ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 92

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 66
30 ta' Marzu 2023


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/699 tad-29 ta’ Marzu 2023 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95 fir-rigward tal-aġġustament tal-miżati tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għar-rata ta’ inflazzjoni mill-1 ta’ April 2023 ( 1 )

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/700 tad-29 ta’ Marzu 2023 li jdaħħal isem fir-reġistru ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Plăcintă dobrogeană (IĠP))

5

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/701 tal-21 ta’ Marzu 2023 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika fir-rigward tal-emendar tar-regoli ta’ proċedura tiegħu

8

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/702 tal-21 ta’ Marzu 2023 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika fir-rigward ta’ deċiżjoni li ser tiġi adottata, u rakkomandazzjonijiet u dikjarazzjonijiet konġunti u unilaterali li ser isiru

10

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/703 tat-28 ta’ Marzu 2023 li taħtar membru, propost mill-Irlanda, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

15

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/704 tat-28 ta’ Marzu 2023 li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Renju tal-Belġju, fil-Kumitat tar-Reġjuni

17

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/705 tad-29 ta’ Marzu 2023 li temenda d-Deċiżjonijiet (UE) 2017/175 u (UE) 2018/680 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika għall-akkomodazzjoni turistika bl-Ekotikketta tal-UE u għas-servizzi tat-tindif ta’ ġewwa bl-Ekotikketta tal-UE għal ċerti prodotti relatati mal-enerġija (notifikata bid-dokument C(2023)2067)  ( 1 )

19

 

 

Rettifika

 

*

Rettifka għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2515 tal-15 ta’ Diċembru 2022 dwar l-għoti ta’ aċċess illimitat mingħajr dazju fl-Unjoni għall-2023 għal ċerti oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li ġejjin mill-ipproċessar ta’ prodotti koperti bir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( ĠU L 326, 21.12.2022 )

27

 

*

Rettifika għad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/98/UE tal-15 ta’ Ottubru 2014 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE fir-rigward ta’ rekwiżiti speċifiċi għall-ġeneru u l-ispeċi tal-pjanti tal-frott imsemmija fl-Anness I tagħha, rekwiżiti speċifiċi li għandhom jiġu ssodisfati mill-fornituri u regoli dettaljati dwar l-ispezzjonijiet uffiċjali ( ĠU L 298, 16.10.2014 )

28

 

*

Rettifika tar-Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 ( ĠU L 176, 27.6.2013 )

29

 

*

Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1870 tat-22 ta’ Ottubru 2021 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti kożmetiċi u għall-prodotti għall-kura tal-annimali (notifikata bid-dokument C(2021) 7500) ( ĠU L 379, 26.10.2021 )

30

 

*

Rettifika tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ( ĠU L 136, 30.4.2004 ) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Volum 034, p. 229)

31

 

*

Rettifika tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) ( ĠU L 300, 14.11.2009 )

32

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

30.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 92/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/699

tad-29 ta’ Marzu 2023

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95 fir-rigward tal-aġġustament tal-miżati tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għar-rata ta’ inflazzjoni mill-1 ta’ April 2023

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95 tal-10 ta’ Frar 1995, dwar il-miżati li għandhom jitħallsu lill-Aġenzija Ewropea għall-Evalwazzjoni tal-Prodotti Mediċinali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12, il-ħames paragrafu tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 67(3) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), id-dħul tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini tikkonsisti minn kontribuzzjoni mingħand l-Unjoni u mill-miżati li jħallsu l-impriżi lil dik l-Aġenzija. Ir-Regolament (KE) Nru 297/95 jistabbilixxi l-kategoriji u l-livelli ta’ dawn il-miżati.

(2)

Jenħtieġ li dawn il-miżati jiġu aġġornati b’referenza għar-rata tal-inflazzjoni tal-2022. Ir-rata tal-inflazzjoni fl-Unjoni, kif ippubblikata mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea (3) kienet 10,4 % fl-2022.

(3)

Għal raġunijiet ta’ sempliċità, jenħtieġ li l-livelli aġġustati tal-miżati jitniżżlu skont l-eqreb EUR 100.

(4)

Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 297/95 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(5)

Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma japplikax għal applikazzjonijiet validi li jkunu pendenti fl-1 ta’ April 2023.

(6)

F’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 297/95, l-aġġornament irid isir b’effett mill-1 ta’ April 2023. Għalhekk jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza u li jibda japplika minn dik id-data,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 297/95 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (a) huwa emendat kif ġej:

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 313 200 ” hija sostitwita bi “EUR 345 800 ”;

fit-tieni subparagrafu, “EUR 31 500 ” hija sostitwita bi “EUR 34 800 ”;

fit-tielet subparagrafu, “EUR 7 800 ” hija sostitwita bi “EUR 8 600 ”;

(ii)

il-punt (b) huwa emendat kif ġej:

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 121 500 ” hija sostitwita bi “EUR 134 100 ”;

fit-tieni subparagrafu, “EUR 202 500 ” hija sostitwita bi “EUR 223 600 ”;

fit-tielet subparagrafu, “EUR 12 100 ” hija sostitwita bi “EUR 13 400 ”;

fir-raba’ subparagrafu, “EUR 7 800 ” hija sostitwita bi “EUR 8 600 ”;

iii)

il-punt (c) huwa emendat kif ġej:

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 94 000 ” hija sostitwita bi “EUR 103 800 ”;

fit-tieni subparagrafu, “EUR 23 700 sa EUR 70 600 ” hija sostitwita bi “EUR 26 200 sa EUR 77 900 ”;

fit-tielet subparagrafu, “EUR 7 800 ” hija sostitwita bi “EUR 8 600 ”;

(b)

il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (a), l-ewwel subparagrafu huwa emendat kif ġej:

“EUR 3 500 ” hija sostitwita bi “EUR 3 900 ”,

“EUR 7 800 ” hija sostitwita bi “EUR 8 600 ”;

(ii)

il-punt (b) huwa emendat kif ġej:

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 94 000 ” hija sostitwita bi “EUR 103 800 ”;

fit-tieni subparagrafu, “EUR 23 700 sa EUR 70 600 ” hija sostitwita bi “EUR 26 200 sa EUR 77 900 ”;

(c)

fil-paragrafu 3, “EUR 15 400” hija sostitwita bi “EUR 17 000”;

(d)

fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu, “EUR 23 700” hija sostitwita bi “EUR 26 200”;

(e)

fil-paragrafu 5, “EUR 7 800” hija sostitwita bi “EUR 8 600”;

(f)

il-paragrafu 6 huwa emendat kif ġej:

(i)

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 112 200” hija sostitwita bi “EUR 123 900”;

(ii)

fit-tieni subparagrafu, “EUR 27 900 sa EUR 84 100” hija sostitwita bi “EUR 30 800 sa EUR 92 800”;

(2)

fl-Artikolu 4, l-ewwel paragrafu “EUR 77 900” hija sostitwita bi “EUR 86 000”;

(3)

L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (a) huwa emendat kif ġej:

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 156 700 ” hija sostitwita bi “EUR 173 000 ”;

fit-tieni subparagrafu, “EUR 15 400 ” hija sostitwita bi “EUR 17 000 ”;

fit-tielet subparagrafu, “EUR 7 800 ” hija sostitwita bi “EUR 8 600 ”;

ir-raba’ subparagrafu huwa emendat kif ġej:

“EUR 77 900 ” hija sostitwita bi “EUR 86 000 ”;

“EUR 7 800 ” hija sostitwita bi “EUR 8 600 ”;

(ii)

il-punt (b) huwa emendat kif ġej:

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 77 900 ” hija sostitwita bi “EUR 86 000 ”;

fit-tieni subparagrafu, “EUR 132 400 ” hija sostitwita bi “EUR 146 200 ”;

fit-tielet subparagrafu, “EUR 15 400 ” hija sostitwita bi “EUR 17 000 ”;

fir-raba’ subparagrafu, “EUR 7 800 ” hija sostitwita bi “EUR 8 600 ”;

il-ħames subparagrafu huwa emendat kif ġej:

“EUR 39 200 ” hija sostitwita bi “EUR 43 300 ”;

“EUR 7 800 ” hija sostitwita bi “EUR 8 600 ”;

(iii)

il-punt (c) huwa emendat kif ġej:

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 39 200 ” hija sostitwita bi “EUR 43 300 ”;

fit-tieni subparagrafu, “EUR 9 700 sa EUR 29 500 ” hija sostitwita bi “EUR 10 700 sa EUR 32 600 ”;

fit-tielet subparagrafu, “EUR 7 800 ” hija sostitwita bi “EUR 8 600 ”;

(b)

il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (a), l-ewwel subparagrafu huwa emendat kif ġej:

“EUR 3 500 ” hija sostitwita bi “EUR 3 900 ”;

“EUR 7 800 ” hija sostitwita bi “EUR 8 600 ”;

(ii)

il-punt (b) huwa emendat kif ġej:

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 46 900 ” hija sostitwita bi “EUR 51 800 ”;

fit-tieni subparagrafu, “EUR 11 800 sa EUR 35 400 ” hija sostitwita bi “EUR 13 000 sa EUR 39 100 ”;

fit-tielet subparagrafu, “EUR 7 800 ” hija sostitwita bi “EUR 8 600 ”;

(c)

fil-paragrafu 3, “EUR 7 800” hija sostitwita bi “EUR 8 600”;

(d)

fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu “EUR 23 700” hija sostitwita bi “EUR 26 200”;

(e)

fil-paragrafu 5, “EUR 7 800” hija sostitwita bi “EUR 8 600”;

(f)

il-paragrafu 6 huwa emendat kif ġej:

(i)

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 37 600” hija sostitwita bi “EUR 41 500”;

(ii)

fit-tieni subparagrafu, “EUR 9 200 sa EUR 27 900” hija sostitwita bi “EUR 10 200 sa EUR 30 800”;

(4)

fl-Artikolu 6, l-ewwel paragrafu “EUR 46 900” hija sostitwita bi “EUR 51 800”;

(5)

L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a)

fl-ewwel paragrafu, “EUR 77 900” hija sostitwita bi “EUR 86 000”;

(b)

fit-tieni paragrafu, “EUR 23 700” hija sostitwita bi “EUR 26 200”;

(6)

L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

fit-tieni subparagrafu, “EUR 94 000” hija sostitwita bi “EUR 103 800”;

(ii)

fit-tielet subparagrafu, “EUR 46 900” hija sostitwita bi “EUR 51 800”;

(iii)

fir-raba’ subparagrafu “EUR 23 700 sa EUR 70 600” hija sostitwita bi “EUR 26 200 sa EUR 77 900”;

(iv)

fil-ħames subparagrafu, “EUR 11 800 sa EUR 35 400” hija sostitwita bi “EUR 13 000 sa EUR 39 100”;

(b)

il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

fit-tieni subparagrafu, “EUR 313 200” hija sostitwita bi “EUR 345 800”;

(ii)

fit-tielet subparagrafu, “EUR 156 700” hija sostitwita bi “EUR 173 000”;

(iii)

fil-ħames subparagrafu, “EUR 3 500 sa EUR 269 900” hija sostitwita bi “EUR 3 900 sa EUR 298 000”;

(iv)

fis-sitt subparagrafu, “EUR 3 500 sa EUR 135 100” hija sostitwita bi “EUR 3 900 sa EUR 149 200”;

(c)

fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu “EUR 7 800” hija sostitwita bi “EUR 8 600”;

Artikolu 2

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-applikazzjonijiet validi li jkunu pendenti fl-1 ta’ April 2023.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ April 2023.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Marzu 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 35, 15.2.1995, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1).

