħin, taħt il-livelli minimi rilevanti ta’ tassazzjoni msemmija fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2003/96/KE.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2023 sat-30 ta’ Ġunju 2023.
Madankollu, f’każ li l-Kunsill li jkun qiegħed jaġixxi abbażi tal-Artikolu 113 jew ta’ kwalunkwe dispożizzjoni oħra rilevanti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jintroduċi sistema ġenerali modifikata għat-tassazzjoni tal-prodotti tal-enerġija u l-elettriku li għalihom ma tkunx tista’ tiġi adattata l-awtorizzazzjoni mogħtija fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni, din id-Deċiżjoni għandha tieqaf tapplika fil-jum li fih dik is-sistema ġenerali modifikata ssir applikabbli.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Polonja.
Magħmul fil-Lussemburgu, id-19 ta’ Ġunju 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
E. BUSCH
|
21.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/73 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1198
tal-21 ta’ Ġunju 2023
li temenda d-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi biex jiġu awtorizzati ċerti derogi nazzjonali
(notifikata bid-dokument C(2023) 3900)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 6(2) u (4) tagħha,
Billi:
|
(1) |
It-Taqsima I.3 tal-Anness I, it-Taqsima II.3 tal-Anness II u t-Taqsima III.3 tal-Anness III tad-Direttiva 2008/68/KE fihom listi ta’ derogi nazzjonali, li jippermettu li jiġu kkunsidrati ċirkostanzi nazzjonali speċifiċi. Ċerti Stati Membri talbu diversi emendi għal derogi awtorizzati. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni eżaminat jew irrieżaminat dawk it-talbiet għal derogi u sabet li jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 2008/68/KE. Għalhekk, jenħtieġ li d-derogi jiġu awtorizzati. |
|
(3) |
Peress li jenħtieġ li jiġu adattati t-Taqsima I.3 tal-Anness I, it-Taqsima II.3 tal-Anness II u t-Taqsima III.3 tal-Anness III tad-Direttiva 2008/68/KE, jixraq li għal raġunijiet ta’ ċarezza, dawn jiġu sostitwiti. |
|
(4) |
Għaldaqstant jenħtieġ li d-Direttiva 2008/68/KE tiġi emendata skont dan. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Istati Membri elenkati fl-Anness huma awtorizzati jimplimentaw id-derogi stabbiliti fl-Anness dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom.
Artikolu 2
L-Annessi I, II u III tad-Direttiva 2008/68/KE huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ġunju 2023.
Għall-Kummissjoni
Adina-Ioana VĂLEAN
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
L-Annessi I, II u III tad-Direttiva 2008/68/KE huma emendati kif ġej:
|
(1) |
fl-Anness I, it-Taqsima I.3 hija sostitwita b’dan li ġej: “I.3. Derogi nazzjonali Derogi għall-Istati Membri għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom abbażi tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/68/KE. Numerazzjoni tad-derogi: RO-a/bi/bii-MS-nn RO = Triq a/bi/bii = Artikolu 6(2) a/bi/bii MS = Abbrevjazzjoni għal Stat Membru nn = in-numru tal-ordni Abbażi tal-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva 2008/68/KE BE Il-Belġju RO-a-BE-2 Suġġett: It-trasport ta’ kontenituri vojta mhux imnaddfa li kien fihom prodotti ta’ klassijiet differenti. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.6 Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Indikazzjoni dwar id-dokument tat-trasport “pakketti vojta mhux imnaddfa li fihom kien hemm prodotti ta’ klassijiet differenti”. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Deroga 6-97 Data ta’ skadenza: il-31 ta’ Diċembru 2028 RO-a-BE-3 Suġġett: Adozzjoni tal-RO-a-HU-2. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: deroga 4-2004 Data ta’ skadenza: il-31 ta’ Diċembru 2028 RO-a-BE-4 Suġġett: eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-ADR kollha għat-trasport nazzjonali ta’ massimu ta’ 1 000 detettur joniku tad-duħħan użat minn unitajiet domestiċi privati sal-faċilità tat-trattament fil-Belġju permezz taċ-ċentri tal-ġbir previsti fix-xenarju għall-ġbir selettiv tad-detetturi tad-duħħan. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: ir-rekwiżiti kollha Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-użu domestiku tad-detetturi joniċi tad-duħħan mhuwiex sottomess għall-kontroll regolatorju mil-lat radjoloġiku ladarba d-detettur tad-duħħan ikun ta’ tip approvat. It-trasport ta’ dawn id-detetturi tad-duħħan għal għand l-utent finali huwa wkoll eżentat mir-rekwiżiti tal-ADR. (ara 1.7.1.4. e)). Id-Direttiva 2002/96/KE (dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku) tirrikjedi l-ġbir selettiv tad-detetturi użati tad-duħħan għat-trattament ta’ bordijiet taċ-ċirkwiti u, għad-detetturi joniċi tad-duħħan, sabiex jitneħħewlhom is-sustanzi radjuattivi. Biex dan il-ġbir selettiv ikun possibbli ġie żviluppat xenarju biex iħajjar lill-unitajiet domestiċi privati jieħdu d-detetturi tad-duħħan użati tagħhom f’ċentru tal-ġbir minn fejn dawn id-detetturi jkunu jistgħu jinġarru lejn il-faċilità tat-trattament, xi drabi minn ċentru tal-ġbir ieħor jew minn post ta’ ħżin intermedju. Fiċ-ċentri tal-ġbir ikun hemm disponibbli imballaġġi tal-metall li jesgħu massimu ta’ 1 000 detettur tad-duħħan. Tali pakkett li jkollu fih id-detetturi tad-duħħan jista’ jiġi ttrasportat minn dawn iċ-ċentri flimkien ma’ skart ieħor lejn maħżen intermedju jew lejn il-faċilità tat-trattament. Il-pakkett ikun ittikkettat bil-kliem “detettur tad-duħħan”. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: ix-xenarju għall-ġbir selettiv tad-detetturi tad-duħħan jagħmel parti mill-kundizzjonijiet għat-tneħħija tal-istrumenti approvati previsti fl-Artikolu 3.1.d.2 tad-digriet reġju tal-20 ta’ Lulju 2001: ir-regolament ġenerali dwar il-protezzjoni mir-radjazzjoni Kummenti: Din id-deroga hija meħtieġa sabiex ikun possibbli l-ġbir selettiv tad-detetturi joniċi tad-duħħan użati. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2026 DK Id-Danimarka RO-a-DK-2 Suġġett: It-trasport bit-triq ta’ imballaġġ li jkun fih sustanzi splussivi u ta’ imballaġġ li jkun fih id-detonaturi fl-istess vettura. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5.2.2 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet għall-ippakkjar imħallat. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-regoli tal-ADR iridu jiġu osservati meta jkunu qed jiġu trasportati oġġetti perikolużi bit-triq. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 729 of 15. august 2001 om vejtransport of farligt gods § 4, stk. l Kummenti: Teżisti ħtieġa prattika sabiex is-sustanzi splussivi ikunu jistgħu jiġu ppakkjati flimkien mad-detonaturi fl-istess vettura meta dawn l-oġġetti jiġu ttrasportati minn fejn ikunu maħżuna lejn il-post tax-xogħol u lura. Meta l-leġiżlazzjoni Daniża dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi tiġi emendata, l-awtoritajiet Daniżi se jippermettu dan it-trasport skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:
Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2026 RO-a-DK-3 Suġġett: It-trasport bit-triq ta’ imballaġġi u ta’ oġġetti li jkun fihom skart jew fdalijiet ta’ oġġetti perikolużi ta’ ċerti klassijiet minn unitajiet domestiċi u minn intrapriżi għall-iskop ta’ rimi. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-partijiet u l-Kapitoli 2, 3, 4.1, 5.1, 5.2, 5.4, 6, 8.1 u 8.2. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-dispożizzjonijiet tal-klassifikazzjoni, id-dispożizzjonijiet speċjali, id-dispożizzjonijiet tal-ippakkjar, il-proċeduri tal-kunsinna, ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-imballaġġi, ir-rekwiżiti ġenerali li jikkonċernaw l-unitajiet tat-trasport u t-tagħmir abbord kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ taħriġ. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-imballaġġ intern u l-oġġetti li fihom ikun hemm skart jew fdalijiet ta’ oġġetti perikolużi ta’ ċerti klassijiet miġbura minn unitajiet domestiċi privati jew intrapriżi għall-iskop ta’ rimi, jistgħu jiġu ppakkjati flimkien f’ċertu imballaġġ estern u/jew sovraimballaġġi u jinġarru skont proċeduri tal-kunsinna speċjali inkluż restrizzjonijiet speċjali għall-ippakkjar u għall-immarkar. Il-kwantità ta’ oġġetti perikolużi għal kull imballaġġ intern, għal kull imballaġġ estern u/jew għal kull unità ta’ trasport hija ristretta. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 818 af 28. juni 2011 om vejtransport af farligt gods § 4, stk. 3 Kummenti: Mhuwiex possibbli li l-amministraturi tal-iskart japplikaw id-dispożizzjonijiet kollha tal-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE meta l-iskart bi fdalijiet ta’ oġġetti perikolużi jinġabar minn unitajiet domestiċi privati u intrapriżi biex jinġarr għar-rimi. L-iskart normalment jinżamm f’imballaġġi li jkunu nbiegħu bl-imnut. Data ta’ skadenza: l-1 ta’ Jannar 2025 DE Il-Ġermanja RO-a-DE-1 Suġġett: L-ippakkjar imħallat u t-tagħbija mħallta ta’ partijiet tal-karozzi bil-klassifikazzjoni 1.4G flimkien ma’ ċerti oġġetti perikolużi (n4). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.10 u 7.5.2.1 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar l-ippakkjar imħallat u t-tagħbija mħallta. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: UN 0431 u UN 0503 jistgħu jitgħabbew flimkien ma’ ċerti oġġetti perikolużi (prodotti relatati mal-fabbrikazzjoni tal-karrozzi) f’ċerti ammonti, elenkati fl-eżenzjoni. Il-valur ta’ 1 000 (komparabbli ma’ 1.1.3.6.4) ma għandux jinqabeż. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung — GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. IS. 4350); Ausnahme 28. Kummenti: L-eżenzjoni hija meħtieġa sabiex il-partijiet tas-sikurezza tal-karozzi jkunu jistgħu jitwasslu malajr, skont id-domanda lokali. Minħabba l-firxa wiesgħa ta’ prodotti, il-ħżin ta’ dawn il-prodotti f’garaxxijiet lokali mhuwiex komuni. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027 RO-a-DE-2 Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit li jinġarru dokument tat-trasport u dikjarazzjoni tal-ispeditur għal ċerti kwantitajiet ta’ oġġetti perikolużi, kif definit f’1.1.3.6 (n1). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.1 u 5.4.1.1.6 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: kontenut tad-dokument tat-trasport. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għall-klassijiet kollha barra l-Klassi 7: ma hu meħtieġ l-ebda dokument tat-trasport, jekk il-kwantità tal-oġġetti trasportati ma taqbiżx il-kwantitajiet mogħtija f’1.1.3.6. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung — GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. IS. 4350); Ausnahme 18. Kummenti: L-informazzjoni mogħtija mill-immarkar u mit-tikkettar tal-pakketti għandha titqies suffiċjenti għat-trasport nazzjonali, minħabba li meta tkun involuta d-distribuzzjoni lokali, mhux dejjem ikun meħtieġ dokument tat-trasport. Id-deroga rreġistrata mill-Kummissjoni bħala Nru 22 (skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE). Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027 RO-a-DE-3 Suġġett: It-trasportazzjoni tal-istandards tal-kejl u tal-pompi tal-fjuwil (vojta, mhux imnaddfa). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Dispożizzjonijiet għan-numri NU 1202, 1203 u 1223. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: L-imballaġġ, l-immarkar, id-dokumenti, l-istruzzjonijiet tat-trasport u tal-maniġġ, l-istruzzjonijiet għall-ekwipaġġi tal-vettura. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-ispeċifikazzjoni tar-regolamenti applikabbli u tad-dispożizzjonijiet anċillari għall-applikazzjoni tad-deroga; sa 1 000 l: komparabbli ma’ imballaġġi vojta, mhux imnaddfa; aktar minn 1 000 l: konformità ma’ ċerti regolamenti għat-tankijiet; trasportazzjoni vojta u mhux imnaddfa biss. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung — GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. IS. 4350); Ausnahme 24. Kummenti: Lista Nru 7, 38, 38a. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027 RO-a-DE-5 Suġġett: Awtorizzazzjoni għall-imballaġġ ikkombinat. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.10.4 MP2 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Projbizzjoni ta’ imballaġġ ikkombinat. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassijiet 1.4S, 2, 3 u 6.1; awtorizzazzjoni għall-imballaġġ ikkombinat ta’ oġġetti fil-Klassi 1.4S (skrataċ għall-armi żgħar), aerosols (Klassi 2) u materjali tat-tindif u tat-trattamenti fil-Klassijiet 3 u 6.1 (numri NU elenkati) bħala settijiet li għandhom jinbiegħu f’imballaġġ ikkombinat fil-grupp tal-imballaġġ II u fi kwantitajiet żgħar. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung — GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 21. Kummenti: Lista Nru. 30*, 30a, 30b, 30c, 30d, 30e, 30f, 30 g. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027 IE L-Irlanda RO-a-IE-1 Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit ta’ 5.4.0 tal-ADR għal dokument tat-trasport għall-ġarr tal-pestiċidi tal-Klassi 3 tal-ADR, elenkati skont 2.2.3.3 bħala pestiċidi FT2 (f.p. < 23 °C) u l-Klassi 6.1 tal-ADR, elenkati skont 2.2.61.3 bħala pestiċidi likwidi T6 (b’punt ta’ fjammabilità ta’ mhux anqas minn 23 °C), meta l-kwantitajiet ta’ oġġetti perikolużi li qed jinġarru ma jaqbżux il-kwantitajiet stabbiliti f’1.1.3.6 tal-ADR. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżit għal dokument tat-trasport. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dokument tat-trasport mhuwiex meħtieġ għall-ġarr tal-pestiċidi tal-Klassijiet 3 u 6.1 tal-ADR, meta l-kwantità tal-oġġetti perikolużi li tkun qed tinġarr ma taqbiżx il-kwantitajiet stipulati fil-punt 1.1.3.6 tal-ADR. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-Regolament 82(9) tal-“Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 2004” Kummenti: Rekwiżiti onerużi u bla ħtieġa għat-trasport lokali u għall-konsenja ta’ dawn il-pestiċidi. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027 RO-a-IE-4 Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-punti 5.3, 5.4, 7 u mill-Anness B tal-ADR, fir-rigward tal-ġarr taċ-ċilindri tal-gass li jintużaw f’distributuri awtomatiċi (tax-xorb) meta jinġarru fuq l-istess vettura max-xorb (li se jintużaw għalihom). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3, 5.4, 7 u l-Anness B. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: L-immarkar tal-vetturi, id-dokumentazzjoni li għandha tinġarr u d-dispożizzjonijiet dwar it-tagħmir tat-trasport u l-operazzjonijiet tat-trasport. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-punti 5.3, 5.4, 7 u mill-Anness B tal-ADR għaċ-ċilindri tal-gass, li jintużaw f’distributuri awtomatiċi tax-xorb, meta dawn iċ-ċilindri tal-gass ikunu qed jinġarru fuq l-istess vettura tax-xorb (li se jintużaw għalihom). Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Emenda proposta għall-“Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004” Kummenti: L-attività prinċipali tikkonsisti fit-tqassim ta’ pakketti tax-xorb, li ma jkunux sustanzi skont l-ADR, kif ukoll ta’ kwantitajiet żgħar ta’ ċilindri żgħar biex jitqassmu l-gassijiet assoċjati ma’ dan ix-xorb. Preċedentement skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027 RO-a-IE-5 Suġġett: Eżenzjoni, għat-trasport nazzjonali fl-Irlanda, mir-rekwiżiti dwar il-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-kontenituri, u mid-dispożizzjonijiet dwar l-użu tagħhom, li jinsabu fil-punti 6.2 u 4.1 tal-ADR, għaċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni tal-gassijiet tal-Klassi 2 li ġew trasporti b’mod multimodali, fosthom il-ġarr marittimu, fejn (i) dawn iċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni inbnew, ġew ittestjati u użati skont il-kodiċi IMDG, (ii) dawn iċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni ma jerġgħux jimtlew fl-Irlanda iżda jittieħdu lura nominalment vojta lejn il-pajjiż tal-oriġini tal-vjaġġ b’trasport multimodali, u (iii) dawn iċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni jitqassmu lokalment fi kwantitajiet żgħar. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.4.2, 4.1 u 6.2. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-dispożizzjonijiet dwar it-trasport multimodali, inkluż il-ġarr marittimu, l-użu taċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni għall-gassijiet tal-Klassi 2 tal-ADR, u l-kostruzzjoni u l-ittestjar ta’ dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni għall-gassijiet tal-Klassi 2 tal-ADR. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dispożizzjonijiet tal-punti 4.1 u 6.2 ma japplikawx għaċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni tal-gassijiet tal-Klassi 2, sakemm (i) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jinbnew u jiġu ttestjati f’konformità mal-Kodiċi IMDG; (ii) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jintużaw f’konformità mal-Kodiċi IMDG; (iii) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jkunu trasportati lejn il-konsenjatur permezz ta’ trasport multimodali, inkluż il-ġarr marittimu; (iv) it-trasport ta’ dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni lejn l-utent finali jkun jikkonsisti biss minn vjaġġ ta’ trasport wieħed, li jkun tlesta fl-istess ġurnata, mill-konsenjatarju tal-operazzjoni tat-trasport multimodali (imsemmija fi (iii)); (v) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni ma jerġgħux jimtlew fl-Istat u jiġu rritornati nominalment vojta lejn il-pajjiż tal-oriġini tal-operazzjoni tat-trasport multimodali (imsemmija fi (iii)); u (vi) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jitqassmu lokalment fl-Istat fi kwantitajiet żgħar. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Emenda proposta għall-“Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004” Kummenti: Il-gassijiet li jinsabu f’dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni għandhom speċifikazzjonijiet, mitluba mill-utent finali, li jirriżultaw fil-ħtieġa li jiġu importati minn barra ż-żona tal-ADR. Ladarba użati, ikun meħtieġ li dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni nominalment vojta jittieħdu lura fil-pajjiż tal-oriġini, sabiex jerġgħu jimtlew bil-gassijiet speċifikati b’mod speċjali — ma għandhomx jimtlew mill-ġdid fl-Irlanda u fl-ebda parti oħra taż-żona tal-ADR. Minkejja li mhumiex konformi mal-ADR, huma konformi mal-Kodiċi IMDG u aċċettati għall-finijiet ta’ dan il-Kodiċi. It-trasport multimodali, li jibda barra miż-żona tal-ADR, huwa intenzjonat li jintemm fil-bini tal-importatur u minn hemm iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni huma maħsuba biex jitqassmu fi kwantitajiet żgħar lill-utent finali lokalment fl-Irlanda. Fl-Irlanda, dan il-ġarr ikun kopert bl-Artikolu 6(9) emendat tad-Direttiva 94/55/KE. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2023 RO-a-IE-6 Suġġett: Eżenzjoni, minn xi dispożizzjonijiet tal-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE dwar l-imballaġġ, l-immarkar u t-tikkettar ta’ kwantitajiet żgħar (inqas mil-limiti fil-punt 1.1.3.6) ta’ oġġetti pirotekniċi skaduti u bil-kodiċijiet tal-klassifikazzjoni 1.3G, 1.4G u 1.4S tal-Klassi 1 tal-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE, li għandhom in-numri rispettivi tal-identifikazzjoni tas-sustanza NU 0092, NU 0093, NU 0191, NU 0195, NU 0197, NU 0240, NU 0312, NU 0403, NU 0404, NU 0453, NU 0505, NU 0506 jew NU 0507 għall-ġarr lejn l-eqreb kwartieri militari jew kamp tal-isparar biex jiġu mormija. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Partijiet 1, 2, 4, 5 u 6 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet ġenerali. Klassifikazzjoni. Dispożizzjonijiet għall-imballaġġ. Dispożizzjonijiet għall-kunsinna. Kostruzzjoni u ttestjar tal-pakketti. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dispożizzjonijiet tal-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE dwar l-imballaġġ, l-immarkar u t-tikkettar ta’ oġġetti pirotekniċi skaduti, bin-numri NU rispettivi NU 0092, NU 0093, NU 0191, NU 0195, NU 0197, NU 0240, NU 0312, NU 0403, NU 0404 NU 0453, NU 0505, NU 0506 jew NU 0507 għall-ġarr lejn l-eqreb kwartieri militari jew kamp tal-isparar ma japplikawx diment li jkun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-imballaġġ tal-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE u tiġi inkluża informazzjoni addizzjonali fid-dokument tat-trasport. Din id-deroga tapplika biss għat-trasport lokali, lejn kwartieri militari jew kamp tal-isparar, ta’ kwantitajiet żgħar ta’ dan il-materjal pirotekniku skadut biex jiġu mormija b’mod sikur. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: S.I. 349 tar-Regolament tal-2011, 57(f) u (g) Kummenti: Il-ġarr fi kwantitajiet żgħar ta’ materjal pirotekniku marittimu “skadut”, speċjalment minn sidien ta’ dgħajjes għad-delizzju u fornituri marittimi, lejn kwartieri militari jew kamp tal-isparar biex jiġu mormija b’mod sikur, ħoloq diffikultajiet, partikolarment fir-rigward tar-rekwiżiti għall-imballaġġ. Id-deroga hija għal kwantitajiet żgħar (anqas minn dawk speċifikati fil-punt 1.1.3.6) għat-trasport lokali, li tkopri n-numri NU kollha assenjati għal materjal pirotekniku marittimu. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027 RO-a-IE-7 Suġġett: Adozzjoni tal-RO-a-HU-2. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: - Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027 ES Spanja RO-a-ES-1 Suġġett: Twaħħil tal-plakards tal-kontejners Bażi ġuridika: Id-Direttiva 2008/68/KE, l-Artikolu 6(2)(a). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.1.2. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Il-plakards għandhom jitwaħħlu fuq iż-żewġ naħat u f’kull tarf tal-kontejner, tal-MEGC, tal-kontenitur tank jew ta’ tank portabbli. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-plakard m’għandhiex għalfejn titwaħħal mal-kontejners li jġorru l-pakketti meta jkunu użati b’mod esklużiv f’operazzjonijiet ta’ trasport bit-triq. Din l-eżenzjoni ma tapplikax għall-klassijiet 1 jew 7. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Real Decreto 97/2014. Anejo 1. Apartado 8 Kummenti: Meta kontejner, għajr il-kontejner tank, jintuża biss għat-trasport bit-triq, u ma jkunx relatat ma’ operazzjoni tat-trasport intermodali, ikun qed jissodisfa l-funzjonijiet ta’ kaxxa skambjabbli. Il-kaxxi skambjabbli għall-ġarr ta’ oġġetti ppakkjati ma jeħtieġu l-ebda tip ta’ plakard ta’ periklu, għajr għall-klassijiet 1 u 7. Għalhekk, kien meqjus konvenjenti li l-kontejners li jintużaw esklussivament bħala kaxxi skambjabbli f’operazzjonijiet tat-trasport bit-triq jiġu eżentati mir-rekwiżit tat-twaħħil tal-plakards, bl-esklużjoni tal-kontejner li jġorr oġġetti tal-klassijiet 1 jew 7. F’din l-eżenzjoni, il-kontejners jitqiesu simili għall-kaxxi skambjabbli b’rabta mal-kundizzjonijiet tas-sigurtà, ma hemm l-ebda raġuni biex wieħed jitlob aktar rekwiżiti għall-kontejners milli għall-kaxxi skambjabbli peress li dawn jikkonformaw ma’ rekwiżiti ta’ sigurtà aktar stretti minħabba d-disinn u l-kostruzzjoni speċifiċi tagħhom. Il-kumplament tat-twaħħil tal-plakards u l-immarkar meħtieġa għall-vetturi li jġorru oġġetti perikolużi għandu jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 5.3 tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE. Data ta’ skadenza: l-1 ta’ Jannar 2025 FR Franza RO-a-FR-2 Suġġett: It-trasport tal-iskart b’massa ta’ 15-il kg jew inqas li joriġina minn attivitajiet ta’ kura li jinvolvu riskju ta’ infezzjoni u huma koperti minn NU 3291. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-ADR għat-trasport tal-iskart b’massa ta’ 15-il kg jew inqas li joriġina minn attivitajiet ta’ kura li jinvolvu riskju ta’ infezzjoni u huma koperti minn NU 3291. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport de marchandises dangereuses par route — Article 12. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027 RO-a-FR-5 Suġġett: It-trasport ta’ oġġetti perikolużi f’vetturi pubbliċi għat-trasport tal-passiġġieri (18). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.3.1. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: It-trasport ta’ passiġġieri u ta’ oġġetti perikolużi. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport ta’ oġġetti perikolużi għajr dawk tal-klassi 7, awtorizzat f’vetturi tat-trasport pubbliku bħala bagalja tal-idejn: japplikaw biss id-dispożizzjonijiet relatati mal-imballaġġ, mal-immarkar u mat-tikkettar ta’ pakketti stabbiliti fil-punti 4.1, 5.2 u 3.4. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 29 mai 2009 relatif au transport des marchandises dangereuses par voies terrestres, annexe I paragraphe 3.1 Kummenti: Oġġetti perikolużi għall-użu personali jew għall-użu professjonali proprju biss jistgħu jinġarru f’bagalji tal-idejn. Huma permessi reċipjenti portabbli tal-gass fl-ammonti meħtieġa għal vjaġġ wieħed għall-pazjenti bi problemi respiratorji. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027 RO-a-FR-6 Suġġett: It-trasport personali ta’ kwantitajiet żgħar ta’ oġġetti perikolużi (18). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Obbligu ta’ dokument tat-trasport. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport personali ta’ kwantitajiet żgħar ta’ oġġetti perikolużi għajr dawk tal-klassi 7, li ma jaqbżux il-limiti stabbiliti f’1.1.3.6. mhuwiex soġġett għall-obbligu li jkollu dokument tat-trasport kif previst f’5.4.1. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 29 mai 2009 relatif au transport des marchandises dangereuses par voies terrestres annexe I, paragraphe 3.2.1 Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027 RO-a-FR-7 Suġġett: It-trasport bit-triq ta’ kampjuni ta’ sustanzi kimiċi, ta’ taħlitiet u ta’ oġġetti li jkun fihom oġġetti perikolużi għall-fini ta’ sorveljanza tas-suq. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Partijiet 1 sa 9 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-dispożizzjonijiet ġenerali, il-klassifikazzjoni, id-dispożizzjonijiet speċjali u l-eżenzjonijiet dwar il-ġarr ta’ oġġetti perikolużi ppakkjati fi kwantitajiet limitati, id-dispożizzjonijiet dwar l-użu tal-imballaġġ u tat-tankijiet, il-proċeduri tal-kunsinna, ir-rekwiżiti tal-kostruzzjoni tal-imballaġġ, id-dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tat-trasport, il-maniġġ, it-tagħbija u l-ħatt, ir-rekwiżiti dwar it-tagħmir u l-operat tat-trasport, ir-rekwiżiti dwar il-kostruzzjoni u l-approvazzjoni tal-vetturi. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Kampjuni ta’ sustanzi kimiċi, taħlitiet u oġġetti li jkun fihom oġġetti perikolużi u li jinġarru għall-analiżi bħala parti minn attività ta’ sorveljanza tas-suq għandhom ikunu ppakkjati f’imballaġġi ikkombinati. Dawn għandhom jikkonformaw mar-regoli dwar il-kwantitajiet massimi għall-imballaġġ intern skont it-tip ta’ oġġett perikoluż involut. L-imballaġġ estern għandu jikkonforma mar-rekwiżiti għall-kaxxi tal-plastik solidu (4H2, il-Kapitolu 6.1 tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE). L-imballaġġ estern irid ikollu l-immarkar tat-Taqsima 3.4.7, tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE u l-kliem “Kampjuni għall-analiżi” (bil-Franċiż: “Echantillons destinés à l’analyse”). Sakemm dawn id-dispożizzjonijiet jitħarsu, il-ġarr mhuwiex soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 12 décembre 2012 modifiant l’arrêté du 29 mai 2009 aux transports de marchandises dangereuses par voies terrestres Kummenti: L-eżenzjoni tat-Taqsima 1.1.3, l-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE ma tipprevedix it-trasport tal-kampjuni ta’ oġġetti perikolużi għall-analiżi li ssir mill-awtoritajiet kompetenti jew f’isimhom. Sabiex tiġi żgurata s-sorveljanza effettiva tas-suq, Franza introduċiet proċedura msejsa fuq is-sistema applikabbli għall-kwantitajiet limitati biex tiżgura s-sikurezza tat-trasport tal-kampjuni li jkun fihom oġġetti perikolużi. Peress li mhux dejjem ikun fattibbli li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tat-tabella A, il-limitu tal-kwantità għall-imballaġġ intern ġie ddefinit b’mod aktar operazzjonali. Data ta’ skadenza: l-1 ta’ Jannar 2025 RO-a-FR-8 Suġġett: Adozzjoni tal-RO-a-HU-2. Trasport ta’ prodotti farmaċewtiċi mhux mediċinali maħsuba għall-ispiżeriji u għall-isptarijiet Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-imballaġġ mhuwiex meħtieġ li jkollu marki mwaħħla f’konformità mal-punt 6.1.3 tal-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE jew li jiġi identifikat jekk ikun fih oġġetti perikolużi fi kwantitajiet żgħar. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 29 mai 2009 modifié relatif au transport des marchandises dangereuses par voies terrestres, annexe I, paragraphe 3.10 Kummenti: Din id-deroga hija strettament limitata għal kumpaniji li jwasslu prodotti farmaċewtiċi lill-ispiżeriji u lill-isptarijiet. Bħala parti mill-attivitajiet tagħhom, il-kumpaniji jħottu l-oġġetti ppakkjati l-aktar fi kwantitajiet limitati. Dawn il-prodotti mbagħad jitqiegħdu f’imballaġġ estern issiġillat (kaxxi tal-plastik jew tal-kartun). Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027 HU L-Ungerija RO-a-HU-1 Suġġett: Adozzjoni tal-RO-a-DE-2 Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: A nemzeti fejlesztési miniszter rendelete az ADR Megállapodás A és B Mellékletének belföldi alkalmazásáról Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Jannar 2025 RO-a-HU-2 Suġġett: Id-distribuzzjoni ta’ oġġetti fl-imballaġġi interni lill-bejjiegħa bl-imnut jew minn depożiti ta’ distribuzzjoni lokali lil bejjiegħa bl-imnut jew lill-utenti u mingħand il-bejjiegħa bl-imnut lill-utenti finali. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 6.1. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-imballaġġ. Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-imballaġġ intern mhuwiex meħtieġ li jkun ġie allokat marka skont it-Taqsima 6.1.3 tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE jew li jkun immarkat b’xi mod ieħor jekk ikun fih oġġetti perikolużi oriġinarjament ippakkjati skont il-Kapitolu 3.4 tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE u li ssir fi kwantità kif stabbilit fl-Anness 1 tal-leġiżlazzjoni nazzjonali. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: A nemzeti fejlesztési miniszter rendelete az ADR Megállapodás A és B Mellékletének belföldi alkalmazásáról Kummenti: Ir-rekwiżiti tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE mhumiex adegwati għall-aħħar stadji ta’ ġarr minn depożitu ta’ distribuzzjoni għal għand bejjiegħ bl-imnut jew utent jew mingħand il-bejjiegħ bl-imnut lill-utent finali. L-għan ta’ din id-deroga huwa li tippermetti li r-reċipjenti interni tal-oġġetti għad-distribuzzjoni bl-imnut jinġarru fl-aħħar parti tal-vjaġġ tad-distribuzzjoni lokali mingħajr l-imballaġġ estern. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Jannar 2025 AT L-Awstrija RO-a-AT-1 Suġġett: Kwantitajiet żgħar tal-klassijiet kollha ħlief 1, 6.2 u 7 Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 3.4 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Trasport ta’ oġġetti perikolużi ppakkjati fi kwantitajiet limitati. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Sa 30 kg jew litru ta’ oġġetti perikolużi, li ma jagħmlux parti mill-kategorija tat-trasport 0 jew 1 f’imballaġġi interni għall-kwantitajiet limitati jew f’imballaġġi li huma konformi mal-ADR jew li jkunu oġġetti robusti, jistgħu jiġu ppakkjati flimkien f’kaxxi X ittestjati. L-utenti finali jitħallew imorru jġibuhom mill-ħanut u jeħduhom lura, filwaqt li l-bejjiegħa bl-imnut jitħallew jeħduhom għand l-utenti finali jew minn ħanut għal ieħor tagħhom stess. Il-limitu għal kull unità tat-trasport huwa ta’ 333 kg jew litru, u l-perimetru permess huwa ta’ 100 km. Il-kaxxi jkollhom jiġu mmarkati b’mod uniformi u akkumpanjati minn dokument tat-trasport simplifikat. Hemm biss ftit dispożizzjonijiet li japplikaw fir-rigward tat-tagħbija u tal-maniġġ. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: “Gefahrgutbeförderungsverordnung Geringe Mengen - GGBV-GMfrom 5.7.2019, BGBl. IINr. 203/2019” Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2028 PT Il-Portugall RO-a-PT-3 Suġġett: Adozzjoni tal-RO-a-HU-2 Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Deliberação n.° 2053/2015, de 9 de novembro 2015 Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027 FI Il-Finlandja RO-a-FI-1 Suġġett: It-trasport ta’ oġġetti perikolużi f’ċerti ammonti fix-xarabanks Bażi ġuridika: Id-Direttiva 2008/68/KE, l-Artikolu 6(2)(a) Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Partijiet 1, 4 u 5 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Eżenzjonijiet, Dispożizzjonijiet għall-Imballaġġ, Immarkar u Dokumentazzjonijiet. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: F’xarabanks bil-passiġġieri, jistgħu jiġu ttrasportati ammonti żgħar ta’ oġġetti perikolużi speċifikati bħala merkanzija sabiex il-kwantità totali ma taqbiżx il-200 kilo. F’xarabank, individwu privat jista’ jittrasporta oġġetti perikolużi msemmija fit-Taqsima 1.1.3 fejn l-oġġetti inkwistjoni jkunu ppakkjati għall-bejgħ bl-imnut u jkunu maħsuba għall-użu personali tiegħu. Il-kwantità totali ta’ likwidi fjammabbli mimlija f’reċipjenti li jistgħu jerġgħu jimtlew ma tistax taqbeż il-5 litri. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-Regolament tal-Aġenzija Finlandiża tat-Trasport u l-Komunikazzjonijiet dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq u d-Digriet tal-Gvern dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq (194/2002) Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027 RO-a-FI-2 Suġġett: Deskrizzjoni tat-tankijiet vojta fid-dokument tat-trasport Bażi ġuridika: Id-Direttiva 2008/68/KE, l-Artikolu 6(2)(a) Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Parti 5, 5.4.1 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet speċjali għall-ġarr f’vetturi b’tank jew f’unitajiet tat-trasport b’aktar minn tank wieħed Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Meta jiġu trasportati vetturi b’tank vojt u mhux imnaddfa jew unitajiet tat-trasport li għandhom tank wieħed jew aktar immarkati f’konformità mal-punt 5.3.2.1.3, l-aħħar sustanza ttrasportata mmarkata fid-dokument tat-trasport tista’ tkun is-sustanza bil-punt ta’ fjammabbiltà l-aktar baxx. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-Regolament tal-Aġenzija Finlandiża tat-Trasport u l-Komunikazzjonijiet dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027 RO-a-FI-3 Suġġett: Twaħħil ta’ plakards u mmarkar tal-unità tat-trasport għall-isplussivi. Bażi ġuridika: Id-Direttiva 2008/68/KE, l-Artikolu 6(2)(a) Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.2.1.1 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet ġenerali għall-immarkar tal-pjanċi oranġjo Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Unitajiet tat-trasport (normalment vannijiet) li jittrasportaw ammonti żgħar ta’ splussivi (b’massa netta massima ta’ 1 000 kg) lejn il-barrieri u s-siti tax-xogħol jistgħu jitwaħħlulhom plakards tal-mudell Nru 1 fuq quddiem u fuq wara. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-Regolament tal-Aġenzija Finlandiża tat-Trasport u l-Komunikazzjonijiet dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027 SE L-Iżvezja RO-a-SE-1 Suġġett: Adozzjoni tal-RO-a-FR-7 Bażi ġuridika: Direttiva 2008/68/KE, l-Artikolu 6(2)(a) (Kwantitajiet żgħar) Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Partijiet 1 sa 9. Kuntest tad-Direttiva: Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om visa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng. Kummenti: Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027 Abbażi tal-Artikolu 6(2)(b)(i) tad-Direttiva 2008/68/KE BE Il-Belġju RO-bi-BE-5 Suġġett: Ġarr ta’ skart lejn l-impjanti għar-rimi tal-iskart. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.2, 5.4, 6.1. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Klassifikazzjoni, immarkar u rekwiżiti dwar l-imballaġġ. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Minflok ma jiġi kklassifikat skont l-ADR, l-iskart jiġi assenjat fi gruppi differenti (solventi fjammabbli, żebgħa, aċidi, batteriji, eċċ.) sabiex jiġu evitati reazzjonijiet perikolużi fi grupp wieħed. Ir-rekwiżiti għall-manifattura tal-imballaġġ huma inqas restrittivi. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrête royal relatif au transport de marchandises dangereuses par route Kummenti: Dan ir-regolament jista’ jintuża għall-ġarr ta’ kwantitajiet żgħar ta’ skart lejn l-impjanti tar-rimi. Data ta’ skadenza: il-31 ta’ Diċembru 2028 RO-bi-BE-6 Suġġett: Adozzjoni tal-RO-bi-SE-5 Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: deroga 01-2004 Data ta’ skadenza: il-31 ta’ Diċembru 2028 RO-bi-BE-7 Suġġett: Adozzjoni tal-RO-bi-SE-6 Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: deroga 02-2003 Data ta’ skadenza: il-31 ta’ Diċembru 2028 RO-bi-BE-8 Suġġett: Eżenzjoni mill-projbizzjoni li s-sewwieq jew l-assistent tas-sewwieq jiftaħ pakketti ta’ oġġetti perikolużi f’katina ta’ distribuzzjoni lokali minn depożitu ta’ distribuzzjoni lokali għal għand il-bejjiegħ bl-imnut jew l-utent finali u mingħand il-bejjiegħ bl-imnut s’għand l-utent finali (għajr il-Klassi 7). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.3.3. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Projbizzjoni li s-sewwieq jew l-assistent tas-sewwieq jiftaħ pakketti ta’ oġġetti perikolużi. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Projbizzjoni tal-ftuħ ta’ pakketti hija kkwalifikata bil-kundizzjoni “Sakemm ma ngħatajtx permess mill-operatur tal-vettura biex tagħmel dan ”. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrête royal relatif au transport de marchandises dangereuses par route Kummenti: Jekk tittieħed b’mod litterali, il-projbizzjoni kif miktuba fl-Anness tista’ toħloq problemi serji għad-distribuzzjoni bl-imnut. Data ta’ skadenza: il-31 ta’ Diċembru 2028 RO-bi-BE-10 Suġġett: Trasport fil-viċinanzi ta’ żoni industrijali inkluż it-trasport fi triq pubblika. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Annessi A u B. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-derogi jikkonċernaw id-dokumentazzjoni, iċ-ċertifikat tas-sewwieq, it-tikkettar u/jew l-immarkar tal-pakketti. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: id-derogi 10-2012, 12-2012, 24-2013, 31-2013, 07-2014, 08-2014, 09-2014 u 38-2014. Data ta’ skadenza: il-31 ta’ Diċembru 2028 RO-bi-BE-11 Suġġett: il-ġbir ta’ ċilindri tal-butan-propan mingħajr tikkettar konformi Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.2.2.1.1 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: hemm bżonn li ċ-ċilindri tal-gass ikollhom tikketti ta’ periklu mwaħħla fuqhom. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: waqt il-ġbir taċ-ċilindri li kellhom in-NU 1965, in-nuqqas ta’ tikketti ta’ periklu ma jkollux bżonn ta’ sostituzzjoni jekk il-vettura tkun ittikkettata b’mod korrett (mudell 2.1) Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: deroga 14-2016. Data ta’ skadenza: il-31 ta’ Diċembru 2028 RO-bi-BE-12 Suġġett: it-trasport ta’ NU 3509 f’kontejners f’forma sfuża u miksija Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.3.2.1 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: NU 3509 għandu jinġarr f’kontejners f’forma sfuża u magħluqa Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: deroga 15-2016 Data ta’ skadenza: il-31 ta’ Diċembru 2028 RO-bi-BE-13 Suġġett: it-trasport ta’ ċilindri DOT Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 6.2.3.4 sa 6.2.3.9 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: hemm bżonn li ċ-ċilindri tal-gass ikunu manifatturati u ttestjati skont il-Kapitolu 6.2 tal-ADR Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: iċ-ċilindri mibnija u ttestjati skont il-preskrizzjonijiet tad-Dipartiment tat-Trasport (Department of Transportation, DOT) tal-Istati Uniti jistgħu jintużaw għat-trasport ta’ lista limitata ta’ gassijiet annessa mad-deroga Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: deroga BWV01-2017 Data ta’ skadenza: il-31 ta’ Diċembru 2028 DK Id-Danimarka RO-bi-DK-1 Suġġett: NU 1202, 1203, 1223 u l-Klassi 2 — ebda dokument tat-trasport. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-dokument tat-trasport huwa meħtieġ. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Waqt it-trasport ta’ prodotti minerali taż-żejt tal-Klassi 3, NU 1202, 1203 u 1223 u ta’ gassijiet tal-Klassi 2 b’rabta mad-distribuzzjoni (oġġetti li għandhom jitwasslu lil żewġ riċevituri jew aktar u l-ġbir ta’ oġġetti ritornati f’sitwazzjonijiet simili), mhuwiex meħtieġ dokument tat-trasport sakemm l-istruzzjonijiet bil-miktub, minbarra l-informazzjoni mitluba fl-ADR, ikun fihom informazzjoni dwar in-numru NU, l-isem u l-klassi. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 729 af 15.8.2001 om vejtransport af farligt gods. Kummenti: Ir-raġuni għal dik id-deroga nazzjonali hija li l-iżvilupp ta’ tagħmir elettroniku jippermetti pereżempju lill-kumpaniji taż-żejt li jużaw dan it-tagħmir sabiex jittrażmettu kontinwament informazzjoni dwar il-klijenti lill-vetturi. Peress li din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli fil-bidu tal-operazzjoni tat-trasport u tintbagħat lill-vettura waqt il-vjaġġ, mhux possibbli li jitfasslu d-dokumenti tat-trasport qabel ma jibda l-vjaġġ. Dawn it-tipi ta’ trasport huma ristretti għal żoni limitati. Deroga għad-Danimarka għal dispożizzjoni simili skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2026 RO-bi-DK-2 Suġġett: Adozzjoni tal-RO-bi-SE-6 Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 437 af 6. juni 2005 om vejtransport af farligt gods, kif emendat. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2026 RO-bi-DK-3 Suġġett: It-trasport ta’ oġġetti perikolużi f’binjiet privati li jkunu qrib xulxin. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għall-ġarr ta’ oġġetti perikolużi fit-toroq pubbliċi. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Fir-rigward tat-trasport ta’ oġġetti perikolużi bit-triq bejn żewġ binjiet privati separati jew aktar li jkunu qrib xulxin, it-trasport jista’ jseħħ b’permess bil-miktub mill-awtorità kompetenti - japplikaw ċerti kundizzjonijiet. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 828 af 10. juni 2017 om vejtransport af farligt gods. Kummenti: Jista’ faċilment ikun hemm sitwazzjoni ta’ oġġetti li jiġu trasferiti bejn binjiet privati li jinsabu viċin xulxin iżda fejn xorta jkun meħtieġ l-aċċess għal triq pubblika għal distanza limitata ħafna (eż. qsim ta’ triq). Dan ma jikkostitwix ġarr ta’ oġġetti perikolużi fi triq pubblika fis-sens normali tat-terminu, u jkunu japplikaw biss rekwiżiti aktar laxki. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2026 RO-bi-DK-4 Suġġett: It-trasport bit-triq ta’ oġġetti perikolużi ta’ ċerti klassijiet minn unitajiet domestiċi privati u minn intrapriżi lejn iċ-ċentri tal-ġbir tal-iskart fil-qrib jew il-faċilitajiet intermedji ta’ pproċessar għall-iskop ta’ rimi. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Partijiet 1 sa 9 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-dispożizzjonijiet ġenerali, id-dispożizzjonijiet ta’ klassifikazzjoni, id-dispożizzjonijiet speċjali, id-dispożizzjonijiet tal-ippakkjar, il-proċeduri tal-kunsinna, ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-imballaġġi, id-dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tal-ġarr, it-tagħbija, il-ħatt u l-maniġġ, ir-rekwiżiti għall-ekwipaġġ tal-vettura, it-tagħmir, l-operazzjoni u d-dokumentazzjoni u r-rekwiżiti li jikkonċernaw il-kostruzzjoni u l-approvazzjoni tal-vetturi. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Oġġetti perikolużi minn unitajiet domestiċi privati u intrapriżi jistgħu, taħt ċerti kundizzjonijiet, jinġarru lejn iċ-ċentri tal-ġbir tal-iskart fil-qrib jew lejn il-faċilitajiet intermedji tal-ipproċessar għall-iskop ta’ rimi. Għandu jkun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet differenti skont in-natura u r-riskji relatati mat-trasport; bħall-kwantità tal-oġġetti perikolużi għal kull imballaġġ intern, għal kull imballaġġ estern u/jew għal kull unità ta’ trasport, u jekk il-ġarr ta’ oġġetti perikolużi huwiex anċillari għall-attività ewlenija tal-intrapriżi jew le. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 818 af 28. juni 2011 om vejtransport af farligt gods § 4, stk. 3. Kummenti: Mhuwiex possibbli li l-amministraturi tal-iskart u l-intrapriżi japplikaw id-dispożizzjonijiet kollha tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE meta l-iskart bi fdalijiet ta’ oġġetti perikolużi jinġarr minn unitajiet domestiċi privati u/jew intrapriżi lejn iċ-ċentri tal-ġbir tal-iskart fil-qrib għall-iskop ta’ rimi. Ġeneralment l-iskart ikun imballaġġi li oriġinarjament ikunu nġarru skont l-eżenzjoni tas-Subtaqsima 1.1.3.1 (c) tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE u/jew mibjugħa bl-imnut. Madankollu, l-eżenzjoni 1.1.3.1 (c) ma tapplikax għall-ġarr lejn il-punti tal-ġbir tal-iskart, u d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 3.4 tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE mhumiex xierqa għall-ġarr tal-iskart ta’ imballaġġi interni. Data ta’ skadenza: l-1 ta’ Jannar 2025 RO-bi-DK-5 Suġġett: Eżenzjoni biex it-tagħbija u l-ħatt ta’ oġġetti perikolużi, li għalihom tkun assenjata d-dispożizzjoni speċjali CV1 fil-punt 7.5.11 jew S1 fil-punt 8.5, jitħallew isiru f’post pubbliku mingħajr permess speċjali mill-awtoritajiet kompetenti. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, ta’ din id-Direttiva: 7.5.11, 8.5 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tagħbija, il-ħatt u l-maniġġ. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-tagħbija u l-ħatt ta’ oġġetti perikolużi f’post pubbliku ma jeħtiġux permess speċjali mill-awtorità kompetenti, b’deroga mir-rekwiżiti ta’ 7.5.11 jew 8.5. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgorelse nr. 828 tal- 10/06/2017 om vejtransport of farligt gods. Kummenti: Għat-trasport nazzjonali fi ħdan l-istat, din id-dispożizzjoni tpoġġi piż oneruż ħafna fuq l-Awtoritajiet kompetenti kif ukoll fuq il-komunità tan-negozju li tittratta l-oġġetti perikolużi inkwistjoni. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2026 DE Il-Ġermanja RO-bi-DE-1 Suġġett: Tneħħija ta’ ċerti indikazzjonijiet fid-dokument tat-trasport (n2). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.1. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Kontenut tad-dokument tat-trasport. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għall-klassijiet kollha ħlief il-klassijiet 1 (barra l-1.4S), 5.2 u 7: Mhix meħtieġa indikazzjoni fid-dokument tat-trasport:
Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung — GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. IS. 4350); Ausnahme 18. Kummenti: L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha ma tkunx prattikabbli fir-rigward tat-tip ta’ traffiku kkonċernat. Id-deroga kienet irreġistrata mill-Kummissjoni bħala Nru 22 (skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE). Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027 RO-bi-DE-3 Suġġett: Trasport ta’ skart perikoluż ippakkjat. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1 sa 5. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Klassifikazzjoni, imballaġġ u mmarkar. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassijiet 2 sa 6.1, 8 u 9: Imballaġġ ikkombinat u trasport ta’ skart perikoluż f’pakketti u IBCs; l-iskart irid ikun ippakkjat f’imballaġġ intern (kif jinġabar) u maqsum f’kategoriji speċifiċi ta’ skart (biex jiġu evitati reazzjonijiet perikolużi f’xi grupp ta’ skart); l-użu ta’ struzzjonijiet speċjali bil-miktub relatati mal-gruppi ta’ skart u bħala polza tal-vjeġġ; il-ġbir tal-iskart domestiku u tal-laboratorji, eċċ. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung — GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. IS. 4350); Ausnahme 20. Kummenti: Lista Nru 6*. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027 RO-bi-DE-5 Suġġett: It-trasport lokali ta’ NU 3343 (taħlita ta’ nitrogliċerina, disensitizzata, likwida, fjammabbli, mhux speċifikata mod ieħor, b’mhux aktar minn 30 % ta’ nitrogliċerina skont il-massa) f’kontejners tank, b’deroga mis-Subtaqsima 4.3.2.1.1. tal-Anness I, it-Taqsima I.1. tad-Direttiva 2008/68/KE. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 3.2, 4.3.2.1.1, Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar l-użu tal-kontejners tank. Kontenut tad-dispożizzjonijiet legali nazzjonali: it-trasport lokali tan-nitrogliċerina (NU 3343) f’kontejners tank, fuq distanzi qosra, soġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin: 1. Rekwiżiti għall-kontejners tank
2. Tikkettar Kull kontejner tank għandu jkun ittikkettat fuq iż-żewġ naħat b’tikketta ta’ periklu f’konformità mal-mudell 3 fis-Subtaqsima 5.2.2.2.2 tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE. 3. Dispożizzjonijiet operatorji
Referenza oriġinali għad-dispożizzjonijiet legali nazzjonali: deroga Nordrhein-Westfalen Rimarki: Dan jikkonċerna t-trasport lokali f’kontejners tank bit-triq fuq distanzi qosra bħala parti minn proċess industrijali bejn żewġ siti ta’ produzzjoni fissi. Sabiex jiġi manifatturat prodott farmaċewtiku, is-sit tal-produzzjoni A jwassal bħala parti minn trasport konformi mar-regola f’kontejners tank tas-600 l, soluzzjoni reżina, fjammabbli (NU 1866), grupp tal-imballaġġ II, lis-sit tal-produzzjoni B. Hawnhekk, tiżdied is-soluzzjoni tan-nitrogliċerina u jsir it-taħlit li jipproduċi taħlita ta’ kolla li tinkludi n-nitrogliċerina disensitizzata, likwida, fjammabbli, mhux speċifikata mod ieħor, b’mhux aktar minn 30 % ta’ nitrogliċerina skont il-massa (NU 3343) għal użu ulterjuri. It-trasport ta’ ritorn ta’ din is-sustanza lejn is-sit tal-produzzjoni A jseħħ ukoll fil-kontejners tank imsemmija hawn fuq, li ġew iċċekkjati b’mod speċjali u approvati mill-awtorità rilevanti għal din l-operazzjoni tat-trasport speċifika u li turi l-kodiċi tat-tank L10DN. Tmiem il-perjodu ta’ validità: it-30 ta’ Ġunju 2028 RO-bi-DE-6 Suġġett: Adozzjoni tal-RO-bi-SE-6. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: ƒ 1 Absatz 3 Nummer 1 der Gefahrgutverordnung Straße, Eisenbahn und Binnenschifffahrt (GGVSEB) Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027 RO-bi-DE-7 Suġġett: Adozzjoni tal-RO-bi-BE-10 Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Data ta’ skadenza: il-31 ta’ Diċembru 2027 IE L-Irlanda RO-bi-IE-3 Suġġett: Eżenzjoni biex it-tagħbija u l-ħatt ta’ oġġetti perikolużi, li għalihom tkun assenjata d-dispożizzjoni speċjali CV1 fil-punt 7.5.11 jew S1 fil-punt 8.5, jitħallew isiru f’post pubbliku mingħajr permess speċjali mill-awtoritajiet kompetenti. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5 u 8.5. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tagħbija, il-ħatt u l-maniġġ. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-tagħbija u l-ħatt ta’ oġġetti perikolużi f’post pubbliku ma jeħtiġux permess speċjali mill-awtorità kompetenti, b’deroga mir-rekwiżiti ta’ 7.5.11 jew 8.5. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regolament 82(5) tal-“Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 2004”. Kummenti: Għat-trasport nazzjonali fl-istat, din id-dispożizzjoni tpoġġi obbligu oneruż ħafna fuq l-awtoritajiet kompetenti. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027 RO-bi-IE-6 Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit tal-punt 4.3.4.2.2, li jeħtieġ li l-pajpijiet flessibbli tal-mili u t-tbattil li ma jkunux imqabbda b’mod permanenti mal-qoxra ta’ vettura b’tank, ikunu vojta matul it-trasport. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.3. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Użu ta’ vetturi b’tank. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Rombli tal-pajp flessibbli (inkluż il-pajpijiet fissi assoċjati magħhom) imwaħħla ma’ vetturi b’tank użati għad-distribuzzjoni bl-imnut ta’ prodotti tal-petroleum bin-numri tal-identifikazzjoni tas-sustanzi NU 1011, NU 1202, NU 1223 u NU 1863 u NU 1978 mhumiex meħtieġa jkunu vojta matul il-ġarr bit-triq dment li jiġu adottati miżuri adegwati għall-prevenzjoni ta’ kwalunkwe telf ta’ kontenut. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regolament 82(8) tal-“Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 2004”. Kummenti: Il-pajpijiet flessibbli mwaħħla ma’ vetturi b’tank għall-kunsinni fid-djar iridu jibqgħu mimlijin il-ħin kollu, anki waqt it-trasport. Is-sistema ta’ skariku hija magħrufa bħala sistema bil-“wet-line” li tirrikjedi li l-meter u l-pajp tal-vettura b’tank ikunu mimlijin sabiex jiġi żgurat li l-klijenti jirċievu l-kwantità korretta tal-prodott. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027 RO-bi-IE-7 Suġġett: Eżenzjoni minn xi rekwiżiti tal-punti 5.4.0, 5.4.1.1.1 u 7.5.11 tal-ADR għat-trasport tal-Fertilizzant tan-Nitrat tal-Ammonju NU 2067 f’forma sfuża mill-portijiet sal-konsenjatarji. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.0, 5.4.1.1.1 u 7.5.11. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżit għal dokument tat-trasport separat, bil-kwantità totali eżatta u d-dettalji tat-tagħbija, għal kull vjaġġ tat-trasport u r-rekwiżiti għall-vettura sabiex titnaddaf qabel u wara l-vjaġġ. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Deroga proposta li tippermetti modifiki għar-rekwiżiti tal-ADR fid-dokument tat-trasport u t-tindif tal-vettura; sabiex jitqiesu l-aspetti prattiċi tat-trasport f’forma sfuża bejn il-port u l-konsenjatarju. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Emenda proposta għall-“Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”. Kummenti: Id-dispożizzjonijiet tal-ADR jeħtieġu (a) dokument separat tat-trasport, li fih il-massa totali tal-oġġetti perikolużi li qed tinġarr għat-tagħbija partikolari, u (b) id-Dispożizzjoni Speċjali “CV24” dwar it-tindif għal kull tagħbija trasportata bejn il-port u l-konsenjatarju waqt il-ħatt minn bastiment ta’ tagħbija f’forma sfuża. Billi t-trasport huwa lokali u jikkonċerna l-ħatt minn bastiment ta’ tagħbija f’forma sfuża li jinvolvi tagħbijiet multipli għat-trasport (fl-istess ġurnata jew fil-ġranet konsekuttivi) tal-istess sustanza bejn il-bastiment ta’ tagħbija f’forma sfuża u l-konsenjatarju, dokument uniku tat-trasport, b’massa totali approssimattiva ta’ kull tagħbija, jenħtieġ li jkun biżżejjed u ma għandhiex tkun meħtieġa d-Dispożizzjoni Speċjali “CV24”. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027 RO-bi-IE-8 Suġġett: It-trasport ta’ oġġetti perikolużi bejn binjiet privati u vettura oħra fil-viċinanza immedjata tal-binjiet, jew bejn żewġ partijiet ta’ binjiet privati li jkunu jinsabu fil-viċinanza immedjata ta’ xulxin iżda separati bi triq pubblika. Referenza għall-Anness tad-Direttiva: L-Anness I, it-Taqsima 1.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għall-ġarr ta’ oġġetti perikolużi bit-triq. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: In-nuqqas ta’ applikazzjoni tar-regolamenti meta vettura tkun qed tintuża għat-trasferiment ta’ oġġetti perikolużi
Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: European Communities (Carriage of Dangerous Goods by Road and Use of Transportable Pressure Equipment) Regulations 2011 and 2013, Regulation 56. Kummenti: Meta l-oġġetti jiġi trasferiti bejn żewġ partijiet ta’ binjiet privati jew bejn bini privat u vettura assoċjata li huma separati bi triq pubblika, jistgħu jiżvolġu diversi sitwazzjonijiet. Dan it-tip ta’ trasport ma jikkostitwix ġarr ta’ oġġetti perikolużi fis-sens tas-soltu, u għaldaqstant ir-regolamenti li jikkonċernaw it-trasport ta’ oġġetti perikolużi jistgħu ma jiġux applikati. Ara wkoll RO-bi-SE-3 u RO-bi-DK-3. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027 EL Il-Greċja RO-bi-EL-1 Suġġett: Deroga mir-rekwiżiti tas-sikurezza għal tankijiet fissi (vetturi b’tank) b’massa grossa ta’ inqas minn 4 tunnellati użati għat-trasport lokali tal-gażojl (NU 1202), li ġew irreġistrati l-ewwel darba fil-Greċja bejn l-1 ta’ Jannar 1991 u l-31 ta’ Diċembru 2002. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.6.3.6, 6.8.2.4.2, 6.8.2.4.3, 6.8.2.4.4, 6.8.2.4.5, 6.8.2.1.17-6.8.2.1.22, 6.8.2.1.28, 6.8.2.2, 6.8.2.2.1, 6.8.2.2.2. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni, it-tagħmir, l-approvazzjoni tat-tip, l-ispezzjonijiet u t-testijiet, u l-immarkar ta’ tankijiet fissi (vetturi b’tank), ta’ tankijiet li jistgħu jitneħħew u tal-kontejners tank u tal-vetturi b’tank li jinbidel, bil-qoxra magħmula minn materjali metalliċi, kif ukoll tal-vetturi tal-batterija u tal-MEGCs. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Dispożizzjoni tranżizzjonali: Tankijiet fissi (vetturi b’tank) b’massa grossa ta’ inqas minn 4 tunnellati użati għat-trasport lokali tal-gażojl biss (NU 1202) li ġew irreġistrati l-ewwel darba fil-Greċja bejn l-1 ta’ Jannar 1991 u l-31 ta’ Diċembru 2002 li l-ħxuna minima tal-qoxra ta’ barra tagħhom tkun inqas minn 3 mm jistgħu jibqgħu jintużaw. Maħsuba biex tkopri t-trasport lokali għal vetturi reġistrati matul dak il-perjodu. Din id-dispożizzjoni tranżizzjonali se tkun fis-seħħ għall-vetturi b’tank biss jekk dawn jinbidlu skont il-punt 6.8.2.1.20 u jiġu adattati skont:
Fil-parti H “Tul ta’ validità” taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tal-vettura għandu jinkiteb “ 30.6.2027 ” Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Τεχνικές Προδιαγραφές κατασκευής, εξοπλισμού και ελέγχων των δεξαμενών μεταφοράς συγκεκριμένων κατηγοριών επικινδύνων εμπορευμάτων για σταθερές δεξαμενές (οχήματα-δεξαμενές), αποσυναρμολογούμενες δεξαμενές που βρίσκονται σε κυκλοφορία (Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni, it-tagħmir, l-ispezzjonijiet u t-testijiet fuq tankijiet fissi (vetturi b’tank) u tankijiet li jistgħu jitneħħew li jkunu fiċ-ċirkolazzjoni, għal xi kategoriji ta’ oġġetti perikolużi). Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027 ES Spanja RO-bi-ES-2 Suġġett: Tagħmir speċjali għad-distribuzzjoni tal-ammonijaka anidra. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 6.8.2.2.2. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Biex jiġi evitat kwalunkwe telf ta’ kontenut fil-każ ta’ ħsara lill-fittings esterni (pajpijiet, tagħmir laterali tal-għeluq), il-valv iżolanti intern u l-post fejn ikun imqiegħed jridu jkunu protetti kontra l-periklu li jitqaċċtu minn pressjonijiet esterni jew ddisinjati b’mod li jirreżistu pressjonijiet bħal dawn. It-tagħmir għall-mili u għat-tbattil (inklużi l-flanġi jew tappijiet bil-kamin) u għotjien protettivi (jekk ikun hemm) iridu jkunu protetti kontra ftuħ mhux intenzjonat. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tankijiet użati għall-finijiet agrikoli għad-distribuzzjoni u l-applikazzjoni tal-ammonijaka anidra li ddaħħlu fis-servizz qabel l-1 ta’ Jannar 1997 jistgħu jkunu mgħammra b’fittings tas-sikurezza esterni minflok interni, bil-kundizzjoni li joffru protezzjoni li tkun tal-anqas ekwivalenti għall-protezzjoni mogħtija mill-ħajt tat-tank. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Real Decreto 97/2014. Anejo 1. Apartado 3. Kummenti: Qabel l-1 ta’ Jannar 1997 kien jintuża, esklussivament għal-agrikoltura, tip ta’ tank mgħammar b’fittings esterni ta’ sikurezza biex tiġi applikata l-ammonijaka anidra direttament għal fuq l-art. Tankijiet varji ta’ dan it-tip għadhom jintużaw illum. Dawn it-tankijiet rarament jiċċirkolaw mgħobbijin fit-toroq iżda jintużaw biss għall-fertilizzanti f’azjendi agrikoli kbar. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027 FR Franza RO-bi-FR-1 Suġġett: L-użu ta’ dokumenti marittimi bħala dokumenti tat-trasport għal vjaġġi qosra wara li tinħatt it-tagħbija minn fuq il-bastiment. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: L-informazzjoni li għandha tidher fid-dokument użat bħala dokument tat-trasport għal oġġetti perikolużi. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dokument marittimu jintuża bħala dokument tat-trasport f’raġġ ta’ 15 km. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par route — Artikolu 23-4. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027 RO-bi-FR-3 Suġġett: It-trasport ta’ tankijiet fissi għall-ħżin tal-gass likwifikat miż-żejt (LPG) (18). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport ta’ tankijiet fissi għall-ħżin tal-gass likwifikat miż-żejt (LPG) huwa soġġett għal regoli speċifiċi. Dawn japplikaw biss għal distanzi qosra. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport de marchandises dangereuses par route - Artikolu 30. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027 RO-bi-FR-4 Suġġett: Adozzjoni tal-RO-bi-BE-8 Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 29 mai 2009 modifié relatif aux transports de marchandises dangereuses par voies terrestres. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027 RO-bi-FR-5 Suġġett: Adozzjoni tal-RO–bi–BE-5 Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: - Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2024 RO-bi-FR-6 Suġġett: It-trasport tal-iskart li jkun fih asbestos liberu Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.4 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Struzzjoni tal-ippakkjar P002 Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport tal-iskart li jkun fih l-asbestos liberu (Nru tal-NU 2212 ASBESTOS, AMFIBOLI (amosit, tremolit, aktinolit, antofillit, kroċidolit) jew Nru tan-NU 2590 ASBESTOS, KRISOTIL) mis-siti tal-kostruzzjoni:
Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: - Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2024 HU L-Ungerija RO-bi-HU-1 Suġġett: Adozzjoni tal-RO-bi-SE-3 Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: A nemzeti fejlesztési miniszter rendelete az ADR Megállapodás A és B Mellékletének belföldi alkalmazásáról Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Jannar 2025 NL In-Netherlands RO-bi-NL-13 Suġġett: Skema tal-2015 għat-trasport tal-iskart domestiku perikoluż Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.6, 3.3, 4.1.4, 4.1.6, 4.1.8, 4.1.10, 5.1.2, 5.4.0, 5.4.1, 5.4.3, 6.1, 7.5.4, 7.5.7, 7.5.9, 8 u 9. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Eżenzjonijiet għal ċerti kwantitajiet; dispożizzjonijiet speċjali; l-użu tal-imballaġġ; l-użu ta’ imballaġġ żejjed; id-dokumentazzjoni; il-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-pakketti; it-tagħbija, il-ħatt u l-maniġġ; il-ħaddiema; it-tagħmir; it-tħaddim; il-vetturi u d-dokumentazzjoni; il-kostruzzjoni u l-approvazzjoni tal-vetturi. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: id-dispożizzjonijiet marbuta mat-trasport ta’ skart domestiku perikoluż fi kwantitajiet żgħar miġbur kif ukoll skart domestiku perikoluż minn negozji, li jiġi pprovdut f’imballaġġ xieraq b’kapaċità massima ta’ 60 litru. Minħabba l-kwantitajiet żgħar involuti f’kull każ u minħabba n-natura differenti tas-sustanzi varji, mhux possibbli li jitwettqu operazzjonijiet tat-trasport f’konformità totali mar-regoli tal-ADR. Għaldaqstant, varjant simplifikat li jiddevja minn għadd ta’ dispożizzjonijiet tal-ADR huwa stipulat skont l-iskema msemmija hawn fuq. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Skema tal-2015 għat-trasport tal-iskart domestiku perikoluż Kummenti: L-iskema ġiet stabbilita sabiex tippermetti lill-individwi u lin-negozji jarmu l-iskart kimiku fi kwantitajiet żgħar f’sit wieħed. Is-sustanzi inkwistjoni għalhekk jikkonsistu minn fdalijiet bħal skart taż-żebgħa. Il-livell ta’ periklu huwa mnaqqas permezz tal-għażla tal-mezzi tat-trasport, li tinvolvi, fost l-oħrajn, l-użu ta’ elementi speċjali tat-trasport u avviżi li jipprojbixxu t-tipjip kif ukoll dawl isfar jixgħel u jitfi li jidhru b’mod ċar mill-membri tal-pubbliku. Il-punt kruċjali fir-rigward tat-trasport huwa li tkun żgurata s-sikurezza. Din tista’ tinkiseb, pereżempju, billi s-sustanzi jiġu trasportati f’imballaġġi ssiġillati sabiex jiġi evitat it-tixrid, jew ir-riskju li joħroġ jew jinġema’ fwar tossiku fil-vettura. Inkorporati fil-vettura hemm unitajiet adatti għall-ħżin ta’ kategoriji varji ta’ skart u li jipprovdu protezzjoni kontra l-iskossi u kontra l-ispostament aċċidentali kif ukoll kontra l-ftuħ mhux intenzjonat. Fl-istess ħin, minkejja l-kwantitajiet żgħar ta’ skart ippreżentati, l-operatur tat-trasport irid ikollu ċertifikat ta’ kompetenza professjonali, minħabba n-natura diversa tas-sustanzi involuti. Minħabba n-nuqqas ta’ għarfien min-naħa tal-individwi privati dwar il-livelli ta’ periklu assoċjati ma’ dawn is-sustanzi, għandhom jiġu pprovduti struzzjonijiet bil-miktub, kif stipulat fl-Anness tal-iskema. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027 RO-bi-NL-14 Suġġett: Adozzjoni tal-RO-bi-SE-4 Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Wet Vervoer Gevaarlijke Stoffen, VLG Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027 PT Il-Portugall RO-bi-PT-1 Suġġett: Dokumentazzjoni tat-trasport għal NU 1965 Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għad-dokumentazzjoni tat-trasport. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-isem proprju tal-kumpanija tat-trasport għandu jkun indikat fid-dokument tat-trasport, kif previst fit-Taqsima 5.4.1 tal-RPE (Regulamento Nacional de Transporte de Mercadorias Perigosas por Estrada), għall-gassijiet kummerċjali tal-butan u tal-propan koperti mill-intestatura kollettiva “NU Nru 1965 taħlita ta’ gass tal-idrokarbur, likwifikat, mhux speċifikati mod ieħor”, trasportati f’ċilindri, jista’ jinbidel f’ismijiet kummerċjali oħra kif ġej: “NU 1965 Butan” fil-każ tat-taħlitiet A, A01, A02 u A0, kif deskritti fis-Subtaqsima 2.2.2.3 tal-RPE, trasportati f’ċilindri; “NU 1965 Propan” fil-każ tat-taħlita C, kif deskritt fis-Subtaqsima 2.2.2.3 tal-RPE, trasportat f’ċilindri. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Despacho DGTT 7560/2004, tas-16 ta’ April 2004, skont l-Artikolu 5, Nru 1, tad-Decreto-Lei No 267-A/2003 tas-27 ta’ Ottubru Kummenti: L-importanza li jiġi ffaċilitat il-proċess biex l-operaturi ekonomiċi jimlew id-dokumenti tat-trasport ta’ oġġetti perikolużi hija rikonoxxuta, dment li ma tiġix affettwata s-sikurezza ta’ dawn l-operazzjonijiet. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027 RO-bi-PT-2 Suġġett: Id-dokumentazzjoni tat-trasport ta’ tankijiet u ta’ kontenituri vojta mhux imnaddfa. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għad-dokumentazzjoni tat-trasport Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għall-vjaġġi ta’ ritorn ta’ tankijiet u ta’ kontejners vojta li jkunu trasportaw oġġetti perikolużi, id-dokument tat-trasport imsemmi fit-Taqsima 5.4.1 tal-RPE jista’ jiġi sostitwit bid-dokument tat-trasport maħruġ għall-vjaġġ li jkun sar immedjatament qabel biex jitwasslu l-oġġetti. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Despacho DGTT 15162/2004, tat-28 ta’ Lulju 2004, skont l-Artikolu 5, Nru 1, tad-Decreto-Lei No 267-A/2003, tas-27 ta’ Ottubru Kummenti: L-obbligu li t-trasport ta’ tankijiet u ta’ kontejners vojta li kien fihom oġġetti perikolużi jrid ikun akkumpanjat minn dokument tat-trasport f’konformità mal-RPE, f’ċerti każijiet, jikkawża diffikultajiet prattiċi, li jistgħu jinżammu għall-minimu mingħajr ebda preġudizzju għas-sikurezza. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027 RO-bi-PT-3 Suġġett: Adozzjoni tal-RO-bi-BE-8 Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Deliberação 12/2021, de 5 Janeiro 2021 Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027 FI Il-Finlandja RO-bi-FI-1 Suġġett: Modifika tal-informazzjoni fid-dokument tat-trasport għas-sustanzi splussivi. Bażi ġuridika: Id-Direttiva 2008/68/KE, l-Artikolu 6(2)(a) Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.2.1(a) Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet speċjali għall-Klassi 1. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Fid-dokument tat-trasport huwa permessibbli li jintuża l-għadd ta’ detonaturi (1 000 detonatur jikkorrispondi għal 1 kg splussiv) minflok il-massa netta attwali ta’ sustanzi splussivi. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-Regolament tal-Aġenzija Finlandiża tat-Trasport u l-Komunikazzjonijiet dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq Kummenti: L-informazzjoni titqies suffiċjenti għat-trasport nazzjonali. Din id-deroga tintuża prinċipalment għall-industrija tal-minjieri fir-rigward ta’ kwantitajiet żgħar trasportati lokalment. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027 RO-bi-FI-3 Suġġett: Adozzjoni tal-RO-bi-DE-1 Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-Regolament tal-Aġenzija Finlandiża tat-Trasport u l-Komunikazzjonijiet dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027 RO-bi-FI-4 Suġġett: Adozzjoni tal-RO-bi-SE-6 Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Digriet tal-Gvern dwar Ċertifikat tas-Sewqan għas-Sewwieqa ta’ Vetturi li Jġorru Oġġetti Perikolużi (401/2011) Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027 SE L-Iżvezja RO-bi-SE-1 Suġġett: Ġarr ta’ skart perikoluż lejn l-impjant għar-rimi tal-iskart perikoluż. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Parti 5 u 6. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-pakketti. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-ġarr ta’ imballaġġi li jkun fihom oġġetti perikolużi bħala skart għandu jsir f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ADR li minnhom huma permessi biss ftit eżenzjonijiet. L-eżenzjonijiet mhumiex permessi għat-tipi kollha ta’ sustanzi u oġġetti. L-eżenzjonijiet prinċipali huma: L-imballaġġi żgħar (inqas minn 30 kg) ta’ oġġetti perikolużi bħala skart jistgħu jiġu ppakkjati f’imballaġġi, inkluż l-IBCs u l-imballaġġi l-kbar, mingħajr ma jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tas-Subtaqsimiet 6.1.5.2.1, 6.1.5.8.2, 6.5.6.1.2, 6.5.6.14.2, 6.6.5.2.1 u 6.6.5.4.3 tal-Anness I, it-Taqsima I.1 ta’ din id-Direttiva. L-imballaġġi, inkluż l-IBCs u l-imballaġġi l-kbar ma għandhomx bżonn jiġu ttestjati bl-istess mod bħal meta dawn jiġu ttestjati meta jkunu mħejjija għall-ġarr b’kampjun rappreżentattiv ta’ imballaġġi żgħar ġo fihom. Dan huwa permess sakemm:
Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Appendiċi S — Regolamenti speċifiċi għat-trasport domestiku ta’ oġġetti perikolużi bit-triq maħruġin f’konformità mal-Att dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi Kummenti: Is-Subtaqsimiet 6.1.5.2.1, 6.1.5.8.2, 6.5.6.1.2, 6.5.6.14.2, 6.6.5.2.1 u 6.6.5.4.3, tal-Anness I, it-Taqsima I.1 ta’ din id-Direttiva huma diffiċli biex jiġu applikati minħabba li l-imballaġġi, l-IBCs u l-imballaġġi l-kbar għandhom jiġu ttestjati b’kampjun rappreżentattiv tal-iskart, li diffiċli jitbassar minn qabel. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027 RO-bi-SE-2 Suġġett: L-isem u l-indirizz tal-konsenjatur fid-dokument tat-trasport. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Informazzjoni ġenerali meħtieġa fid-dokument ta’ trasport. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni nazzjonali tiddikjara li l-isem u l-indirizz tal-konsenjatur mhumiex meħtieġa jekk l-imballaġġ vojt u mhux imnaddaf jiġi ritornat bħala parti minn sistema ta’ distribuzzjoni. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Sarskilda bestammelser om vissa inrikes transporter av farligt gods pa vag och i Terrang. Kummenti: L-imballaġġ vojt u mhux imnaddaf li jintbagħat lura bosta drabi jkun għad fih kwantitajiet żgħar ta’ oġġetti perikolużi. Din id-deroga tintuża primarjament mill-industriji meta jirritornaw reċipjenti tal-gass vojta u mhux imnaddfa bi skambju ma’ oħrajn mimlija. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027 RO-bi-SE-3 Suġġett: It-trasport ta’ oġġetti perikolużi fil-viċinanzi ta’ sit(i) industrijali, inkluż it-trasport fit-toroq pubbliċi bejn diversi partijiet tas-sit(i). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi fit-toroq pubbliċi. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport fil-viċinanzi ta’ sit(i) industrijali, inkluż it-trasport fit-toroq pubbliċi bejn diversi partijiet tas-sit(i). Id-derogi jikkonċernaw it-tikkettar u l-immarkar tal-pakketti, id-dokumenti tat-trasport, iċ-ċertifikat tas-sewwieq u ċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni skont il-punt 9. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng Kummenti: Jeżistu bosta sitwazzjonijiet li fihom l-oġġetti perikolużi jinġarru bejn bini li jkun jinsab fuq in-naħat opposti ta’ triq pubblika. Dan it-tip ta’ trasport ma jikkostitwix ġarr ta’ oġġetti perikolużi minn triq privata u għalhekk dan għandu jkun marbut mar-rekwiżiti rilevanti. Qabbel ukoll mal-Artikolu 6(14) tad-Direttiva 96/49/KE. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027 RO-bi-SE-4 Suġġett: Trasport ta’ oġġetti perikolużi li jkunu ġew ikkonfiskati mill-awtoritajiet. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Anness A u B. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għat-trasport bit-triq ta’ oġġetti perikolużi. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Jistgħu jkunu permessi devjazzjonijiet mir-regolamenti jekk dawn ikunu mmotivati minn raġunijiet ta’ protezzjoni tal-ħaddiema, ta’ riskji waqt il-ħatt, ta’ sottomissjoni ta’ evidenza, eċċ. Devjazzjonijiet mir-regolamenti huma permessi biss jekk jintlaħqu livelli ta’ sikurezza sodisfaċenti f’kundizzjonijiet tal-ġarr normali. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng Kummenti: Dawn id-derogi jistgħu jiġu applikati biss mill-awtoritajiet li jikkonfiskaw l-oġġetti perikolużi. Din id-deroga hija maħsuba għat-trasport lokali, eż. ta’ oġġetti konfiskati mill-pulizija, bħal splussivi jew proprjetà misruqa. Il-problema b’dawn it-tipi ta’ oġġetti hija li wieħed qatt ma jista’ jkun żgur mill-klassifikazzjonijiet. Barra minn hekk, dawn l-oġġetti sikwit ma jkunux ippakkjati, immarkati jew ittikkettati f’konformità mal-ADR. Kull sena, il-pulizija twettaq diversi mijiet ta’ operazzjonijiet ta’ trasport ta’ dan it-tip. Fil-każ ta’ alkoħol imdaħħal bil-kuntrabandu, dan irid jiġi trasportat mill-post fejn ikun ġie kkonfiskat lejn faċilità fejn tinżamm l-evidenza, u wara lejn faċilità biex jinqered; dawn it-tnejn tal-aħħar jistgħu jkunu ’l bogħod mhux ħażin minn xulxin. Id-devjazzjonijiet permessi huma: (a) kull pakkett ma jeħtiġlux ikun ittikkettat, u b) ma jkunx meħtieġ li jintużaw pakketti approvati. Madankollu, kull palit li jkollu tali pakkett irid ikun ittikkettat b’mod korrett. Ir-rekwiżiti l-oħra kollha jridu jiġu ssodisfati. Kull sena isiru madwar 20 operazzjoni ta’ trasport ta’ dan it-tip. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027 RO-bi-SE-5 Suġġett: Trasport ta’ oġġetti perikolużi fil-portijiet u qrib ħafna tagħhom. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.1.2, 8.1.5, 9.1.2 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-dokumenti li għandhom jinġarru fl-unità tat-trasport; kull unità ta’ trasport li ġġorr oġġetti perikolużi trid tkun mgħammra bit-tagħmir speċifikat; l-approvazzjoni tal-vettura. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Jistgħu ma jinġarrux dokumenti (ħlief għaċ-ċertifikat tas-sewwieq) fl-unità tat-trasport. L-unità tat-trasport tista’ ma tkunx mgħammra bit-tagħmir speċifikat fil-punt 8.1.5. It-trakters ma jeħtiġux ċertifikat tal-approvazzjoni. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng Kummenti: Qabbel mad-Direttiva 96/49/KE, l-Artikolu 6(14). Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027 RO-bi-SE-6 Suġġett: Iċ-ċertifikat tat-taħriġ tal-ispetturi tal-ADR. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.2.1. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Is-sewwieqa tal-vetturi iridu jattendu l-korsijiet ta’ taħriġ. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Mhuwiex meħtieġ li l-ispetturi li jkunu wettqu l-ispezzjoni teknika annwali tal-vettura jattendu l-korsijiet ta’ taħriġ imsemmija fil-punt 8.2 jew li jkollhom iċ-ċertifikat tat-taħriġ tal-ADR. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng Kummenti: F’xi każijiet, il-vetturi li jkunu qed jiġu ttestjati bl-ispezzjoni teknika jistgħu jkunu qed iġorru oġġetti perikolużi bħala tagħbija, eż. tankijiet vojta mhux imnaddfa. Ir-rekwiżiti fil-punti 1.3 u 8.2.3 għadhom japplikaw. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027 RO-bi-SE-7 Suġġett: Distribuzzjoni lokali ta’ NU 1202, 1203 u 1223 f’tankers. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.6, 5.4.1.4.1. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Għal tankijiet vojta mhux imnaddfa u għal kontejners tank, id-deskrizzjoni għandha tkun f’konformità mal-punt 5.4.1.1.6. L-isem u l-indirizz ta’ konsenjatarji multipli jistgħu jitniżżlu f’dokumenti oħra. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għal tankijiet vojta, mhux imnaddfa jew kontejners tank, id-deskrizzjoni fid-dokument ta’ trasport skont il-punt 5.4.1.1.6 ma tkunx meħtieġa jekk l-ammont ta’ sustanza fil-pjan ta’ tagħbija jkun immarkat b’0. L-isem u l-indirizz tal-konsenjatarji mhuma meħtieġa fl-ebda dokument abbord il-vettura. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027 RO-bi-SE-9 Suġġett: It-trasport lokali b’rabta ma’ siti agrikoli jew siti ta’ kostruzzjoni. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4, 6.8 u 9.1.2. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dokument tat-trasport; Kostruzzjoni tat-tankijiet; Ċertifikat tal-approvazzjoni. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport lokali b’rabta ma’ siti agrikoli jew siti ta’ kostruzzjoni jista’ ma jikkonformax ma’ xi regolamenti:
Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng Kummenti: Vagun tal-ekwipaġġ huwa xorta ta’ karavan għall-ekwipaġġ tax-xogħol, b’kamra għall-ekwipaġġ u armat b’tank/kontejner mhux approvat għad-diżil maħsub għat-tħaddim ta’ trakters forestali. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027 RO-bi-SE-10 Suġġett: Trasport tal-isplussivi f’tankijiet. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.4. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: L-isplussivi jistgħu jkunu ppakkjati biss f’konformità mal-punt 4.1.4. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-awtorità nazzjonali kompetenti se tapprova l-vetturi maħsuba għat-trasport tal-isplussivi f’tankijiet. It-trasport f’tankijiet huwa permessibbli biss għal dawk l-isplussivi elenkati fir-regolament jew permezz ta’ awtorizzazzjoni speċjali mill-awtorità kompetenti. Vettura mgħobbija bi splussivi fit-tankijiet trid tkun immarkata u ttikkettata f’konformità mal-punti 5.3.2.1.1, 5.3.1.1.2 u 5.3.1.4, vettura waħda biss fl-unità tat-trasport jista’ jkun fiha oġġetti perikolużi. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Appendiċi S — Regolamenti speċifiċi għat-trasport domestiku ta’ oġġetti perikolużi bit-triq maħruġin f’konformità mal-Att dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi u r-regolament Żvediż SÄIFS 1993:4. Kummenti: Din tapplika biss għal trasport domestiku u meta l-operazzjoni tat-trasport tkun fil-parti l-kbira ta’ natura lokali. Ir-regolamenti inkwistjoni kienu fis-seħħ qabel ma l-Iżvezja saret membru tal-Unjoni Ewropea. Żewġ kumpaniji biss iwettqu operazzjonijiet ta’ trasport bl-isplussivi fil-vetturi b’tank. Fil-futur qarib huwa mistenni li sseħħ tranżizzjoni għall-emulsjonijiet. Id-deroga l-antika Nru 84. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027 RO-bi-SE-11 Suġġett: Liċenzja tas-sewwieq Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.2. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti dwar it-taħriġ tal-ekwipaġġ tal-vettura. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-taħriġ tas-sewwieqa mhuwiex permess bi kwalunkwe vettura msemmija fil-punt 8.2.1.1. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Appendiċi S — Regolamenti speċifiċi għat-trasport domestiku ta’ oġġetti perikolużi bit-triq maħruġin f’konformità mal-Att dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi Kummenti: Trasport lokali. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027 RO-bi-SE-12 Suġġett: Ġarr tal-logħob tan-nar NU 0335. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: l-Anness B, 7.2.4, V2 (1) Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet għall-użu tal-vetturi EX/II u EX/III. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Meta jinġarr logħob tan-nar NU 0335, id-Dispożizzjoni Speċjali V2 (1) fil-punt 7.2.4 tapplika biss għall-kontenut nett ta’ splussiv ta’ iktar minn 3 000 kg (4 000 kg bit-trejler), dment li l-logħob tan-nar jiġi assenjat għal NU 0335 skont it-tabella standard tal-klassifikazzjoni tal-logħob tan-nar fil-punt 2.1.3.5.5 tal-erbatax-il edizzjoni riveduta tar-Rakkomandazzjonijiet dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi tan-NU. Assenjament bħal dan għandu jsir bi ftehim mal-awtorità kompetenti. Għandha titwettaq verifika tal-assenjament fuq l-unità tat-trasport. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Appendiċi S — Regolamenti speċifiċi għat-trasport domestiku ta’ oġġetti perikolużi bit-triq maħruġin f’konformità mal-Att dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi Kummenti: Il-ġarr tal-logħob tan-nar huwa limitat għal żewġ perjodi qosra fis-sena, meta taqleb is-sena u meta x-xahar jaqleb minn April għal Mejju. Il-ġarr mill-konsenjaturi sat-terminals jista’ jsir mill-flotta attwali tal-vetturi bl-approvazzjoni EX mingħajr problemi kbar. Madankollu, id-distribuzzjoni, kemm tal-logħob tan-nar mit-terminals għaż-żoni tax-xiri, kif ukoll ta’ dak li jifdal żejjed, lura lejn it-terminals huwa limitat minħabba n-nuqqas ta’ vetturi bl-approvazzjoni EX. It-trasportaturi mhumiex interessati jinvestu f’approvazzjonijiet bħal dawn minħabba li ma jkunux jistgħu jirkupraw il-kostijiet tagħhom. Dan jipperikola l-eżistenza tal-konsenjaturi tal-logħob tan-nar minħabba li ma jistgħux iqiegħdu l-prodotti tagħhom fis-suq. Meta tintuża din id-deroga, il-klassifikazzjoni tal-logħob tan-nar trid issir abbażi tal-lista standard fir-Rakkomandazzjonijiet tan-NU, sabiex tinkiseb l-aktar klassifikazzjoni aġġornata possibbli. Teżisti eċċezzjoni simili għal-logħob tan-nar NU 0336 imdaħħla fid-Dispożizzjoni Speċjali 651, 3.3.1 tal-ADR 2005. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027 RO-bi-SE-13 Suġġett: Adozzjoni tal-RO-bi-DK-4 Bażi ġuridika: Id-Direttiva 2008/68/KE, l-Artikolu 6(2)(b)(i) (Trasport lokali fuq distanzi qosra) Referenza għall-Anness I, it-Taqsima n I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Partijiet 1 sa 9. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om visa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng Kummenti: Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027.”; |
