ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 116

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 66
4 ta' Mejju 2023


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/905 tas-27 ta’ Frar 2023 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjoni tal-projbizzjoni tal-użu ta’ ċerti prodotti mediċinali antimikrobiċi f’annimali jew fi prodotti li joriġinaw mill-annimali esportati minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni ( 1 )

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/906 tas-27 ta’ April 2023 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Queso Casín (AOP))

7

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/907 tat-3 ta’ Mejju 2023 li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Franċiża tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1412 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni taż-żejt essenzjali ilang ilang mill-Cananga odorata (Lam) Hook f. & Thomson bħala addittiv tal-ikel għall-ispeċijiet kollha tal-annimali ( 1 )

8

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/908 tat-3 ta’ Mejju 2023 li jemenda għat-335 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

10

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/909 tal-25 ta’ April 2023 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat għall-Kummerċ stabbilit skont il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, fir-rigward tal-emenda tal-Protokoll 1 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti li joriġinaw u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

13

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/910 tat-3 ta’ Mejju 2023 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 fir-rigward tal-pubblikazzjoni tar-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni għall-madum u l-folji tal-bitum immewweġ u prodotti oħra għall-bini ( 1 )

22

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/265 tad-9 ta’ Frar 2023 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika li joriġina fl-Indja u fit-Turkija ( ĠU L 41, 10.2.2023 )

27

 

*

Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/1173 tat-13 ta’ Lulju 2021 dwar l-istabbiliment tal-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1488 ( ĠU L 256, 19.7.2021 )

29

 

*

Rettifika tar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 ( ĠU L 212, 22.8.2018 )

30

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

4.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 116/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/905

tas-27 ta’ Frar 2023

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjoni tal-projbizzjoni tal-użu ta’ ċerti prodotti mediċinali antimikrobiċi f’annimali jew fi prodotti li joriġinaw mill-annimali esportati minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji u li jħassar id-Direttiva 2001/82/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 118(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-reżistenza għall-antimikrobiċi hija theddida kbira għas-saħħa pubblika. Meta tiżviluppa reżistenza għal aġent antimikrobiku użat biex jittratta infezzjoni speċifika li għaliha ma jkun hemm l-ebda trattament alternattiv u dik ir-reżistenza tinfirex, din ikollha konsegwenzi serji u potenzjalment ta’ periklu għall-ħajja għall-bnedmin. Is-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali u l-ambjent huma interkonnessi. Għalhekk, wieħed mill-objettivi tar-Regolament (UE) 2019/6 huwa li jitrażżan it-tixrid tar-reżistenza għall-antimikrobiċi b’miżuri konkreti biex jiġi promoss l-użu prudenti u responsabbli tal-prodotti mediċinali antimikrobiċi fl-annimali.

(2)

L-użu ta’ prodotti mediċinali antimikrobiċi għall-promozzjoni tat-tkabbir jew għaż-żieda fir-rendiment la huwa prudenti u lanqas responsabbli. Korp estensiv ta’ letteratura xjentifika wera li l-użu ta’ antimikrobiċi għal dawn l-iskopijiet jista’ jwassal għal reżistenza għall-antimikrobiċi. Għalhekk, bir-Regolament (UE) 2019/6, l-użu ta’ prodotti mediċinali antimikrobiċi bl-iskop li jiġi promoss it-tkabbir jew li jiżdied ir-rendiment huwa pprojbit, li jinkludi antimikrobiċi li jinsabu fi prodotti mediċinali veterinarji kif ukoll antimikrobiċi li jinsabu fi prodotti mediċinali għall-bniedem.

(3)

Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) 2019/6 jipprevedi l-proċedura biex jiġu ddeżinjati ċerti antimikrobiċi li għandhom jiġu riżervati għat-trattament ta’ infezzjonijiet fil-bnedmin. Dawn l-antimikrobiċi ma għandhomx jintużaw fi prodotti mediċinali antimikrobiċi mogħtija lill-annimali. Dik il-miżura għandha l-għan li tippreżerva l-effikaċja ta’ ċerti antimikrobiċi użati għat-trattament tal-infezzjonijiet fil-bnedmin, speċjalment dawk ikkunsidrati bħala trattamenti tal-aħħar għażla. Il-kriterji għad-deżinjazzjoni ta’ antimikrobiċi riżervati għat-trattament ta’ ċerti infezzjonijiet fil-bnedmin huma stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1760 (2) u l-lista ta’ antimikrobiċi riżervati għat-trattament ta’ ċerti infezzjonijiet fil-bnedmin hija stabbilita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1255 (3).

(4)

Id-dimensjoni internazzjonali tal-iżvilupp tar-reżistenza għall-antimikrobiċi jenħtieġ li tiġi kkunsidrata wkoll. B’mod speċifiku, l-Artikolu 118(1) tar-Regolament (UE) 2019/6 jipprevedi li, fir-rigward ta’ annimali jew ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali li jiġu esportati minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni, l-operaturi f’pajjiżi terzi ma għandhomx jużaw il-prodotti mediċinali antimikrobiċi biex jippromwovu t-tkabbir jew biex iżidu r-rendiment, u ma għandhomx jużaw l-antimikrobiċi jew il-gruppi ta’ antimikrobiċi deżinjati riżervati għat-trattament ta’ infezzjonijiet fil-bnedmin.

(5)

L-għalf medikat huwa waħda mir-rotot orali għas-somministrazzjoni ta’ prodotti mediċinali lill-annimali. Għalhekk, jenħtieġ li l-projbizzjoni tal-użu ta’ ċerti prodotti mediċinali antimikrobiċi fir-rigward ta’ annimali jew prodotti li joriġinaw mill-annimali li jiġu esportati minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni tapplika wkoll meta dawn il-prodotti mediċinali antimikrobiċi jiġu somministrati permezz ta’ għalf medikat.

(6)

Sistema robusta ta’ kontrolli fir-rigward tal-annimali jew tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jiġu esportati minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni hija essenzjali biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/6. Ma teżisti l-ebda sistema speċifika ta’ kontrolli fuq l-importazzjonijiet ta’ annimali jew ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali taħt il-qafas tal-Unjoni dwar prodotti mediċinali veterinarji. L-istabbiliment ta’ qafas dedikat ta’ kontrolli bħal dan kien ikun jeħtieġ ammont sinifikanti ta’ riżorsi u ħin. Barra minn hekk, dan kien iwassal għal duplikazzjonijiet fil-livell tal-awtoritajiet kompetenti u anke tal-operaturi kkonċernati. Minħabba raġunijiet ta’ effettività u tnaqqis tal-piż amministrattiv, il-qafas eżistenti tal-Unjoni dwar il-kontrolli uffiċjali għandu jintuża biex tiġi vverifikata l-konformità tal-annimali jew tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi mar-Regolament (UE) 2019/6. Għal dan il-għan, ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) ġie emendat bir-Regolament (UE) 2021/1756 (5). Għalhekk, il-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 118(1) tar-Regolament (UE) 2019/6 għandha ssir f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/625.

(7)

Il-kunsinni ta’ annimali jew ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali li jidħlu fl-Unjoni li huma soġġetti għall-projbizzjoni fuq l-użu ta’ prodotti mediċinali antimikrobiċi biex jiġi promoss it-tkabbir jew jiżdied ir-rendiment u fuq l-użu ta’ antimikrobiċi riżervati għat-trattament ta’ ċerti infezzjonijiet fil-bnedmin jenħtieġ li jiġu stabbiliti b’mod ċar. Għalhekk, dan ir-Regolament Delegat jenħtieġ li jipprovdi regoli dettaljati dwar il-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 118(1) tar-Regolament (UE) 2019/6.

(8)

Il-maġġoranza l-kbira tal-konsum ta’ antimikrobiċi fl-annimali (bħala volum) hija relatata ma’ annimali li jipproduċu l-ikel. Barra minn hekk, hemm evidenza xjentifika dejjem akbar li l-użu ta’ antimikrobiċi f’annimali li jipproduċu l-ikel għandu impatt fuq l-iżvilupp tar-reżistenza għall-antimikrobiċi. Għalhekk, l-indirizzar tar-reżistenza antimikrobika jirrikjedi azzjoni partikolari dwar l-użu ta’ prodotti mediċinali antimikrobiċi f’annimali li jipproduċu l-ikel jew fi prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, it-teħid ta’ din l-azzjoni se jikkontribwixxi b’mod effettiv biex tiġi indirizzata d-dimensjoni internazzjonali tal-iżvilupp tar-reżistenza għall-antimikrobiċi filwaqt li jiġu mminimizzati l-impatti fuq il-kummerċ.

(9)

Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-projbizzjoni tal-użu ta’ ċerti antimikrobiċi stabbilita fl-Artikolu 118(1) tar-Regolament (UE) 2019/6 tikkonċerna annimali li jipproduċu l-ikel jew prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem li jiġu esportati minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni. Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, l-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali kkonċernati jenħtieġ li jiġu identifikati permezz ta’ referenzi għall-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (6).