(3)  https://ec.europa.eu/eurostat/documents/2995521/15725179/2-18012023-AP-EN.pdf/e301db8f-984c-27e2-1245-199a89f37bca


30.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 92/5


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/700

tad-29 ta’ Marzu 2023

li jdaħħal isem fir-reġistru ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (“Plăcintă dobrogeană” (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 15(2) u 52(3)(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tar-Rumanija biex l-isem “Plăcintă dobrogeană” jiġi rreġistrat bħala Indikazzjoni Ġeografika Protetta ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Fis-27 ta’ April 2021, il-Kummissjoni rċeviet l-avviż ta’ oppożizzjoni mill-Bulgarija. Il-Kummissjoni għaddiet l-avviż ta’ oppożizzjoni lir-Rumanija fid-29 ta’ April 2021. Fit-23 ta’ Ġunju 2021, il-Bulgarija ppreżentat dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni lill-Kummissjoni.

(3)

Wara li eżaminat id-dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni u sabet li hija ammissibbli, f’konformità mal-Artikolu 51(3) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni stiednet lir-Rumanija u lill-Bulgarija, permezz ta’ ittra datata l-20 ta’ Lulju 2021, biex jipparteċipaw f’konsultazzjonijiet xierqa bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim.

(4)

Il-konsultazzjonijiet bejn ir-Rumanija u l-Bulgarija ntemmu mingħajr ma ntlaħaq ftehim. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu deċiżjoni dwar ir-reġistrazzjoni f’konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 52(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, filwaqt li tqis ir-riżultati ta’ dawn il-konsultazzjonijiet.

(5)

F’konformità mal-Artikolu 10(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Bulgarija allegat li r-reġistrazzjoni tal-“Plăcintă dobrogeană” bħala Indikazzjoni Ġeografika Protetta tkun ta’ theddida għall-eżistenza tal-prodott bl-isem “Dobrudzhanska banitsa”, li ilu jiġi ppreparat bħala prodott tradizzjonali tal-għaġina fil-Bulgarija għal sekli sħaħ u huwa parti mill-wirt gastronomiku u kulturali Bulgaru.

Fil-fatt, bil-Bulgaru “Dobrudzhanska banitsa” għandha l-istess tifsira bħal “Plăcintă dobrogeană”. Barra minn hekk, il-Bulgarija ddikjarat li dan l-isem jindika prodotti li għandhom ingredjenti, stadji ta’ preparazzjoni u karatteristiċi tal-prodott finali simili, u għalhekk l-elementi essenzjali kemm tad-“Dobrudzhanska banitsa” kif ukoll tal-“Plăcintă dobrogeană” jistgħu jitqiesu bħala identiċi. Dawn is-similaritajiet huma dovuti għal raġunijiet storiċi, billi Dobrudzha, bħala reġjun storiku u ġeografiku, huwa maqsum bejn iż-żewġ pajjiżi, eż. Dobrudzha ta’ Fuq jinsab fir-Rumanija, u Dobrudzha ta’ Isfel jinsab fil-Bulgarija. Għalhekk, iż-żewġ reġjuni, minkejja li jinsabu f’żewġ pajjiżi differenti, jaqsmu tradizzjonijiet u drawwiet kulinarji simili.

Minħabba dan, il-Bulgarija poġġiet f’dubju r-rabta bejn il-prodott u ż-żona ġeografika.

(6)

Finalment, il-Bulgarija ġibdet l-attenzjoni għal effett negattiv fuq l-interessi ekonomiċi tal-produtturi tad-“Dobrudzhanska banitsa” fil-Bulgarija li jkollha r-reġistrazzjoni tal-“Plăcintă dobrogeană” bħala Indikazzjoni Ġeografika Protetta, u ddikjarat li din tista’ tqarraq bil-konsumaturi fir-rigward tal-oriġini tal-prodott.

(7)

Il-Kummissjoni vvalutat l-argumenti esposti fid-dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni mill-Bulgarija fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, filwaqt li qieset ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet xierqa li saru bejn l-applikant u l-avversarju.

(8)

Il-prodott bl-isem ta’ “Plăcintă dobrogeană” fir-Rumanija għandu similaritajiet mal-prodott li huwa f’użu legali fil-Bulgarija u li jġib l-isem ta’ “Dobrudzhanska banitsa”. Madankollu, minkejja t-tradizzjonijiet u d-drawwiet kulinarji komuni marbuta mar-reġjun ġeografiku u storiku ta’ Dobrogea/Dobrudzha, dawn it-tradizzjonijiet u d-drawwiet evolvew b’mod distint fir-Rumanija u fil-Bulgarija, u dan wassal għal differenzi fil-preparazzjoni, ir-reputazzjoni u l-użu tal-ismijiet li jiddenominaw il-prodotti.

L-ewwel nett, il-prodott bl-isem “Plăcintă dobrogeană” għandu karatteristiċi speċifiċi li jagħmluh distintiv, meta mqabbel mal-prodott bl-isem ta’ “Dobrudzhanska banitsa”. Fir-Rumanija, huma permessi bħala mili l-ġobon, il-jogurt u l-bajd biss, filwaqt li għall-produzzjoni tad-“Dobrudzhanska banitsa” fil-Bulgarija jistgħu jintużaw ukoll il-laħam u/jew il-ħxejjex, kif ukoll il-ħalib frisk. Differenzi oħra jikkonċernaw l-użu tal-baqta — li huwa obbligatorju fir-Rumanija, iżda fakultattiv fil-Bulgarija. Distinzjoni oħra tikkonċerna l-folji tal-għaġina, li fir-Rumanija jinqarsu u jiġu rrumblati, filwaqt li fil-Bulgarija jintwew bħal akkordjan.

Ir-Rumanija wriet ukoll reputazzjoni stabbilita tal-isem “Plăcintă dobrogeană”, li jirreferi għall-prodott magħmul fiż-żona ġeografika, iddefinita fid-Dokument Uniku bħala l-Kontej ta’ Tulcea u Constanța, magħrufa wkoll bħala “Dobrogea”. Fil-Bulgarija, la ġiet iddikjarata u lanqas ma ġiet murija b’mod suffiċjenti reputazzjoni parallela tal-isem “Dobrudzhanska banitsa”.

Fl-aħħar nett, b’kuntrast mal-“Plăcintă dobrogeană”, il-prodott bl-isem ta’ “Dobrudzhanska banitsa” huwa primarjament maħsub għall-produzzjoni lokali u domestika.

(9)

L-isem “Plăcintă dobrogeană” huwa assoċjat b’mod indiskutibbli mal-prodott tal-għaġina magħmul mill-folji tal-għaġina mimlija b’ġobon artab immellaħ (telemea) imħallat mal-baqta u l-bajd prodott fiż-żona ġeografika. Il-prodott għalhekk għandu kwalitajiet u reputazzjoni li huma attribwiti għall-oriġini ġeografika tiegħu. Fid-dawl ta’ dan, ir-rabta bejn il-prodott bl-isem ta’ “Plăcintă dobrogeană” u ż-żona ġeografika ma tistax tiġi kkontestata.

(10)

It-terminu “Dobrudzhanska banitsa” huwa t-traduzzjoni bil-Bulgaru tal-isem “Plăcintă dobrogeană”. Peress li l-ismijiet huma identiċi fit-traduzzjoni, il-protezzjoni tal-isem irreġistrat “Plăcintă dobrogeană”, kif previst mill-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, ikollha r-riżultat li tipprevjeni lill-produtturi Bulgari milli jużaw it-terminu “Dobrudzhanska banitsa” biex jikkummerċjalizzaw il-prodotti komparabbli tagħhom.

(11)

L-użu tat-terminu “Dobrudzhanska banitsa” ma kellux l-għan li jisfrutta r-reputazzjoni tal-isem “Plăcintă dobrogeană”. Il-konsumaturi ma ġewx, u lanqas ma setgħu jiġu mqarrqa fir-rigward tal-oriġini vera tal-prodotti. Fil-fatt, is-sitwazzjoni fiż-żewġ swieq kienet differenti għaż-żewġ prodotti. “Plăcintă dobrogeană” jirreferi għal prodott bis-suq distint tiegħu, fejn igawdi reputazzjoni għall-kwalitajiet u l-karatteristiċi proprji tiegħu marbuta mal-oriġini ġeografika. “Dobrudzhanska banitsa” tirreferi għal prodott li jiġi kkunsmat prinċipalment bħala produzzjoni lokali jew anke domestika.

(12)

Il-prodott “Dobrudzhanska banitsa” normalment jiġi ppreparat u kkunsmat direttament fl-istess jum. Dan il-prodott ma ġiex ikkummerċjalizzat f’pajjiż ieħor, peress li ma jiġix offrut iffriżat u, għalhekk, il-konsumaturi ma ġewx, u ma setgħux jiġu mqarrqa fir-rigward tal-oriġini vera tal-prodott. B’mod partikolari, id-“Dobrudzhanska banitsa” ma huwiex, u qatt ma kien orjentat lejn l-esportazzjoni.

(13)

Għal dawn ir-raġunijiet, u billi ntwera li l-isem “Dobrudzhanska banitsa” ilu jintuża b’mod konsistenti, legali u ġust, għal mill-inqas 25 sena qabel ma tressqet l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-“Plăcintă dobrogeană” lill-Kummissjoni, fl-interess tal-ekwità u tal-użu tradizzjonali, u fid-dawl tal-ftehim li ntlaħaq bejn l-applikant u l-avversarju f'dan ir-rigward, jenħtieġ li jingħata l-perjodu tranżizzjonali ta’ 10 snin.

