ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 93 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 66 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
31.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 93/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2023/706
tat-30 ta’ Marzu 2023
li jemenda r-Regolament (UE) 2022/1369 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodu tat-tnaqqis fid-domanda għall-miżuri tat-tnaqqis fid-domanda tal-gass, u t-tisħiħ tar-rapportar u tal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tagħhom
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 122(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/1369 (1) għandu l-għan li jnaqqas b’mod volontarju, u jekk neċessarju b’mod obbligatorju, id-domanda tal-gass tal-Unjoni, li jiffaċilita l-mili tal-faċilitajiet għall-ħżin tal-gass u li jiżgura tħejjija aħjar għal kwalunkwe interruzzjoni ulterjuri tal-provvista. Ir-Regolament (UE) 2022/1369 ġie adottat abbażi tal-Artikolu 122(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) fid-dawl tal-kriżi imminenti tal-provvista tal-gass ikkawżata mill-invażjoni Russa mhux provokata u mhux ġustifikata fl-Ukrajna fi Frar 2022 u l-ħtieġa li l-Unjoni tirreaġixxi b’miżuri temporanji fi spirtu ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri. |
(2) |
Skont ir-Regolament (UE) 2022/1369, l-Istati Membri kellhom jagħmlu l-aħjar sforzi tagħhom biex inaqqsu l-konsum tal-gass tagħhom bi 15 % fil-perjodu mill-1 ta' Awwissu 2022 sal-31 ta' Marzu 2023. F’każ li l-miżuri volontarji tat-tnaqqis fid-domanda ma jkunux biżżejjed biex jindirizzaw ir-riskju ta’ skarsezza serja fil-provvista, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni, ingħata s-setgħa li jiddikjara allert tal-Unjoni, li jiskatta l-obbligu ta’ tnaqqis obbligatorju fid-domanda. F’dawn l-aħħar xhur, l-Istati Membri ħadmu bil-għaqal u adottaw miżuri li għandhom l-għan li jnaqqsu d-domanda rispettiva tagħhom għall-gass bi 15 %, fi spirtu ta’ solidarjetà. Dan diġà rriżulta fi tnaqqis effettiv ta’ iktar minn 15 % fid-domanda għall-gass madwar l-Unjoni minn Awwissu 2022 sa Jannar 2023. |
(3) |
Madankollu, għad hemm diffikultajiet serji għas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija. Is-sitwazzjoni globali fis-suq tal-gass ma tjibitx minn Frar 2022 sal-lum, u l-Unjoni għadha tiddependi fuq ċerti volumi ta’ gass Russu biex tissodisfa d-domanda kumplessiva tagħha għall-gass, minkejja t-tnaqqis fid-domanda miksub skont ir-Regolament (UE) 2022/1369. It-tnaqqis fid-domanda għall-enerġija għaċ-ċittadini tal-Unjoni ġie evitat matul is-sena li għaddiet bis-saħħa ta’ miżuri effettivi għall-mili mill-ġdid tal-ħażniet u tnaqqis fid-domanda. Madankollu, 11-il Stat Membru għadhom qed jiddikjaraw twissija bikrija u wieħed minnhom livell ta’ allert f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1938 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Għalhekk, peress li l-prezzijiet tal-gass għadhom eċċezzjonalment għoljin u peress li s-sitwazzjoni tal-provvista globali ma tjibitx minn Awwissu 2022 meta ġie adottat ir-Regolament (UE) 2022/1369 sal-lum, hemm ħtieġa urġenti biex jiġu estiżi l-miżuri li għenu biex titrażżan il-kriżi, speċjalment it-tnaqqis kontinwu fid-domanda. Kieku kellhom jitwaqqfu l-miżuri tat-tnaqqis fid-domanda, dan il-waqfien jikkawża bidliet fis-sitwazzjoni stabbli iżda fraġli li l-Unjoni kisbet sal-lum, u jipperikola r-reżiljenza tagħha li jirreaġixxi għal żviluppi futuri possibbli, fosthom il-waqfien totali tal-importazzjonijiet mir-Russja. Għalhekk huwa ta' importanza kbira li jkompli jiġi evitat l-esponiment tal-Unjoni għal skarsezza tal-gass u għal volatilità għolja tal-prezzijiet. |
(4) |
Minħabba t-tnaqqis sinifikanti fl-importazzjonijiet tal-gass Russu mill-pipelines matul is-sena li għaddiet, il-kapaċità tal-Unjoni li terġa’ timla l-ħażniet attwalment naqset b’mod konsiderevoli, inkluż meta mqabbla mas-sitwazzjoni fis-sajf tal-2022. Minkejja l-fatt li l-kriżi tal-enerġija bdiet fl-2022, l-Unjoni setgħet timporta madwar 60 bcm ta’ gass mir-Russja biex timla l-faċilitajiet ta' ħżin matul dik is-sena, inkluż permezz tal-pipeline NordStream 1. Madankollu, matul is-sajf tal-2022, ir-Russja interrompiet u eventwalment waqqfet għalkollox il-provvisti tal-gass permezz ta' dak il-pipeline, li saritlu ħsara minn atti ta’ sabotaġġ qawwijin f'Settembru 2022 tant li attwalment ma jista’ jittrasporta l-ebda gass u mhux se jkun jista’ jagħmel dan fil-futur prevedibbli. B'kunsiderazzjoni tal-livelli attwali ta’ importazzjonijiet tal-gass mill-pipelines, l-Unjoni se tirċievi biss massimu ta’ 20 bcm ta’ importazzjonijiet mill-pipelines Russi, dejjem jekk dawk l-importazzjonijiet mhux affidabbli ma jiġux interrotti għalkollox. Għalhekk, hemm riskju serju li jkun hemm skarsezzi tal-gass fl-Unjoni matul ix-xitwa tal-2023-2024. |
(5) |
Dawn id-diffikultajiet serji huma aggravati minn għadd ta’ riskji addizzjonali u fatturi ġodda, inkluż l-irpiljar fid-domanda Asjatika għall-gass naturali likwifikat (LNG) li jnaqqas id-disponibbiltà tal-gass fis-suq globali tal-gass, il-kundizzjonijiet tat-temp li reċentement komplew jiddeterjoraw, u b’hekk affettwaw il-ħżin tal-enerġija idroelettrika u l-produzzjoni nukleari minħabba livelli baxxi tal-ilma, żviluppi tekniċi ġodda li l-livell ta’ inċertezza fir-rigward tad-disponibbiltà tal-produzzjoni nukleari eżistenti, u li jeħtieġu jirrikorru iktar għall-ġenerazzjoni tal-enerġija li taħdem bil-gass, u iktar possibbiltà ta’ interruzzjonijiet fil-provvista tal-gass, inkluż il-waqfien totali tal-importazzjonijiet tal-gass mir-Russja. |
(6) |
Dawn id-diffikultajiet serji persistenti u ġodda jaffettwaw il-kapaċità tal-Unjoni li tissodisfa d-domanda għall-gass, b’mod partikolari l-mili fil-ħin u b’mod effiċjenti tal-faċilitajiet tal-ħżin taħt l-art għax-xitwa tal-2023-2024, kif ukoll l-adegwatezza bejn il-provvista u d-domanda matul ix-xitwa tal-2023-2024. |
(7) |
F’konformità mar-Regolament (UE) 2022/1369, il-Kummissjoni wettqet rieżami ta’ dak ir-Regolament u r-riżultati tiegħu nġabru fil-qosor f'-rapport ippreżentat mill-Kummissjoni lill-Kunsill. Ir-rapport janalizza xenarji differenti, b’estensjoni u mingħajr estensjoni tal-isforzi għat-tnaqqis fid-domanda skont ir-Regolament (UE) 2022/1369, inkluż estensjoni ta’ seba’ xhur minn April sa Ottubru 2023, estensjoni ta’ tmien xhur minn Awwissu 2023 sa Marzu 2024, u estensjoni ta’ sena minn April 2023 sa Marzu 2024. Ir-rapport jikkonkludi li mingħajr tnaqqis kontinwu fid-domanda, il-livelli tal-ħażniet jilħqu biss 69 bcm sa tmiem Ottubru 2023, li huwa ferm taħt il-mira ta’ 90 % (89,4 bcm) għall-1 ta’ Novembru stabbilit fir-Regolament (UE) 2017/1938 u li l-livelli tal-ħażniet se jiġu eżawriti għalkollox sa Frar 2024. |
(8) |
Fir-rigward tax-xenarji differenti vvalutati fir-rapport, f’każ ta’ estensjoni ta’ seba’ xhur minn April sa Ottubru 2023, il-faċilitajiet ta' ħżin ikunu mtlew biżżejjed sa tmiem is-sajf tal-2023 (95 bcm sa tmiem Ottubru 2023, u b’hekk tintlaħaq il-mira ta’ 90 %). Madankollu, minħabba li d-domanda għall-gass, anke fi xtiewinormali, hija d-doppju ta’ dik fis-sajf, il-faċilitajiet ta' ħżin ikunu ġew eżawriti kważi għalkollox sa tmiem ix-xitwa tal-2023-2024 (9 bcm sa tmiem Marzu 2024). Dan jimplika tħassib serju ħafna fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista u jagħmilha diffiċli ħafna li l-faċilitajiet ta' ħżin jimtlew biżżejjed għax-xitwa ta’ wara. F’każ ta’ estensjoni ta’ tmien xhur minn Awwissu 2023 sa Marzu 2024, il-faċilitajiet ta' ħżin jimtlew bil-mod wisq, u b'hekk jilħqu 80 bcm biss sa tmiem Ottubru 2023, li huwa ferm inqas mill-mira, u l-livelli tal-ħażniet kieku jonqsu għal inqas minn 30 % sa tmiem ix-xitwa tal-2023-2024 (inqas minn 28 bcm), u dan jikkawża tħassib serju fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista u jagħmilha diffiċli li l-faċilitajiet ta' ħżin jimtlew biżżejjed għax-xitwa ta’ wara. Huwa biss f’każ ta’ estensjoni ta’ sena bi tnaqqis kontinwu fid-domanda ta’ 15 % minn April 2023 sa Marzu 2024, li l-livelli tal-ħażniet ikunu jissodisfaw il-mira tal-ħżin tal-1 ta’ Novembru 90 % u jilħqu d-89,4 bcm sal-1 ta’ Novembru 2023, fejn l-Istati Membri jkunu fit-triq it-tajba għal provvista żgurata tal-gass għax-xitwa tal-2023-2024 b’43 bcm maħżuna fil-livell tal-Unjoni sa tmiem Marzu 2024. |
(9) |
Fid-dawl ta' dawk ix-xenarji, ir-rapport jikkonkludi li huwa neċessarju tnaqqis kontinwu fid-domanda ta’ 15 % fuq perjodu ta’ 12-il xahar sa tmiem Marzu 2024 sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkunu jistgħu jikkonformaw mal-mira tal-ħżin ta’ 90 % stabbilita fir-Regolament (UE) 2017/1938, li hija kruċjali għas-sigurtà tal-provvista tal-gass, u biex tiġi evitata kwalunkwe interruzzjoni fil-provvista matul ix-xitwa tal-20223-2024. |
(10) |
Filwaqt li l-Istati Membri kapaċi jiddeċiedu liema miżuri huma l-iktar xierqa biex jiżguraw li l-miri tal-ħżin jintlaħqu, dan ma jistax jinkiseb mingħajr miżuri ta’ tnaqqis fid-domanda. Ir-rapport jikkonkludi li m'hemmx biżżejjed volumi ta’ gass fis-suq biex jiġi ssodisfat dak l-obbligu fl-Istati Membri kollha. Dan ifisser li mhux l-Istati Membri kollha huma fiżikament kapaċi jimlew il-faċilitajiet ta' ħżin għal livelli adegwati, u dan se jirriżulta f’diffikultajiet serji għas-sigurtà tal-provvista tal-gass sa tmiem ix-xitwa tal-2023-2024. |
(11) |
Ir-rapport jindika wkoll li huwa meħtieġ tnaqqis fil-konsum tal-gass proporzjonat għal dak previst fir-Regolament (UE) 2022/1369 matul il-perjodu mill-1 ta’ April 2023 sal-31 ta’ Marzu 2024. It-tnaqqis estiż meħtieġ ikun jikkorrispondi għal tnaqqis ta’ 15 % għall-perjodu mill-1 ta’ April 2023 sal-31 ta' Marzu 2024 meta mqabbel ma’ perjodu ta’ referenza mill-1 ta’ April 2017 sal-31 ta’ Marzu 2022. L-estensjoni tal-miżuri ta’ tnaqqis fid-domanda u l-estensjoni tal-perjodu tat-tnaqqis jipprovdu wkoll il-flessibbiltà fis-suq sabiex irażżan il-volatilità tal-prezz tal-gass u jipprevjeni żidiet qawwija fil-prezzijiet bħal dawk osservati fl-2022. |
(12) |
Minħabba l-bilanċ magħfus attwali bejn il-provvista u d-domanda, anke interruzzjoni moderata għall-provvista tal-gass jista’ jkollha impatt drammatiku fuq is-suq tal-gass u tista' toħloq ħsara serja u dejjiema lill-ekonomija u liċ-ċittadini tal-Unjoni. L-obbligu tal-mili tal-ħażniet tal-gass japplika sakemm ma tiġix iddikjarata emerġenza reġjonali jew tal-Unjoni f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1938. Għalhekk, interruzzjoni f’daqqa ta’ 10 % tal-importazzjonijiet tal-gass mill-pipelines lejn l-Unjoni twassal biex jiġu imposti miżuri iżolati drastiċi fuq l-Istati Membri biex jikkonformaw mal-obbligu tal-mili tal-ħażniet tagħhom jew twassal biex tiġi ddikjarata emerġenza reġjonali jew tal-Unjoni, sakemm ma jitkompliex it-tnaqqis ikkoordinat volontarju fid-domanda. Tali tkomplija tat-tnaqqis ikkoordinat fid-domanda mill-Istati Membri kollha fi spirtu ta’ solidarjetà hija essenzjali għall-mili mill-ġdid tal-kapaċitajiet tal-ħżin b’mod effiċjenti u bi tfixkil minimu fis-suq, li jibqa’ kruċjali għas-sigurtà tal-provvista tal-gass qabel ix-xitwa tal-2023-2024. |