(10)

Il-kunsinni ta’ annimali jew ta’ prodotti kkonċernati li huma maħsuba biss għat-tranżitu, kif ukoll il-prodotti kkonċernati maħsuba għall-fini ta’ kampjuni għall-analiżi tal-prodott u għall-ittestjar tal-kwalità li ma jitqegħdux fis-suq, jenħtieġ li ma jkunux koperti minn dan ir-Regolament.

(11)

Il-kunsinni tal-annimali jew tal-prodotti kkonċernati li jiġu esportati minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni jenħtieġ li jikkonformaw mal-istess restrizzjonijiet li japplikaw fl-Unjoni fir-rigward tal-objettivi segwiti mill-Artikoli 107(2) u 37(5) tar-Regolament (UE) 2019/6. Għal dak il-għan, il-kunsinni tal-annimali jew tal-prodotti kkonċernati jenħtieġ li jitħallew jidħlu fl-Unjoni biss f’każ li l-pajjiżi terzi jew ir-reġjuni tagħhom, li minnhom joriġinaw dawk l-annimali jew il-prodotti, jistgħu jiżguraw il-konformità mal-projbizzjoni fuq l-użu ta’ prodotti mediċinali antimikrobiċi bl-iskop li jiġi promoss it-tkabbir jew li jiżdied ir-rendiment, u fuq l-użu ta’ antimikrobiċi li jkunu ġew irriżervati għat-trattament ta’ ċerti infezzjonijiet fil-bnedmin.

(12)

Pajjiżi terzi — jew reġjuni tagħhom — li jissodisfaw dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu inklużi f’lista li għandha titfassal mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, f’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2017/625. Il-pajjiżi terzi jew ir-reġjuni tagħhom għandhom jiġu inklużi f’dik il-lista abbażi tal-evidenza u l-garanziji disponibbli li l-annimali jew il-prodotti kkonċernati li joriġinaw minnhom jikkonformaw mal-projbizzjoni tal-Unjoni fuq l-użu ta’ prodotti mediċinali antimikrobiċi għall-fini tal-promozzjoni tat-tkabbir jew taż-żieda fir-rendiment, u fuq l-użu ta’ antimikrobiċi li jkunu ġew irriżervati għat-trattament ta’ ċerti infezzjonijiet fil-bnedmin.

(13)

Il-kunsinni ta’ annimali jew ta’ prodotti kkonċernati li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi elenkati f’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2017/625 jenħtieġ li jkunu akkumpanjati wkoll minn ċertifikat uffiċjali li jikkonferma l-konformità mal-projbizzjoni tal-Unjoni fuq l-użu ta’ prodotti mediċinali antimikrobiċi għall-fini tal-promozzjoni tat-tkabbir jew biex jiżdied ir-rendiment, u fuq l-użu ta’ antimikrobiċi li ġew riżervati għat-trattament ta’ ċerti infezzjonijiet fil-bnedmin.

(14)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta rekwiżiti speċifiċi dwar iċ-ċertifikati uffiċjali meħtieġa, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/625.

(15)

Il-kundizzjonijiet għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ annimali jew ta’ prodotti kkonċernati se jkunu magħrufa mill-operaturi ta’ pajjiżi terzi mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, l-applikazzjoni prattika tal-qafas stabbilit f’dan ir-Regolament se teħtieġ l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni ulterjuri. Minħabba raġunijiet ta’ prevedibbiltà u ta’ ċertezza legali u bil-għan li l-partijiet ikkonċernati jingħataw biżżejjed żmien biex jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu ddifferiti l-kundizzjonijiet għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ annimali jew ta’ prodotti stabbiliti f’dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tal-projbizzjoni tal-użu, f’annimali jew fi prodotti li joriġinaw mill-annimali li jiġu esportati minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni, ta’ prodotti mediċinali antimikrobiċi għall-promozzjoni tat-tkabbir u ż-żieda fir-rendiment, u antimikrobiċi riżervati għat-trattament ta’ ċerti infezzjonijiet fil-bnedmin.

2.   Dan ir-Regolament japplika għal annimali ħajjin li jipproduċu l-ikel li għalihom ġew stabbiliti l-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda (“kodiċijiet NM”) fit-Tieni Parti, il-Kapitolu 1, tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87.

Dan ir-Regolament japplika wkoll għal prodotti ta’ oriġini mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem, li għalihom ġew stabbiliti kodiċijiet NM fit-Tieni Parti, il-Kapitoli 2 sa 5, 15 u 16, tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, u li għalihom ġew stabbiliti s-subintestaturi tas-Sistema Armonizzata taħt l-intestaturi 3501, 3502 u 3504.

3.   Dan ir-Regolament ma japplikax għal dawn li ġejjin:

(a)

ġelatina u materja prima għall-produzzjoni tagħha msemmija fit-Taqsima XIV, il-Kapitolu I, il-punt 1, tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7);

(b)

kollaġen u materja prima għall-produzzjoni tiegħu msemmija fit-Taqsima XV, il-Kapitolu I, il-punt 1, tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(c)

prodotti raffinati ħafna msemmija fit-Taqsima XVI, il-Kapitolu I, il-punt 1, tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(d)

annimali selvaġġi u prodotti derivati minnhom;

(e)

insetti, żrinġijiet, bebbux u rettili, inklużi prodotti derivati minnhom;

(f)

prodotti komposti;

(g)

annimali jew prodotti li joriġinaw mill-annimali mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem, sakemm id-destinazzjoni tal-annimali jew tal-prodotti ma tkunx ġiet deċiża mad-dħul fl-Unjoni;

(h)

annimali jew prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem li jagħmlu biss tranżitu mill-Unjoni mingħajr ma jitqiegħdu fis-suq;

(i)

prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem għall-fini ta’ kampjuni għall-analiżi tal-prodotti u l-ittestjar tal-kwalità mingħajr ma jitqiegħdu fis-suq.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“prodott mediċinali antimikrobiku” tfisser prodott mediċinali li fih jew jikkonsisti minn antimikrobiku wieħed jew aktar;

(2)

“prodott mediċinali” tfisser prodott mediċinali li jiġi ssomministrat lill-annimali, inkluż meta jiġi ssomministrat f’għalf medikat kif definit fl-Artikolu 3(2), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2019/4 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8);

(3)

“annimal li jipproduċi l-ikel” tfisser annimal li jipproduċi l-ikel kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (b), tar-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9).

(4)

“kunsinna” tfisser kunsinna kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (37), tar-Regolament (UE) 2017/625;

(5)

“tranżitu” tfisser tranżitu kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (44), tar-Regolament (UE) 2017/625.

Artikolu 3

Restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ ċerti prodotti mediċinali antimikrobiċi f’annimali jew fi prodotti derivati minnhom li jidħlu fl-Unjoni

L-annimali jew il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2) li jiġu esportati minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni ma għandhomx ikunu ġew somministrati, jew ikunu joriġinaw minn annimali li jkunu ġew somministrati xi wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

prodott mediċinali antimikrobiku użat għall-fini tal-promozzjoni tat-tkabbir jew taż-żieda fir-rendiment;

(b)

prodott mediċinali antimikrobiku li fih antimikrobiku li huwa inkluż fil-lista ta’ antimikrobiċi riżervati għat-trattament ta’ ċerti infezzjonijiet fil-bnedmin stabbilita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1255.

Artikolu 4

Kundizzjonijiet għad-dħul fl-Unjoni

1.   Il-kunsinni tal-annimali jew tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2) għandhom jidħlu fl-Unjoni biss meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ikunu joriġinaw minn pajjiż terz jew reġjun tiegħu inkluż fil-lista ta’ pajjiżi msemmija fl-Artikolu 5; u

(b)

ikunu akkumpanjati minn ċertifikat uffiċjali msemmi fl-Artikolu 6 li jiċċertifika li l-kunsinna tikkonforma mar-rekwiżiti fl-Artikolu 3.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, il-punt (a), il-kunsinni tal-annimali jew tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2) jistgħu jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi li ma humiex inklużi fil-lista msemmija fl-Artikolu 5(1), fejn dawn il-pajjiżi terzi jiżguraw li l-kunsinni li jidħlu fl-Unjoni joriġinaw minn Stat Membru jew minn pajjiż terz inkluż fil-lista.

Artikolu 5

Lista tal-pajjiżi terzi approvati

1.   Il-lista msemmija fl-Artikolu 4(1), il-punt (a), għandha tiġi stabbilita permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni adottat mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2017/625. Jekk ikun xieraq, dik il-lista tista’ tiġi kkombinata ma’ listi oħrajn żviluppati skont l-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2017/625.