(14)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, jenħtieġ li l-isem “Plăcintă dobrogeană” jiddaħħal fir-Reġistru ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti.

(15)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Politika dwar il-Kwalità tal-Prodotti Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-isem “Plăcintă dobrogeană” (IĠP) huwa rreġistrat.

L-isem fl-ewwel paragrafu jidentifika prodott mill-Klassi 2.3. Ħobż, għaġina, kejkijiet, ħelu, gallettini u prodotti oħra tal-furnara, kif stipulat fl-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

It-terminu “Dobrudzhanska banitsa” (“Добруджанска баница”) jista’ jintuża biex jindika prodott tal-għaġina li ma jikkonformax mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-IĠP “Plăcintă dobrogeană” għal perjodu ta’ 10 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament fit-territorju tal-Unjoni, dment li l-prinċipji u r-regoli applikabbli fl-ordni ġuridiku tiegħu jiġu rrispettati.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Marzu 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU C 38, 3.2.2021, p. 4.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


DEĊIŻJONIJIET

30.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 92/8


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/701

tal-21 ta’ Marzu 2023

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika fir-rigward tal-emendar tar-regoli ta’ proċedura tiegħu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 50(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“il-Ftehim dwar il-Ħruġ”) ġie konkluż permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/135 (1) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2020. Il-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq (“il-Protokoll”) jifforma parti integrali mill-Ftehim dwar il-Ħruġ, skont l-Artikolu 182 tiegħu.

(2)

Il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv Konġunt (“il-grupp ta’ ħidma”) ġie stabbilit permezz tal-Artikolu 15(1) tal-Protokoll biex iservi bħala forum għall-iskambju ta’ informazzjoni u għall-konsultazzjoni reċiproka dwar l-implimentazzjoni tal-Protokoll.

(3)

Skont l-Artikolu 15(2) tal-Protokoll, il-grupp ta’ ħidma huwa magħmul minn rappreżentanti tal-Unjoni u tar-Renju Unit u għandu jwettaq il-funzjonijiet tiegħu taħt is-superviżjoni tal-Kumitat Speċjalizzat dwar kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-Protokoll, stabbilit permezz tal-Artikolu 165(1), il-punt (c), tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, u lilu jirrapporta.

(4)

Skont l-Artikolu 15(6) tal-Protokoll, il-grupp ta’ ħidma għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu stess b’kunsens reċiproku. Il-grupp ta’ ħidma adotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu stess fl-ewwel laqgħa tiegħu fid-29 ta’ Jannar 2021 (“ir-Regoli ta’ Proċedura”).

(5)

Huwa meħtieġ li jiġu emendati r-Regoli ta’ Proċedura biex il-grupp ta’ ħidma jkun jista’ jiġi appoġġat minn sottogruppi strutturati sabiex jittejjeb il-mod li bih il-grupp ta’ ħidma jwettaq il-kompiti tiegħu kif definit fl-Artikolu 15 tal-Protokoll.

(6)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-grupp ta’ ħidma fir-rigward tal-emendar tar-Regoli ta’ Proċedura.

(7)

Sabiex il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni jkunu jistgħu jiġu applikati fil-pront, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv Konġunt stabbilit permezz tal-Artikolu 15(1) tal-Protokoll (“il-grupp ta’ ħidma”) dwar deċiżjoni li temenda r-regoli ta’ proċedura tal-grupp ta’ ħidma, hija stabbilita fl-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-grupp ta’ ħidma mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha..

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Marzu 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ROSWALL


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/135 tat-30 ta’ Jannar 2020 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU L 29, 31.1.2020, p. 1).


30.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 92/10


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/702

tal-21 ta’ Marzu 2023

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika fir-rigward ta’ deċiżjoni li ser tiġi adottata, u rakkomandazzjonijiet u dikjarazzjonijiet konġunti u unilaterali li ser isiru

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 50(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“il-Ftehim dwar il-Ħruġ”) ġie konkluż mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/135 (1) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2020.

(2)

L-Artikolu 164(5)(d) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ jagħti s-setgħa lill-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 164(1) tiegħu (‘il-Kumitat Konġunt’) jadotta deċiżjonijiet li jemendaw dak il-Ftehim, dment li tali emendi jkunu meħtieġa biex jikkoreġu żbalji, biex jindirizzaw ommissjonijiet jew nuqqasijiet oħra, jew biex jindirizzaw sitwazzjonijiet mhux previsti meta ġie ffirmat il-Ftehim, ħlief fir-rigward tal-Ewwel, ir-Raba’ u s-Sitt Parti tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, u dment li tali deċiżjonijiet ma jemendawx l-elementi essenzjali ta’ dak il-Ftehim.

(3)

L-Artikolu 166(1) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ jagħti s-setgħa lill-Kumitat Konġunt jadotta deċiżjonijiet fir-rigward tal-kwistjonijiet kollha previsti minn dak il-Ftehim u jagħtih ukoll is-setgħa jagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa lill-Unjoni u lir-Renju Unit. Skont l-Artikolu 166(2) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, id-deċiżjonijiet adottati mill-Kumitat Konġunt huma vinkolanti għall-Unjoni u għar-Renju Unit, u l-Unjoni u r-Renju Unit iridu jimplimentaw dawk id-deċiżjonijiet, li għandhom l-istess effett legali bħal-Ftehim dwar il-Ħruġ. L-Artikolu 166(3) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ jipprevedi li r-rakkomandazzjonijiet isiru b’kunsens reċiproku.

(4)

F’konformità mal-Artikolu 182 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, il-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq (“il-Protokoll”) jifforma parti integrali minn dak il-Ftehim.

(5)

Huwa xieraq li l-Unjoni u r-Renju Unit jagħmlu Dikjarazzjoni Konġunta fil-Kumitat Konġunt, li fiha jiddikjaraw li, kull meta rilevanti fin-negozjati tagħhom skont il-Ftehim dwar il-Ħruġ, b’mod konsistenti mar-rekwiżiti taċ-ċertezza legali, huma ser jirreferu għall-Protokoll kif emendat bħala l-“Qafas ta’ Windsor”, u li huma jistgħu jirreferu bl-istess mod għall-Protokoll kif emendat fil-leġiżlazzjoni domestika tagħhom.

(6)

B’kunsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-Irlanda ta’ Fuq, huwa meħtieġ li jiġi previst li l-Unjoni u r-Renju Unit jenħtieġ li jagħmlu l-aħjar sforzi tagħhom biex jiżguraw li l-faċilitazzjonijiet għall-kummerċ bejn l-Irlanda ta’ Fuq u partijiet oħra tar-Renju Unit jinkludu arranġamenti speċifiċi għall-moviment tal-merkanzija fis-suq intern tar-Renju Unit, konsistenti mal-pożizzjoni tal-Irlanda ta’ Fuq bħala parti mit-territorju doganali tar-Renju Unit f’konformità ma’ dak il-Protokoll, meta l-merkanzija tkun destinata għall-konsum finali jew għall-użu finali fl-Irlanda ta’ Fuq u fejn ikunu fis-seħħ is-salvagwardji meħtieġa biex tiġi protetta l-integrità tas-suq intern u tal-unjoni doganali tal-Unjoni. Konsegwentement, il-Protokoll jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(7)

Jenħtieġ li l-Unjoni tieħu nota tad-Dikjarazzjoni Unilaterali mir-Renju Unit fil-Kumitat Konġunt li tistabbilixxi l-prattika li biħsiebu jistabbilixxi fir-rigward tal-moviment tal-merkanzija mill-Irlanda ta’ Fuq lejn partijiet oħra tar-Renju Unit.

(8)

Jenħtieġ li l-Unjoni tieħu nota tad-Dikjarazzjoni Unilaterali mir-Renju Unit fil-Kumitat Konġunt li tistabbilixxi l-prattika li biħsiebu jistabbilixxi fir-rigward tas-sorveljanza tas-suq u tal-attivitajiet tal-infurzar.

(9)

Huwa meħtieġ li tiġi żgurata kooperazzjoni msaħħa bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni, u bejn ir-Renju Unit u l-awtoritajiet tal-Istati Membri fejn xieraq, biex jiġu sostnuti l-arranġamenti speċifiċi previsti b’attività effettiva ta’ sorveljanza tas-suq u ta’ infurzar. Il-Kumitat Konġunt jenħtieġ għalhekk jagħmel rakkomandazzjoni li tipprevedi din il-kooperazzjoni msaħħa u li tistabbilixxi li l-kooperazzjoni tista’ tinkludi l-kondiviżjoni tal-għarfien, l-iskambju tal-informazzjoni, il-ħidma mal-operaturi u attività konġunta.

(10)

B’kont meħud taċ-ċirkostanzi speċifiċi fl-Irlanda ta’ Fuq, inkluż il-post integrali tagħha fis-suq intern tar-Renju Unit, jenħtieġ li jsiru ċerti emendi fl-Anness 3 tal-Protokoll. L-applikazzjoni ta’ dawk l-emendi jenħtieġ li ma twassalx għal riskji ta’ frodi fiskali jew għal kwalunkwe distorsjoni potenzjali tal-kompetizzjoni. Jenħtieġ li l-implimentazzjoni ta’ dawk l-emendi fl-Irlanda ta’ Fuq, u b’mod partikolari l-implimentazzjoni tal-iskema speċjali għall-bejgħ mill-bogħod ta’ merkanzija importata minn territorji terzi jew minn pajjiżi terzi, la toħloq riskji għas-suq intern tal-Unjoni, u għas-suq intern tar-Renju Unit, u lanqas toħloq piżijiet żejda għan-negozji li joperaw fl-Irlanda ta’ Fuq. Sabiex jiġi ċċarat il-kamp ta’ applikazzjoni għar-Renju Unit u fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq, ta’ ċerti atti diġà elenkati fl-Anness 3 tal-Protokoll, jenħtieġ li jiżdiedu żewġ noti f’dak l-Anness. Bil-ħsieb li jiġu indirizzati nuqqasijiet potenzjali jew ċirkostanzi mhux previsti oħra, u sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe nota oħra li tispeċifika l-mod li bih l-atti tal-Unjoni elenkati fl-Anness 3 japplikaw għar-Renju Unit u fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq, jenħtieġ li tiġi prevista l-possibbiltà li fi kwalunkwe ħin tkun tista’ tiżdied tali nota f’dak l-Anness.