|
(2) |
fl-Anness II, it-Taqsima II.3 hija sostitwita b’dan li ġej: “II.3. Derogi nazzjonali Derogi għall-Istati Membri għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom abbażi tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/68/KE. Numerazzjoni tad-derogi: RA-a/bi/bii-MS-nn RA = Ferrovija a/bi/bii = Artikolu 6(2) a/bi/bii MS = Abbrevjazzjoni għal Stat Membru nn = in-numru tal-ordni Abbażi tal-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva 2008/68/KE DE Il-Ġermanja RA-a-DE-2 Suġġett: Awtorizzazzjoni għall-imballaġġ ikkombinat. Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.10.4 MP2. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Projbizzjoni ta’ imballaġġ ikkombinat. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassi 1.4S, 2, 3 u 6.1; awtorizzazzjoni għall-imballaġġ ikkombinat ta’ oġġetti fil-Klassi 1.4S (skrataċ għall-armi żgħar), aerosols (Klassi 2) u materjali tat-tindif u tat-trattamenti fil-Klassi 3 u 6.1 (numri NU elenkati) bħala settijiet li għandhom jinbiegħu f’imballaġġ ikkombinat fil-grupp tal-imballaġġ II u fi kwantitajiet żgħar. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung — GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. IS. 4350); Ausnahme 21. Kummenti: Lista Nru. 30*, 30a, 30b, 30c, 30d, 30e, 30f, 30 g. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027 FR Franza RA-a-FR-3 Suġġett: Trasport għall-ħtiġijiet tat-trasportatur tal-ferrovija. Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Informazzjoni dwar il-materjali perikolużi li għandha tkun indikata fin-nota ta’ konsenja. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Trasport għall-ħtiġijiet tat-trasportatur tal-ferrovija ta’ kwantitajiet li ma jaqbżux il-limiti stabbiliti fil-punt 1.1.3.6 mhuwiex soġġett għall-obbligu ta’ dikjarazzjoni dwar it-tagħbija. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 5 juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par chemin de fer — Article 20.2 Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027 RA-a-FR-4 Suġġett: Eżenzjoni mit-tikkettar ta’ ċerti vaguni tal-posta. Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.1. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Obbligu tat-twaħħil ta’ tikketti mal-ħitan tal-vaguni. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Dawk il-vaguni tal-posta li jġorru aktar minn 3 tunnellati ta’ materjal tal-istess klassi (għajr dak tal-Klassi 1, 6.2 jew 7) biss iridu jkunu ttikkettati. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 5 juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par chemin de fer — Article 21.1 Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027 SE L-Iżvezja RA-a-SE-1 Suġġett: Coach tal-ferrovija li ġġorr oġġetti perikolużi, bħala oġġetti express, ma għandhiex bżonn tiġi mmarkata bit-tikketti. Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.1. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Coaches tal-ferrovija li jġorru oġġetti perikolużi jridu juru t-tikketti. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Coaches tal-ferrovija li jġorru oġġetti perikolużi, bħala oġġetti express, ma għandhomx bżonn jiġu mmarkati bit-tikketti. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng Kummenti: Fl-RID jeżistu limiti tal-kwantitajiet għall-oġġetti ddeżinjati bħala oġġetti express. Għalhekk din hija kwistjoni ta’ kwantitajiet żgħar. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027 Abbażi tal-Artikolu 6(2)(b)(i) tad-Direttiva 2008/68/KE DK Id-Danimarka RA-bi-DK-1 Suġġett: Ġarr ta’ oġġetti perikolużi mill-mini Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Tagħbija, ħatt u distanzi protettivi Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni tipprevedi dispożizzjonijiet alternattivi għal dawk previsti fl-Anness II, it-Taqsima II.1 tad-Direttiva 2008/68/KE dwar il-ġarr mill-mina ferrovjarja li tgħaddi minn taħt il-Great Belt u Øresund. Dawn id-dispożizzjonijiet alternattivi huma dwar il-volum tat-tagħbija u d-distanza bejn it-tagħbijiet ta’ oġġetti perikolużi. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bestemmelser om transport af Eksplosiver i jernbanetunnellerne på Storebælt og Øresund, 11. maj 2017 Kummenti: Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027 DE Il-Ġermanja RA-bi-DE-2 Suġġett: Trasport ta’ skart perikoluż ippakkjat. Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1 sa 5. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Klassifikazzjoni, imballaġġ u mmarkar. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassijiet 2 sa 6.1, 8 u 9: Imballaġġ ikkombinat u trasport ta’ skart perikoluż f’pakketti u IBCs; l-iskart irid ikun ippakkjat f’imballaġġ intern (kif jinġabar) u maqsum fi gruppi ta’ kategoriji speċifiċi ta’ skart (biex ikunu evitati reazzjonijiet perikolużi f’xi grupp ta’ skart); l-użu ta’ struzzjonijiet speċjali bil-miktub relatati mal-gruppi ta’ skart u bħala polza tal-vjeġġ; il-ġbir tal-iskart domestiku u tal-laboratorji, eċċ. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung — GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. IS. 4350); Ausnahme 20. Kummenti: Lista Nru 6*. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027 RA-bi-DE-3 Suġġett: It-trasport lokali ta’ NU 1381 (fosforu, isfar, taħt l-ilma), Klassi 4.2, grupp tal-imballaġġ I, f’vaguni tank tal-ferrovija. Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 6.8, 6.8.2.3. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar il-kostruzzjoni ta’ tankijiet u ta’ vaguni tank. Il-Kapitolu 6.8, is-Subtaqsima 6.8.2.3, tirrikjedi l-approvazzjoni tat-tip għal tankijiet li jġorru NU 1381 (fosforu, isfar, taħt l-ilma). Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport lokali ta’ NU 1381 (fosforu, isfar, taħt l-ilma), Klassi 4.2, grupp tal-imballaġġ I, fuq distanzi qosra (minn Sassnitz-Mukran sa Lutherstadt Wittenberg-Piesteritz u Bitterfeld) f’vaguni tank tal-ferrovija mibnija skont l-istandards Russi. It-trasport tal-oġġetti huwa soġġett għal dispożizzjonijiet operazzjonali addizzjonali stipulati mill-awtoritajiet kompetenti tas-sikurezza. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ausnahme Eisenbahn-Bundesamt Nr. E 1/92 Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Jannar 2025 SE L-Iżvezja RA-bi-SE-1 Suġġett: Ġarr ta’ skart perikoluż lejn l-impjant għar-rimi tal-iskart perikoluż. Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1 tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Parti 5 u 6. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-pakketti. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-ġarr tal-imballaġġi li jkun fihom oġġetti perikolużi bħala skart għandu jitwettaq f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li minnha huma permessi biss ftit eżenzjonijiet. L-eżenzjonijiet mhumiex permessi għat-tipi kollha ta’ sustanzi u oġġetti. L-eżenzjonijiet prinċipali huma: L-imballaġġi żgħar (inqas minn 30 kg) ta’ oġġetti perikolużi bħala skart jistgħu jiġu ppakkjati f’imballaġġi, inkluż l-IBCs u l-imballaġġi l-kbar, mingħajr ma jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tas-Subtaqsimiet 6.1.5.2.1, 6.1.5.8.2, 6.5.6.1.2, 6.5.6.14.2, 6.6.5.2.1 u 6.6.5.4.3 tal-Anness II, it-Taqsima II.1 ta’ din id-Direttiva. L-imballaġġi, inkluż l-IBCs u l-imballaġġi l-kbar ma għandhomx bżonn jiġu ttestjati bl-istess mod bħal meta dawn jiġu ttestjati meta jkunu mħejjija għall-ġarr b’kampjun rappreżentattiv ta’ imballaġġi żgħar ġo fihom. Dan huwa permess sakemm:
Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Appendiċi S — Regolamenti speċifiċi għat-trasport domestiku ta’ oġġetti perikolużi bit-triq maħruġin f’konformità mal-Att dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi Kummenti: Is-Subtaqsimiet 6.1.5.2.1, 6.1.5.8.2, 6.5.6.1.2, 6.5.6.14.2, 6.6.5.2.1 u 6.6.5.4.3 tal-Anness II, it-Taqsima II.1 ta’ din id-Direttiva huma diffiċli biex jiġu applikati għax l-imballaġġi, l-IBCs u l-imballaġġi l-kbar għandhom jiġu ttestjati b’kampjun rappreżentattiv tal-iskart, li huwa diffiċli li jitbassar minn qabel. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027 Abbażi tal-Artikolu 6(2)(b)(ii) tad-Direttiva 2008/68/KE DE Il-Ġermanja RA-bii-DE-2 Suġġett: it-trasport lokali ta’ NU 1402 (karbur tal-kalċju) f’rotot iddeżinjati, grupp tal-imballaġġ I, u f’kontejners fuq vaguni. Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 3.2, 7.3.1.1 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet ġenerali għat-trasport f’forma sfuża. Il-Kapitolu 3.2, it-Tabella A, ma tippermettix li l-karbur tal-kalċju jinġarr f’forma sfuża. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport lokali bil-ferrovija tan-NU 1402 (karbur tal-kalċju), grupp tal-imballaġġ I, fuq rotot iddeżinjati speċifikament, bħala parti minn proċess industrijali ddefinit u kkontrollat mill-qrib f’kundizzjonijiet speċifikati b’mod ċar. It-tagħbijiet jinġarru f’kontenituri mibnija apposta fil-vaguni. It-trasport tal-oġġetti huwa soġġett għal dispożizzjonijiet operazzjonali addizzjonali stipulati mill-awtoritajiet kompetenti tas-sikurezza. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ausnahme Eisenbahn-Bundesamt Nr. E 3/10 Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027 ” |
|
(3) |
fl-Anness III, it-Taqsima III.3 hija sostitwita b’dan li ġej: “III.3. Derogi nazzjonali Derogi għall-Istati Membri għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom abbażi tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/68/KE. Numerazzjoni tad-derogi: IW-a/bi/bii-MS-nn IW = Passaġġi fuq l-Ilma Intern a/bi/bii = Artikolu 6(2) a/bi/bii MS = Abbrevjazzjoni għal Stat Membru nn = in-numru tal-ordni Abbażi tal-Artikolu 6(2)(bi) tad-Direttiva 2008/68/KE DE Il-Ġermanja IW-bi-DE-1 Suġġett: Trasport ta’ skart perikoluż ippakkjat. Referenza għall-Anness III, it-Taqsima III.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1 sa 5. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Klassifikazzjoni, imballaġġ u mmarkar. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassijiet 2 sa 6.1, 8 u 9: Imballaġġ ikkombinat u trasport ta’ skart perikoluż f’pakketti u IBCs; l-iskart irid ikun ippakkjat f’imballaġġ intern (kif jinġabar) u maqsum fi gruppi ta’ kategoriji speċifiċi ta’ skart (biex ikunu evitati reazzjonijiet perikolużi f’xi grupp ta’ skart); l-użu ta’ struzzjonijiet speċjali bil-miktub relatati mal-gruppi ta’ skart u bħala polza tal-vjeġġ; il-ġbir tal-iskart domestiku u tal-laboratorji, eċċ. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung - GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 20. Kummenti: Lista Nru 6*. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027.” |