(13) |
L-estensjoni tar-Regolament (UE) 2022/1369 tikkostitwixxi miżura ta’ emerġenza b’rispons għad-diffikultajiet serji persistenti u ġodda fil-provvista tal-enerġija li jirrappreżentaw riskju ta’ kriżi imminenti u li jeħtieġu li l-perjodu tat-tnaqqis fid-domanda għall-gass jiġi adattat kemm sabiex jiġi estiż it-tnaqqis volontarju fid-domanda għall-gass, kif ukoll sabiex tiġi żgurata l-possibbiltà li jiġi ddikjarat allert tal-Unjoni u jiskatta t-tnaqqis obbligatorju korrispondenti fid-domanda għall-gass wara Marzu 2023. |
(14) |
Il-kriżi attwali qed tesponi lill-Unjoni kollha għal riskji ta’ skarsezza tal-enerġija u għal prezzijiet għoljin tal-enerġija. Peress li l-Unjoni hija suq uniku, skarsezza tal-gass fi Stat Membru wieħed ikollha konsegwenzi serji fl-Istati Membri l-oħra kollha minħabba l-iskarsezza fiżika fil-provvista tal-gass, il-volatilità tal-prezzijiet jew it-tfixkil tal-ktajjen industrijali li jirriżultaw minn interruzzjonijiet possibbli ta’ industriji speċifiċi fi Stat Membru. Barra minn hekk, fi spirtu ta’ solidarjetà, l-Istati Membri kollha jistgħu jikkontribwixxu biex ikomplu jnaqqsu r-riskji ta’ skarsezza tal-enerġija u jistgħu jrażżnu l-volatilità tal-prezzijiet tal-gass billi jnaqqsu d-domanda tagħhom. L-impatt pożittiv ta’ dan l-ispirtu ta’ solidarjetà żdied b’mod konsiderevoli matul is-sena li għaddiet bl-iżvilupp ta’ kapaċitajiet ġodda ta’ interkonnessjoni lejn il-Lvant u ta' kapaċitajiet addizzjonali ta’ importazzjoni tal-LNG li jikkollegaw aħjar lill-Istati Membri mal-faċilitajiet tar-rigassifikazzjoni tal-LNG, fiżikament jew virtwalment. Għalhekk, it-tkomplija ta' azzjoni kkoordinata permezz ta' miżuri meħuda fil-livell tal-Unjoni biex tonqos id-domanda tkun ta' ġid għall-Istati Membri kollha billi tnaqqas ir-riskju ta' impatt aktar sostanzjali fuq l-ekonomiji tagħhom. |
(15) |
Il-ħtieġa li tittieħed azzjoni hija urġenti peress li l-istaġun tal-mili tal-faċilitajiet ta' ħżin jibda f’April. Minħabba d-diffikultajiet serji persistenti u ġodda deskritti hawn fuq, in-nuqqas ta’ estensjoni fil-ħin tat-tnaqqis ikkoordinat fid-domanda qabel il-mili tal-faċilitajiet ta' ħżin ikollu effetti immedjati fuq it-trajettorji għall-mili tal-faċilitajiet ta' ħżin, fuq il-kundizzjonijiet tas-suq li jkollhom impatt fuq is-sigurtà tal-provvista u fuq il-volatilità tal-prezzijiet. |
(16) |
L-Artikolu 122(1) tat-TFUE jippermetti lill-Kunsill jiddeċiedi, fuq proposta tal-Kummissjoni u fi spirtu ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri, dwar il-miżuri xierqa għas-sitwazzjoni ekonomika, b’mod partikolari jekk ikun hemm diffikultajiet serji fil-provvista ta’ ċerti prodotti, b’mod partikolari fil-qasam tal-enerġija. Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-kriżi attwali fil-provvista tal-gass, prodott tal-enerġija, tikkostitwixxi sitwazzjoni ta’ dan it-tip. Għaldaqstant, estensjoni temporanja tar-Regolament (UE) 2022/1369 kif ukoll emendi mmirati għalih huma neċessarji bħala rispons għas-sitwazzjoni attwali fi spirtu ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri. Għalhekk hu ġġustifikat li l-Artikolu 122(1) tat-TFUE jkun il-bażi legali ta' dan ir-Regolament. |
(17) |
Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2022/1369 li jagħrfu ċ-ċirkostanzi nazzjonali speċifiċi fil-każ ta' tnaqqis obbligatorju fid-domanda skattat minn allert tal-Unjoni jibqgħu japplikaw. L-Istati Membri jibqgħu jkunu jistgħu jillimitaw temporanjament it-tnaqqis obbligatorju fid-domanda meta Stat Membru jiffaċċa kriżi tal-elettriku, kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2019/941 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Xenarju bħal dan jista' jinkludi limitazzjoni proporzjonali għal żieda sinifikanti fl-użu tal-gass għall-ġenerazzjoni tal-enerġija, meħtieġa biex jiġi esportat sostanzjalment aktar elettriku lejn Stat Membru ġar, minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali, bħal disponibbiltà baxxa ta' enerġija idroelettrika jew nukleari fl-Istat Membru kkonċernat, jew fl-Istat Membru ġar li lejh jiġi esportat sostanzjalment aktar elettriku. Dik il-limitazzjoni m'għandhiex taqbeż il-volum ta' gass li jikkorrispondi għall-esportazzjonijiet addizzjonali msemmija hawn fuq. Jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu dik il-limitazzjoni meta jirrapportaw id-diżaggregazzjoni tagħhom tal-konsum tal-gass għal kull settur. |
(18) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri li jintroduċu miżuri sinifikanti ta' dekarbonizzazzjoni billi jaqilbu mill-faħam għall-gass fit-tisħin distrettwali jkunu jistgħu jnaqqsu dawk il-volumi tal-gass mill-obbligu tagħhom ta' tnaqqis fid-domanda dment li dawk il-volumi ta' gass ikunu direttament attribwibbli għall-bidla mill-faħam għall-gass. |
(19) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jirrapportaw lill-Kummissjoni mill-inqas kull xahrejn dwar il-konsum ta' gass tagħhom, mhux aktar tard mill-15-il jum tax-xahar ta' wara, permezz tal-Eurostat. Sabiex jipprovdu ċifri aġġornati, l-Istati Membri huma mħeġġa jirrapportaw il-konsum tal-gass tagħhom sabiex jiġi vvalutat it-tnaqqis fid-domanda kull xahar. Jekk jiġi ddikjarat allert tal-Unjoni, jenħtieġ li r-rapportar isir kull xahar. Sabiex jiġu mmirati aħjar il-miżuri għal tnaqqis fid-domanda u jittejjeb il-monitoraġġ tal-konsum tal-gass, l-Istati Membri huma mħeġġa jinkludu fir-rapport tagħhom diżaggregazzjoni tal-konsum tal-gass għal kull settur, inkluż l-input tal-gass għall-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana, għall-konsum tal-gass fl-industrija u għall-konsum tal-gass fl-unitajiet domestiċi u fis-servizzi, skont id-definizzjonijiet u l-konvenzjonijiet tal-istatistika stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
(20) |
F’konformità mar-Regolament (UE) 2022/1369, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami li abbażi tas-sejbiet tiegħu l-Kummissjoni hija intitolata li tipproponi estensjoni tal-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament. Sabiex titqies l-estensjoni ulterjuri tal-perjodu ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2022/1369, jenħtieġ li tiġi stabbilita data ġdida tar-rieżami għall-1 ta’ Marzu 2024. |
(21) |
Il-miżuri estiżi u mmodifikati ta’ tnaqqis fid-domanda jenħtieġ li jkunu temporanji u jenħtieġ li jibqgħu fis-seħħ sa tmiem ix-xitwa tal-2023-2024. Abbażi tar-rieżami l-ġdid li għandu jitwettaq sal-1 ta’ Marzu 2024, jekk ikun xieraq, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tipproponi l-estensjoni tal-perjodu ta’ applikazzjoni tagħhom. |
(22) |
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' April 2023 sabiex jiġi żgurat tnaqqis kontinwu fid-domanda ta’ 15 % fuq perjodu ta’ 12-il xahar mill-1 ta' April 2023 sal-31 ta' Marzu 2024 u sabiex l-operaturi ekonomiċi, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri neċessarji biex jilħqu dak l-objettiv. |
(23) |
Minħabba li l-objettiv ta' dan ir-Regolament ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jista' pjuttost jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv. |
(24) |
Għalhekk, ir-Regolament (UE) 2022/1369 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (UE) 2022/1369
Ir-Regolament (UE) 2022/1369 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 2, il-punti (5) u (6) huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
(2) |
l-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 3 Tnaqqis volontarju fid-domanda L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex inaqqsu l-konsum tal-gass tagħhom fil-perjodu mill-1 ta’ April 2023 sal-31 ta’ Marzu 2024 b’mill-inqas 15 % meta mqabbel mal-konsum medju tal-gass tagħhom fil-perjodu mill-1 ta’ April 2017 sal-31 ta’ Marzu 2022 (‘tnaqqis volontarju fid-domanda’). L-Artikoli 6, 7 u 8 għandhom japplikaw għal dawk il-miżuri ta’ tnaqqis volontarju fid-domanda.”; |
(3) |
fl-Artikolu 5, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Għall-fini tat-tnaqqis obbligatorju fid-domanda, tul il-perjodu meta jiġi ddikjarat l-allert tal-Unjoni, il-konsum tal-gass f’kull Stat Membru matul il-perjodu mill-1 ta’ April 2023 sal-31 ta’ Marzu 2024 (il-‘perjodu tat-tnaqqis’) għandu jkun 15 % inqas meta mqabbel mal-konsum tal-gass ta’ referenza tiegħu. Kwalunkwe tnaqqis fid-domanda miksub mill-Istati Membri matul il-perjodu qabel ma ġie ddikjarat l-allert tal-Unjoni għandu jitqies għall-fini tat-tnaqqis obbligatorju fid-domanda.” |
(4) |
fl-Artikolu 5, jinżdied il-paragrafu li ġej: “6a. Stat Membru jista' jaġġusta l-konsum tal-gass ta' referenza użat biex jikkalkula l-mira għat-tnaqqis obbligatorju fid-domanda skont il-paragrafu 2 bil-volum ta' żieda fil-konsum tal-gass li tirriżulta mill-bidla mill-faħam għall-gass użat għat-tisħin distrettwali, jekk dik iż-żieda tkun mill-inqas 8 % fil-perjodu mill-1 ta' Awwissu 2023 sal-31 ta' Marzu 2024 meta mqabbel mal-konsum medju tal-gass matul il-perjodu ta' referenza u sal-punt li din iż-żieda tkun attribwibbli direttament għall-bidla.” |
(5) |
fl-Artikolu 8, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. L-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru għandha timmonitorja l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' tnaqqis fid-domanda fit-territorju tiegħu. Tal-inqas kull xahrejn u sa mhux iktar tard mill-15-il jum tax-xahar ta' wara, l-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport lill-Kummissjoni dwar il-konsum tal-gass tagħhom (f'terajoules, TJ). Jekk jiġi ddikjarat allert tal-Unjoni skont l-Artikolu 4(1), ir-rapportar għandu jiġi ppreżentat kull xahar. Fir-rapportar tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jinkludu diżaggregazzjoni tal-konsum tal-gass għal kull settur, inkluż il-konsum tal-gass għas-setturi li ġejjin:
Għall-fini ta' dan il-paragrafu, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet u l-konvenzjonijiet tal-istatistika stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1). Il-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass għandu jassisti lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ tat-tnaqqis volontarju u obbligatorju fid-domanda. (*1) Ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar l-istatistika dwar l-enerġija (ĠU L 304, 14.11.2008, p. 1).”;" |
(6) |
fl-Artikolu 9, id-data “l-1 ta' Mejju 2023” hija sostitwita bi “l-1 ta' Marzu 2024”; |
(7) |
fl-Artikolu 10, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: “Għandu japplika sal-31 ta' Marzu 2024.”. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ April 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
J. ROSWALL
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/1369 tal-5 ta’ Awwissu 2022 dwar miżuri kkoordinati għal tnaqqis fid-domanda għall-gass (ĠU L 206, 8.8.2022, p. 1).