(11)

Jenħtieġ li l-Unjoni u r-Renju Unit jagħmlu Dikjarazzjoni Konġunta fil-Kumitat Konġunt dwar ir-reġim tal-VAT għall-merkanzija li ma tkunx f’riskju għas-suq intern tal-Unjoni u dwar l-arranġamenti tal-VAT għar-rifużjonijiet transfruntiera. Permezz ta’ dik id-dikjarazzjoni, l-Unjoni u r-Renju Unit jimpenjaw ruħhom li jeżaminaw il-possibbiltà li jżidu noti li jiċċaraw il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ ċerti atti elenkati fl-Anness 3 tal-Protokoll. L-ewwel nota tikkonċerna l-applikazzjoni tar-rati stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (2) u jkun fiha lista ta’ merkanzija li min-natura tagħha u mill-kondizzjonijiet li taħthom tiġi fornuta tkun soġġetta għall-konsum finali fl-Irlanda ta’ Fuq u fejn l-applikazzjoni ta’ rati differenti ma twassalx għal impatt negattiv fuq is-suq intern tal-Unjoni fil-forma ta’ riskji ta’ frodi fiskali jew ta’ distorsjoni potenzjali tal-kompetizzjoni. Jenħtieġ li l-Unjoni u r-Renju Unit jindikaw ukoll ir-rieda tagħhom li jevalwaw u jirrevedu tali lista fuq bażi regolari. It-tieni nota tikkonċerna l-arranġamenti attwali tal-VAT għar-rifużjonijiet transfruntiera skont il-liġi applikabbli tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 8 tal-Protokoll.

(12)

Sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-Artikolu 8 tal-Protokoll, jenħtieġ li l-Unjoni u r-Renju Unit jiskambjaw informazzjoni u jiddiskutu b’mod strutturat kwalunkwe kwistjoni li tirriżulta mill-implimentazzjoni u mill-applikazzjoni tal-Artikolu 8 ta’ dak il-Protokoll, inklużi bidliet importanti previsti fil-qafas leġiżlattiv applikabbli fl-Unjoni u fir-Renju Unit fl-oqsma tal-VAT u tas-sisa li jikkonċernaw il-merkanzija. Għalhekk huwa xieraq li Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt tipprevedi laqgħat speċjali tal-Kumitat Speċjalizzat dwar kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq (“il-Kumitat Speċjalizzat”) bħala mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni msaħħa li jippermetti lill-Unjoni u lir-Renju Unit jidentifikaw u jiddiskutu kwalunkwe kwistjoni relatata mal-funzjonament tal-Protokoll fl-oqsma tal-VAT u tas-sisa u jipproponu azzjoni xierqa, kif meħtieġ.

(13)

Sabiex jiġi ċċarat aktar il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 10(1) tal-Protokoll, huwa xieraq li l-Unjoni u r-Renju Unit jistabbilixxu fehim komuni tal-kondizzjonijiet tal-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-awtoritajiet tar-Renju Unit biex din tkun fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 10(1), b’mod partikolari fir-rigward tar-rabta ġenwina u diretta mal-Irlanda ta’ Fuq. Għalhekk huwa xieraq li l-Unjoni u r-Renju Unit jagħmlu Dikjarazzjoni Konġunta fil-Kumitat Konġunt fir-rigward ta’ dan.

(14)

Sabiex tiġi indirizzata sitwazzjoni fejn att speċifiku tal-Unjoni li jemenda jew jissostitwixxi att imsemmi fil-Protokoll ibiddel b’mod sinifikanti l-kontenut jew il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak l-att kif applikabbli qabel ma jkun ġie emendat jew issostitwit u meta l-applikazzjoni fl-Irlanda ta’ Fuq tal-att tal-Unjoni kif b’hekk emendat jew issostitwit ikollu impatt sinifikanti fuq il-ħajja ta’ kuljum tal-komunitajiet fl-Irlanda ta’ Fuq b’mod li jista’ jippersisti, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ brejk ta’ emerġenza li jippermetti 30 Membru tal-Assemblea Leġiżlattiva (MLAs) fl-Irlanda ta’ Fuq minn tal-inqas żewġ partiti (u bl-esklużjoni tal-Ispeaker u l-Viċi Speakers), skont kull kondizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 tal-abbozz ta’ Dikjarazzjoni Unilaterali mir-Renju Unit dwar l-involviment tal-istituzzjonijiet tal-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira jew il-Ftehim ta’ Belfast tal-10 ta’ April 1998 bejn il-Gvern tar-Renju Unit, il-Gvern tal-Irlanda u l-parteċipanti l-oħra fin-negozjati bejn bosta partijiet (“il-Ftehim tal-1998”) anness mad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt prevista li temenda l-Protokoll, biex tindirizza s-sitwazzjoni msemmija hawn fuq. Dawk il-kondizzjonijiet jipprevedu, fost l-oħrajn, li n-notifika tista’ ssir fl-aktar ċirkostanzi eċċezzjonali u bħala l-aħħar alternattiva, u li l-MLAs ikunu qabel talbu diskussjoni sostantiva mal-Gvern tar-Renju Unit u fi ħdan l-Eżekuttiv tal-Irlanda ta’ Fuq biex jeżaminaw il-possibbiltajiet kollha fir-rigward tal-att tal-Unjoni. Meta r-Renju Unit ikun għamel notifika lill-Unjoni għal dak l-għan, l-att tal-Unjoni kif emendat jew issostitwit mill-att speċifiku tal-Unjoni ma jkunx japplika għar-Renju Unit u fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq skont l-Artikolu 13(3) tal-Protokoll. Minflok, l-att tal-Unjoni kif emendat jew issostitwit mill-att speċifiku tal-Unjoni jkollu jiżdied mal-Anness rilevanti tal-Protokoll f’konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 13(4) tiegħu. Għaldaqstant jenħtieġ li l-Protokoll jiġi emendat skont dan.

(15)

Meta r-Renju Unit ikun għamel in-notifika msemmija fl-Artikolu 13(3a), l-ewwel subparagrafu, tal-Protokoll kif previst mill-ġdid lill-Unjoni, iżda bord ta’ arbitraġġ ikun iddeċieda li r-Renju Unit ikun naqas milli jikkonforma mal-kondizzjonijiet għal tali notifika kif stabbilit fit-tielet subparagrafu ta’ dak il-paragrafu, jenħtieġ li tinkiseb konformità rapida ma’ tali deċiżjoni tal-bord ta’ arbitraġġ. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kumitat Konġunt jagħmel rakkomandazzjoni li tipprevedi tali konformità rapida. Dak jenħtieġ li jkun ibbażat fuq il-fehim konġunt li bl-istess mod jenħtieġ li tinkiseb konformità rapida meta r-Renju Unit ikun naqas milli jikkonforma mal-obbligi ta’ bona fide tiegħu skont l-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ billi jagħmel tali notifika mingħajr ma jkunu ġew issodisfati l-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 1 tad-Dikjarazzjoni Unilaterali mir-Renju Unit dwar l-involviment tal-istituzzjonijiet tal-Ftehim tal-1998, kif annessa mad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru .../2023.

(16)

Jenħtieġ li l-Unjoni u r-Renju Unit jirrikonoxxu li n-notifika tar-Renju Unit skont l-Artikolu 13(3a) previst mill-ġdid tal-Protokoll trid issir skont kull waħda mill-kondizzjonijiet tal-paragrafu 1 tad-dikjarazzjoni unilaterali mir-Renju Unit dwar l-involviment tal-istituzzjonijiet tal-Ftehim tal-1998 sabiex din issir in bona fide, f’konformità mal-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ. Huwa xieraq ukoll li jiġi ċċarat permezz ta’ Dikjarazzjoni Konġunta li meta bord ta’ arbitraġġ ikun iddeċieda li r-Renju Unit ikun naqas milli jikkonforma mal-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ fir-rigward ta’ notifika lill-Unjoni li tiskatta l-mekkaniżmu, jenħtieġ li tinkiseb konformità rapida mad-deċiżjoni tal-bord ta’ arbitraġġ.

(17)

Jenħtieġ li l-Unjoni u r-Renju Unit jagħmlu użu sħiħ mill-korpi konġunti stabbiliti mill-Ftehim dwar il-Ħruġ biex jissorveljaw l-implimentazzjoni tiegħu. Il-Kumitat Speċjalizzat jista’ jippermetti skambji ta’ fehmiet dwar kwalunkwe leġiżlazzjoni futura tar-Renju Unit dwar merkanzija ta’ rilevanza għall-operat tal-Protokoll. Għal dak l-għan, il-Kumitat Speċjalizzat jista’ jiltaqa’ f’kompożizzjoni speċifika, jiġifieri l-Korp Speċjali dwar il-Merkanzija, biex jivvaluta l-impatt potenzjali ta’ dik il-leġiżlazzjoni futura fl-Irlanda ta’ Fuq, jantiċipa kwalunkwe diffikultà prattika inkwistjoni u jiddiskutiha. L-Unjoni u r-Renju Unit isolvu kwalunkwe kwistjoni fl-operat tal-Protokoll bl-aħjar mod u bl-akbar ħeffa possibbli. Għalhekk huwa xieraq li l-Unjoni u r-Renju Unit jadottaw Dikjarazzjoni Konġunta fil-Kumitat Konġunt fir-rigward ta’ dan.

(18)

Jenħtieġ li l-Unjoni tieħu nota tad-Dikjarazzjoni Unilaterali mir-Renju Unit fil-Kumitat Konġunt dwar il-mekkaniżmu ta’ kunsens demokratiku fl-Artikolu 18 tal-Protokoll, filwaqt li tfakkar fil-kompiti tal-Kumitat Konġunt skont l-Artikolu 164 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ.

(19)

Intwera li huwa meħtieġ li jitwessa’ l-ambitu tan-negozjanti eliġibbli għaċ-ċaqliq ta’ merkanzija mhux f’riskju minn partijiet oħra tar-Renju Unit lejn l-Irlanda ta’ Fuq imsemmija fid-Deċiżjoni Nru 4/2020 tal-Kumitat Konġunt (3). B’mod partikolari, jenħtieġ li jiġu stabbiliti kondizzjonijiet ġodda biex jitqies li l-merkanzija ma tkunx soġġetta għall-ipproċessar kummerċjali inkluż billi jiżdied il-limitu tal-fatturat annwali għall-operaturi biex jitqies li l-ipproċessar tal-merkanzija minn dawn l-operaturi ma jikkwalifikax bħala pproċessar kummerċjali, irrispettivament mis-settur ta’ attività tagħhom. Barra minn hekk, l-operaturi stabbiliti f’partijiet oħra tar-Renju Unit jenħtieġ li jitħallew jaderixxu mal-iskema ta’ negozjanti fdati li tirfed l-arranġamenti għaċ-ċaqliq ta’ merkanzija mhux f’riskju. Il-kondizzjonijiet speċifiċi għall-awtorizzazzjoni ta’ kummerċjanti fdati jenħtieġ li jiġu stabbiliti f’aktar dettall, biex b’hekk jiġi żgurat li l-faċilitazzjonijiet doganali mogħtija lin-negozjanti fdati u lit-trasportaturi awtorizzati meta jċaqilqu merkanzija mhux f’riskju minn partijiet oħra tar-Renju Unit lejn l-Irlanda ta’ Fuq, li ser jiġu stabbiliti f’emendi mmirati fl-atti rilevanti tal-Unjoni, ikunu akkumpanjati minn salvagwardji aktar b’saħħithom.