2.   Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-inklużjoni ta’ pajjiżi terzi fil-lista f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 127(3), il-punti (a) sa (d) u l-punti (f) u (g), tar-Regolament (UE) 2017/625, abbażi tal-evidenza u tal-garanziji disponibbli li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3 huma ssodisfati, inkluża l-informazzjoni riċevuta dwar il-proċeduri stabbiliti biex tiġi ggarantita t-traċċabbiltà u l-oriġini tal-annimali jew tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2).

3.   F’konformità mal-Artikolu 127(4) tar-Regolament (UE) 2017/625, il-Kummissjoni għandha tħassar ir-referenza għal pajjiż terz jew reġjun ta’ pajjiż terz mil-lista jekk il-kundizzjonijiet għall-inklużjoni fil-lista ma jibqgħux jiġu ssodisfati.

Artikolu 6

Ċertifikazzjoni ta’ konformità

1.   Ir-rekwiżiti speċifiċi dwar iċ-ċertifikati uffiċjali msemmija fl-Artikolu 4(1), il-punt (b), għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 126(3) tar-Regolament (UE) 2017/625.

2.   Iċ-ċertifikati uffiċjali jistgħu jinkludu dettalji meħtieġa f’konformità ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni dwar kwistjonijiet tas-saħħa pubblika u tal-annimali.

Artikolu 7

Kontrolli

Għandhom isiru kontrolli biex tiġi vverifikata l-konformità tal-kunsinni tal-annimali jew tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2) mal-Artikolu 3 f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/625.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-kundizzjonijiet għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ annimali jew prodotti stabbiliti f’dan l-att delegat għandhom japplikaw minn 24 xahar wara d-data tal-applikazzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 6(1).

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Frar 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 4, 7.1.2019, p. 43.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1760 tas-26 ta’ Mejju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-kriterji għad-deżinjazzjoni tal-antimikrobiċi li għandhom jiġu riżervati għat-trattament ta’ ċerti infezzjonijiet fil-bnedmin (ĠU L 353, 6.10.2021, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1255 tad-19 ta’ Lulju 2022 li jiddeżinja antimikrobiċi jew gruppi ta’ antimikrobiċi riżervati għat-trattament ta’ ċerti infezzjonijiet fil-bniedem, f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 20.7.2022, p. 58).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2021/1756 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ottubru 2021 li jemenda r-Regolament (UE) 2017/625 fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali fuq annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali li jiġu esportati minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-projbizzjoni ta’ ċerti użi ta’ antimikrobiċi u r-Regolament (KE) Nru 853/2004 fir-rigward tal-provvista diretta ta’ laħam tal-pollam u tal-lagomorfi, (ĠU L 357, 8.10.2021, p. 27).

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(7)  Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2019/4 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf medikat, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/167/KEE (ĠU L 4, 7.1.2019, p. 1).

(9)  Ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11).


4.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 116/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/906

tas-27 ta’ April 2023

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (“Queso Casín” (AOP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta’ Spanja għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Queso Casín”, irreġistrata skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 986/2011 (2).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhix minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba biex issir emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3), kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) ta’ dak ir-Regolament.

(3)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni f’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk jenħtieġ li l-modifika tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-ispeċifikazzjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li tikkonċerna d-denominazzjoni “Queso Casín” (DPO) hija approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ April 2023.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 986/2011 tat-30 ta’ Settembru 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Queso Casín (DOP)] (ĠU L 260, 5.10.2011, p. 11).

(3)  ĠU C 17, 18.1.2023, p. 12.


4.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 116/8


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/907

tat-3 ta’ Mejju 2023

li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Franċiża tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1412 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni taż-żejt essenzjali ilang ilang mill-Cananga odorata (Lam) Hook f. & Thomson bħala addittiv tal-ikel għall-ispeċijiet kollha tal-annimali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjoni bil-lingwa Franċiża tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1412 (2) fiha żball fl-Artikolu 2(3) li jbiddel it-tifsira tad-dispożizzjoni.

(2)

Għalhekk, jenħtieġ li l-verżjoni bil-lingwa Franċiża tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1412 tiġi kkoreġuta skont dan. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati.

(3)

Peress li l-iżball kien preżenti mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1412 u l-operaturi se jibbenefikaw mill-korrezzjoni tal-iżball li kien ikkawża inċertezza legali, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1412 jiġi kkoreġut mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf mogħtija fil-15 ta’ Diċembru 2022,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(Ma japplikax għal-lingwa Maltija.)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mill-11 ta’ Settembru 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Mejju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1412 tad-19 ta’ Awwissu 2022 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni taż-żejt essenzjali ilang ilang mill-Cananga odorata (Lam) Hook f. & Thomson bħala addittiv tal-ikel għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 217, 22.8.2022, p. 1).


4.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 116/10


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/908

tat-3 ta’ Mejju 2023

li jemenda għat-335 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet ISIL (Da'esh) u Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(1) u (5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fis-26 ta’ April 2023, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit bis-saħħa tar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1267(1999), 1989(2011) u 2253(2015), żied żewġ entrati mal-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi jenħtieġ li japplika għalihom.

(3)

Wara rieżami tekniku tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, jenħtieġ li żewġ entrati jiġu emendati fil-lil-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi jenħtieġ li japplika għalihom.

(4)

Għaldaqstant, l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(5)

Sabiex ikun żgurat li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, jenħtieġ li jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Mejju 2023.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Id-Direttur Ġenerali

Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-entrati li ġejjin jiżdiedu taħt l-intestatura “Persuni naturali”:

(a)

“Maulawi Rajab (psewdonimu ta’ kwalità tajba: Maulawi Rajab Salahudin). Data tat-twelid: 1976. Post tat-twelid: L-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Indirizz: Id-Distrett ta’ Paghman, il-Provinċja ta’ Kabul, l-Afganistan. Informazzjoni oħra: Mexxej anzjan tal-Istat Iżlamiku tal-Iraq u l-Levante — Khorasan (ISIL-K). Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 26.04.2023.”

(b)

“Sultan Aziz Azam. Data tat-twelid: 1985. Post tat-twelid: L-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Indirizz: L-Afganistan. Informazzjoni oħra: Kelliem tal-Istat Iżlamiku tal-Iraq u l-Levante — Khorasan (ISIL-K). Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 26.04.2023.”

(2)

Id-data tal-identifikazzjoni għall-entrata segwenti taħt l-intestatura “Persuni naturali” hija emendata kif ġej:

“Emraan Ali (psewdonimu ta’ kwalità baxxa: Abu Jihad TNT). Data tat-twelid: (a) 4.7.1967. Post tat-twelid: (a) Rio Claro, Trinidad u Tobago. Nazzjonalità: (a) Trinidad u Tobago; (b) L-Istati Uniti tal-Amerka. Nru tal-Passaport (a) TB162181 (passaport ta’ Trinidad u Tobago li nħareġ fis-27.1.2015 u li skada fis-26.1.2020); (b) 420985453 (passaport tal-Istati Uniti tal-Amerka li skada fis-6.2.2017). Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali 19670704052 (numru ta’ identifikazzjoni tat-Trinidad u Tobago). Indirizz: (a) L-Istati Uniti tal-Amerka (f’detenzjoni, Federal Detention Center Miami, Numru tar-Reġistru: 10423-509); (b) #12 Rio Claro Mayaro Road, Rio Claro, Trinidad (post preċedenti 2008 - Marzu 2015); (c) #7 Guayaguayare Road, Rio Claro, Trinidad (post preċedenti circa 2003); (d) L-Istati Uniti tal-Amerka (post preċedenti Jannar 1991-2008). Informazzjoni oħra: (a) Membru anzjan tal-Istat Iżlamiku fl-Iraq u l-Levante (Islamic State in Iraq and the Levant, ISIL), elenkat bħala Al-Qaida fl-Iraq. Irreklutat għall-ISIL u ta struzzjonijiet lil individwi biex iwettqu atti terroristiċi permezz ta’ vidjo online. (b) Deskrizzjoni fiżika: tul: 176 cm; piż: 73 kg; binja: medju; kulur tal-għajnejn: kannella; kulur tax-xagħar: iswed/qargħi; karnaġġon: kannella; (c) Jitkellem bl-Ingliż. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 23.11.2021.”

huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Emraan Ali (psewdonimu ta’ kwalità baxxa: Abu Jihad TNT). Data tat-twelid: 4.7.1967. Post tat-twelid: Rio Claro, Trinidad u Tobago. Nazzjonalità: (a) Trinidad u Tobago; (b) L-Istati Uniti tal-Amerka. Nru tal-Passaport: (a) TB162181 (passaport ta’ Trinidad u Tobago li nħareġ fis-27.1.2015 u li skada fis-26.1.2020); (b) 420985453 (passaport tal-Istati Uniti tal-Amerka li skada fis-6.2.2017). Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: 19670704052 (numru ta’ identifikazzjoni ta’ Trinidad u Tobago). Indirizz: (a) L-Istati Uniti tal-Amerka (f’detenzjoni, Federal Detention Center — Miami, Numru tar-Reġistru: 10423-509); (b) #12 Rio Claro Mayaro Road, Rio Claro, Trinidad (post preċedenti 2008-Marzu 2015); (c) #7 Guayaguayare Road, Rio Claro, Trinidad (post preċedenti madwar l-2003); (d) L-Istati Uniti tal-Amerka (post preċedenti Jannar 1991-2008). Informazzjoni oħra: (a) Membru anzjan tal-Istat Iżlamiku fl-Iraq u l-Levante (Islamic State in Iraq and the Levant, ISIL), elenkat bħala Al-Qaida fl-Iraq. Irreklutat għall-ISIL u ta struzzjonijiet lil individwi biex iwettqu atti terroristiċi; (b) Deskrizzjoni fiżika: tul: 176 cm; piż: 73 kg; binja: medja; kulur tal-għajnejn: kannella; kulur tax-xagħar: iswed/qargħi; karnaġġon: kannella; (c) Jitkellem bl-Ingliż. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 23.11.2021.”