(2) Ir-Regolament (UE) 2017/1938 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2017 dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 994/2010 (ĠU L 280, 28.10.2017, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) 2019/941 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2019 dwar it-tħejjija għar-riskji fis-settur tal-elettriku u li jħassar id-Direttiva 2005/89/KE (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 1).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar l-istatistika dwar l-enerġija (ĠU L 304, 14.11.2008, p. 1).
31.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 93/7 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/707
tad-19 ta’ Diċembru 2022
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1272/2008 fir-rigward tal-klassijiet u l-kriterji ta’ periklu għall-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Partijiet 2 sa 5 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 fihom kriterji armonizzati għall-klassifikazzjoni tas-sustanzi, tat-taħlitiet u ta’ ċerti oġġetti fil-klassijiet ta’ periklu u fid-differenzjazzjonijiet ta’ dawk il-klassijiet ta’ periklu u jistabbilixxu dispożizzjonijiet dwar kif għandhom jiġu ssodisfati dawk il-kriterji, kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti tat-tikkettar. Il-Parti 3 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 fiha kriterji dwar il-perikli għas-saħħa u l-Parti 4 ta’ dak l-Anness fiha kriterji dwar il-perikli ambjentali. |
(2) |
Il-Patt Ekoloġiku Ewropew (2) jistabbilixxi l-għan li jiġu protetti aħjar is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent bħala parti minn approċċ ambizzjuż biex jiġi indirizzat it-tniġġis mis-sorsi kollha u biex nimxu lejn ambjent ħieles mit-tossiċità. |
(3) |
Il-ħtieġa li tiġi stabbilita identifikazzjoni legalment vinkolanti tal-perikli tal-interferenti endokrinali, abbażi tad-definizzjoni stabbilita mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa fl-2002 (3) u abbażi tal-kriterji diġà żviluppati għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (4) u l-prodotti bijoċidali (5), u biex tiġi applikata fil-leġiżlazzjoni kollha tal-Unjoni, hija enfasizzata fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Strateġija tas-sustanzi kimiċi għas-sostenibbiltà lejn ambjent ħieles mit-tossiċità” (6). Dik il-Komunikazzjoni tindika wkoll il-ħtieġa li jiġu inklużi klassijiet u kriterji ta’ perikli ġodda fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 sabiex jiġu indirizzati bis-sħiħ it-tossiċità ambjentali, il-persistenza, il-mobbiltà u l-bijoakkumulazzjoni. |
(4) |
Il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni tal-impatt dwar iż-żieda ta’ klassijiet u kriterji ta’ periklu ġodda fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, li kienet tinkludi konsultazzjoni pubblika miftuħa, kif ukoll konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati. Il-Kummissjoni kkonsultat ukoll mal-grupp ta’ esperti tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi dwar sustanzi kimiċi persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi, mal-awtoritajiet kompetenti għar-REACH u għas-CLP (CARACAL), kif ukoll mas-sottogrupp dwar l-interferenti endokrinali ta’ dak il-grupp ta’ esperti, dwar il-klassijiet u l-kriterji ta’ periklu ġodda għall-klassifikazzjoni u t-tikkettar ta’ sustanzi u taħlitiet, u qieset il-pariri xjentifiċi tagħhom. |
(5) |
Abbażi tal-esperjenza u l-għarfien xjentifiku akbar miksuba fl-identifikazzjoni tas-sustanzi bħala sustanzi ta’ tħassib għoli ħafna minħabba l-proprjetajiet tagħhom li jfixklu s-sistema endokrinali, kif ukoll fl-identifikazzjoni tas-sustanzi bħala PBT (persistenti, bijoakkumulattivi, tossiċi), vPvB (persistenti ħafna, bijoakkumulattivi ħafna), PMT (persistenti, mobbli, tossiċi) u vPvM (persistenti ħafna, mobbli ħafna) skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), huwa meħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jiġi adattat għall-progress tekniku u xjentifiku billi jiġu introdotti klassijiet u kriterji ta’ periklu ġodda. Il-kriterji xjentifiċi li magħhom għandha tiġi vvalutata l-evidenza disponibbli għall-klassifikazzjoni f’dawk il-klassijiet ta’ periklu jenħtieġ li jkunu jirriflettu l-istat attwali tax-xjenza. |
(6) |
Is-sustanzi u t-taħlitiet bi proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali joħolqu tħassib għas-saħħa pubblika u għall-ambjent. Ġie pprovat li t-tfixkil fis-sistema endokrinali jista’ jwassal għal ċerti disturbi fil-bnedmin, fost l-oħrajn malformazzjonijiet konġenitali, disturbi fl-iżvilupp, fis-sistema riproduttiva jew fl-iżvilupp newroloġiku, kanċer, dijabete u obeżità, u li dawk id-disturbi għandhom inċidenza għolja u li qed tiżdied kemm fit-tfal kif ukoll fl-adulti. Intwera wkoll li l-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv il-popolazzjonijiet tal-annimali. |
(7) |
L-esperjenza turi li s-sustanzi u t-taħlitiet bi proprjetajiet PBT jew vPvB jirrappreżentaw tħassib serju ħafna. Dawn ma jitkissrux faċilment fl-ambjent u għandhom it-tendenza li jakkumulaw f’organiżmi ħajjin fix-xibka alimentari kollha. L-akkumulazzjoni ta’ dawk is-sustanzi fl-ambjent hija diffiċli li titreġġa’ lura, minħabba li l-konċentrazzjoni ambjentali tagħhom ma tonqosx faċilment bit-tnaqqis tal-emissjonijiet tagħhom, u l-effetti ta’ din l-akkumulazzjoni spiss ikunu diffiċli li jitbassru fit-tul. Barra minn hekk, ċerti sustanzi PBT u vPvB li jgħaddu minn trasport fuq distanzi twal għandhom il-potenzjal li jikkontaminaw iż-żoni verġni remoti. Ladarba dawk is-sustanzi jiġu rilaxxati fl-ambjent, l-esponiment għalihom huwa diffiċli li jitreġġa’ lura, li jwassal għal esponiment kumulattiv kemm tal-annimali kif ukoll tal-bnedmin permezz tal-ambjent. |
(8) |
Is-sustanzi PMT u vPvM joħolqu tħassib billi, minħabba l-persistenza għolja tagħhom flimkien ma’ mobbiltà għolja li hija konsegwenza tal-potenzjal baxx tagħhom ta’ adsorbiment, huma jistgħu jidħlu fiċ-ċiklu tal-ilma, inkluż fl-ilma tax-xorb, u jinxterdu fuq distanzi twal. Ħafna sustanzi PMT u vPvM jitneħħew biss parzjalment mill-proċessi tat-trattament tal-ilma mormi u jistgħu saħansitra jitkissru permezz tal-aktar proċessi ta’ purifikazzjoni avvanzati fil-faċilitajiet għat-trattament tal-ilma tax-xorb. Tali tneħħija mhux kompluta flimkien ma’ emissjonijiet ġodda jfissru li l-konċentrazzjoni ta’ dawk is-sustanzi PMT u vPvM fl-ambjent tiżdied maż-żmien. Ladarba jiġu rilaxxati fl-ambjent, huwa diffiċli li l-esponiment għas-sustanzi PMT u vPvM jitreġġa’ lura, u dan iwassal għal esponiment kumulattiv kemm tal-annimali kif ukoll tal-bnedmin permezz tal-ambjent. Kwalunkwe effett minn din l-iskopertura huwa imprevedibbli fit-tul. |
(9) |
Fid-dawl taż-żieda fl-għarfien xjentifiku u fl-esperjenza miksuba fl-identifikazzjoni tal-interferenti endokrinali għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent, kif ukoll tas-sustanzi u t-taħlitiet PBT, vPvB, PMT u vPvM, huwa xieraq li jiġu introdotti klassijiet ta’ periklu u rekwiżiti għat-tikkettar għal dawk is-sustanzi u t-taħlitiet u l-kriterji xjentifiċi korrispondenti biex jiġu identifikati. |
(10) |
Il-livell ta’ evidenza fir-rigward tal-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali jista’ jkun ta’ saħħa xjentifika differenti. Għalhekk, huwa xieraq li jinħolqu żewġ kategoriji ta’ interferenti endokrinali: interferenti endokrinali magħrufa jew preżunti (il-kategorija 1) u interferenti endokrinali suspettati (il-kategorija 2), kemm għas-saħħa tal-bniedem kif ukoll għall-ambjent. |
(11) |
Meta tiżviluppa gwida dwar l-applikazzjoni tal-kriterji tal-interferenti endokrinali, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi tista’ tibbenefika mill-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u l-prodotti bijoċidali u ġustifikazzjonijiet xjentifiċi oħrajn, sabiex jiġu pprovduti linji gwida li jiċċaraw liema effetti li ma jwasslux għal eżiti kroniċi għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent jistgħu jaqgħu barra mid-definizzjoni ta’ “effett negattiv”. |
(12) |
Il-proprjetajiet intrinsiċi tas-sustanzi u t-taħlitiet PBT u vPvB juru similaritajiet, iżda jvarjaw sostanzjalment fir-rigward tal-kriterju tat-tossiċità. Għalhekk, huwa xieraq li tinħoloq klassi ta’ periklu ġdida, b’divrenzjar, filwaqt li jiġu stabbiliti regoli komuni għall-valutazzjoni xjentifika tal-proprjetajiet intrinsiċi relatati mal-persistenza u l-bijoakkumulazzjoni. |
(13) |
Il-proprjetajiet intrinsiċi tas-sustanzi u t-taħlitiet PMT u vPvM juru similaritajiet, iżda jvarjaw sostanzjalment fir-rigward tal-kriterju tat-tossiċità. Għalhekk, huwa xieraq li tinħoloq klassi ta’ periklu ġdida, b’divrenzjar, filwaqt li jiġu stabbiliti regoli komuni għall-valutazzjoni xjentifika tal-proprjetajiet intrinsiċi relatati mal-persistenza u l-mobbiltà. |
(14) |
Sabiex tkun tista’ ssir klassifikazzjoni adegwata tas-sustanzi u t-taħlitiet bħala PBT u vPvB, kemm jekk irreġistrati skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, kif ukoll jekk le, jenħtieġ li l-kriterji eżistenti għall-identifikazzjoni tas-sustanzi PBT u vPvB stabbiliti fit-Taqsima 1 tal-Anness XIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jiġu inklużi fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008. F’dan ir-rigward, kwalunkwe introduzzjoni ta’ kategoriji ta’ periklu għall-PBT u għall-vPvB fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 ma tkunx xierqa fid-dawl tal-livell għoli ta’ saħħa xjentifika tal-evidenza meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-kriterji tal-PBT u tal-vPvB — li jirriflettu dawk li sa issa huma stipulati fl-Anness XIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Barra minn hekk, l-informazzjoni dwar l-iskrinjar stipulata f’dak l-Anness, li għandha titqies meta jsir l-iskrinjar għall-proprjetajiet P, vP, B, vB u T, isservi skop differenti mill-identifikazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-perikli. Barra minn hekk, l-iżvilupp ta’ kriterji għal aktar kategoriji ta’ periklu bbażati fuq dik l-informazzjoni dwar l-iskrinjar iwassal għal klassifikazzjoni żejda u sovrapożizzjonijiet sinifikanti mal-klassifikazzjoni ambjentali eżistenti. Għalhekk, ma jkunx xieraq li jiġu introdotti kategoriji ta’ periklu addizzjonali għall-PBT u għall-vPvB fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008. |
(15) |
Il-kriterji ta’ klassifikazzjoni għal M/vM jirrigwardjaw, b’mod partikolari, il-valur log Koc (koeffiċjent tal-adsorbiment tal-ħamrija). Il-valur Koc huwa l-koeffiċjent tal-partizzjoni organika tal-karbonju-ilma u jirrifletti l-kapaċità ta’ sustanza li tiġi adsorbita fuq il-frazzjoni organika ta’ kompartimenti ambjentali solidi bħall-ħamrija, il-ħama u s-sediment u, għalhekk, huwa relatat b’mod invers mal-potenzjal tas-sustanzi li jidħlu fl-ilma ta’ taħt l-art. Għalhekk, huwa xieraq li l-kriterju tal-mobbiltà jiġi vvalutat mal-valur log Koc ta’ sustanza, Koc baxx li jimplika mobbiltà għolja. |
(16) |
Il-previżjoni ta’ klassijiet ta’ periklu ġodda tinvolvi l-introduzzjoni ta’ dawk il-klassijiet b’isimhom, id-dikjarazzjonijiet ta’ periklu rispettivi tagħhom u l-kodiċijiet tal-kategorija ta’ periklu rispettivi tagħhom. Għalhekk, huwa meħtieġ li dawk il-klassijiet ta’ periklu, id-dikjarazzjonijiet ta’ periklu u l-kodiċijiet tal-kategoriji jiġu inklużi fl-Annessi I, III u VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Jeħtieġ li jiġu inklużi “dikjarazzjonijiet tal-EUH” — (dikjarazzjonijiet ta’ periklu tal-UE) — u jenħtieġ li jiffunzjonaw bħala “Dikjarazzjonijiet-H” (dikjarazzjonijiet ta’ periklu “ewlenin”). |
(17) |
Il-pittogrammi huma għodda essenzjali għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni dwar il-periklu. Jenħtieġ li jiżdiedu mal-informazzjoni dwar il-periklu tal-klassijiet ta’ periklu l-ġodda, meta jiġu adottati fl-UNGHS sabiex tiġi evitata interferenza mal-użu tal-pittogrammi eżistenti li jkopru l-perikli attwali. F’każ li jinħolqu pittogrammi ġodda għal dawn il-klassijiet ta’ periklu ġodda, jenħtieġ li l-ewwel jiġu miftiehma fl-UNGHS sabiex ikunu jistgħu japplikaw għall-membri kollha tal-UNGHS. |
(18) |
Sabiex jiġi żgurat li l-fornituri tas-sustanzi u tat-taħlitiet ikollhom żmien biex jadattaw għar-rekwiżiti l-ġodda ta’ klassifikazzjoni u tikkettar, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet dwar l-applikazzjoni differita tal-obbligu li s-sustanzi u t-taħlitiet jiġu kklassifikati u ttikkettati f’konformità ma’ dan ir-Regolament jiġu inklużi fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Jenħtieġ li dak l-Anness jipprevedi wkoll il-possibbiltà li s-sustanzi u t-taħlitiet li diġà jitqiegħdu fis-suq qabel it-tmiem ta’ dak il-perjodu ta’ differiment, ikomplu jitqiegħdu fis-suq mingħajr ma jiġu kklassifikati u ttikkettati f’konformità ma’ dan ir-Regolament, sabiex jiġi evitat piż addizzjonali fuq il-fornituri ta’ sustanzi u taħlitiet. |
(19) |
F’konformità mad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 li jippermettu l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet il-ġodda fi stadju aktar bikri fuq bażi volontarja, jenħtieġ li l-fornituri jkollhom il-possibbiltà li japplikaw id-dispożizzjonijiet il-ġodda dwar il-klassifikazzjoni u t-tikkettar qabel id-data tal-applikazzjoni tal-obbligi li s-sustanzi u t-taħlitiet jiġu kklassifikati u ttikkettati f’konformità ma’ dan ir-Regolament. |
(20) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Anness I huwa emendat kif stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament; |
(2) |
L-Anness II huwa emendat kif stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament; |
(3) |
L-Anness III huwa emendat kif stabbilit fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament. |
(4) |
L-Anness VI huwa emendat kif stabbilit fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.