(20)

Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli li jispeċifikaw il-kondizzjonijiet li taħthom il-merkanzija mibgħuta f’pakketti minn partijiet oħra tar-Renju Unit lejn l-Irlanda ta’ Fuq tista’ titqies bħala mhux f’riskju meta dawk il-pakketti jiġu kkonsenjati lil individwi privati residenti fl-Irlanda ta’ Fuq u jiddaħħlu fl-Irlanda ta’ Fuq minn trasportaturi awtorizzati.

(21)

Jenħtieġ li l-Unjoni tieħu nota tad-Dikjarazzjoni Unilaterali mir-Renju Unit fil-Kumitat Konġunt li tistabbilixxi l-prattika li biħsiebu jistabbilixxi biex isaħħaħ l-azzjoni ta’ infurzar marbuta ma’ moviment ta’ merkanzija f’pakketti minn partijiet oħra tar-Renju Unit lejn l-Irlanda ta’ Fuq.

(22)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt fir-rigward ta’ deċiżjoni li ser tiġi adottata, u rakkomandazzjonijiet u dikjarazzjonijiet konġunti u unilaterali li ser isiru,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 164 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ (“il-Kumitat Konġunt”)rigward id-Deċiżjoni li ser tiġi adottata u ma’ ċerti Rakkomandazzjonijiet li ser isiru mill-Kumitat Konġunt hija stabbilita fl-abbozz tad-Deċiżjoni u fl-abbozz tar-Rakkomandazzjonijiet mehmuża fl-Anness 1 għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt fir-rigward ta’ ċerti Dikjarazzjonijiet Konġunti li ser isiru mill-Unjoni u mir-Renju Unit fil-Kumitat Konġunt hija stabbilita fl-abbozz tad-Dikjarazzjonijiet Konġunti mehmuża fl-Anness 2 għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt fir-rigward ta’ ċerti Dikjarazzjonijiet Unilaterali li ser isiru mir-Renju Unit fil-Kumitat Konġunt li huma mehmuża f’forma ta’ abbozz fl-Anness 3 għal din id-Deċiżjoni għandha tkun li tieħu nota ta’ dawn id-Dikjarazzjonijiet. B’rabta mad-Dikjarazzjoni Unilaterali mir-Renju Unit fil-Kumitat Konġunt dwar il-mekkaniżmu ta’ kunsens demokratiku fl-Artikolu 18 tal-Protokoll, l-Unjoni għandha wkoll tfakkar dwar il-kompiti tal-Kumitat Konġunt skont l-Artikolu 164 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Marzu 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ROSWALL


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/135 tat-30 ta’ Jannar 2020 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU L 29, 31.1.2020, p. 1).

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni Nru 4/2020 tal-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim dwar il-Ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar id-determinazzjoni tal-merkanzija mhux f’riskju [2020/2248] (ĠU L 443, 30.12.2020, p. 6).


30.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 92/15


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/703

tat-28 ta’ Marzu 2023

li taħtar membru, propost mill-Irlanda, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/853 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern tal-Irlanda,

Wara li kkonsulta lill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 300(2) tat-Trattat, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għandu jikkonsisti minn rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem, tal-impjegati, u ta’ partijiet oħra li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili, b’mod partikolari fl-oqsma soċjoekonomiċi, ċiviċi, professjonali u kulturali.

(2)

Fit-2 ta’ Ottubru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/1392 (2), li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perjodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025.

(3)

Konsegwentement għar-riżenja tas-Sa Mary DOYLE, sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

(4)

Il-Gvern tal-Irlanda ppropona lis-Sur Neil WALKER, Head of Infrastructure, Energy and Environment, Irish Business and Employers Confederation (IBEC), bħala membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fl-20 ta’ Settembru 2025,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Neil WALKER, Head of Infrastructure, Energy and Environment, Irish Business and Employers Confederation (IBEC), huwa b’dan maħtur membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta’ Settembru 2025.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Marzu 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

E. BUSCH


(1)   ĠU L 139, 27.5.2019, p. 15.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1392 tat-2 ta’ Ottubru 2020 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perjodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025, u li tħassar u tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perjodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025 adottata fit-18 ta’ Settembru 2020 (ĠU L 322, 5.10.2020, p. 1).


30.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 92/17


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/704

tat-28 ta’ Marzu 2023

li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Renju tal-Belġju, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Wara li kkunsidra l-proposti tal-Gvern Belġjan,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

Fl-20 ta’ Jannar 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/102 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025. Fis-26 ta’ Marzu 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/511 (3), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025.

(3)

Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Pierre-Yves JEHOLET, sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(4)

Konsegwentement għall-ħatra tas-Sa Annabel TAVERNIER bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni, sar vakanti s-siġġu ta’ membru supplenti.

(5)

Il-Gvern Belġjan ippropona lis-Sa Annabel TAVERNIER, rappreżentanta ta’ korp reġjonali li għandu mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali, Vlaams Parlementslid (Membru tal-Parlament Fjamming) bħala membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandati attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025.

(6)

Il-Gvern Belġjan ippropona lis-Sur Jeroen TIEBOUT, rappreżentant ta’ korp reġjonali li għandu mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali, Vlaams Parlementslid (Membru tal-Parlament Fjamming), bħala membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandati attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali li għandhom mandat elettorali huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025:

(a)

bħala membru:

Is-Sa Annabel TAVERNIER, Vlaams Parlementslid (Membru tal-Parlament Fjamming),

kif ukoll

(b)

bħala membru supplenti:

Is-Sur Jeroen TIEBOUT, Vlaams Parlementslid (Membru tal-Parlament Fjamming).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Marzu 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

E. BUSCH


(1)   ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/102 tal-20 ta’ Jannar 2020 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 20, 24.1.2020, p. 2).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/511 tas-26 ta’ Marzu 2020 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 113, 8.4.2020, p. 18).


30.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 92/19


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/705

tad-29 ta’ Marzu 2023

li temenda d-Deċiżjonijiet (UE) 2017/175 u (UE) 2018/680 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika għall-akkomodazzjoni turistika bl-Ekotikketta tal-UE u għas-servizzi tat-tindif ta’ ġewwa bl-Ekotikketta tal-UE għal ċerti prodotti relatati mal-enerġija

(notifikata bid-dokument C(2023)2067)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 jipprevedi li l-Ekotikketta tal-UE tista’ tiġi mgħotija lill-prodotti b’impatt ambjentali mnaqqas tul iċ-ċiklu kollu ta’ ħajjithom. Se jiġu stabbiliti kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE għal kull grupp ta’ prodotti.

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/175 (2) il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifiki relatati ġew stabbiliti għall-grupp ta’ prodotti “akkomodazzjoni turistika”.

(3)

Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/680 (3), il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifiki relatati ġew stabbiliti għall-grupp ta’ prodotti “servizzi tat-tindif ta’ ġewwa”.

(4)

Iż-żewġ Deċiżjonijiet (UE) 2017/175 u (UE) 2018/680 jinkludu rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika għal prodotti speċifiċi relatati mal-enerġija, b’referenza għal-leġiżlazzjoni li jeħtieġ li tiġi aġġornata.

(5)

Il-Kummissjoni introduċiet tikketti tal-effiċjenza enerġetika riklassifikati minnA sa G għal ċerti prodotti relatati mal-enerġija (“prodotti riklassifikati”) skont il-pjan ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Dawk il-prodotti riklassifikati jissemmew fil-kriterji 8, 31 (a), 31 (c), 31 (d), 31 (e) u 31 (h) tad-Deċiżjoni (UE) 2017/175, u fil-kriterju O10 (a) tad-Deċiżjoni (UE) 2018/680 u huma, rispettivament, sorsi tad-dawl, apparat refriġeranti, magni domestiċi tal-ħasil tal-platti, magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u unitajiet tal-wiri elettroniċi. Għalhekk, minħabba ir-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni (UE) 2019/2015 (5), (UE) 2019/2016 (6), (UE) 2019/2017 (7), (UE) 2019/2014 (8) u (UE) 2019/2013 (9) li ħassru r-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2012 (10), (UE) Nru 1060/2010 (11), (UE) Nru 1059/2010 (12), (UE) Nru 1061/2010 (13) u (UE) Nru 1062/2010 (14), dawk il-kriterji jeħtieġ li jiġu aġġornati b’ referenzi għall-rekwiżiti tal-enerġija stabbiliti fir-Regolamenti Delegati (UE) 2019/2015, (UE) 2019/2016, (UE) 2019/2017, (UE) 2019/2014 u (UE) 2019/2013 Minbarra r-referenzi, dawk il-kriterji jeħtieġ li jiġu aġġornati sabiex jirriflettu l-ogħla klassijiet tal-effiċjenza enerġetika riklassifikati sabiex il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE jkomplu jikkorrispondu għall-aħjar 10-20 % tal-prodotti disponibbli fis-suq tal-Unjoni f’termini ta’ prestazzjoni ambjentali, f’konformità mal-Anness I, tal-Parti A, tal-punt 2 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010.

(6)

Ir-referenzi għar-rekwiżiti tal-enerġija stabbiliti fir-Regolamenti Delegati (UE) Nru 874/2012, (UE) Nru 1060/2010, (UE) Nru 1059/2010, (UE) Nru 1061/2010 u (UE) Nru 1062/2010 jenħtieġ li jinżammu fid-Deċiżjonijiet (UE) 2017/175 u (UE) 2018/680 biex jippermettu li l-prodotti mixtrija qabel id-dħul fis-seħħ tar-regoli l-ġodda dwar it-tikkettar tal-enerġija jitqiesu li għadhom konformi mal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE.