(3)

Id-data tal-identifikazzjoni tal-entrata segwenti taħt l-intestatura “Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet” fl-Anness I tar-Regolament (KE) 881/2002 hija emendata kif ġej:

“Stat Iżlamiku fl-Iraq u l-Levante — Khorasan (ISIL-K) ( magħruf ukoll bħala (a) ISIL Khorasan (b) Provinċja ta' Khorasan tal-Istat Iżlamiku (c) ISIS Wilyat Khorasan (d) il-Fergħa tal-Asja t'Isfel tal-ISIL (e) Kapitolu tal-Asja t'Isfel tal-ISIL). Informazzjoni oħra: L-Istat Iżlamiku fl-Iraq u l-Levante — Khorasan (ISIL-K) ġie ffurmat fl-10 ta' Jannar 2015 minn kmandant tat-Tehrik-e Taliban Pakistan (TTP) u ġie stabbilit minn eks-kmandanti tal-fazzjoni tat-Taliban li ħa l-ġurament ta' lealtà lejn l-Istat Iżlamiku fl-Iraq u l-Levante (elenkat bħala Al-Qaida fl-Iraq). ISIL-K iddikjarat li hija responsabbli għal għadd kbir ta' attakki kemm fl-Afganistan kif ukoll fil-Pakistan. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7e(e): 14.5.2019.”

huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-Istat Iżlamiku tal-Iraq u l-Levante — Khorasan (ISIL-K) (psewdonimu: (a) ISIL Khorasan, (b) Provinċja ta’ Khorasan tal-Istat Iżlamiku, (c) ISIS Wilayat Khorasan, (d) il-Fergħa tal-Asja t’Isfel tal-ISIL, (e) Kapitolu tal-Asja t’Isfel tal-ISIL, (f) L-Istat Iżlamiku tal-Iraq u ash-Sham — il-Provinċja ta’ Khorasan, (g) L-Istat Iżlamiku tal-Iraq u s-Sirja — Khorasan, (h) L-Istat Iżlamiku tal-Iraq u l-Levante fil-Provinċja ta’ Khorasan, (i) l-Istat Iżlamiku ta’ Khurasan, (j) ISIS-K, (k) ISISK, (l) IS-Khorasan). Informazzjoni oħra: L-Istat Iżlamiku fl-Iraq u l-Levante — Khorasan (ISIL-K) ġie ffurmat fl-10 ta’ Jannar 2015 minn kmandant tat-Tehrik-e Taliban Pakistan (TTP) u ġie stabbilit minn eks-kmandanti tal-fazzjoni tat-Taliban li ħa l-ġurament ta’ lealtà lejn l-Istat Iżlamiku fl-Iraq u l-Levante (elenkat bħala Al-Qaida fl-Iraq). ISIL-K iddikjarat li hija responsabbli għal għadd kbir ta’ attakki kemm fl-Afganistan kif ukoll fil-Pakistan. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7e(e): 14.5.2019.”


DEĊIŻJONIJIET

4.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 116/13


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/909

tal-25 ta’ April 2023

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat għall-Kummerċ stabbilit skont il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, fir-rigward tal-emenda tal-Protokoll 1 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti li joriġinaw” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam (1) (“il-Ftehim”) ġie konkluż mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/753 (2) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Awwissu 2020.

(2)

Skont l-Artikolu 36 tal-Protokoll 1 tal-Ftehim (‘il-Protokoll 1”), il-Kumitat dwar id-Dwana jista’ jirrieżamina d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 1 u jippreżenta proposta għal deċiżjoni li għandha tiġi adottata mill-Kumitat għall-Kummerċ.

(3)

Skont l-Artikolu 17.1 tal-Ftehim, il-Kumitat għall-Kummerċ għandu jevalwa u jadotta deċiżjonijiet, meta previst fil-Ftehim, rigward kwalunkwe suġġett imsemmi mill-Kumitat dwar id-Dwana.

(4)

Il-Kumitat għall-Kummerċ jeħtieġ jadotta Deċiżjoni li temenda l-Anness II tal-Protokoll 1.

(5)

Fl-1 ta’ Jannar 2017 u fl-1 ta’ Jannar 2022 ġew introdotti emendi fir-rigward tan-nomenklatura rregolata mill-Konvenzjoni dwar is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifikazzjoni tal-Merkanzija (“SA”). Din id-Deċiżjoni hija meħtieġa sabiex jiġi aġġornat il-Protokoll 1 u l-annessi tiegħu ħalli jirriflettu l-aħħar verżjoni tas-SA.

(6)

M’hemm l-ebda kundizzjoni fl-Anness II tal-Protokoll 1 biex il-prodotti maħdumin bil-labar jew bil-ganċ tal-Intestatura 6212 jitqiesu maħdumin jew ipproċessati biżżejjed. Ir-regola tal-Kapitolu 62 fl-Anness II tal-Protokoll 1 ma tistax tiġi applikata għal dawk il-prodotti peress li hija limitata għal prodotti mhux maħdumin bil-labar jew bil-ganċ. Għalhekk, jenħtieġ li tiżdied regola speċifika għall-prodotti maħdumin bil-labar jew bil-ganċ tal-Intestatura 6212.

(7)

Il-ħidma jew l-ipproċessar meħtieġa tal-prodotti kklassifikati fil-Kapitolu 41 fl-Anness II tal-Protokoll 1 għandha tiżdied fil-kolonna rilevanti f’dak l-Anness.

(8)

Il-kelma “individwali” fit-tielet u r-raba’ kundizzjonijiet tal-ħidma jew tal-ipproċessar meħtieġ tal-prodotti klassifikati fil-Kapitolu 19 fl-Anness II tal-Protokoll 1 tista’ tiġi interpretata b’modi differenti fir-rigward tal-kontenut tal-materjali tal-Kapitolu 4 u l-kontenut taz-zokkor. Biex tiġi ċċarata r-regola, il-kelma “individwali” għandha titħassar fiż-żewġ istanzi.

(9)

Għall-prodotti tessili klassifikati fil-Kapitolu 62 fl-Anness II tal-Protokoll 1, referenza għat-tolleranzi jenħtieġ li tiġi inserita fir-regoli alternattivi diversi tal-kolonni ta’ ħidma jew ta’ ipproċessar meħtieġa.

(10)

Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat dwar id-Dwana u fil-Kumitat għall-Kummerċ, peress li d-Deċiżjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ se tkun vinkolanti fuq l-Unjoni.

(11)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat dwar id-Dwana u fi ħdan il-Kumitat għall-Kummerċ jenħtieġ li għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat dwar id-Dwana u fil-Kumitat għall-Kummerċ għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ mehmuż f’din id-Deċiżjoni.

Ir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kumitat dwar id-Dwana u fil-Kumitat għall-Kummerċ mingħajr kwalunkwe deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill, jistgħu jiftehmu dwar korrezzjonijiet tekniċi żgħar fl-abbozz tad-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta’ April 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

P. KULLGREN


(1)  ĠU L 186, 12.6.2020, p. 3.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/753 tat-30 ta’ Marzu 2020 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam (ĠU L 186, 12.6.2020, p. 1).


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru …/… TAL-KUMITAT GĦALL-KUMMERĊ

ta’ …

li temenda l-Anness II tal-Protokoll 1, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti li joriġinaw” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

IL-KUMITAT GĦALL-KUMMERĊ,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam , u b’mod partikolari l-Artikolu 36(1) tal-Protokoll 1 tiegħu, u l-Artikolu 17.1(3), il-punt (c) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 36(1) tal-Protokoll 1 tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam (“il-Ftehim”) jipprevedi li l-Kumitat dwar id-Dwana jista’ jirrieżamina d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 1 u għandu jippreżenta proposta għal deċiżjoni biex temenda l-Protokoll 1, li għandu jiġi adottat mill-Kumitat għall-Kummerċ.

(2)

L-Artikolu 17.4(1) tal-Ftehim jipprevedi li l-Kumitat għall-Kummerċ jista’ jadotta deċiżjonijiet vinkolanti meta previst fil-Ftehim.