(2) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Il-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM(2019) 640 final, il-11 ta’ Diċembru 2019).
(3) WHO/IPCS (l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa/Programm Internazzjonali dwar is-Sigurtà tas-Sustanzi Kimiċi), 2002. Valutazzjoni globali dwar l-istat tax-xjenza tal-interferenti endokrinali (WHO/PCS/EDC/02.2), https://apps.who.int/iris/bitstream/handle/10665/67357/WHO_PCS_EDC_02.2.pdf
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/605 tad-19 ta’ April 2018 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 billi jistabbilixxi l-kriterji xjentifiċi biex jiġu ddeterminati l-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (ĠU L 101, 20.4.2018, p. 33).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2100 tal-4 ta’ Settembru 2017 li jistabbilixxi l-kriterji xjentifiċi għad-determinazzjoni tal-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 301, 17.11.2017, p. 1).
(6) Strateġija tas-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà, COM(2020) 667 final.
(7) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni, kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
ANNESS I
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fil-Parti 3, tiżdied it-taqsima 3.11 li ġejja: “3.11. Tfixkil tas-sistema endokrinali għas-saħħa tal-bniedem 3.11.1. Definizzjonijiet u kunsiderazzjonijiet ġenerali 3.11.1.1. Definizzjonijiet Għall-finijiet tat-taqsima 3.11, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
3.11.1.2. Kunsiderazzjonijiet ġenerali
3.11.2. Kriterji tal-klassifikazzjoni għas-sustanzi 3.11.2.1. Kategoriji ta’ periklu Għall-fini ta’ klassifikazzjoni għat-tfixkil tas-sistema endokrinali għas-saħħa tal-bniedem, is-sustanzi għandhom jiġu allokati għal waħda minn żewġ kategoriji. Tabella 3.11.1. Kategoriji ta’ periklu għall-interferenti endokrinali għas-saħħa tal-bniedem
Fejn ikun hemm evidenza li turi b’mod konklużiv li l-effetti negattivi ma humiex rilevanti għall-bnedmin, is-sustanza ma għandhiex titqies bħala interferent endokrinali għas-saħħa tal-bniedem. 3.11.2.2. Bażi ta’ klassifikazzjoni
3.11.2.3. Il-piż tal-evidenza u l-ġudizzju espert
3.11.2.4. Applikazzjoni fil-ħin Mill-1 ta’ Mejju 2025, is-sustanzi għandhom jiġu kklassifikati f’konformità mal-kriterji stipulati fit-taqsimiet minn 3.11.2.1 sa 3.11.2.3. Madankollu, sustanzi li tqiegħdu fis-suq qabel l-1 ta’ Mejju 2025 ma humiex meħtieġa li jiġu kklassifikati f’konformità mal-kriterji stipulati fit-taqsimiet minn 3.11.2.1 sa 3.11.2.3 sal-1 ta’ Novembru 2026. 3.11.3. Kriterji ta’ klassifikazzjoni għat-taħlitiet 3.11.3.1. Klassifikazzjoni tat-taħlitiet meta jkun hemm data disponibbli għall-komponenti kollha jew għal xi komponenti biss tat-taħlita
3.11.3.2. Klassifikazzjoni tat-taħlitiet meta jkun hemm data disponibbli għat-taħlita sħiħa
3.11.3.3. Klassifikazzjoni tat-taħlitiet meta d-data ma tkunx disponibbli għat-taħlita kollha: Prinċipji ta’ konnessjoni
3.11.3.4. Applikazzjoni fil-ħin Mill-1 ta’ Mejju 2026, it-taħlitiet għandhom jiġu kklassifikati f’konformità mal-kriterji stipulati fit-taqsimiet 3.11.3.1, 3.11.3.2 u 3.11.3.3. Madankollu, taħlitiet li tqiegħdu fis-suq qabel l-1 ta’ Mejju 2026 ma humiex meħtieġa li jiġu kklassifikati f’konformità mal-kriterji stipulati fit-taqsimiet 3.11.3.1, 3.11.3.2 u 3.11.3.3 sal-1 ta’ Mejju 2028. 3.11.4. Komunikazzjoni dwar il-Periklu
3.11.4.2. Applikazzjoni fil-ħin għas-sustanzi Mill-1 ta’ Mejju 2025, is-sustanzi għandhom jiġu ttikkettati f’konformità mat-taqsima 3.11.4.1. Madankollu, sustanzi li tqiegħdu fis-suq qabel l-1 ta’ Mejju 2025 ma humiex meħtieġa li jiġu ttikkettati f’konformità mat-taqsima 3.11.4.1 sal-1 ta’ Novembru 2026. 3.11.4.3. Applikazzjoni fil-ħin għat-taħlitiet Mill-1 ta’ Mejju 2026, it-taħlitiet għandhom jiġu ttikkettati f’konformità mat-taqsima 3.11.4.1. Madankollu, taħlitiet li tqiegħdu fis-suq qabel l-1 ta’ Mejju 2026 ma humiex meħtieġa li jiġu ttikkettati f’konformità mat-taqsima 3.11.4.1 sal-1 ta’ Mejju 2028.”; |
(2) |
fil-Parti 4, jiżdiedu t-taqsimiet 4.2, 4.3 u 4.4 li ġejjin: “4.2. Tfixkil tas-sistema endokrinali għall-ambjent 4.2.1. Definizzjonijiet u kunsiderazzjonijiet ġenerali 4.2.1.1. Definizzjonijiet Għall-finijiet tat-taqsima 4.2., għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
4.2.1.2. Kunsiderazzjonijiet ġenerali
4.2.2 Kriterji ta’ klassifikazzjoni għas-sustanzi 4.2.2.1 Kategoriji ta’ periklu Għall-fini tal-klassifikazzjoni għat-tfixkil tas-sistema endokrinali għall-ambjent, is-sustanzi għandhom jiġu allokati għal waħda minn żewġ kategoriji. Tabella 4.2.1. Kategoriji ta’ periklu għall-interferenti endokrinali għall-ambjent
Fejn ikun hemm evidenza li turi b’mod konklużiv li l-effetti negattivi identifikati ma humiex rilevanti fil-livell tal-popolazzjoni jew tas-subpopolazzjoni, is-sustanza ma għandhiex titqies bħala interferent endokrinali għall-ambjent. 4.2.2.2. Bażi ta’ klassifikazzjoni
4.2.2.3. Il-piż tal-evidenza u l-ġudizzju espert
4.2.2.4. Applikazzjoni fil-ħin Mill-1 ta’ Mejju 2025, is-sustanzi għandhom jiġu kklassifikati f’konformità mal-kriterji stipulati fit-taqsimiet minn 4.2.2.1 sa 4.2.2.3. Madankollu, sustanzi li tqiegħdu fis-suq qabel l-1 ta’ Mejju 2025 ma humiex meħtieġa li jiġu kklassifikati f’konformità mal-kriterji stipulati fit-taqsimiet minn 4.2.2.1 sa 4.2.2.3 sal-1 ta’ Novembru 2026. 4.2.3. Kriterji ta’ klassifikazzjoni għat-taħlitiet 4.2.3.1. Klassifikazzjoni tat-taħlitiet meta jkun hemm data disponibbli għall-komponenti kollha jew għal xi komponenti biss tat-taħlita