(7)

Il-kriterju 31 (e) stabbilit fid-Deċiżjoni (UE) 2017/175 jinkludi referenzi għall-programm Energy Star tal-UE għat-tagħmir tal-uffiċċju u għall-ftehimiet Energy Star bejn l-UE u l-Istati Uniti (15) , (16) li skada fl-20 ta’ Frar 2018. Sabiex tiġi ggarantita prestazzjoni ambjentali għolja tal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE, fin-nuqqas ta’ tikketti tal-enerġija rilevanti jew ta’ Regolamenti li jiddefinixxu l-klassijiet tal-enerġija għat-tagħmir tal-uffiċċju, ħlief għall-“unitajiet tal-wiri elettroniċi” li għalihom hemm disponibbli klassijiet riklassifikati tal-effiċjenza enerġetika9, ir-rekwiżit emendat jenħtieġ li jirrikjedi li t-tagħmir tal-uffiċċju li jkun għadu kif inxtara jikkwalifika skont ekotikketta tat-tip I tal-EN ISO 14024 (17).

(8)

Il-kriterju 31 (g) stabbilit fid-Deċiżjoni (UE) 2017/175 u l-kriterju O5 stabbilit fid-Deċiżjoni (UE) 2018/680 jagħtu punti lill-applikanti tal-Ekotikketta tal-UE għall-użu ta’ vacuum cleaners effiċjenti fl-użu tal-enerġija u jinkludu referenza għar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 665/2013 (18) u għall-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika relatati. Il-Qorti Ġenerali, permezz ta’ deċiżjoni fil-Kawża T-544/13 RENV, kienet annullat dak ir-Regolament ta’ Delega (19). Sabiex jiġi żgurat li jkunu jistgħu jkomplu jingħataw punti lill-applikanti tal-Ekotikketta tal-UE għall-użu ta’ vacuum cleaners effiċjenti fl-użu tal-enerġija, jenħtieġ li r-referenzi għal dak ir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 665/2013 annullat jiġu sostitwiti b’referenzi għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 666/2013 (20), u r-referenzi għall-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika jenħtieġ li jiġu sostitwiti b’referenzi għal-limiti annwali tal-konsum tal-enerġija.

(9)

Għalhekk jenħtieġ li jiġu emendati d-Deċiżjonijiet (UE) 2017/175 u (UE) 2018/680 skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni (UE) 2017/175 huwa emendat f’konformità mal-Anness I għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Anness tad-Deċiżjoni (UE) 2018/680 huwa emendat f’konformità mal-Anness II għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Marzu 2023.

Għall-Kummissjoni

Virginijus SINKEVIČIUS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/175 tal-25 ta’ Jannar 2017 dwar l-istabbiliment ta’ kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-akkomodazzjoni turistika (ĠU L 28, 2.2.2017, p. 9).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/680 tat-2 ta’ Mejju 2018 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għas-servizzi tat-tindif ta’ ġewwa (ĠU L 114, 4.5.2018, p. 22).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2015 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissuplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tas-sorsi tad-dawl u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2012 (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 68).

(6)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2016 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija ta’ apparat refriġeranti u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 102).

(7)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2017 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2010 (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 134).

(8)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2014 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2010 u d-Direttiva tal-Kummissjoni 96/60/KE (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 29).

(9)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2013 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħol it-tikkettar tal-enerġija tal-unitajiet tal-wiri elettroniċi u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2010 (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 1).

(10)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2012 tat-12 ta’ Lulju 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-bozoz tal-elettriku u l-unitajiet tat-tidwil (ĠU L 258, 26.9.2012, p. 1).

(11)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 tat-28 ta’ Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ tikkettar tal-enerġija tat-tagħmir refriġeranti domestiku (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 17).

(12)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2010 tat-28 ta’ Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikketti li jindikaw il-konsum tal-enerġija tal-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 1).

(13)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2010 tat-28 ta’ Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 47).

(14)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2010 tat-28 ta’ Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku għat-televixins (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 64).

(15)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1402 tal-15 ta’ Lulju 2015 li tiddetermina l-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ deċiżjoni tal-entitajiet amministrattivi skont il-Ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta’ programmi ta’ tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika għat-tagħmir tal-uffiċċju dwar ir-reviżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet għall-kompjuters inklużi fl-Anness C tal-Ftehim (ĠU L 217, 18.8.2015, p. 9).

(16)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/202/UE tal-20 ta’ Marzu 2014 li tiddetermina l-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea għal deċiżjoni tal-Entitajiet Amministrattivi skont il-Ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-koordinazzjoni tal-programmi ta’ tikkettar tal-effiċjenza enerġetika għat-tagħmir tal-uffiċċju dwar iż-żieda tal-ispeċifikazzjonijiet għas-servers tal-kompjuter u l-provvisti tal-enerġija mingħajr interruzzjoni mal-Anness C tal-Ftehim u dwar ir-reviżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet għad-displejs u t-tagħmir tal-immaġni inkluż fl-Anness C tal-Ftehim (ĠU L 114, 16.4.2014, p. 68).

(17)  ISO 14024:2018. Environmental labels and declarations – Type I environmental labelling – Principles and procedures.

(18)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 665/2013 tat-3 ta’ Mejju 2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-vacuum cleaners (ĠU L 192, 13.7.2013, p. 1).

(19)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali, Dyson Ltd vs il-Kummissjoni Ewropea, il-Kawża T-544/13 RENV, ECLI:EU:T:2018:761.

(20)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 666/2013 tat-8 ta’ Lulju 2013 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-vacuum cleaners (ĠU L 192, 13.7.2013, p. 24).


ANNESS I

L-Anness tad-Deċiżjoni (UE) 2017/175 huwa emendat kif ġej:

(1)

kriterju 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

Kriterju 8 — Tagħmir tat-tidwil effiċjenti fl-enerġija

(a)

Fid-data tal-għoti tal-Ekotikketta tal-UE:

(i)

talanqas 40 % tas-sorsi ta’ dawl kollha fl-akkomodazzjoni turistika għandu jkollhom talanqas Klassi A kif stabbilit f’konformità mal-Anness VI tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2012 (*1), kif applikabbli fil-31 ta’ Awwissu 2021, jew għandu jkollhom talanqas il-Klassi D kif stabbilit f’konformità mal-Anness II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2015 (*2).

(ii)

talanqas 50 % tas-sorsi ta’ dawl li jkunu jinsabu fejn il-lampi x’aktarx jinxtegħlu għal aktar minn ħames (5) sigħat kuljum għandu jkollhom talanqas il-Klassi A stabbilit f’konformità mal-Anness VI tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 874/2012, kif applikabbli fil-31 ta’ Awwissu 2021, jew għandu jkollhom talanqas il-Klassi D kif stabbilit f’konformità mal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2015.

(b)

Wara mhux aktar minn sentejn mid-data tal-għoti tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE:

(i)

talanqas 80 % tas-sorsi ta’ dawl kollha fl-akkomodazzjoni turistika għandu jkollhom mill-inqas il-Klassi A kif stabbilit f’konformità mal-Anness VI tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 874/2012, kif applikabbli fil-31 ta’ Awwissu 2021, jew għandu jkollhom talanqas il-Klassi D kif stabbilit f’konformità mal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2015;

(ii)

100 % tas-sorsi ta’ dawl li jkunu jinsabu fejn il-lampi x’aktarx jinxtegħlu għal aktar minn ħames (5) sigħat kuljum għandu jkollhom talanqas il-Klassi A stabbilit f’konformità mal-Anness VI tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 874/2012, kif applikabbli fil-31 ta’ Awwissu 2021, jew għandu jkollhom talanqas il-Klassi D kif stabbilit f’konformità mal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2015.

Nota: Il-perċentwali jiġu stabbiliti b’referenza għall-ammont totali ta’ tagħmir tat-tidwil adattat biex jintużaw bozoz tad-dawl li jiffrankaw l-enerġija. Il-miri ta’ hawn fuq ma japplikawx għall-apparat tat-tidwil li l-karatteristiċi fiżiċi tiegħu ma jippermettux l-użu ta’ bozoz tad-dawl li jiffrankaw l-enerġija.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi rapporti bil-miktub lill-korp kompetenti li jindikaw l-ammont totali ta’ bozoz u unitajiet tat-tidwil xierqa biex tintuża illuminazzjoni li tiffranka l-enerġija, is-sigħat tal-operat u l-ammont ta’ bozoz u unitajiet tat-tidwil li jiffrankaw l-enerġija b’bozoz u unitajiet tat-tidwil effiċjenti fl-enerġija talanqas tal-Klassi A kif stabbilit f’konformità mal-Anness VI għar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 874/2012, kif applikabbli fil-31 ta’ Awwissu 2021, jew għandu jkollhom is-sorsi tad-dawl tal-anqas il-Klassi D tal-effiċjenza enerġetika kif stabbilit f’konformità mal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2015. Ir-rapporti għandhom jinkludu wkoll l-ispjegazzjoni dwar l-impossibbiltà tas-sostituzzjoni ta’ bozoz u unitajiet tat-tidwil fejn il-karatteristiċi fiżiċi ma jippermettux l-użu ta’ bozoz u unitajiet tat-tidwil li jiffrankaw l-enerġija. Għandhom jiġu pprovduti żewġ rapport, l-ewwel wieħed fid-data tal-applikazzjoni u t-tieni wieħed mhux aktar tard minn sentejn mid-data tal-għoti rispettivament.

Il-karatteristiċi fiżiċi li jistgħu jimpedixxu l-użu ta’ bozoz li jiffrankaw l-enerġija jistgħu jinkludu: unitajiet dekorattivi tat-tidwil li jkunu jeħtieġu bozoz u l-unitajiet tat-tidwil speċjalizzati; tidwil li jista’ jitbaxxa; sitwazzjonijiet fejn jista’ ma jkunx hemm unitajiet tat-tidwil li jiffrankaw l-enerġija disponibbli. Fejn dan ikun il-każ, għandha tingħata evidenza biex jintwera għaliex ma jistgħux jintużaw bozoz u unitajiet tat-tidwil li jiffrankaw l-enerġija. Dan jista’ jinkludi, per eżempju, evidenza fotografika tat-tip ta’ unitajiet ta’ tidwil installati.

(*1)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2012 tat- 12 ta’ Lulju 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-bozoz tal-elettriku u l-unitajiet tat-tidwil (ĠU L 258, 26.9.2012, p. 1)."