(3)

Fl-1 ta’ Jannar 2017 u fl-1 ta’ Jannar 2022 ġew introdotti emendi fir-rigward tan-nomenklatura rregolata mill-Konvenzjoni dwar is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifikazzjoni tal-Merkanzija (“SA”). Il-Partijiet tal-Ftehim qablu li jemendaw l-Anness II tal-Protokoll 1 li fih il-lista tal-ħidma jew tal-ipproċessar meħtieġ sabiex jirrifletti l-emendi tas-SA.

(4)

M’hemm l-ebda kundizzjoni fl-Anness II tal-Protokoll 1 biex il-prodotti maħdumin bil-labar jew bil-ganċ tal-Intestatura 6212 jitqiesu biżżejjed maħdumin jew ipproċessati. Ir-regola tal-Kapitolu 62 fl-Anness II tal-Protokoll 1 ma tistax tiġi applikata għal dawk il-prodotti peress li hija limitata għal prodotti mhux maħdumin bil-labar jew bil-ganċ. Għalhekk, jenħtieġ li tiżdied regola speċifika għall-prodotti maħdumin bil-labar jew bil-ganċ tal-Intestatura 6212.

(5)

Il-ħidma jew l-ipproċessar meħtieġa tal-prodotti kklassifikati fil-Kapitolu 41 fl-Anness II tal-Protokoll 1 għandhom jiżdiedu fil-kolonna rilevanti f’dak l-Anness.

(6)

Il-kelma “individwali” fit-tielet u r-raba’ kundizzjonijiet tal-ħidma jew tal-ipproċessar meħtieġa tal-prodotti kklassifikati fil-Kapitolu 19 fl-Anness II tal-Protokoll 1 tista’ tiġi interpretata b’mod differenti fir-rigward tal-kontenut tal-materjali tal-Kapitolu 4 u tal-kontenut taz-zokkor. Biex tiġi ċċarata r-regola, il-kelma “individwali” għandha titħassar fiż-żewġ istanzi.

(7)

Għall-prodotti tessili kklassifikati fil-Kapitolu 62 fl-Anness II tal-Protokoll 1, referenza għat-tolleranzi jenħtieġ li tiġi inserita fir-regoli alternattivi diversi tal-kolonni ta’ ħidma jew tal-ipproċessar meħtieġa.

(8)

Għalhekk, l-Anness II tal-Protokoll 1 tal-Ftehim jenħtieġ li jiġi emendat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II tal-Protokoll 1 tal-Ftehim huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2024.

Magħmul f’żewġ kopji bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan, bl-Ungeriż u bil-Vjetnamiż, b’kull test ikollu l-istess awtentiċità.

Magħmul fi Brussell u f’Hanoi,

Għall-Kumitat għall-Kummerċ

Il-Kopresidenti


ANNESS

L-Anness II tal-Protokoll 1 huwa emendat kif ġej:

(1)

fir-ringiela relatata mal-Intestatura “0305”, it-test fil-kolonna “Deskrizzjoni tal-merkanzija” huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ħut, imnixxef, immellaħ jew fis-salmura; ħut affumikat, kemm jekk imsajjar qabel jew matul il-proċess tal-affumikar u kemm jekk le;”;

(2)

fir-ringiela relatata mal-Intestatura “ex 0306”, it-test fil-kolonna “Deskrizzjoni tal-merkanzija” huwa sostitwit b’dan li ġej:

“krustaċji, kemm jekk fil-qoxra u kemm jekk le, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; krustaċji affumikati, kemm jekk fil-qoxra u kemm jekk le, kemm jekk imsajrin qabel jew matul il-proċess tal-affumikar u kemm jekk le; krustaċji, fil-qoxra, imsajrin bil-fwar jew bit-togħlija fl-ilma, kemm jekk imkessħin, iffriżati, imnixxfin, xotti, immellħin, jew fis-salmura;”;

(3)

fir-ringiela relatata mal-Intestatura “ex 0307”, it-test fil-kolonna “Deskrizzjoni tal-merkanzija” huwa sostitwit b’dan li ġej:

“molluski, kemm jekk fil-qoxra u kemm jekk le, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; molluski affumikati, kemm jekk fil-qoxra u kemm jekk le, kemm jekk imsajrin qabel jew matul il-proċess tal-affumikar u kemm jekk le;”;

(4)

fir-ringiela relatata mal-Intestatura “ex 0308”, it-test fil-kolonna “Deskrizzjoni tal-merkanzija” huwa sostitwit b’dan li ġej:

“invertebrati akkwatiċi għajr il-krustaċji u l-molluski, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; invertebrati akkwatiċi affumikati, għajr il-krustaċji jew il-molluski, kemm jekk imsajrin qabel jew matul il-proċess tal-affumikar u kemm jekk le; u”;

(5)

bejn ir-ringiela relatata mal-Intestatura “ex 0308” u r-ringiela relatata mal-“ex Kapitolu 4”, tiddaħħal ringiela li ġejja:

“0309

dqiq, frakass u pellets tal-ħut, tal-krustaċji, tal-molluski jew ta’ invertebrati akkwatiċi oħrajn, tajbin għall-konsum mill-bniedem

Manifattura fejn il-materjali kollha tal-Kapitolu 3 użati jinkisbu b’mod sħiħ.”;

(6)

fir-ringiela relatata mal-“ex Kapitolu 15”, it-test fil-kolonna “Deskrizzjoni tal-merkanzija” huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Xaħmijiet u żjut tal-annimali, veġetali jew mikrobiċi u prodotti mill-qsim tagħhom; xaħmijiet ippreparati tajbin għall-ikel; xemgħat tal-annimali jew veġetali; għajr għal:”;

(7)

fir-ringiela relatata mal-intestatura “1516 u 1517”, it-test fil-kolonna “Deskrizzjoni tal-merkanzija” huwa sostitwit b’dan li ġej:

“xaħmijiet u żjut tal-annimali, veġetali jew mikrobiċi u l-frazzjonijiet tagħhom, parzjalment jew kompletament idroġenati, esterifikati bejniethom, riesterifikati jew elajdinizzati, kemm jekk raffinati u kemm jekk le, iżda mhux ippreparati mod ieħor;

marġerina; taħlitiet jew preparati tajbin għall-ikel tax-xaħmijiet jew taż-żjut tal-annimali, veġetali jew mikrobiċi jew tal-frazzjonijiet ta’ xaħmijiet u żjut differenti ta’ dan il-Kapitolu, għajr xaħmijiet jew żjut tajbin għall-ikel jew il-frazzjonijiet tagħhom tal-intestatura 1516; u”;

(8)

fir-ringiela relatata mal-intestatura “Kapitolu 16”, it-test fil-kolonna “Deskrizzjoni tal-merkanzija” huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Preparati ta’ laħam, ta’ ħut jew ta’ krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn, jew ta’ insetti.”;

(9)

fir-ringiela relatata mal-intestatura “Kapitolu 19”, it-test fil-kolonna “Ħidma jew ipproċessar meħtieġ” huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Manifattura minn materjali ta’ kwalunkwe intestatura, għajr dik tal-prodott, fejn:

il-piż tal-materjali tal-Kapitoli 2, 3 u 16 użati ma jaqbiżx l-20 % tal-piż tal-prodott finali;

il-piż tal-materjali tal-intestaturi 1006 u minn 1101 sa 1108 użati ma jaqbiżx l-20 % tal-piż tal-prodott finali;

il-piż tal-materjali tal-Kapitolu 4 użati ma jaqbiżx l-20 % tal-piż tal-prodott finali;

il-piż taz-zokkor użat ma jaqbiżx l-40 % tal-piż tal-prodotti finali; kif ukoll

il-piż totali kkombinat taz-zokkor u l-materjali tal-Kapitolu 4 ma jaqbiżx il-50 % tal-piż tal-prodott finali.”