4.2.3.2. Klassifikazzjoni tat-taħlitiet meta jkun hemm data disponibbli għat-taħlita sħiħa 4.2.3.2.1.
Il-klassifikazzjoni tat-taħlitiet għandha tkun ibbażata fuq id-data tat-test disponibbli għall-komponenti individwali tat-taħlita bl-użu tal-limiti tal-konċentrazzjoni għall-komponenti kklassifikati bħala interferent endokrinali għall-ambjent. Fuq bażi ta’ każ b’każ, id-data tat-test dwar it-taħlita kollha kemm hi tista’ tintuża għall-klassifikazzjoni meta jintwera tfixkil tas-sistema endokrinali għall-ambjent li ma jkunx ġie stabbilit mill-evalwazzjoni abbażi tal-komponenti individwali. F’tali każijiet, ir-riżultati tat-test għat-taħlita kollha kemm hi jridu jintwerew li huma konklużivi billi jitqiesu d-doża (konċentrazzjoni) u fatturi oħrajn bħad-durata, l-osservazzjonijiet, is-sensittività u l-analiżi statistika tas-sistemi tat-test. Għandha tinżamm dokumentazzjoni adegwata li tappoġġa l-klassifikazzjoni u tkun disponibbli biex tiġi riveduta meta tintalab. 4.2.3.3. Klassifikazzjoni tat-taħlitiet meta d-data ma tkunx disponibbli għat-taħlita kollha: Prinċipji ta’ konnessjoni
4.2.3.4. Applikazzjoni fil-ħin Mill-1 ta’ Mejju 2026, it-taħlitiet għandhom jiġu kklassifikati f’konformità mal-kriterji stipulati fit-taqsimiet minn 4.2.3.1 sa 4.2.3.3. Madankollu, taħlitiet li tqiegħdu fis-suq qabel l-1 ta’ Mejju 2026 ma humiex meħtieġa li jiġu kklassifikati f’konformità mal-kriterji stipulati fit-taqsimiet 4.2.3.1, 4.2.3.2 u 4.2.3.3 sal-1 ta’ Mejju 2028. 4.2.4. Komunikazzjoni dwar il-Periklu
4.2.4.2. Applikazzjoni fil-ħin għas-sustanzi Mill-1 ta’ Mejju 2025, is-sustanzi għandhom jiġu ttikkettati f’konformità mat-taqsima 4.2.4.1. Madankollu, sustanzi li tqiegħdu fis-suq qabel l-1 ta’ Mejju 2025 ma humiex meħtieġa li jiġu ttikkettati f’konformità mat-taqsima 4.2.4.1 sal-1 ta’ Novembru 2026. 4.2.4.3. Applikazzjoni fil-ħin għat-taħlitiet Mill-1 ta’ Mejju 2026, it-taħlitiet għandhom jiġu ttikkettati f’konformità mat-taqsima 4.2.4.1. Madankollu, taħlitiet li tqiegħdu fis-suq qabel l-1 ta’ Mejju 2026 ma humiex meħtieġa li jiġu ttikkettati f’konformità mat-taqsima 4.2.4.1 sal-1 ta’ Mejju 2028. 4.3. Proprjetajiet Persistenti, Bijoakkumulattivi u Tossiċi jew Persistenti Ħafna, Bijoakkumulattivi Ħafna 4.3.1. Definizzjonijiet u kunsiderazzjonijiet ġenerali
4.3.2. Kriterji tal-klassifikazzjoni għas-sustanzi 4.3.2.1. Kriterji ta’ klassifikazzjoni għall-PBT Sustanza għandha titqies bħala sustanza PBT meta tissodisfa l-kriterji ta’ persistenza, bijoakkumulazzjoni u tossiċità stabbiliti fit-taqsimiet minn 4.3.2.1.1 sa 4.3.2.1.3 u vvalutati skont it-taqsima 4.3.2.3. 4.3.2.1.1. Persistenza Sustanza għandha titqies li tissodisfa l-kriterju ta’ persistenza (P) fejn tiġi ssodisfata kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
4.3.2.1.2. Bijoakkumulazzjoni Sustanza għandha titqies li tissodisfa l-kriterju ta’ bijoakkumulazzjoni (B) meta l-fattur tal-bijokonċentrazzjoni fl-ispeċijiet akkwatiċi jkun ogħla minn 2 000. 4.3.2.1.3. Tossiċità Sustanza għandha titqies li tissodisfa l-kriterju tat-tossiċità (T) fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
4.3.2.2. Kriterji ta’ klassifikazzjoni għall-vPvB Sustanza għandha titqies bħala sustanza vPvB meta tissodisfa l-kriterji ta’ persistenza u bijoakkumulazzjoni stabbiliti fit-taqsimiet 4.3.2.2.1 u 4.3.2.2.2. u vvalutati skont it-taqsima 4.3.2.3. 4.3.2.2.1. Persistenza Sustanza għandha titqies li tissodisfa l-kriterju “persistenti ħafna” (vP) meta tiġi ssodisfata kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
4.3.2.2.2. Bijoakkumulazzjoni Sustanza għandha titqies li tissodisfa l-kriterju “bijoakkumulattiva ħafna” (vB) meta l-fattur tal-bijokonċentrazzjoni fi speċijiet akkwatiċi jkun ogħla minn 5 000. 4.3.2.3. Bażi ta’ klassifikazzjoni Għall-klassifikazzjoni tas-sustanzi PBT u s-sustanzi vPvB, għandha tiġi applikata determinazzjoni tal-piż tal-evidenza bl-użu ta’ ġudizzju espert, billi l-informazzjoni rilevanti u disponibbli kollha elenkata fit-taqsima 4.3.2.3 titqabbel mal-kriterji stabbiliti fit-taqsimiet 4.3.2.1 u 4.3.2.2. Dak il-piż tal-evidenza għandu jiġi applikat b’mod partikolari fejn il-kriterji stabbiliti fit-taqsimiet 4.3.2.1. u 4.3.2.2. ma jkunux jistgħu jiġu applikati direttament għall-informazzjoni disponibbli. L-informazzjoni użata għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-proprjetajiet PBT/vPvB għandha tkun ibbażata fuq id-data miksuba taħt kundizzjonijiet rilevanti. L-identifikazzjoni għandha tqis ukoll il-proprjetajiet PBT/vPvB tal-kostitwenti, l-addittivi jew l-impuritajiet rilevanti ta’ sustanza u l-prodotti ta’ trasformazzjoni u/jew degradazzjoni rilevanti. Din il-klassi ta’ periklu (proprjetajiet Persistenti, Bijoakkumulattivi u Tossiċi (PBT) jew Persistenti Ħafna, Bijoakkumulattivi Ħafna (vPvB)) għandha tapplika għas-sustanzi organiċi kollha, inklużi l-metalli organiċi. L-informazzjoni stabbilita fit-taqsimiet 4.3.2.3.1, 4.3.2.3.2 u 4.3.2.3.3 għandha tiġi kkunsidrata għall-valutazzjoni tal-proprjetajiet P, vP, B, vB u T. 4.3.2.3.1. Valutazzjoni tal-proprjetajiet P jew vP L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi kkunsidrata għall-valutazzjoni tal-proprjetajiet P jew vP:
4.3.2.3.2. Valutazzjoni tal-proprjetajiet B jew vB L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi kkunsidrata għall-valutazzjoni tal-proprjetajiet B jew vB:
4.3.2.3.3. Valutazzjoni tal-proprjetajiet T L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi kkunsidrata għall-valutazzjoni tal-proprjetajiet T:
4.3.2.4. Il-piż tal-evidenza u l-ġudizzju espert
4.3.2.5. Applikazzjoni fil-ħin Mill-1 ta’ Mejju 2025, is-sustanzi għandhom jiġu kklassifikati f’konformità mal-kriterji stipulati fit-taqsimiet minn 4.3.2.1 sa 4.3.2.4. Madankollu, sustanzi li tqiegħdu fis-suq qabel l-1 ta’ Mejju 2025 ma humiex meħtieġa li jiġu kklassifikati f’konformità mal-kriterji stipulati fit-taqsimiet minn 4.3.2.1 sa 4.3.2.4 sal-1 ta’ Novembru 2026. 4.3.3. Kriterji ta’ klassifikazzjoni għat-taħlitiet
4.3.4. Komunikazzjoni dwar il-periklu
4.3.4.2. Applikazzjoni fil-ħin għas-sustanzi Mill-1 ta’ Mejju 2025, is-sustanzi għandhom jiġu ttikkettati f’konformità mat-taqsima 4.3.4.1. Madankollu, sustanzi li tqiegħdu fis-suq qabel l-1 ta’ Mejju 2025 ma humiex meħtieġa li jiġu ttikkettati f’konformità mat-taqsima 4.3.4.1 sal-1 ta’ Novembru 2026. 4.3.4.3. Applikazzjoni fil-ħin għat-taħlitiet Mill-1 ta’ Mejju 2026, it-taħlitiet għandhom jiġu ttikkettati f’konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fit-taqsima 4.3.4.1. Madankollu, taħlitiet li tqiegħdu fis-suq qabel l-1 ta’ Mejju 2026 ma humiex meħtieġa li jiġu ttikkettati f’konformità mat-taqsima 4.3.4.1 sal-1 ta’ Mejju 2028. 4.4. Proprjetajiet Persistenti, Mobbli u Tossiċi jew Persistenti Ħafna, Mobbli Ħafna 4.4.1. Definizzjonijiet u kunsiderazzjonijiet ġenerali 4.4.1.1. Għall-finijiet tat-taqsima 4.4 għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: “PMT” tfisser sustanza jew taħlita persistenti, mobbli u tossika li tissodisfa l-kriterji ta’ klassifikazzjoni stabbiliti fit-taqsima 4.4.2.1. “vPvM” tfisser sustanza jew taħlita persistenti ħafna u mobbli ħafna li tissodisfa l-kriterji ta’ klassifikazzjoni stabbiliti fit-taqsima 4.4.2.2. “log Koc” tfisser il-logaritmu komuni tal-koeffiċjent ta’ partizzjoni tal-karbonju organiku/ilma (jiġifieri Koc). 4.4.1.2 Il-klassi ta’ periklu tal-proprjetajiet Persistenti, Mobbli u Tossiċi jew Persistenti Ħafna, Mobbli Ħafna hija differenzjata fi:
4.4.2. Kriterji tal-klassifikazzjoni għas-sustanzi 4.4.2.1. Kriterji ta’ klassifikazzjoni għall-PMT Sustanza għandha titqies bħala sustanza PMT meta tissodisfa l-kriterji ta’ persistenza, mobilità u tossiċità stabbiliti fit-taqsimiet 4.4.2.1.1, 4.4.2.1.2 u 4.4.2.1.3 u vvalutati skont it-taqsima 4.4.2.3. 4.4.2.1.1. Persistenza Sustanza għandha titqies li tissodisfa l-kriterju tal-persistenza (P) fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
4.4.2.1.2. Mobilità Sustanza għandha titqies li tissodisfa l-kriterju tal-mobilità (M) meta l-logaritmu Koc ikun inqas minn 3. Għal sustanza jonizzabbli, il-kriterju tal-mobilità għandu jitqies li ġie ssodisfat meta l-aktar valur baxx tal-log Koc għal pH bejn 4 u 9 ikun inqas minn 3. 4.4.2.1.3. Tossiċità Sustanza għandha titqies li tissodisfa l-kriterju tat-tossiċità (T) fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
4.4.2.2. Kriterji ta’ klassifikazzjoni għall-vPvM Sustanza għandha titqies bħala sustanza vPvM meta tissodisfa l-kriterji ta’ persistenza u mobilità stabbiliti fit-taqsimiet 4.4.2.2.1 u 4.4.2.2.2 u vvalutati skont it-taqsima 4.4.2.3. 4.4.2.2.1. Persistenza Sustanza għandha titqies li tissodisfa l-kriterju “persistenti ħafna” (vP) fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
4.4.2.2.2. Mobilità Sustanza għandha titqies li tissodisfa l-kriterju “mobbli ħafna” (vM) meta l-logaritmu Koc ikun inqas minn 2. Għal sustanza jonizzabbli, il-kriterju tal-mobilità għandu jitqies li ġie ssodisfat meta l-aktar valur baxx tal-log Koc għal pH bejn 4 u 9 ikun inqas minn 2. 4.4.2.3. Bażi ta’ klassifikazzjoni Għall-klassifikazzjoni tas-sustanzi PMT u tas-sustanzi vPvM, għandha tiġi applikata d-determinazzjoni tal-piż tal-evidenza bl-użu ta’ ġudizzju espert, billi l-informazzjoni rilevanti u disponibbli kollha elenkata fit-taqsima 4.4.2.3. titqabbel mal-kriterji stabbiliti fit-taqsimiet 4.4.2.1. u 4.4.2.2. Dak il-piż tal-evidenza għandu jiġi applikat b’mod partikolari fejn il-kriterji stabbiliti fit-taqsimiet 4.4.2.1. u 4.4.2.2. ma jkunux jistgħu jiġu applikati direttament għall-informazzjoni disponibbli. L-informazzjoni użata għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-proprjetajiet PMT/vPvM għandha tkun ibbażata fuq id-data miksuba taħt kundizzjonijiet rilevanti. L-identifikazzjoni għandha tqis ukoll il-proprjetajiet PMT/vPvM tal-kostitwenti, l-addittivi jew l-impuritajiet rilevanti ta’ sustanza u l-prodotti ta’ trasformazzjoni u/jew degradazzjoni rilevanti. Din il-klassi ta’ periklu (il-proprjetajiet PMT u vPvM) għandha tapplika għas-sustanzi organiċi kollha, inklużi l-metalli organiċi. L-informazzjoni stabbilita fit-taqsimiet 4.4.2.3.1, 4.4.2.3.2 u 4.4.2.3.3 għandha tiġi kkunsidrata għall-valutazzjoni tal-proprjetajiet P, vP, M, vM u T. 4.4.2.3.1. Valutazzjoni tal-proprjetajiet P jew vP L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi kkunsidrata għall-valutazzjoni tal-proprjetajiet P jew vP:
4.4.2.3.2. Valutazzjoni tal-proprjetajiet M jew vM L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi kkunsidrata għall-valutazzjoni tal-proprjetajiet M jew vM:
4.4.2.3.3. Valutazzjoni tal-proprjetajiet T L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi kkunsidrata għall-valutazzjoni tal-proprjetajiet T:
4.4.2.4. Il-piż tal-evidenza u l-ġudizzju espert
4.4.2.5. Applikazzjoni fil-ħin Mill-1 ta’ Mejju 2025, is-sustanzi għandhom jiġu kklassifikati f’konformità mal-kriterji stipulati fit-taqsimiet minn 4.4.2.1 sa 4.4.2.4. Madankollu, sustanzi li tqiegħdu fis-suq qabel l-1 ta’ Mejju 2025 ma humiex meħtieġa li jiġu kklassifikati f’konformità mal-kriterji stipulati fit-taqsimiet minn 4.4.2.1 sa 4.4.2.4 sal-1 ta’ Novembru 2026. 4.4.3. Kriterji ta’ klassifikazzjoni għat-taħlitiet