(*2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2015 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tas-sorsi tad-dawl u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2012 (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 68).” "

(2)

kriterju 31 huwa sostitwit b’dan li ġej:

Kriterju 31. Apparat u tagħmir tat-tidwil domestiku effiċjenti fl-enerġija (sa 4 punti)

L-akkomodazzjoni turistika għandu jkollha apparat effiċjenti fl-enerġija għall-kategoriji li ġejjin (0,5 punti jew punt 1 għal kull waħda mill-kategoriji li ġejjin, sa massimu ta’ 4 punti):

(a)

apparat refriġeranti domestiku, li minnu talanqas 50 % (0,5 punti) jew 90 % (punt 1) (aġġustat sal-eqreb numru sħiħ li jmiss) għandu jkollhom it-Tikketta Enerġetika tal-UE kklassifikata bħala Klassi A++ jew aħjar kif stabbilit fl-Anness IX tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 (*3), kif applikabbli fit-28 ta’ Frar 2021, jew għandhom ikunu talanqas tal-Klassi D tal-effiċjenza enerġetika kif stabbilit f’konformità mal-Anness II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2016 (*4);

(b)

fran elettriċi domestiċi, li minnhom talanqas 50 % (0,5 punti) jew 90 % (punt 1) (aġġustat sal-eqreb numru sħiħ li jmiss) għandu jkollhom it-Tikketta Enerġetika tal-UE kklassifikata fil-Klassi A++ jew aħjar kif stabbilit fl-Anness I għar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2014 (*5);

(c)

magni tal-ħasil tal-platti domestiċi, li minnhom talanqas 50 % (0,5 punti) jew 90 % (punt 1) (aġġustat sal-eqreb numru sħiħ li jmiss) għandu jkollhom it-Tikketta Enerġetika tal-UE kklassifikata fil-Klassi A++ jew aħjar kif stabbilit fl-Anness VI tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2010 (*6), kif applikabbli fit-28 ta’ Frar 2021, jew għandhom ikunu talanqas tal-Klassi C tal-effiċjenza enerġetika kif stabbilit f’konformità mal-Anness II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2017 (*7);

(d)

magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi, li minnhom talanqas 50 % (0,5 punti) jew 90 % (punt 1) (aġġustat sal-eqreb numru sħiħ li jmiss) għandhom ikunu it-Tikketta Enerġetika tal-UE fil-Klassi A++ jew aħjar kif stabbilit fl-Anness VI tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2010 (*8), kif applikabbli fit-28 ta’ Frar 2021, jew għandhom ikunu talanqas tal-Klassi A tal-effiċjenza enerġetika kif stabbilit f’konformità mal-Anness II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2014 (*9);

(e)

tagħmir tal-uffiċċju, li talanqas 50 % (0,5 punti) jew 90 % (punt 1) (aġġustat sal-eqreb numru sħiħ li jmiss) jikkonforma ma’ dan li ġej:

i.

it-tagħmir tal-uffiċċju mixtri qabel l-20 ta’ Frar 2018, skont il-ftehimiet stabbiliti fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (UE) 2015/1402 (*10) u 2014/202/UE (*11) huwa kkwalifikat kif ġej:

huwa konformi mal-Energy Star v6.1 għall-kompjuters;

huwa konformi mal-Energy Star v6.0 għad-displejs;

huwa konformi mal-Energy Star v2.0 għat-tagħmir tal-immaġini;

huwa konformi mal-Energy Star v1.0 għall-provvisti tal-enerġija mingħajr interruzzjoni;

huwa konformi mal-Energy Star v2.0 għas-servers tal-intrapriża;

ii.

it-tagħmir tal-uffiċċju mixtri wara l-20 ta’ Frar 2018, huwa kkwalifikat kif ġej:

huwa konformi mal-EN ISO 14024 (*12) tat-tip I tal-ekotikketta , għal tagħmir tal-uffiċċju għajr l-unitajiet tal-wiri elettroniċi,

jiġi talanqas taħt il-Klassi E tal-effiċjenza enerġetika f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2013 (*13), għall-unitajiet tal-wiri elettroniċi;

(f)

magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi, li minnhom talanqas 50 % (0,5 punti) jew 90 % (punt 1) (aġġustat sal-eqreb numru sħiħ li jmiss) għandhom ikunu tat-Tikketta Enerġetika tal-UE kklassifikata fil-Klassi A++ jew aħjar kif stabbilit fl-Anness VI għar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 392/2012 (*14);

(g)

vacuum cleaners domestiċi, li minnhom talanqas 50 % (0,5 punti) jew 90 % (punt 1) (aġġustat sal-eqreb numru sħiħ li jmiss) għandu jkollhom konsum annwali tal-enerġija (AE) kif stabbilit fl-Anness II, il-punt 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 666/2013 (*15) inqas minn 28 kWh/sena;

(h)

bozoz elettriċi u unitajiet tat-tidwil li minnhom talanqas 50 % (0,5 punti) jew 90 % (punt 1) (aġġustat sal-eqreb numru sħiħ li jmiss) għandhom ikunu mill-inqas tal-Klassi A++ kif stabbilit fl-Anness VI tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2012, kif applikabbli fil-31 ta’ Awwissu 2021, jew għandu jkollhom mill-inqas tal-Klassi C kif iddeterminat f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2015.

Nota: Il-kriterju ma japplikax għal apparat u unitajiet tat-tidwil li mhumiex koperti mir-Regolament imsemmi għal kull kategorija (eż. apparat industrijali).

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni li tindika l-klassi tal-effiċjenza enerġetika (ċertifikat Energy Star għall-kategorija (e)) tal-apparat kollu għall-kategorija applikabbli mixtrija qabel l-20 ta’ Frar 2018.

L-applikant għandu jipprovdi kopja taċ-ċertifikat EN ISO 14024 tat-tip 1 tal-Ekotikketta tal-apparati rilevanti kollha jew id-dokumentazzjoni li turi l-konformità mar-rekwiżiti tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika, (bħal fatturi, skedi tekniċi u dikjarazzjonijiet tal-manifattur), tal-apparati kollha għall-kategorija applikabbli mixtrija wara l-20 ta’ Frar 2018.

(*3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 tat-28 ta’ Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ tikkettar tal-enerġija tat-tagħmir refriġeranti domestiku (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 17)."

(*4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2016 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija ta’ apparat refriġeranti u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 102)."

(*5)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2014 tal-1 ta’ Ottubru 2013 li jissupplimenta lid-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħol it-tikkettar enerġetiku tal-fran domestiċi u l-estratturi tal-kukers (ĠU L 29, 31.1.2014, p. 1)."

(*6)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2010 tat- 28 ta’ Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikketti li jindikaw il-konsum tal-enerġija tal-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 1)."

(*7)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2017 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2010 (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 134)."

(*8)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2010 tat-28 ta’ Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 47)."

(*9)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2014 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2010 u d-Direttiva tal-Kummissjoni 96/60/KE (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 29)."

(*10)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1402 tal-15 ta’ Lulju 2015 li tiddetermina l-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ deċiżjoni tal-entitajiet amministrattivi skont il-ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta’ programmi ta’ tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika għat-tagħmir tal-uffiċċju dwar ir-reviżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet għall-kompjuters inklużi fl-Anness C tal-Ftehim (ĠU L 217, 18.8.2015, p. 9)."

(*11)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/202/UE tal-20 ta’ Marzu 2014 li tiddetermina l-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea għal deċiżjoni tal-Entitajiet Amministrattivi skont il-Ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-koordinazzjoni tal-programmi ta’ tikkettar tal-effiċjenza enerġetika għat-tagħmir tal-uffiċċju dwar iż-żieda tal-ispeċifikazzjonijiet għas-servers tal-kompjuter u l-provvisti tal-enerġija mingħajr interruzzjoni mal-Anness C tal-Ftehim u dwar ir-reviżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet għad-displejs u t-tagħmir tal-immaġni inkluż fl-Anness C tal-Ftehim (ĠU L 114, 16.4.2014, p. 68)."

(*12)  EN ISO 14024. Environmental labels and declarations – Type I environmental declarations – Principles and procedures. It-tieni edizzjoni 2018-02."

(*13)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2013 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħol it-tikkettar tal-enerġija tal-unitajiet tal-wiri elettroniċi u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2010 (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 1)."

(*14)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 392/2012 tal-1 ta’ Marzu 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mat-tikkettar dwar il-konsum tal-enerġija tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi (ĠU L 123, 9.5.2012, p. 1)."

(*15)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 666/2013 tat-8 ta’ Lulju 2013 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-vacuum cleaners (ĠU L 192, 13.7.2013, p. 24).” "


(*1)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2012 tat- 12 ta’ Lulju 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-bozoz tal-elettriku u l-unitajiet tat-tidwil (ĠU L 258, 26.9.2012, p. 1).

(*2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2015 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tas-sorsi tad-dawl u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2012 (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 68).”

(*3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 tat-28 ta’ Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ tikkettar tal-enerġija tat-tagħmir refriġeranti domestiku (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 17).

(*4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2016 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija ta’ apparat refriġeranti u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 102).

(*5)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2014 tal-1 ta’ Ottubru 2013 li jissupplimenta lid-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħol it-tikkettar enerġetiku tal-fran domestiċi u l-estratturi tal-kukers (ĠU L 29, 31.1.2014, p. 1).

(*6)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2010 tat- 28 ta’ Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikketti li jindikaw il-konsum tal-enerġija tal-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 1).

(*7)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2017 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2010 (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 134).

(*8)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2010 tat-28 ta’ Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 47).

(*9)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2014 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2010 u d-Direttiva tal-Kummissjoni 96/60/KE (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 29).

(*10)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1402 tal-15 ta’ Lulju 2015 li tiddetermina l-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ deċiżjoni tal-entitajiet amministrattivi skont il-ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta’ programmi ta’ tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika għat-tagħmir tal-uffiċċju dwar ir-reviżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet għall-kompjuters inklużi fl-Anness C tal-Ftehim (ĠU L 217, 18.8.2015, p. 9).

(*11)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/202/UE tal-20 ta’ Marzu 2014 li tiddetermina l-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea għal deċiżjoni tal-Entitajiet Amministrattivi skont il-Ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-koordinazzjoni tal-programmi ta’ tikkettar tal-effiċjenza enerġetika għat-tagħmir tal-uffiċċju dwar iż-żieda tal-ispeċifikazzjonijiet għas-servers tal-kompjuter u l-provvisti tal-enerġija mingħajr interruzzjoni mal-Anness C tal-Ftehim u dwar ir-reviżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet għad-displejs u t-tagħmir tal-immaġni inkluż fl-Anness C tal-Ftehim (ĠU L 114, 16.4.2014, p. 68).

(*12)  EN ISO 14024. Environmental labels and declarations – Type I environmental declarations – Principles and procedures. It-tieni edizzjoni 2018-02.