(10)

fir-ringiela relatata mal-intestatura - “L-ex Kapitolu 24”, it-test fil-kolonna “Deskrizzjoni tal-merkanzija” huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Tabakk u sostituti manifatturati tat-tabakk; prodotti, kemm jekk ikun fihom in-nikotina u kemm jekk le, maħsuba għall-inalazzjoni mingħajr kombustjoni; prodotti oħra li fihom in-nikotina maħsuba għat-teħid tan-nikotina minn ġisem il-bniedem; għajr għal:”;

(11)

fir-ringiela relatata mal-intestatura “2401”, it-test fil-kolonna “Deskrizzjoni tal-merkanzija” huwa sostitwit b’dan li ġej:

“tabakk mhux manifatturat; skart tat-tabakk;”;

(12)

bejn ir-ringiela relatata mal-intestatura - “ex 2402” u r-ringiela relatata mal-intestatura l- “ex Kapitolu 25”, l-erba’ ringieli li ġejjin jiddaħħlu:

“2404 12

prodotti maħsuba għall-inalazzjoni mingħajr kombustjoni, li ma fihomx tabakk jew tabakk rikostitwit, u li fihom in-nikotina;

Manifattura minn materjali ta’ kwalunkwe intestatura, għajr dik tal-prodott. Madankollu, il-materjali mill-istess intestatura tal-prodott jistgħu jintużaw, sakemm il-valur totali tagħhom ma jaqbiżx l-20 % tal-prezz mill-fabbrika tal-prodott; jew

manifattura li fiha l-valur totali tal-materjali kollha li ntużaw ma jaqbiżx il-50 % tal-prezz mill-fabbrika tal-prodott.

ex 2404 19

cartridges u rikariki, mimlija għas-sigaretti elettroniċi;

Manifattura minn materjali ta’ kwalunkwe intestatura, għajr dik tal-prodott. Madankollu, il-materjali mill-istess intestatura tal-prodott jistgħu jintużaw, sakemm il-valur totali tagħhom ma jaqbiżx l-20 % tal-prezz mill-fabbrika tal-prodott; jew

manifattura li fiha l-valur totali tal-materjali kollha li ntużaw ma jaqbiżx il-50 % tal-prezz mill-fabbrika tal-prodott.

2404 91

orodotti oħra għajr prodotti maħsuba għall-inalazzjoni mingħajr kombustjoni, għall-applikazzjoni orali; u

Manifattura minn materjali ta’ kwalunkwe intestatura, għajr dik tal-prodott, fejn:

il-piż individwali tal-materjali tal-Kapitolu 4 użati ma jaqbiżx l-20 % tal-piż tal-prodott finali;

il-piż individwali taz-zokkor użat ma jaqbiżx l-40 % tal-piż tal-prodott finali; kif ukoll

il-piż totali kombinat taz-zokkor u tal-materjali tal-Kapitolu 4 użati ma jaqbiżx il-50 % tal-piż tal-prodott finali.

2404 92 ,

2404 99

prodotti oħra għajr prodotti maħsuba għall-inalazzjoni mingħajr kombustjoni, għall-applikazzjoni transdermali u għal applikazzjoni oħra ħlief dik orali.

Manifattura minn materjali ta’ kwalunkwe intestatura, għajr dik tal-prodott. Madankollu, il-materjali mill-istess intestatura tal-prodott jistgħu jintużaw, sakemm il-valur totali tagħhom ma jaqbiżx l-20 % tal-prezz mill-fabbrika tal-prodott; jew

manifattura li fiha l-valur totali tal-materjali kollha li ntużaw ma jaqbiżx il-50 % tal-prezz mill-fabbrika tal-prodott”;

(13)

bejn ir-ringiela relatata mal-intestatura - “ex Kapitolu 38” u r-ringiela relatata mal-intestatura tas-SA “3824 60”, jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin:

“ex 3816

taħlita għat-tablit tad-dolomit

Manifattura minn materjali ta’ kwalunkwe intestatura, għajr dik tal-prodott; jew

manifattura li fiha l-valur totali tal-materjali kollha użati ma jaqbiżx is-70 % tal-prezz tal-prodotti mill-fabbrika.

ex 3822

kits tat-testijiet dijanostiċi għall-malarja

prodotti immunoloġiċi, mhux imħallta, mhux ippreżentati f’dożi mkejla jew f’forom jew f’pakketti għall-bejgħ bl-imnut

prodotti immunoloġiċi, imħallta, mhux ippreżentati f’dożi mkejla jew f’forom jew f’pakketti għall-bejgħ bl-imnut

prodotti immunoloġiċi, ippreżentati f’dożi mkejla jew f’forom jew f’pakketti għall-bejgħ bl-imnut

reaġenti għad-determinazzjoni tal-grupp tad-demm

Manifattura minn materjali ta’ kwalunkwe intestatura.”;

(14)

fir-ringiela relatata mal-intestatura “ex Kapitolu 41”, fil-kolonna “Xogħol jew Ipproċessar Meħtieġ” jiddaħħal it-test li ġej:

“Manifattura minn materjali ta’ kwalunkwe intestatura, għajr dik tal-prodott”;

(15)

fir-ringiela relatata mal-intestatura “ex Kapitolu 62”, it-test fil-kolonna “Xogħol jew Ipproċessar Meħtieġ” huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Insiġ flimkien mat-tfassil (inkluż il-qtugħ) (3), (5); jew

tfassil preċedut minn stampar akkumpanjat b’minn tal-inqas żewġ proċessi preparatorji jew ta’ rfinar (bħal għarik, ibbliċjar, illostrar, issettjar bis-sħana, raising, mogħdija, proċessar biex ma jinxtorbux, irfinar permanenti, decatizing, ikkuttunar, tiswija u tislit), sakemm il-valur tat-tessut mhux stampat użat ma jkunx aktar minn 47,5 % tal-prezz mill-fabbrika tal-prodott (3), (5)”;

(16)

bejn ir-ringiela relatata mal-intestaturi “ex 6202, ex 6204, ex 6206, ex 6209 u ex 6211” u r-ringiela relatata mal-intestaturi “ex 6210 u ex 6216”, jiddaħħlu tliet ringieli ġodda kif ġej:

“ex 6212

Riċipetti, kriepet, panċieri, ċingi tal-qliezet u tal-kalzetti, takkalji u oġġetti simili u l-parts tagħhom, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

 

 

Miksuba bil-ħjata flimkien jew inkella l-ġbir flimkien, ta’ żewġ biċċiet jew aktar ta’ drapp maħdumin bil-labar jew bil-ganċ li jew ikunu nqatgħu fil-forma jew inkisbu direttament fil-forma

Xogħol bil-labar u tfassil (inkluż il-qtugħ). (7)(10)

 

Oħrajn

Għażil ta' fibri ta' qisien ta' qosor predeterminat (staple) naturali u/jew magħmula mill-bniedem jew estrużjoni ta' ħajt mibrum mill-filament magħmul mill-bniedem, f'kull każ flimkien ma' xogħol bil-labar (prodotti maħduma bil-labar fil-forma meħtieġa)

jew

Żbigħ ta’ ħajt mibrum ta’ fibri naturali flimkien ma’ xogħol bil-labar (prodotti maħduma bil-labar fil-forma meħtieġa). (10)”;

(17)

fir-ringiela relatata mal-Intestatura “6306”, it-test fil-kolonna “Deskrizzjoni tal-merkanzija” huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Tarpolini, tined u lqugħ mix-xemx; tined (inklużi koperturi temporanji u oġġetti simili); qlugħ għad-dgħajjes, għas-sailboards jew għall-inġenji tal-art; oġġetti tal-ikkampjar”;

(18)

fir-ringiela relatata mal-Intestatura “7019”, it-test fil-kolonna “Deskrizzjoni tal-merkanzija” huwa sostitwit b’dan li ġej:

“fibri tal-ħġieġ (inkluż suf tal-ħġieġ) u oġġetti magħmula minnhom (pereżempju, raden, rovings, fibri minsuġin).”;

(19)

fir-ringiela relatata mal-intestatura “8539”, it-test fil-kolonna “Deskrizzjoni tal-merkanzija” huwa sostitwit b’dan li ġej:

“lampi tal-elettriku bil-filament jew ta’ skariku, inkluż fanali ssiġillati u lampi ultravjola jew tal-infraħmar; lampi b’arka; sorsi ta’ dawl b’dijodu li jemetti d-dawl (LED);”;

(20)

fir-ringiela relatata mal-intestatura “8547”, it-test fil-kolonna “Deskrizzjoni tal-merkanzija” jinbidel b’dan li ġej:

“fittings iżolanti għal magni, apparat jew tagħmir tal-elettriku, li huma fittings kollha ta’ materjali iżolanti minbarra kwalunkwe komponenti minuri tal-metall (pereżempju, sokits bil-kamin) inkorporati waqt l-iffurmar biss għal skopijiet ta’ assemblaġġ, minbarra iżolaturi tal-intestatura 8546; tubi tal-kondjuwit tal-elettriku u ġonot għalihom, ta’ metall ta’ bażi miksija b’materjal iżolanti;” ;

(21)

fir-ringiela relatata mal-intestatura “8548”, it-test fil-kolonna “Deskrizzjoni tal-merkanzija” huwa sostitwit b’dan li ġej:

“parts elettriċi ta’ makkinarju jew apparat, mhux speċifikati jew inklużi banda oħra f’dan il-Kapitolu; u”;

(22)

bejn ir-ringiela relatata mal-Intestatura “8548” u r-ringiela relatata mal-“Kapitolu 86”, tiddaħħal ir-ringiela li ġejja:

“8549

skart u skrapp elettriku u elettroniku.