4.4.3.2 Applikazzjoni fil-ħin Mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju 2026, it-taħlitiet għandhom jiġu kklassifikati f’konformità mal-kriterji stipulati fit-taqsima 4.4.3.1. Madankollu, taħlitiet li tqiegħdu fis-suq qabel l-1 ta’ Mejju 2026 mhumiex meħtieġa li jiġu kklassifikati f’konformità mal-kriterji stipulati fit-taqsima 4.4.3.1 sal-1 ta’ Mejju 2028. 4.4.4. Komunikazzjoni dwar il-periklu
4.4.4.2. Applikazzjoni fil-ħin għas-sustanzi Mill-1 ta’ Mejju 2025, is-sustanzi għandhom jiġu ttikkettati f’konformità mat-taqsima 4.4.4.1. Madankollu, is-sustanzi li tqiegħdu fis-suq qabel l-1 ta’ Mejju 2025 ma humiex meħtieġa li jiġu ttikkettati f’konformità mat-taqsima 4.4.4.1 sal-1 ta’ Novembru 2026. 4.4.4.3. Applikazzjoni fil-ħin għat-taħlitiet Mill-1 ta’ Mejju 2026, it-taħlitiet għandhom jiġu ttikkettati f’konformità mat-taqsima 4.4.4.1. Madankollu, taħlitiet li tqiegħdu fis-suq qabel l-1 ta’ Mejju 2026 ma humiex meħtieġa li jiġu ttikkettati f’konformità mat-taqsima 4.4.4.1 sal-1 ta’ Mejju 2028.” |
ANNESS II
Fil-Parti 2, it-Taqsima 2.10, l-ewwel paragrafu, tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008
jiżdied l-inċiż li ġej:
“— |
≥ 0,1 % ta’ sustanza kklassifikata bħala interferent endokrinali għall-kategorija 2 tas-saħħa tal-bniedem; jew |
— |
≥ 0,1 % ta’ sustanza kklassifikata bħala interferent endokrinali għall-kategorija 2 tal-ambjent.” |
ANNESS III
Il-Parti 1 tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 hija emendata kif ġej:
(1) |
jiżdiedu l-punti (c) u (d) li ġejjin:
|
(2) |
fit-Tabella 1.2, jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:
|
(3) |
fit-Tabella 1.3, jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:
|
ANNESS IV
Fil-Parti 1, it-taqsima 1.1.2.1.1, tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, it-Tabella 1.1 hija emendata kif ġej:
(1) |
ir-ringiela li ġejja tiddaħħal wara r-ringiela għall-klassi ta’ periklu “Periklu ta’ aspirazzjoni”:
|
(2) |
ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu wara r-ringiela għall-klassi ta’ periklu “Perikoluż għall-ambjent akkwatiku”:
|
31.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 93/40 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/708
tal-20 ta’ Marzu 2023
li jagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-familja ta’ prodotti bijoċidali “HYPO-CHLOR Product Family” f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 44(5), l-ewwel subparagrafu, tiegħu,
Billi:
(1) |
Fl-20 ta’ Diċembru 2018, Veltek Associates Inc. Europe issottomettiet lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 43(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għal awtorizzazzjoni tal-Unjoni ta’ familja ta’ prodotti bijoċidali bl-isem ta’ “HYPO-CHLOR Product Family” tat-tip ta’ prodott 2, kif deskritt fl-Anness V ta’ dak ir-Regolament, u pprovdiet konferma bil-miktub li l-awtorità kompetenti ta’ Franza qablet li tevalwa l-applikazzjoni. L-applikazzjoni ġiet irreġistrata bin-numru tal-każ BC-EF047438-44 fir-Reġistru tal-Prodotti Bijoċidali. |
(2) |
L-“HYPO-CHLOR Product Family” fih il-kloru attiv irrilaxxat mill-ipoklorit tas-sodju bħala s-sustanza attiva, li hija inkluża fil-lista tal-Unjoni ta’ sustanzi attivi approvati msemmija fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għat-tip ta’ prodott 2. |
(3) |
Fl-24 ta’ Awwissu 2021, l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni ssottomettiet, f’konformità mal-Artikolu 44(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, rapport ta’ valutazzjoni u l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni tagħha lill-Aġenzija. |
(4) |
Fit-23 ta’ Marzu 2022, l-Aġenzija ressqet l-opinjoni tagħha (2) lill-Kummissjoni, inkluż l-abbozz tas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott bijoċidali (“SPC”) tal-“HYPO-CHLOR Product Family” u r-rapport finali tal-valutazzjoni dwar il-familja ta’ prodotti bijoċidali f’konformità mal-Artikolu 44(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
(5) |
L-opinjoni kkonkludiet li l-“HYPO-CHLOR Product Family” hija familja ta’ prodotti bijoċidali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1), il-punt (s) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, li hija eliġibbli għall-awtorizzazzjoni tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 42(1) ta’ dak ir-Regolament u li, soġġett għall-konformità mal-abbozz tal-SPC, tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(1) u (6) ta’ dak ir-Regolament. |
(6) |
Fit-12 ta’ April 2022, l-Aġenzija bagħtet lill-Kummissjoni l-abbozz tal-SPC fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 44(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
(7) |
Il-Kummissjoni taqbel mal-opinjoni tal-Aġenzija u għalhekk tqis li jixraq li tagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-“HYPO-CHLOR Product Family”. |
(8) |
Fl-opinjoni tagħha, l-Aġenzija tirrakkomanda li d-detentur tal-awtorizzazzjoni jwettaq test tal-istabbiltà tal-ħżin fit-tul f’temperatura ambjentali għall-prodotti fil-meta-SPC 2 A u 2B fl-imballaġġ kummerċjali li fih il-prodotti se jitqiegħdu fis-suq, bħala kundizzjoni fl-awtorizzazzjoni. Jenħtieġ li t-test jindirizza l-proprjetajiet fiżiċi, kimiċi u tekniċi relevanti tal-prodotti, kemm qabel kif ukoll wara l-ħżin biex tiġi kkonfermata ħajja fuq l-ixkaffa ta’ 24 xahar. Il-Kummissjoni taqbel ma’ dik ir-rakkomandazzjoni u tqis li s-sottomissjoni tar-riżultati ta’ dak it-test jenħtieġ li tkun kundizzjoni marbuta mat-tqegħid fis-suq u mal-użu tal-familja ta’ prodotti bijoċidali “HYPO-CHLOR Product Family” skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-fatt li d-data għandha tiġi pprovduta wara li tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni, ma jaffettwax il-konklużjoni dwar l-issodisfar tal-kundizzjoni skont l-Artikolu 19(1), il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament abbażi tad-data eżistenti. |
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Qed tingħata awtorizzazzjoni tal-Unjoni bin-numru tal-awtorizzazzjoni EU-0028423-0000 lil Veltek Associates Inc. Europe għat-tqegħid fis-suq u għall-użu tal-familja ta’ prodotti bijoċidali “HYPO-CHLOR Product Family”, soġġett għall-konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I u f’konformità mas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodotti bijoċidali stabbiliti fl-Anness II.
L-awtorizzazzjoni tal-Unjoni hija valida mill-20 ta’ April 2023 sal-31 ta’ Marzu 2033.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Marzu 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.
(2) L-opinjoni tal-ECHA tat-3 ta’ Marzu 2022 dwar l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-familja ta’ prodott bijoċidali “Hypo-Chlor product family” (ECHA/BPC/321/2022), https://echa.europa.eu/bpc-opinions-on-union-authorisation.
ANNESS I
TERMINI U KUNDIZZJONIJIET (EU-0028423-0000)
Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jwettaq test tal-istabbiltà tal-ħżin fit-tul f’temperatura ambjentali għall-prodotti fil-meta SPC 2 A u 2B fl-imballaġġ kummerċjali li fih il-prodotti se jitqiegħdu fis-suq. It-test tal-istabbiltà tal-ħżin fit-tul f’temperatura ambjentali għandu jindirizza l-proprjetajiet fiżiċi, kimiċi u tekniċi relevanti tal-prodotti, kemm qabel kif ukoll wara l-ħżin f’konformità mat-taqsima 2.6.4 tal-Guidance on the Biocidal Products Regulation Volume I: Identity of the active substance/physico-chemical properties/analytical methodology – Information Requirements, Evaluation and Assessment (ECHA, Marzu 2022) (1), sabiex tiġi kkonfermata ħajja fuq l-ixkaffa ta’ 24 xahar.
Sal-20 ta’ Ottubru 2023 id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jibgħat ir-riżultati tat-test lill-Aġenzija.
(1) https://echa.europa.eu/documents/10162/23036412/bpr_guidance_vol_i_parts_abc_en.pdf/31b245e5-52c2-f0c7-04db-8988683cbc4b
ANNESS II
Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott għal familja ta’ prodotti bijoċidali
HYPO-CHLOR Product Family
Prodott tip 2 - Diżinfettanti u alkaċidi li mhumiex maħsuba għall-applikazzjoni diretta fuq il-bnedmin jew fuq l-annimali (Diżinfettanti)
Numru tal-awtorizzazzjoni: EU-0028423-0000
Numru tal-ass R4BP: EU-0028423-0000
PART I
L-EWWEL LIVELL TA’ INFORMAZZJONI
1. Informazzjoni Amministrattiva
1.1. Kunjom
Isem |
HYPO-CHLOR Product Family |
1.2. Tip(i) ta’ prodott
Tip(i) ta’ prodott |
TP 02 - Diżinfettanti u alkaċidi li mhumiex maħsuba għall-użu dirett fuq il-bnedmin jew l-annimali |
1.3. Detentur tal-awtorizzazzjoni
Isem u indirizz tad-detentur ta’ awtorizzazzjoni |
Isem |
Veltek Associates Inc. Europe |
Indirizz |
Rozengaard 1940, 8212DT Lelystad Olanda |
|
Numru tal-awtorizzazzjoni |
EU-0028423-0000 |
|
Numru tal-ass R4BP |
EU-0028423-0000 |
|
Data tal-awtorizzazzjoni |
L-20 ta’ April 2023. |
|
Data ta’ skadenza tal-awtorizzazzjoni |
Il-31 ta’ Marzu 2033. |
1.4. Manifattur(i) tal-prodotti bijoċidali
L-isem tal-manifattur |
Veltek Associates, Inc. |
L-indirizz tal-manifattur |
15 Lee Blvd., PA19355 Malvern Istati Uniti |
Post ta’ siti ta’ manifattura |
15 Lee Blvd., PA19355 Malvern Istati Uniti |
1.5. Manifattur(i) tas-sustanza(i) attiva(i)
Sustanza attiva |
Kloru attiv rilaxxat mill-ipoklorit tas-sodju |
L-isem tal-manifattur |
Univar USA Inc. |
L-indirizz tal-manifattur |
532 E. Emaus Street, Pennsylvania 17057 Middleton Istati Uniti |
Post ta’ siti ta’ manifattura |
532 E. Emaus Street, Pennsylvania 17057 Middleton Istati Uniti |
2. Il-kompożizzjoni tal-familja tal-prodott u l-formulazzjoni
2.1. Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-kompożizzjoni tal-familja
Isem komuni |
Isem IUPAC |
Funzjoni |
Numru CAS |
Numru KE |
Kontenut (%) |
|
Min |
Mass |
|||||
Kloru attiv rilaxxat mill-ipoklorit tas-sodju |
|
Sustanza attiva |
|
|
0,25 |
0,5 |
Ipoklorit tas-sodju |
Ipoklorit tas-sodju |
Sustanza mhux attiva |
7681-52-9 |
231-668-3 |
1,95 |
4,21 |
2.2. Tip(i) ta’ formulazzjoni
Formulazzjoni/Formulazzjonijiet |
AL - Lest biex jintuża |
PARTI II
IT-TIENI LIVELL TA’ INFORMAZZJONI - META SPC(S)
META SPC 1
1. INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA TAL-META SPC 1
1.1. Identifikatur tal-Meta SPC 1
Identifikatur |
Meta SPC 2 A |
1.2. Suffiss għan-numru tal-awtorizzazzjoni
Numru |
1-1 |
1.3. Tip(i) ta’ prodott
Tip(i) ta’ prodott |
TP 02 - Diżinfettanti u alkaċidi li mhumiex maħsuba għall-użu dirett fuq il-bnedmin jew l-annimali |
2. KOMPOŻIZZJONI TAL-META SPC 1
2.1. Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-kompożizzjoni tal-meta SPC 1
Isem komuni |
Isem IUPAC |
Funzjoni |
Numru CAS |
Numru KE |
Kontenut (%) |
|
Min |
Mass |
|||||
Kloru attiv rilaxxat mill-ipoklorit tas-sodju |
|
Sustanza attiva |
|
|
0,25 |
0,25 |
Ipoklorit tas-sodju |
Ipoklorit tas-sodju |
Sustanza mhux attiva |
7681-52-9 |
231-668-3 |
1,95 |
2,0 |
2.2. Tip(i) ta’ formulazzjoni tal-meta SPC 1
Formulazzjoni/Formulazzjonijiet |
AL - Lest biex jintuża |
3. DIKJARAZZJONIJIET TA’ PERIKLU U TA’ PREKAWZJONI TAL-META SPC 1
Dikjarazzjonijiet dwar Periklu |
Jagħmel ħsara lill-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti dejjiema. |
Dikjarazzjonijiet dwar Prekawzjoni |
Żomm biss fl-imballaġġ oriġinali. Evita r-rilaxx fl-ambjent. Assorbi t-tixrid biex tipprevjeni ħsara fil-materjal. Aħżen f’post reżistenti għall-korrużjoni kontenitur li huwa infurrat minn ġewwa b’materjal reżistenti. Armi l-kontenut fi skont ir-regolamenti lokali. |
4. UŻU AWTORIZZAT TAL-META SPC 1
4.1. deskrizzjoni użu
Tabella 1.