(*13)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2013 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħol it-tikkettar tal-enerġija tal-unitajiet tal-wiri elettroniċi u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2010 (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 1).

(*14)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 392/2012 tal-1 ta’ Marzu 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mat-tikkettar dwar il-konsum tal-enerġija tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi (ĠU L 123, 9.5.2012, p. 1).

(*15)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 666/2013 tat-8 ta’ Lulju 2013 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-vacuum cleaners (ĠU L 192, 13.7.2013, p. 24).” ”


ANNESS II

L-Anness tad-Deċiżjoni (UE) 2018/680 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-kriterju O5. huwa sostitwit b’dan li ġej:

Kriterju O5 — L-effiċjenza enerġetika għall-vacuum cleaners (3 punti)

Dan il-kriterju jkopri biss il-vacuum cleaners koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 666/2013 (*). Eżentati mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament huma l-vacuum cleaners li jnaddfu l-likwidi, li jnaddfu l-likwidi u fix-xott, ir-robots, dawk industrijali, ċentrali u li jaħdmu bil-batteriji u l-magni li jillustraw l-art u l-vacuum cleaners għal barra.

Mill-inqas 40 % tal-vacuum cleaners (imqarreb għall-eqreb valur sħiħ) proprjetà tal-applikant jew mikrija minnu u użati fil-forniment tas-servizzi tat-tindif ta’ ġewwa bl-Ekotikketta tal-UE għandu jkollhom konsum annwali tal-enerġija (AE) kif stabbilit fl-Anness II, il-punt 3 tar-Regolament (UE) Nru 666/2013:

inqas minn 28 kWh/sena għall-vacuum cleaners mixtrija qabel l-1 ta’ Settembru 2017,

inqas minn 22 kWh/sena għall-vacuum cleaners mixtrija wara l-1 ta’ Settembru 2017.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni li turi l-konformità mar-rekwiżiti annwali tal-konsum tal-enerġija (bħal dikjarazzjoni tal-manifattur), flimkien ma’ lista sħiħa tal-vacuum cleaners użati fil-forniment tas-servizzi tal-Ekotikketta tal-UE.”

(2)

il-kriterju O10 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Is-subkriterju O10 (a) huwa applikabbli biss jekk il-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi li jintużaw huma koperti mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2010 (**), kif ukoll mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1015/2010 (***) kif applikabbli fit-28 ta’ Frar 2021, jew mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2014 (****).”

(b)

taħt it-titolu “O10 (a): Tikketta tal-enerġija (sa 2 punti)”, jiżdied dan li ġej:

“Jew l-applikant għandu jirċievi punti abbażi tal-perċentwal ta’ magni tal-ħasil domestiċi (imqarreb għall-eqreb valur sħiħ) li jikkonformaw mal-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija A jew B tat-Tikketta tal-Enerġija tal-UE skont ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2014 kif ġej:

Mill-inqas 50 % tal-makkinarju tal-klassi B jew aħjar: punt 1

Mill-inqas 90 % tal-makkinarju tal-klassi B jew aħjar: 2 punti

Mill-inqas 50 % tal-makkinarju tal-klassi A: 2 punti”

(c)

taħt it-titolu “Valutazzjoni u verifika”, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-iskedi tal-prodott jistgħu jintużaw bħala prova tal-konformità ma’ dan ir-rekwiżit, f’konformità mal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1061/2010  (**), kif applikabbli fit-28 ta’ Frar 2021, jew mal-Anness III tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2014  (****).”


(*)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 666/2013 tat-8 ta’ Lulju 2013 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-vacuum cleaners (ĠU L 192, 13.7.2013, p. 24).

(**)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2010 tat-28 ta’ Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 47).

(***)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1015/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi (ĠU L 293, 11.11.2010, p. 21).

(****)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2014 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2010 u d-Direttiva tal-Kummissjoni 96/60/KE (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 29).”


Rettifika

30.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 92/27


Rettifka għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2515 tal-15 ta’ Diċembru 2022 dwar l-għoti ta’ aċċess illimitat mingħajr dazju fl-Unjoni għall-2023 għal ċerti oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li ġejjin mill-ipproċessar ta’ prodotti koperti bir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 326 tal-21 ta’ Diċembru 2022 )

F’paġna 12, fl-Anness, fil-kolonna bit-titolu “Deskrizzjoni tal-oġġetti”, fir-ringiela li tikkorrispondi għall-Kodiċi NM “ex 2202 99 15”,

minflok:

“Xarbiet ibbażati fuq is-sojja b’kontenut ta’ proteini ta’ inqas minn 2,8 % skont il-piż; xarbiet ibbażati fuq il-ġewż tal-Kapitolu 8 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, iċ-ċereali tal-Kapitolu 10 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni jew iż-żerriegħa tal-Kapitolu 12 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni li fihom iz-zokkor (is-sukrożju jew iz-zokkor invertit)”,

aqra:

“Xarbiet ibbażati fuq is-sojja b’kontenut ta’ proteini ta’ inqas minn 2,8 % skont il-piż; xarbiet ibbażati fuq il-ġewż tal-Kapitolu 8 tat-Tariffa Doganali Komuni, iċ-ċereali tal-Kapitolu 10 tat-Tariffa Doganali Komuni jew iż-żerriegħa tal-Kapitolu 12 tat-Tariffa Doganali Komuni li fihom iz-zokkor (is-sukrożju jew iz-zokkor invertit)”.


30.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 92/28


Rettifika għad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/98/UE tal-15 ta’ Ottubru 2014 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE fir-rigward ta’ rekwiżiti speċifiċi għall-ġeneru u l-ispeċi tal-pjanti tal-frott imsemmija fl-Anness I tagħha, rekwiżiti speċifiċi li għandhom jiġu ssodisfati mill-fornituri u regoli dettaljati dwar l-ispezzjonijiet uffiċjali

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 298 tas-16 ta’ Ottubru 2014 )

Fil-paġna 61, fl-Anness V:

minflok:

Prunus avium u P. cerasus

aqra:

Prunus avium L. u Prunus cerasus L ”.


30.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 92/29


Rettifika tar-Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 176 tas-27 ta’ Ġunju 2013 )

Fil-paġna 21, l-Artikolu 4(1), il-punt (36),

minflok:

“ ‘holding kwalifikattiva’ tfisser holding diretta jew indiretta f’impriża li tirrapreżenta 10 % jew aktar tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot jew li jagħmluha possibbli li tkun eżerċitata influwenza fuq il-maniġment ta’ dik l-impriża;”,

aqra:

“ ‘holding kwalifikattiva’ tfisser holding diretta jew indiretta f’impriża li tirrappreżenta 10 % jew aktar tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot jew li tagħmilha possibbli li tiġi eżerċitata influwenza sinifikanti fuq il-maniġment ta’ dik l-impriża;”.


30.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 92/30


Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1870 tat-22 ta’ Ottubru 2021 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti kożmetiċi u għall-prodotti għall-kura tal-annimali (notifikata bid-dokument C(2021) 7500)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 379 tas-26 ta’ Ottubru 2021 )

F’paġna 26, fl-Anness I, fis-sottotitolu “Kriterju 5 – Imballaġġ”, fil-punt (d), fl-ewwel paragrafu, fit-tieni sentenza; f’paġna 27, fl-Anness I, fis-sottotitolu “Kriterju 5 – Imballaġġ”, fil-punt (d), fil-paragrafu taħt it-Tabella 8; f’paġna 43, fl-Anness II, fis-sottotitolu “Kriterju 4 – Imballaġġ”, fil-punt (d), fl-ewwel paragrafu, fit-tieni sentenza,

minflok:

“il-kaxxa”,

aqra:

“it-tikketta komma”;

F’paġna 26, fit-Tabella 8, fil-kolonna “Element tal-imballaġġ”, fl-ewwel ringiela u fit-tieni kolonna “Materjal jew komponent eskluż (*)”, fl-ewwel ringiela, fl-ewwel, fit-tieni, fit-tielet u fir-raba’ inċiżi; f’paġna 44, fl-Anness II, fis-sottotitolu “Kriterju 4 – Imballaġġ”, fil-punt (d), fit-Tabella 7, fil-kolonna “Element tal-imballaġġ”, fl-ewwel ringiela u fit-tieni kolonna “Materjal jew komponent eskluż (*)”, fl-ewwel ringiela, fl-ewwel, fit-tieni, fit-tielet u fir-raba’ inċiżi, u fil-paragrafu taħt it-Tabella 7,

minflok:

“kaxxa”,

aqra:

“tikketta komma”;

F’paġna 26, fl-Anness I, fis-sottotitolu “Kriterju 5 – Imballaġġ”, fit-Tabella 8, fit-tieni kolonna “Materjal jew komponent eskluż (*)”, fl-ewwel ringiela, fil-ħames inċiż; u f’paġna 44, fl-Anness II, fis-sottotitolu “Kriterju 4 – Imballaġġ”, fil-punt (d), fit-Tabella 7, fit-tieni kolonna “Materjal jew komponent eskluż (*)”, fl-ewwel ringiela, fil-ħames inċiż,

minflok:

“għall-kaxxi”,

aqra:

“għat-tikketti komma”;

F’paġna 26, fl-Anness I, fis-sottotitolu “Kriterju 5 – Imballaġġ”, fit-Tabella 8, fit-tieni kolonna “Materjal jew komponent eskluż (*)”, fl-ewwel ringiela, fis-seba’ inċiż; u f’paġna 44, fl-Anness II, fis-sottotitolu “Kriterju 4 – Imballaġġ”, fil-punt (d), fit-Tabella 7, fit-tieni kolonna “Materjal jew komponent eskluż (*)”, fl-ewwel ringiela, fil-seba’ inċiż,

minflok:

“kaxxi”,

aqra:

“tikketti komma”.


30.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 92/31


Rettifika tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 136 tat-30 ta’ April 2004 )

(Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Volum 034, p. 229)

Fil-paġna 254, l-Artikolu 64, il-paragrafu 2,

minflok:

“2.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ir-rappreżentant legali ta’ l-AġenzijaHe shall be responsible:Għandu jkun responsabbli:”,

aqra:

“2.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ir-rappreżentant legali tal-Aġenzija. Huwa għandu jkun responsabbli:”.


30.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 92/32


Rettifika tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 300 tal-14 ta' Novembru 2009 )

It-titolu fil-paġna tal-Werrej u t-titolu fil-paġna 2,

minflok:

“Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali).”,

aqra:

“Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali u derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali).”.