Manifattura minn materjali ta’ kwalunkwe intestatura, għajr dik tal-prodott; manifattura li fiha l-valur totali tal-materjali kollha li ntużaw ma jaqbiżx il-50 % tal-prezz mill-fabbrika tal-prodott.”;

(23)

bejn ir-ringiela relatata mal-intestatura tas-SA “9002” u r-ringiela relatata mal-intestatura tas-SA “Kapitolu 91”, tiddaħħal ir-ringiela li ġejja:

“ex 9021

Materjali għall-apparat ortopediku jew għall-fratturi u għall-fittings dentali:

Imsiemer, taċċi, drawing pins, imsiemer ikkorrugati, staples (għajr dawk tal-intestatura 8305 ) u oġġetti simili, tal-ħadid jew tal-azzar, bl-irjus ta’ materjal ieħor jew le, iżda esklużi tali oġġetti b’irjus tar-ram

Oġġetti bil-kamin u oġġetti mhux bil-kamin tal-ħadid jew tal-azzar, esklużi viti bir-ras skorfina (coach screws), viti għall-injam, ganċijiet bil-kamin u ħoloq bil-kamin, spring washers u washers tas-serraturi oħrajn, rivets

Manifattura minn materjali ta’ kwalunkwe intestatura, għajr dik tal-prodott.

 

Titanju u oġġetti magħmulin minnu, inklużi skart u skrapp

Manifattura minn materjali ta’ kwalunkwe intestatura.”;

kif ukoll

(24)

fir-ringiela relatata mal-intestatura “Kapitolu 94”, it-test fil-kolonna “Deskrizzjoni tal-merkanzija” huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Gћamara; friex, saqqijiet, irfid għas-saqqijiet, cushions u arredament simili mimli; luminarji u fittings tat-tidwil mhux speċifikati jew inklużi banda oħra; sinjali mdawlin, pjanċi tal-ismijiet imdawlin u bħalhom; bini prefabbrikat”.


4.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 116/22


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/910

tat-3 ta’ Mejju 2023

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 fir-rigward tal-pubblikazzjoni tar-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni għall-madum u l-folji tal-bitum immewweġ u prodotti oħra għall-bini

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi kundizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22 tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mar-Regolament (UE) Nru 305/2011, il-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika għandhom jużaw il-metodi u l-kriterji pprovduti fid-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodotti għall-bini koperti minn dawk id-dokumenti b’rabta mal-karatteristiċi essenzjali tagħhom.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 305/2011, wara diversi talbiet mingħand il-manifatturi għal Valutazzjonijiet Tekniċi Ewropej, l-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika fasslet u adottat 25 Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni.

(3)

Id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni li tfasslu u ġew adottati mill-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika huma relatati mal-prodotti għall-bini li ġejjin:

il-madum u l-folji tal-bitum immewweġ;

il-kittijiet tal-kisi likwidu kontra l-ilma biex jiġi applikat fuq il-gverta tal-bridge tal-bastimenti;

it-tapiti għall-insulazzjoni tal-ħsejjes tal-impatti b’funzjoni addizzjonali ta’ drain tal-ilma tax-xita u protezzjoni tas-saffi esterni li ma jgħaddix l-ilma minnhom;

il-pot bearings bi ssiġillar intern speċjali għal azzjoni effettiva iżjed;

il-kittijiet għall-istufi tas-sistema - ċumnija li tikkonsisti minn kitt taċ-ċmieni b’kisja taċ-ċumnija tat-tafal/taċ-ċeramika u unità ta’ stufa integrata;

il-kittijiet li jikkonsisti minn inforra tat-tubi taċ-ċmieni, magħmula minn fibri tal-ħġieġ, sustanzi minerali u organiċi, u partijiet anċillari (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika “EAD 060012-00-0802”);

il-prodotti għall-bini li jippenetraw l-ħitan u l-art b’komponenti li jġorru prodotti tal-kombustjoni”

il-kittijiet għal igglejżjar magħqud u siġillanti li jgħaqqdu;

is-siment li joqgħod malajr tal-fluworaluminat;

il-kittijiet għal membri tal-konkrit rinforzati b’azzar mill-aktar rinforzanti iżda b’użu tensili limitat;

l-unitajiet tal-bini tal-konkrit aggregat b’fattur tal-konverżjoni tal-indewwa speċifiku Fm;

il-blokok tal-bini magħmulin mill-briks u b’ġewweni tal-ħġieġ ċellulari;

l-unitajiet tal-insulazzjoni termali u li jerfgħu t-tagħbija, magħmulin mill-ħġieġ ċellulari;

l-ilqugħ tar-riħa bla ilma għad-drains tal-art;

is-shingles b’massa baxxa ta’ bitum, laminati jew le, b’rinforzar minerali jew sintetiku;

il-makrofibri ta’ polimeri rinfurzati bil-fibri tal-bażalt biex jintużaw fil-konkos;

l-aggregati tal-mili tal-karbonat tal-kalċju b’karatteristiċi addizzjonali;

il-mirja speċjali;

il-profil tal-issiġillar tat-trufijiet magħmul mill-monomeru tal-etilene propilen dien għall-issiġillar tat-trufijiet fil-kostruzzjonijiet tat-tubbing;

l-ankri tal-injezzjoni tal-metall għall-użu fil-ġebel (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika “EAD 330076-00-0604”);

il-boltijiet ankra cast-in (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika “EAD 330924-00-0601”);

il-woxers li jillokkjaw il-filsa għall-assemblaġġi strutturali tal-bolting;

il-konnetturi li jsaħħu l-istrutturi tal-konkrit eżistenti permezz ta’ sovrapożizzjoni tal-konkrit;

is-sistemi b’kompartimenti tal-plastik biex jiġu applikati taħt l-art għall-aċċess għan-netwerk, installati taħt l-uċuħ tat-toqob tal-ispezzjonar;

il-kittijiet tal-pajpijiet tas-servizz reżistenti għan-nar li jikkonsistu minn biċċiet prefabbrikati tal-konnessjoni (magħmula minn folja tal-azzar b’kisi jew inforra intumexxenti) u aċċessorji (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika “EAD 350003-00-1109”).

(4)

Id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni li tfasslu u ġew adottati mill-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika jissodisfaw l-eżiġenzi fir-rigward tar-rekwiżiti bażiċi għax-xogħlijiet tal-bini stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 305/2011. Għalhekk jixraq li r-referenzi għal dawk id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Il-lista tar-referenzi għad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni tal-prodotti għall-bini ġiet ippubblikata skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/450 (2). Għal raġunijiet ta’ ċarezza, ir-referenzi għad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni l-ġodda jenħtieġ li jiżdiedu ma’ dik il-lista.

(6)

Għalhekk, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(7)

Biex jiġi ffaċilitat l-użu tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni minn kmieni kemm jista’ jkun, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Mejju 2023

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/450 tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar il-pubblikazzjoni tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni (EADs) għall-prodotti tal-bini abbozzati b’appoġġ tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 77, 20.3.2019, p. 78).


ANNESS

Fl-Anness, ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu f’ordni sekwenzjali skont l-ordni tan-numri ta’ referenza:

“030016-00-0402

Madum u folji tal-bitum immewweġ”

“030675-00-0107

Kittijiet tal-kisi likwidu kontra l-ilma biex jiġi applikat fuq il-gverta tal-bridge tal-bastimenti”

“040708-00-0402

Tapit għall-insulazzjoni tal-ħsejjes tal-impatti b’funzjoni addizzjonali ta’ drain tal-ilma tax-xita u protezzjoni tas-saffi esterni li ma jgħaddix l-ilma minnhom”

“050003-00-0301

Pot bearings bi ssiġillar intern speċjali għal azzjoni effettiva iżjed”

“060009-00-0802

Kitt għall-istufi tas-sistema - ċumnija li tikkonsisti minn kitt taċ-ċmieni b’kisja taċ-ċumnija tat-tafal/taċ-ċeramika u unità ta’ stufa integrata”

“060012-01-0802

Kitt li jikkonsisti minn inforra tat-tubi taċ-ċmieni, magħmula minn fibri tal-ħġieġ, sustanzi minerali u organiċi, u partijiet anċillari

(tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika “EAD 060012-00-0802”)”

“060014-00-0802

Prodott għall-bini li jippenetra l-ħitan u l-art b’komponenti li jġorru prodotti tal-kombustjoni”

“090010-00-0404

Kittijiet għal igglejżjar magħqud u siġillanti li jgħaqqdu”

“150036-00-0301

Siment li joqgħod malajr tal-fluworaluminat”

“160011-00-0301

Kitt għal membri tal-konkrit rinforzati b’azzar mill-aktar rinforzanti iżda b’użu tensili limitat”

“170006-00-0305

Unitajiet tal-bini tal-konkrit aggregat b’fattur tal-konverżjoni tal-indewwa speċifiku Fm”

“170012-00-0404

Blokok tal-bini magħmulin mill-briks u b’ġewweni tal-ħġieġ ċellulari”

“170018-00-0305

Unitajiet tal-insulazzjoni termali u li jerfgħu t-tagħbija, magħmulin mill-ħġieġ ċellulari”