Uża # 1 – Użu ta’ diżinfettant, batteriċida, fungiċida u sporiċida – Meta SPC 2 A
Tip ta’ Prodott |
TP 02 - Diżinfettanti u alkaċidi li mhumiex maħsuba għall-użu dirett fuq il-bnedmin jew l-annimali |
||||
Meta rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat |
- |
||||
Organiżmu/Organiżmi fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp) |
isem xjentifiku: Batterji isem komuni: Batterji istadju iżvilupp: Ċelluli batteriċi isem xjentifiku: Speċi tal-ħmira isem komuni: Ħmira ċellulari istadju iżvilupp: Ħmira ċellulari isem xjentifiku: Fungi isem komuni: Fungi istadju iżvilupp: Fungi isem xjentifiku: Spori batteriċi isem komuni: Spori batteriċi istadju iżvilupp: Spori batteriċi |
||||
Qasam tal-użu |
Indoor Għad-diżinfettar ta’ uċuħ, materjali, u tagħmir iebsin mhux porużi u inanimati li ma jintużawx għall-kuntatt dirett mal-ikel jew l-għalf (ħlief għas-settur mediku u ħlief għall-użi koperti mir-Regolament (UE) 2017/745 dwar apparati mediċi). Diżinfettant għall-użu fil-faċilitajiet ta’ manifattura inkluż iż-żoni tal-kmamar iġjeniċi li jinsabu fl-industriji farmaċewtiċi, bijofarmaċewtiċi, tal-apparat mediku u dijanjostiċi mingħajr azzjoni mekkanika. Kamra iġjenika biss għall-prodotti buffered |
||||
Metodu(i) ta’ applikazzjoni |
Metodu: Mop, ċarruta, wipe, immersjoni jew sprej (sprejer bil-kompressjoni 1-3 bars jew sprej bl-attivatur). Deskrizzjoni dettaljata: Sprej bl-attivatur biss għall-prodotti buffered. |
||||
Rata (rati) ta’ applikazzjoni u frekwenza |
Rata ta’ Applikazzjoni: Lest biex jintuża. Dilwizzjoni (%): - Numru u ħin tal-applikazzjoni: Applika skont il-bżonn. Ħin ta’ kuntatt:
Temperatura tal-kamra Kundizzjonijiet nodfa |
||||
Kategorija(i) tal-utenti |
industrijali |
||||
Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ |
Flixkun Polietilen ta’ densità għolja (HDPE) 100 ml sa 10 litri (f’xi daqsijiet tal-pakkett il-grilli huma fornuti iżda mhumiex imwaħħlin mal-flixkun). Flixkun HDPE SimpleMix 473 ml u 3,79 litri bi flixkun polietilena ta’ densità baxxa (LDPE) iżgħar ġewwa. Bittija HDPE 200 litri. |
4.1.1. Uża speċifiċi istruzzjonijiet għall-użu
— |
Tużax aktar minn 35 ml/m2 |
4.1.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu
-
4.1.3. Fejn speċifika għall-użu, il-partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet l-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza biex jipproteġu l-ambjent
-
4.1.4. Fejn speċifika għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu
-
4.1.5. Fejn speċifika għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
-
5. STRUZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-UŻU (1) TAL-META SPC 1
5.1. Istruzzjonijiet għall-użu
— |
Imxi mal-istruzzjonijiet għall-użu. |
— |
Użu l-prodott fi żmien ta’ massimu 24 siegħa wara li żżid is-soluzzjoni buffer (għal HYPO-CHLOR® Neutral 0,25 % biss) biex tiżgura użu effikaċi. |
— |
Informa d-detentur tal-awtorizzazzjoni jekk it-trattament ma jkunx effettiv. |
— |
Naddaf l-uċuħ b’attenzjoni qabel ma tapplika l-prodott. |
— |
Applika biss fuq uċuħ mhux porużi. |
— |
Għall-applikazzjoni b’mop/ċarruta/wipe, applika (sprejja/ferra’) il-prodott fuq il-wiċċ li jrid jiġi diżinfettat u imbagħad uża ċarruta/mop/wipe biex ikun hemm distribuzzjoni uniformi tal-prodott fuq il-wiċċ. |
— |
Ara li xxarrab l-uċuħ kompletament bil-prodott. Ħalli l-prodott jieħu effett għall-ħin ta’ kuntatt meħtieġ. |
— |
Wara l-ħin ta’ kuntatt, laħlaħ l-uċuħ. Ħalli l-wiċċ jinxef bl-arja jew imsħu biex jinxef. |
— |
L-użu għad-diżinfezzjoni ta’ strumenti u materjali koperti mir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mhux kopert minn din l-awtorizzazzjoni. Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1). |
— |
L-prodotti m’għandhomx jiġu użati flimkien ma’ aċidi jew ammonja. |
— |
Għall-isprej bl-attivatur (prodotti buffered) applika biss fuq uċuħ żgħar. |
5.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni ta’ riskju
— |
Ilbes protezzjoni respiratorja: mill-inqas APF 4 għall-applikazzjoni u t-tlaħliħ bi sprejer tal-kompressjoni (1-3 bars). |
— |
Kun żgur li ma jkunx hemm persuni li mhumiex l-utent preżenti fiż-żona tat-trattament waqt il-proċess ta’ diżinfezzjoni bl-isprejer tal-kompressjoni (1-3 bars). Jekk huwa meħtieġ li jkun hemm persuni li mhumiex l-utent, dawn għandhom jilbsu l-istess RPE u PPE bħall-utent. |
— |
Ir-rata ta’ ventilazzjoni għandha tkun ta’ mill-inqas 20/siegħa għal prodotti newtralizzati (għal HYPO-CHLOR® Neutral 0,25 % biss) |
— |
Evita kull esponiment bla bżonn. |
— |
Tapplikax direttament fuq jew ħdejn ikel, għalf jew xorb, jew fuq uċuħ jew għodda li jistgħu jkunu f’kuntatt dirett mal-ikel, għalf, xorb jew bhejjem. |
5.3. Partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u l-miżuri ta’ emerġenza biex jipproteġu l-ambjent
— |
JEKK FUQ IL-ĠILDA: Aħsel il-ġilda bl-ilma. Jekk iseħħu sintomi ċempel ĊENTRU GĦAL KONTRA L-VELENU jew tabib. |
— |
JEKK FL-GĦAJNEJN: Jekk iseħħu sintomi laħlaħ bl-ilma. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk preżenti u faċli tagħmel dan. Ċempel ĊENTRU GĦAL KONTRA L-VELENU jew tabib. |
— |
JEKK TIBILGĦU: Jekk iseħħu sintomi ċempel ĊENTRU GĦAL KONTRA L-VELENU jew tabib. |
— |
JEKK TIĠBDU MAN-NIFS: Jekk iseħħu sintomi ċempel ĊENTRU GĦAL KONTRA L-VELENU jew tabib. |
— |
Żomm il-kontenitur jew it-tikketta disponibbli. |
5.4. Istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu
— |
Tarmix prodott mhux użat mal-art, fil-kanali tal-ilma, fil-pajpijiet (sink, toilets…) u lanqas f’xi fossa. |
— |
Armi prodott mhux użat, l-ippakkjar u l-iskart kollu l-ieħor, skont ir-regolamenti lokali. |
5.5. Kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
— |
Iżżommx f’temperatura għola minn 30 °C. |
— |
Ipproteġi mill-ġlata. |
— |
Ipproteġi mid-dawl tax-xemx dirett. |
— |
Żmien li jdum tajjeb il-prodott: 24 xhar |
6. INFORMAZZJONI OĦRA
-
7. IT-TIELET LIVELL TA’ INFORMAZZJONI: PRODOTTI INDIVIDWALI FIL-META SPC 1
7.1. Isem/Ismijiet kummerċjali, numru tal-awtorizzazzjoni u kompożizzjoni speċifika ta’ kull prodott individwali
Isem kummerċjali |
HYPO-CHLOR NEUTRAL 0,25 % |
qasam tas-suq: EU |
|||
Numru tal-awtorizzazzjoni |
EU-0028423-0001 1-1 |
||||
Isem komuni |
Isem IUPAC |
Funzjoni |
Numru CAS |
Numru KE |
Kontenut (%) |
Kloru attiv rilaxxat mill-ipoklorit tas-sodju |
|
Sustanza attiva |
|
|
0,25 |
Ipoklorit tas-sodju |
Ipoklorit tas-sodju |
Sustanza mhux attiva |
7681-52-9 |
231-668-3 |
1,95 |
7.2. Isem/Ismijiet kummerċjali, numru tal-awtorizzazzjoni u kompożizzjoni speċifika ta’ kull prodott individwali
Isem kummerċjali |
HYPO-CHLOR 0,25 % |
qasam tas-suq: EU |
|||
Numru tal-awtorizzazzjoni |
EU-0028423-0002 1-1 |
||||
Isem komuni |
Isem IUPAC |
Funzjoni |
Numru CAS |
Numru KE |
Kontenut (%) |
Kloru attiv rilaxxat mill-ipoklorit tas-sodju |
|
Sustanza attiva |
|
|
0,25 |
Ipoklorit tas-sodju |
Ipoklorit tas-sodju |
Sustanza mhux attiva |
7681-52-9 |
231-668-3 |
2,0 |
META SPC 2
1. INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA TAL-META SPC 2
1.1. Identifikatur tal-Meta SPC 2
Identifikatur |
Meta SPC 2B |
1.2. Suffiss għan-numru tal-awtorizzazzjoni
Numru |
1-2 |
1.3. Tip(i) ta’ prodott
Tip(i) ta’ prodott |
TP 02 - Diżinfettanti u alkaċidi li mhumiex maħsuba għall-użu dirett fuq il-bnedmin jew l-annimali |
2. KOMPOŻIZZJONI TAL-META SPC 2
2.1. Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-kompożizzjoni tal-meta SPC 2
Isem komuni |
Isem IUPAC |
Funzjoni |
Numru CAS |
Numru KE |
Kontenut (%) |
|
Min |
Mass |
|||||
Kloru attiv rilaxxat mill-ipoklorit tas-sodju |
|
Sustanza attiva |
|
|
0,47 |
0,5 |
Ipoklorit tas-sodju |
Ipoklorit tas-sodju |
Sustanza mhux attiva |
7681-52-9 |
231-668-3 |
3,92 |
4,21 |
2.2. Tip(i) ta’ formulazzjoni tal-meta SPC 2
Formulazzjoni/Formulazzjonijiet |
AL - Lest biex jintuża |
3. DIKJARAZZJONIJIET TA’ PERIKLU U TA’ PREKAWZJONI TAL-META SPC 2
Dikjarazzjonijiet dwar Periklu |
Jista’ jkun korrużiv għall-metalli. Jagħmel ħsara lill-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti dejjiema. |
Dikjarazzjonijiet dwar Prekawzjoni |
Żomm biss fl-imballaġġ oriġinali. Evita r-rilaxx fl-ambjent. Assorbi t-tixrid biex tipprevjeni ħsara fil-materjal. Aħżen f’post reżistenti għall-korrużjoni kontenitur li huwa infurrat minn ġewwa b’materjal reżistenti. Armi l-kontenut fi skont ir-regolamenti lokali. |
4. UŻU AWTORIZZAT TAL-META SPC 2
4.1. deskrizzjoni użu
Tabella 2
Uża # 1 – Użu ta’ diżinfettant, batteriċida, fungiċida u sporiċida – Meta SPC 2B
Tip ta’ Prodott |
TP 02 - Diżinfettanti u alkaċidi li mhumiex maħsuba għall-użu dirett fuq il-bnedmin jew l-annimali |
||||
Meta rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat |
- |
||||
Organiżmu/Organiżmi fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp) |
isem xjentifiku: Batterji isem komuni: Ċelluli batteriċi istadju iżvilupp: Ċelluli batteriċi isem xjentifiku: Spori batteriċi isem komuni: Spori batteriċi istadju iżvilupp: Spori batteriċi isem xjentifiku: Speċi tal-ħmira isem komuni: Ħmira ċellulari istadju iżvilupp: Ħmira ċellulari isem xjentifiku: Fungi isem komuni: Fungi istadju iżvilupp: Fungi |
||||
Qasam tal-użu |
Indoor Għad-diżinfettar ta’ uċuħ, materjali, u tagħmir iebsin mhux porużi u inanimati li ma jintużawx għall-kuntatt dirett mal-ikel jew l-għalf (ħlief għas-settur mediku). Diżinfettant għall-użu fil-faċilitajiet ta’ manifattura inkluż iż-żoni tal-kmamar iġjeniċi li jinsabu fl-industriji farmaċewtiċi, bijofarmaċewtiċi, tal-apparat mediku u dijanjostiċi mingħajr azzjoni mekkanika. Kamra iġjenika biss għall-prodotti buffered |
||||
Metodu(i) ta’ applikazzjoni |
Metodu: Mop, ċarruta, wipe, immersjoni jew sprej (sprejer bil-kompressjoni 1-3 bars jew sprej bl-attivatur). Deskrizzjoni dettaljata: Sprej bl-attivatur biss għall-prodotti buffered. Ara l-istruzzjonijiet għall-użu għal aktar dettall. |
||||
Rata (rati) ta’ applikazzjoni u frekwenza |
Rata ta’ Applikazzjoni: Lest biex jintuża. Dilwizzjoni (%): Mhux applikabbli Numru u ħin tal-applikazzjoni: Applika skont il-bżonn. Ħin ta’ kuntatt:
Temperatura tal-kamra Kundizzjonijiet nodfa |
||||
Kategorija(i) tal-utenti |
industrijali |
||||
Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ |
Flixkun Polietilen ta’ densità għolja (HDPE) 100 ml sa 10 litri (f’xi daqsijiet tal-pakkett il-grilli huma fornuti iżda mhumiex imwaħħlin mal-flixkun). Flixkun HDPE SimpleMix 473 ml u 3,79 litri bi flixkun polietilena ta’ densità baxxa (LDPE) iżgħar ġewwa. Bittija HDPE 200 litri. |
4.1.1. Uża speċifiċi istruzzjonijiet għall-użu
— |
Tużax aktar minn 35 ml/m2 |
4.1.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu
-
4.1.3. Fejn speċifika għall-użu, il-partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet l-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza biex jipproteġu l-ambjent
-
4.1.4. Fejn speċifika għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu
-
4.1.5. Fejn speċifika għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
-
5. STRUZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-UŻU (2) TAL-META SPC 2
5.1. Istruzzjonijiet għall-użu
— |
Imxi mal-istruzzjonijiet għall-użu. |
— |
Użu l-prodott fi żmien ta’ massimu 24 siegħa wara li żżid is-soluzzjoni buffer (għal HYPO-CHLOR® Neutral 0,52 % biss) biex tiżgura użu effikaċi. |
— |
Informa d-detentur tal-awtorizzazzjoni jekk it-trattament ma jkunx effettiv. |
— |
Naddaf l-uċuħ b’attenzjoni qabel ma tapplika l-prodott. |
— |
Applika biss fuq uċuħ mhux porużi. |
— |
Għall-applikazzjoni b’mop/ċarruta/wipe, applika (sprejja/ferra’) il-prodott fuq il-wiċċ li jrid jiġi diżinfettat u imbagħad uża ċarruta/mop/wipe biex ikun hemm distribuzzjoni uniformi tal-prodott fuq il-wiċċ. |