“180020-00-0704

Ilqugħ tar-riħa bla ilma għad-drains tal-art”

“220020-00-0402

Shingles b’massa baxxa ta’ bitum, laminati jew le, b’rinforzar minerali jew sintetiku”

“260024-00-0301

Makrofibri ta’ polimeri rinfurzati bil-fibri tal-bażalt biex jintużaw fil-konkos”

“260048-00-0301

Aggregat tal-mili tal-karbonat tal-kalċju b’karatteristiċi addizzjonali”

“300007-00-0404

Mirja speċjali”

“320014-00-0605

Profil tal-issiġillar tat-trufijiet magħmul mill-monomeru tal-etilene propilen dien għall-issiġillar tat-trufijiet fil-kostruzzjonijiet tat-tubbing”

“330076-01-0604

Ankri tal-injezzjoni tal-metall biex jintużaw fil-bini

(tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika “EAD 330076-00-0604”)”

“330924-01-0601

Boltijiet ankra cast-in

(tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika “EAD 330924-00-0601”)”

“331565-00-0602

Woxers li jillokkjaw il-filsa għall-assemblaġġi strutturali tal-bolting”

“332347-00-0601

Konnettur li jsaħħaħ l-istrutturi tal-konkrit eżistenti permezz ta’ sovrapożizzjoni tal-konkrit”

“340225-00-1109

Sistemi b’kompartimenti tal-plastik biex jiġu applikati taħt l-art għall-aċċess għan-netwerk, installati taħt l-uċuħ tat-toqob tal-ispezzjonar”

“350003-01-1109

Kitt tal-pajpijiet tas-servizz reżistenti għan-nar li jikkonsistu minn biċċiet prefabbrikati tal-konnessjoni (magħmula minn folja tal-azzar b’kisi jew inforra intumexxenti) u aċċessorji

(tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika “EAD 350003-00-1109”)”.


Rettifika

4.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 116/27


Rettifika għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/265 tad-9 ta’ Frar 2023 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika li joriġina fl-Indja u fit-Turkija

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 41 tal-10 ta’ Frar 2023 )

Fil-paġna 67, fl-Artikolu 1(2), it-tabella, it-tieni kolonna (“Kumpanija”), it-tieni ringiela:

għal:

“Acecon Vitrified Pvt Ltd.; Avlon Ceramics Pvt Ltd.; Duracon Vitrified Pvt Ltd.; Eracon Vitrified Pvt Ltd.; Evershine Vitrified Pvt Ltd.; Icon Granito Pvt Ltd.; Venice Ceramics Pvt Ltd”,

aqra:

“Acecon Vitrified Pvt Ltd; Avlon Ceramic Pvt Ltd; Duracon Vitrified Pvt Ltd; Eracon Vitrified Pvt Ltd; Evershine Cera Pvt Ltd; Icon Granito Pvt Ltd; Venice Ceramics”.

Fil-paġna 67, fl-Artikolu 1(3):

għal:

“3   Id-dazji anti-dumping mhumiex applikabbli għall-Grupp Lavish, li huwa produttur esportatur Indjan, li jikkonsisti f’Lavish Granito Pvt Ltd., f’Lavish Ceramics Pvt Ltd., f’Lakme Vitrified Pvt Ltd. u f’Liva Ceramics Pvt Ltd. (il-kodiċi addizzjonali TARIC C903), u mhumiex applikabbli għall-produttur esportatur Tork Vitra Karo Sanayi ve Ticaret A.Ş. (kodiċi addizzjonali TARIC C902).”

aqra:

“3   Id-dazji anti-dumping mhumiex applikabbli għall-Grupp Lavish, li huwa produttur esportatur Indjan, li jikkonsisti f’Lavish Granito Pvt Ltd, f’Lavish Ceramics, f’Lakme Vitrified LLP. u f’Liva Ceramics (il-kodiċi addizzjonali TARIC C903), u mhumiex applikabbli għall-produttur esportatur Tork Vitra Karo Sanayi ve Ticaret A.Ş. (kodiċi addizzjonali TARIC C902).”.

Fil-paġna 73, fl-Anness I, it-tieni ringiela:

għal:

“Indja

Millennium Granito India Private Limited

Lorenzo Vitrified Tiles Private Limited

Millenium Vitrified Tile Private Limited

Millenium Tile LLP

Clan Vitrified Private Limited

Millenium Ceramic LLP

Millenia Ceramica Private Limited

Millenium Cera Tiles Private Limited

C121”

aqra:

“Indja

Millennium Granito India Private Limited

Lorenzo Vitrified Tiles Private Limited

Millennium Vitrified Tiles Private Limited

Millennium Tiles LLP

Clan Vitrified Private Limited

Millennium Ceramic LLP

Millennia Ceramica Private Limited

Millennium Cera Tiles Private Limited

C121”.

Fil-paġna 73, fl-Anness I, it-tielet ringiela:

għal:

“Indja

Montana Tiles

Plazma Granito Private Limited

Raykas Ceramic LLP

C122”

aqra:

“Indja

Montana Tiles Private Limited

Plazma Granito Private Limited

Raykas Ceramic LLP

C122”


4.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 116/29


Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/1173 tat-13 ta’ Lulju 2021 dwar l-istabbiliment tal-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1488

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 256 tad-19 ta' Lulju 2021 )

1.

Fil-paġna 21, fl-Artikolu 7(6), l-ewwel sentenza,

minflok:

“6.   Għall-fini li jinstab il-valur tal-kontribuzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 15(3) (b) sa (f) tal-Istatuti, ...”,

aqra:

“6.   Għall-fini li jinstab il-valur tal-kontribuzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 15(3)(b) sa (g) tal-Istatuti, ...”;

2.

Fil-paġna 38, fl-Anness, l-Artikolu 3(3),

minflok:

“3.   Dment li tikkontribwixxi għall-finanzjament imsemmi fl-Artikolu 15 ta’ dawn l-Istatuti biex jiġu ssodisfati l-missjoni u l-objettivi tal-Impriża Konġunta stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament, u li hija taċċetta dawn l-Istatuti, kull entità legali li mhijiex elenkata fl-Artikolu 2(1)(c) ta’ dawn l-Istatuti u li hija stabbilita fi Stat Membru li jappoġġa direttament jew indirettament ir-riċerka u l-innovazzjoni fi Stat Membru tista’ tapplika biex issir Membru Privat tal-Impriża Konġunta f’konformità mal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.”,

aqra:

“3.   Dment li tikkontribwixxi għall-finanzjament imsemmi fl-Artikolu 15 ta’ dawn l-Istatuti biex jiġu ssodisfati l-missjoni u l-objettivi tal-Impriża Konġunta stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament, u li hija taċċetta dawn l-Istatuti, kwalunkwe entità legali li mhijiex elenkata fl-Artikolu 2(1)(d) ta’ dawn l-Istatuti u li hija stabbilita fi Stat Membru li jappoġġa direttament jew indirettament ir-riċerka u l-innovazzjoni fi Stat Membru tista’ tapplika biex issir Membru Privat tal-Impriża Konġunta f’konformità mal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.”;

3.

Fil-paġna 48, fl-Anness, fl-Artikolu 15(3), il-punt (g),

minflok:

“(g)

kontribuzzjonijiet in natura mingħand l-Membri Privati jew mingħand l-entitajiet kostitwenti u l-entitajiet affiljati tagħhom kif definit fl-Artikolu 9(7) ta’ dan ir-Regolament.”,

aqra:

“(g)

kontribuzzjonijiet in natura mingħand il-Membri Privati jew mingħand l-entitajiet kostitwenti u l-entitajiet affiljati tagħhom kif definit fl-Artikolu 2, il-punti (16) u (17) ta’ dan ir-Regolament.”.


4.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 116/30


Rettifika tar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 212 tat-22 ta’ Awwissu 2018 )

Il-frażijiet “mal-istandards internazzjonali u l-prattiki rakkomandati” u “mal-istandards internazzjonali u mal-prattiki rakkomandati” għandhom jiġu sostitwiti bil-frażi “mal-istandards u prattiki rakkomandati internazzjonali” fir-Regolament kollu.

Il-frażi “l-istandards internazzjonali u l-prattiki rakkomandati” għandha tiġi sostitwita bil-frażi “l-istandards u prattiki rakkomandati internazzjonali” fir-Regolament kollu.

Il-frażi “standards internazzjonali u prattiki rakkomandati” għandha tiġi sostitwita bil-frażi “standards u prattiki rakkomandati internazzjonali” fir-Regolament kollu.

Il-frażi “fl-istandards internazzjonali u l-prattiki rakkomandati” għandha tiġi sostitwita bil-frażi “fl-istandards u prattiki rakkomandati internazzjonali” fir-Regolament kollu.

Il-frażi “tal-istandards internazzjonali u prattiki rakkomandati” għandha tiġi sostitwita bil-frażi “tal-istandards u prattiki rakkomandati internazzjonali” fir-Regolament kollu.