— |
Ara li xxarrab l-uċuħ kompletament bil-prodott. Ħalli l-prodott jieħu effett għall-ħin ta’ kuntatt meħtieġ. |
— |
Wara l-ħin ta’ kuntatt, laħlaħ l-uċuħ. Ħalli l-wiċċ jinxef bl-arja jew imsħu biex jinxef. |
— |
L-użu għad-diżinfezzjoni ta’ strumenti u materjali koperti mir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mhux kopert minn din l-awtorizzazzjoni. |
— |
L-prodotti m’għandhomx jiġu użati flimkien ma’ aċidi jew ammonja. |
— |
Għall-isprej bl-attivatur (prodotti buffered) applika biss fuq uċuħ żgħar. |
5.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni ta’ riskju
— |
Ilbes protezzjoni respiratorja: mill-inqas APF 4 għall-applikazzjoni u t-tlaħliħ bi sprejer tal-kompressjoni (1-3 bars). |
— |
Kun żgur li ma jkunx hemm persuni li mhumiex l-utent preżenti fiż-żona tat-trattament waqt il-proċess ta’ diżinfezzjoni bl-isprejer tal-kompressjoni (1-3 bars). Jekk huwa meħtieġ li jkun hemm persuni li mhumiex l-utent, dawn għandhom jilbsu l-istess RPE u PPE bħall-utent. |
— |
Ir-rata ta’ ventilazzjoni għandha tkun ta’ mill-inqas 20/siegħa għal prodotti newtralizzati (għal HYPO-CHLOR® Neutral 0,52 % biss) |
— |
Evita kull esponiment bla bżonn. |
— |
Tapplikax direttament fuq jew ħdejn ikel, għalf jew xorb, jew fuq uċuħ jew għodda li jistgħu jkunu f’kuntatt dirett mal-ikel, għalf, xorb jew bhejjem. |
5.3. Partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u l-miżuri ta’ emerġenza biex jipproteġu l-ambjent
— |
JEKK FUQ IL-ĠILDA: Aħsel il-ġilda bl-ilma. Jekk iseħħu sintomi ċempel ĊENTRU GĦAL KONTRA L-VELENU jew tabib. |
— |
JEKK FL-GĦAJNEJN: Jekk iseħħu sintomi laħlaħ bl-ilma. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk preżenti u faċli tagħmel dan. Ċempel ĊENTRU GĦAL KONTRA L-VELENU jew tabib. |
— |
JEKK TIBILGĦU: Jekk iseħħu sintomi ċempel ĊENTRU GĦAL KONTRA L-VELENU jew tabib. |
— |
JEKK TIĠBDU MAN-NIFS: Jekk iseħħu sintomi ċempel ĊENTRU GĦAL KONTRA L-VELENU jew tabib. |
— |
Żomm il-kontenitur jew it-tikketta disponibbli. |
5.4. Istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu
— |
Tarmix prodott mhux użat mal-art, fil-kanali tal-ilma, fil-pajpijiet (sink, toilets…) u lanqas f’xi fossa. |
— |
Armi prodott mhux użat, l-ippakkjar u l-iskart kollu l-ieħor, skont ir-regolamenti lokali. |
5.5. Kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
— |
Iżżommx f’temperatura għola minn 30 °C. |
— |
Ipproteġi mill-ġlata. |
— |
Ipproteġi mid-dawl tax-xemx dirett. |
— |
Żmien li jdum tajjeb il-prodott: 24 xhar |
6. INFORMAZZJONI OĦRA
-
7. IT-TIELET LIVELL TA’ INFORMAZZJONI: PRODOTTI INDIVIDWALI FIL-META SPC 2
7.1. Isem/Ismijiet kummerċjali, numru tal-awtorizzazzjoni u kompożizzjoni speċifika ta’ kull prodott individwali
Isem kummerċjali |
HYPO-CHLOR 0,52 % |
qasam tas-suq: EU |
|||
Numru tal-awtorizzazzjoni |
EU-0028423-0003 1-2 |
||||
Isem komuni |
Isem IUPAC |
Funzjoni |
Numru CAS |
Numru KE |
Kontenut (%) |
Kloru attiv rilaxxat mill-ipoklorit tas-sodju |
|
Sustanza attiva |
|
|
0,5 |
Ipoklorit tas-sodju |
Ipoklorit tas-sodju |
Sustanza mhux attiva |
7681-52-9 |
231-668-3 |
4,21 |
7.2. Isem/Ismijiet kummerċjali, numru tal-awtorizzazzjoni u kompożizzjoni speċifika ta’ kull prodott individwali
Isem kummerċjali |
HYPO-CHLOR NEUTRAL 0,52 % |
qasam tas-suq: EU |
|||
Numru tal-awtorizzazzjoni |
EU-0028423-0004 1-2 |
||||
Isem komuni |
Isem IUPAC |
Funzjoni |
Numru CAS |
Numru KE |
Kontenut (%) |
Kloru attiv rilaxxat mill-ipoklorit tas-sodju |
|
Sustanza attiva |
|
|
0,47 |
Ipoklorit tas-sodju |
Ipoklorit tas-sodju |
Sustanza mhux attiva |
7681-52-9 |
231-668-3 |
3,92 |
(1) L-istruzzjonijiet għall-użu, il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji u struzzjonijiet oħra għall-użu taħt din it-taqsima huma validi għal kull użu awtorizzat fi ħdan il-meta SPC 1.
(2) L-istruzzjonijiet għall-użu, il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji u struzzjonijiet oħra għall-użu taħt din it-taqsima huma validi għal kull użu awtorizzat fi ħdan il-meta SPC 2.
31.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 93/54 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/709
tad-29 ta’ Marzu 2023
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 fir-rigward tal-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 183(b) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u jħassar r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 u (KE) Nru 614/2009 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(6)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) stabbilixxa regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u ffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd. |
(2) |
Minn kontroll regolari tad-data, li abbażi tagħha jiġu stabbiliti l-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li jenħtieġ li jiġu emendati l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti filwaqt li jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini. |
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1484/95 jiġi emendat skont dan. |
(4) |
Biex ikun żgurat li din il-miżura tapplika kemm jista’ jkun malajr wara li d-data aġġornata ssir disponibbli, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1484/95 huwa sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Marzu 2023.
Għall-Kummissjoni
f’isem il-President,
Wolfgang BURTSCHER
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 150, 20.5.2014, p. 1.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 tat-28 ta’ Ġunju 1995 li jistabbilixxi r-regolamenti dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ dazji addizzjonali tal-importazzjoni u l-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u biex iħassar ir-Regolament Nru 163/67/KEE (ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47).
ANNESS
“ANNESS I
Kodiċi tan-NM |
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Prezz rappreżentattiv (f’EUR/100 kg) |
Garanzija msemmija fl-Artikolu 3 (f’EUR/100 kg) |
Oriġini (1) |
0207 14 10 |
Qatgħat mingħajr għadam ta’ tjur tal-ispeċi Gallus domesticus, iffriżati |
230,1 |
21 |
BR |
(1) Nomenklatura stabbilita bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1470 tat-12 ta’ Ottubru 2020 dwar in-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji għall-istatistika Ewropea dwar il-kummerċ internazzjonali tal-merkanzija u dwar it-tqassim ġeografiku għal statistika oħra tan-negozju (ĠU L 334, 13.10.2020, p. 2).
31.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 93/57 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/710
tat-30 ta’ Marzu 2023
li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-livelli massimi ta’ residwi għall-bromopropilat, għall-kloridażon, għall-fenpropimorf, għall-imażakwin u għat-tralkossidim f’ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1), il-punt (a), l-Artikolu 18(1), il-punt (b), u l-Artikolu 49(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-livelli massimi ta’ residwi (MRLs) għall-kloridażon, għall-fenpropimorf u għat-tralkossidim ġew stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. L-MRLs għall-bromopropilat ġew stabbiliti fl-Anness II u fil-Parti B tal-Anness III ta’ dak ir-Regolament skont il-prodott. L-MRLs għall-imażakwin ġew stabbiliti fil-Parti A tal-Anness III ta’ dak ir-Regolament. |
(2) |
Il-bromopropilat qatt ma ġie approvat fl-Unjoni bħala sustanza attiva fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. L-MRLs għal dik is-sustanza huma stabbiliti fil-limitu tad-detezzjoni analitika (LOD). Għalhekk, jenħtieġ li jiġu mċaqalqa fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
(3) |
L-approvazzjonijiet tas-sustanzi attivi kloridażon u imażakwin skadew fil-31 ta’ Diċembru 2018, dawk tal-fenpropimorf u tat-tralkossidim skadew fit-30 ta’ April 2019 (2). |
(4) |
L-awtorizzazzjonijiet kollha eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanzi attivi kloridażon, fenpropimorf, imażakwin u tralkossidim ġew revokati. Għalhekk, huwa xieraq li jitħassru l-MRLs eżistenti stabbiliti għal dawk is-sustanzi attivi fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 f’konformità mal-Artikolu 17 ta’ dak ir-Regolament flimkien mal-Artikolu 14(1), il-punt (a) u (2) tiegħu. Xi MRLs jistgħu jinżammu, b’mod partikolari dawk li huma bbażati fuq rikjesti ta’ tolleranza għall-importazzjoni li huma sikuri għall-konsumaturi u dawk li huma bbażati fuq limiti massimi ta’ residwi tal-Codex (“CXLs”), li ma ġewx stabbiliti abbażi ta’ użi obsoleti tal-Unjoni, u li huma sikuri għall-konsumaturi. |
(5) |
L-MRL għall-fenpropimorf fil-banana jikkorrispondi għal rikjesta ta’ tolleranza għall-importazzjoni mill-Venezwela u huwa sikur għall-konsumaturi (3). L-MRLs għall-fenpropimorf fix-xgħir, fil-ħafur, fis-segala, fil-qamħ, fl-għeruq tal-pitravi taz-zokkor, fit-tessuti kollha mill-mammiferi u fil-ħalib jikkorrispondu għas-CXLs li huma sikuri għall-konsumaturi (4). Dawk l-MRLs jenħtieġ li jinżammu fil-livelli eżistenti f’konformità mal-Artikolu 3(2), il-punt (g) u l-Artikolu 14(2), il-punti (a), (c) u (e) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Għall-prodotti l-oħra kollha, jixraq li l-MRLs eżistenti stabbiliti għall-fenpropimorf fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 jitbaxxew għal-LODs f’konformità mal-Artikolu 14(1), il-punt (a), flimkien mal-Artikolu 17 ta’ dak ir-Regolament. |
(6) |
Il-Kummissjoni kkonsultat mal-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea dwar ir-residwi tal-pestiċidi rigward il-ħtieġa li jiġu adattati ċerti LODs. Dawk il-laboratorji rrakkomandaw LODs li jistgħu jinkisbu b’mod analitiku għas-sustanzi u l-prodotti kollha. |
(7) |
Is-sħab kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati dwar l-MRLs il-ġodda permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, u tqiesu l-kummenti tagħhom. |
(8) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
(9) |
Għas-sustanzi attivi kollha koperti minn dan ir-Regolament, biex ikun hemm lok għall-kummerċjalizzazzjoni, l-ipproċessar u l-konsum normali tal-prodotti, dan ir-Regolament jenħtieġ li ma japplikax għall-prodotti li ġew prodotti fl-Unjoni jew li ġew importati fl-Unjoni qabel ma jibdew japplikaw l-MRLs modifikati u li għalihom l-informazzjoni turi li jinżamm livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi. |
(10) |
Jenħtieġ li jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli ta’ żmien qabel ma jibdew japplikaw l-MRLs modifikati, sabiex l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-operaturi tan-negozji tal-ikel jingħataw biżżejjed żmien biex iħejju ruħhom ħalli jkunu konformi mar-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-modifika tal-MRLs. |
(11) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 kif kien qabel ma ġie emendat b’dan ir-Regolament għandu jibqa’ japplika għall-prodotti li ġew prodotti fl-Unjoni jew li ġew importati fl-Unjoni qabel il-21 ta’ Ottubru 2023.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-21 ta’ Ottubru 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).
(3) Reasoned opinion on the review of the existing maximum residue levels (MRLs) for fenpropimorph according to Article 12 of Regulation (KE) Nru 396/2005. EFSA Journal 2015;13(3):4050.
(4) Scientific and technical support for preparing a EU position in the 50th Session of the Codex Committee on Pesticide Residues (CCPR). EFSA Journal 2018;16(7):5306.
ANNESS
L-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:
(1) |
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|